Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0431

    Koloranti li jistgħu jiżdiedu ma' prodotti mediċinali (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma' prodotti mediċinali (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0001 — C6-0026/2008 — 2008/0001(COD))

    ĠU C 8E, 14.1.2010, p. 129–129 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 8/129


    It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
    Koloranti li jistgħu jiżdiedu ma' prodotti mediċinali (tfassil mill-ġdid) ***I

    P6_TA(2008)0431

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma' prodotti mediċinali (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0001 — C6-0026/2008 — 2008/0001(COD))

    2010/C 8 E/31

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0001),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni preżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0026/2008),

    wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill biex tiġi adottata l-proposta, skont l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni,

    wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għal atti legali (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0280/2008),

    A.

    billi skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta' atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni diretta ta' testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla għall-kontenut tagħhom,

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


    Top