Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XX1120(02)

    Komunikazzjoni mill-Minstru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda b'konnessjoni ma' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

    ĠU C 277, 20.11.2007, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 277/18


    Komunikazzjoni mill-Minstru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda b'konnessjoni ma' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

    (2007/C 277/12)

    Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju ta' l-Olanda jinnotifika li waslet applikazzjoni għall-prospettar ta' l-idrokarburi fil-blokk P3, kif indikat fil-mappa annessa bħala l-Anness 3 għar-Regolament Minerarju (Mijnbouregeling) (Staatscourant 2002, nru 245).

    Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi b'dan jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għall-prospettar ta' l-idrokarburi fil-blokk P3 tal-blata kontinentali ta' l-Olanda, b'referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 ta' l-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Staatsblad 2002, 542).

    Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi huwa responsabbli għall-għoti ta' l-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, kundizzjonijiet u rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att Minerarju (Mijnbouwwet)(Staatsblad 2002, 542).

    L-applikazzjonijiet jintlaqgħu matul it-13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandhom jiġu indirizzati lil: (De Minister van Economische Zaken, ter attentie van J.C. De Groot, Directeur Energiemarkt, ALP/562, Postbus 20101, 2500 EC Den Haag, Nederland).

    Ma jiġux ikkunsidrati applikazzjonijiet li jaslu wara li tkun għaddiet din l-iskadenza.

    Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet tittieħed mhux aktar tard minn tnax-il xahar minn din l-iskadenza.

    Aktar tagħrif jinkiseb permezz tan-numru tat-telefown: (31-70) 379 77 62 (kuntatt: E.J. Hoppel).


    Top