Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0269

    Ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji ta' navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kkodifikata) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji ta' navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0037 — C6-0048/2008 — 2008/0021(COD))

    ĠU C 286E, 27.11.2009, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 286/61


    It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008
    Ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji ta' navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kkodifikata) ***I

    P6_TA(2008)0269

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji ta' navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0037 — C6-0048/2008 — 2008/0021(COD))

    2009/C 286 E/21

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni — kodifikazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0037),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0048/2008),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 — Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0238/2008),

    A.

    billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,,

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 102 4.4.1996, p. 2.


    Top