Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0300

    Kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji (COM(2008)0129 — C6-0153/2008 — 2008/0054(CNS))

    ĠU C 286E, 27.11.2009, p. 171–172 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 286/171


    L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2008
    Kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji *

    P6_TA(2008)0300

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji (COM(2008)0129 — C6-0153/2008 — 2008/0054(CNS))

    2009/C 286 E/49

    (Proċedura ta' konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0129),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0153/2008),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0213/2008),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    3.

    Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-4 ta' Marzu 1975, jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    Top