Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0203

    Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 4 għall-baġit ġenerali 2008 - Rendikont ta' l-infiq bit-taqsima - Taqsima III – Il-Kummissjoni

    /* KUMM/2008/0203 finali */

    52008DC0203

    Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 4 għall-baġit ġenerali 2008 - Rendikont ta' l-infiq bit-taqsima - Taqsima III – Il-Kummissjoni /* KUMM/2008/0203 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 15.4.2008

    KUMM(2008) 203 finali

    ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA NRU 4 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2008

    RENDIKONT TA' L-INFIQ BIT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA NRU 4GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2008

    RENDIKONT TA' L-INFIQ BIT-TAQSIMATaqsima III – Il-Kummissjoni

    Wara li kkunsidrat:

    - it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 272 tiegħu,

    - it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

    - ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Il-Kummissjoni Ewropea b'dan qed tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda Nru 4 għall-baġit ta' l-2008.

    TIBDIL GĦAD-DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL

    It-tibdil għad-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul jintbagħat separatament permezz tas-sistema SEI-BUD. Verżjoni bl-Ingliż tat-tibdil għad-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit.

    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    L-Abbozz Preliminari preżenti tal-Baġit ta' Emenda Nru 4/2008 huwa maħsub biex iqassam il-bilanċ favorevoli li rriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2007. Kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[3], fl-Artikolu 15(3), dan huwa l-uniku suġġett ta' dan il-PDAB u għandu jiġi sottomess fi żmien 15-il ġurnata wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżżorji, li saret fil-31 ta' Marzu 2008.

    1. L-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2007 turi bilanċ favorevoli ta' EUR 1,528,833,290 (li jeskludi l-bilanċ nett ma' l-EFTA-ŻEE), li għalhekk iddaħħal bħala dħul bil-baġit ta' l-2008.

    Ir-reġistrar tal-bilanċ favorevoli jista' jiġi analizzat kif ġej:

    2007 | EFTA-ŻEE | Komunitajiet Ewropej | Total |

    Dħul għas-sena finanzjarja | 136 671 660,00 | 117 426 308 469,91 | 117 562 980 129,91 |

    Pagamenti kontra approprjazzjonijiet għas-sena kurrenti | -122 335 221,52 | -112 905 636 590,67 | -113 027 971 812,19 |

    Approprjazzjonijiet ta' pagamenti mgħoddija għas-sena N+1 | 0,00 | -3 114 011 336,73 | -3 114 011 336,73 |

    Approprjazzjonijiet ta' l-EFTA miġjuba mis-sena N-1 | -2 103 751,46 | 0,00 | -2 103 751,46 |

    Kanċellazzjonijiet ta' approprjazzjonijiet mhux użati miġjuba mis-sena N-1 | 579 671,59 | 245 683 538,88 | 246 263 210,47 |

    Differenzi tal-kambju għas-sena | 0,00 | -123 510 791,35 | -123 510 791,35 |

    Outturn baġit 2007 | 12 812 358,61 | 1 528 833 290,04 | 1 541 645 648,65 |

    2. L-ibbaġġitjar tal-bilanċ favorevoli se jnaqqas għaldaqstant il-kontribuzzjoni globali ta' l-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-Baġit ta' l-UE. Dan it-tnaqqis globali minn Stat Membri se jkun ukoll influwenzat mill-previżjoni aġġornata tar-riżorsi proprji (TOR, VAT u GNI) inkluż l-ammont aġġornat tal-korrezzjoni tar-Renju Unit Kmieni f'Ġunju, il-Kummissjoni se tippreżenta, f'Abozz Preliminari ta' Baġit ta' Emenda separat, previżjonijiet aġġornati, li mistennija jkomplu jbiddlu l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet skond il-pajjiż.

    [1] ĠU L 248, 16.09.2002, p.1.

    [2] ĠU L 390, 30.12.2006, p.1.

    [3] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

    Top