EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0392

Klassifikazzjoni, tikkettar u ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 3 ta' Settembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (COM(2007)0355 — C6-0197/2007 — 2007/0121(COD))
P6_TC1-COD(2007)0121 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 3 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006

ĠU C 295E, 4.12.2009, p. 163–163 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/163


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
Klassifikazzjoni, tikkettar u ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet

P6_TA(2008)0392

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (COM(2007)0355 — C6-0197/2007 — 2007/0121(COD))

2009/C 295 E/40

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0355),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0197/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0140/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0121

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.)


Top