This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008DC0239
Report from the Commission to the Council and the European Parliament on the development of the second generation Schengen Information System (SIS II) - Progress Report July – December 2007 [SEC(2008) 552]
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) - Rapport dwar il-Progress Lulju – Diċembru 2007 (SEC(2008) 552)
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) - Rapport dwar il-Progress Lulju – Diċembru 2007 (SEC(2008) 552)
/* KUMM/2008/0239 finali */
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) - Rapport dwar il-Progress Lulju – Diċembru 2007 (SEC(2008) 552) /* KUMM/2008/0239 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 7.5.2008 KUMM(2008) 239 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)Rapport dwar il-Progress Lulju – Diċembru 2007(SEC(2008) 552) 1. DAĦLA Dan ir-rapport dwar il-progress jiddeskrivi x-xogħol li sar mill-Kummissjoni matul it-tieni semestru ta' l-2007 fuq l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II). Ir-rapport qed jiġi ppreżentat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b'konformità ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II). 2. KISBIET EWLENIN MATUL IL-PERJODU LI QED JIĠI STUDJAT 2.1. Installazzjoni tan-Netwerk u Ttestjar: Il-proġett SIS II jinkludi l-provvista ta' netwerk ta' komunikazzjoni fuq medda ta' żona wiesgħa, li tissodisfa r-rekwiżiti ta' disponibbiltà, sigurtà, kopertura ġeografika u livell ta' servizz, biex is-sistemi kollha nazzjonali u ċentrali jkunu jistgħu jikkomunikaw. Min-Novembru 2007 s'issa, l-Istati Membri kollha kellhom is-siti prinċipali tagħhom kif ukoll parti kbira ħafna mis-siti ta' sostenn ikkunnettjati man-netwerk s-Testa. 2.2. SIS II Ċentrali: Is-Sistema tas-Soluzzjoni għall-Ittestjar (SST) ġiet amministrata biex ikun ivverifikat li s-SIS II Ċentrali fuq is-siti ċentrali huma konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. 2.3. Tħejjijiet għall-Migrazzjojni u l-Integrazzjoni: Fl-2006 tħejja pjan ta' migrazzjoni b'kooperazzjoni ma' l-esperti ta' l-Istati Membri, għaċ-ċaqliqa minn SIS 1+ għall-SIS II. Wara li tlesta l-proġett SISone4All, l-għadd ta' Stati Membri żdied, bħal ma żdiedet il-komplessità tal-ġestjoni tal-migrazzjoni. Twaqqaf Grupp ta' Ħidma għall-Migrazzjoni fl-ambitu tal-qafas tal-Kumitat tas-SIS II li ngħata l-mandat biex jagħmel proposti konkreti għal strateġija globali u koerenti u jfassal pjan fuq livell għoli għat-tħejjija u l-eżekuzzjoni f'waqthom tal-migrazzjoni mill-SIS 1+ għall-SIS II, inklużi analiżi tar-riskju u pjan ta' kontinġenza. 3. KONKLUŻJONIJIET Is-SIS II Ċentrali temm l-ewwel fażi tat-testijiet li hija l-ittestjar mingħajr il-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri. L-Istati Membri bdew jittestjaw is-sistemi nazzjonali tagħhom. Minkejja d-diffikultajiet tal-bidu, li kellhom impatt negattiv fuq il-marġni ta' ppjanar inkorporati fl-iskeda ġenerali tal-proġett, issa jeżisti netwerk stabbli bejn l-Istati Membri u ż-żewġ siti li jospitaw lis-SIS II Ċentrali. Madankollu, il-proġett iltaqa' ma' diversi problemi matul dawn l-aħħar sitt xhur; l-opinjoni negattiva tal-Kumitat regolatorju tas-SIS II dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-testijiet, it-tħassib marbut mal-migrazzjoni u t-tul ta' żmien tat-testijiet globali. Il-kobor ta' l-impatt fuq l-ippjanar ġenerali ser ikun jiddependi mir-riżultat tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar dawn il-kwistjonijiet.