Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0434

    Is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0154 — C6-0150/2008 — 2008/0060(COD))
    P6_TC1-COD(2008)0060 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigwrd is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel

    ĠU C 8E, 14.1.2010, p. 132–132 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 8/132


    It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
    Is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) ***I

    P6_TA(2008)0434

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0154 — C6-0150/2008 — 2008/0060(COD))

    2010/C 8 E/34

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni — tfassil mill-ġdid)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0154),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0150/2008),

    wara li kkunsidra l-impenji min-naħa tar-rappreżentant tal-Kunsill mogħtija f'ittra tas-17 ta' Settembru 2008 sabiex il-proposta tkun adottata kif emendata, bi qbil mal-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

    wara li kkunsidra l-Ftehima Internazzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti legali (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0284/2008),

    A.

    billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda emenda sostantiva apparti dawk identifikati fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li baqgħu l-istess mill-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr bidla fis-sustanza tagħhom,

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


    It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
    P6_TC1-COD(2008)0060

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigwrd is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/32/KE.)


    Top