Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0428

    L-istatistika dwar l-iskart ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart, f'dak li jikkonċerna l-kompetenzi ta' eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2007)0777 — C6-0456/2007 — 2007/0271(COD))
    P6_TC1-COD(2007)0271 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

    ĠU C 8E, 14.1.2010, p. 126–126 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 8/126


    It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
    L-istatistika dwar l-iskart ***I

    P6_TA(2008)0428

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart, f'dak li jikkonċerna l-kompetenzi ta' eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2007)0777 — C6-0456/2007 — 2007/0271(COD))

    2010/C 8 E/28

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0777),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0456/2007),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0282/2008),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika r-rapport imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 mill-aktar fis possibbli;

    4.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-rapport imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 mill-aktar fis possibbli, bil-għan li jkunu aboliti l-obbligi ta' rappurtaġġ doppji;

    5.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta aktar rapporti u proposti li jkunu ta' segwitu għal dawk ippubblikati skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002, rigward il-progress tal-istudji pilota msemmija fl-Artikoli 4(3) u 5(1) ta' dak ir-Regolament, mill-aktar fis possibbli;

    6.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
    P6_TC1-COD(2007)0271

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 221/2009.)


    Top