Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC1110(06)

    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

    ĠU C 268, 10.11.2007, p. 33–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 268/33


    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

    (2007/C 268/15)

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni.

    SINTEŻI

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 510/2006

    “CHOURIÇA DOCE DE VINHAIS”

    Nru tal-KE: PT/PGI/005/0461/20.04.2005

    DPO ( ) IĠP ( X )

    Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

    1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

    Isem:

    Gabinete de Planeamento e Políticas

    Indirizz:

    Rua Padre António Vieira, n.o 1-8o

    P-1099-073 Lisboa

    Tel.::

    (351) 213 819 300

    Faks:

    (351) 213 876 635

    Posta Elettronika:

    gppaa@gppaa.min-agricultura.pt

    2.   Grupp:

    Isem:

    ANCSUB — Associação Nacional de Criadores de Suínos de Raça Bísara

    Indirizz:

    Edifício da Casa do Povo — Largo do Toural

    P-5320-311 Vinhais

    Tel.:

    (351) 273 771 340

    Faks:

    (351) 273 770 048

    Posta Elettronika:

    ancsub@bisaro.info

    Kompożizzjoni:

    Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

    3.   Tip ta' prodott:

    Klassi 1.2: Prodotti ta' laħam (misjur, immellaħ, affumikat)

    4.   Speċifikazzjoni

    (sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru. 510/2006)

    4.1

       Isem “Chouriça Doce de Vinhais”

    4.2

       Deskrizzjoni Zalzett affumigat, magħmul mil-laħam tal-majjal tar-razza Bísaro jew ta' razez imħallta li 50 % minnhom huma tat-tip Bísaro (annimali F1, riżultat ta' taħlit bejn il-ħnieżer tar-razza pura tal-Bísaro rreġistrati fir-reġistru tar-razza flimkien ma' ħnieżer ta' razez oħra), ħobż tar-reġjun u żejt taż-żebbuġa minn Trás-os-Montes (dawn huma essenzjali biex jagħtu lill-prodott it-togħma u l-kwalità partikolari tiegħu), demm tal-ћniezer, gћasel, ġewz jew lewz u imdaħħlin ġo l-musran żgħir ta' baqra jew ta' ħanżir. Iz-zalzett għandu l-forma ta' nagħla, ta' tul ta' madwar 20 sa 25 ċm u b'djametru ta' madwar 2 sa 3 ċm, ta' kulur iswed, iżda mhux omoġenju, bħat-taħlita, b'partijiet aktar ċari fejn jidhru strixxi tal-laħam u l-ġewż. L-imsaren jeħel mat-taħlita u għalhekk jidhru l-biċċiet tal-laħam, il-gewż jew il-lewż. Il-piż globali huwa ta' madwar 150g.

    4.3

       Żona ġeografika Minħabba l-metodu tradizzjonali applikat għall-produzzjoni, is-sorsi użati għall-għalf ta' l-annimali, is-sengħa tradizzjonali tan-nies tal-lokal f'dak li jirrigwarda t-trobbija ta' l-annimali, u l-kundizzjonijiet pedoloġiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-bażi alimentari li tintuża għall-ksib ta' l-ingredjenti primi ta' kwalità distintiva u ċara, iż-żona li fiha jitwieldu, jitrabbew, jinqatlu u jitqattgħu l-ħnieżer tar-razza Bísaro u tar-razez imħallta li jintużaw fil-produzzjoni ta' Chouriça Doce de Vinhais hija limitata għall-muniċipalitajiet ta' Alfândega da Fé, Bragança, Carrazeda de Ansiães, Freixo de Espada à Cinta, Macedo de Cavaleiros, Miranda do Douro, Mirandela, Mogadouro, Torre de Moncorvo, Vila Flor, Vimioso u Vinhais, fid-distrett ta' Bragança u għall-muniċipalitajiet ta' Alijó, Boticas, Chaves, Mesão Frio, Mondim de Basto, Montalegre, Murça, Régua, Ribeira de Pena, Sabrosa, Santa Marta de Penaguião, Valpaços, Vila Pouca de Aguiar u Vila Real, fid-distrett ta' Vila Real,

    Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari meħtieġa għall-produzzjoni ta' Chouriça Doce de Vinhais, is-sengħa tan-nies u l-metodi lokali applikati, kostanti u għajr tibdil, iż-żona ġeografika ta' pproċessar hija limitata għall-muniċipalitajiet ta' Alfândega da Fé, Bragança, Carrazeda de Ansiães, Freixo de Espada à Cinta, Macedo de Cavaleiros, Miranda do Douro, Mirandela, Mogadouro, Torre de Moncorvo, Vila Flor, Vimioso u Vinhais, fid-distrett ta' Bragança.

    4.4

       Prova ta' l-oriġini Chouriça Doce de Vinhais jista' jiġi prodott biss f'impjanti ta' l-ipproċessar li għandhom il-liċenzja dovuta u li jinsabu fiż-żona ta' l-ipproċessar imsemmija hawn fuq. Il-proċess kollu ta' produzzjoni huwa suġġett għal sistema rigoruża ta' kontroll, biex tiġi żgurata t-traċċabilità sħiħa tal-prodott. Il-materja prima tiġi mill-ħnieżer tar-razza Bísaro rreġistrata fir-reġistru żootekniku tar-razza jew mill-ħnieżer ta' razez mħallta (F1) li wieħed mill-ġenituri tagħhom ikun tar-razza Bísaro rreġistrat fil-ktieb tar-reġistru żootekniku ta' l-annimali adulti, li jitrabbew f'azjendi agrikoli li qegħdin f'żona fejn jintużaw metodi tradizzjonali semi-estensivi ta' biedja, kif ukoll sorsi tradizzjonali ta' għalf. Ta' min jinnota li l-ħnieżer jikkunsmaw kwantitajiet kbar ta' qastan, li jagħti lil-laħam il-kwalitajiet organolettiċi distinti u rikonoxxibbli. Il-ħnieżer jinqatlu fil-biċċeriji bil-liċenzja u jitqattgħu f'impjanti bil-liċenzja li jinsabu, fiż-żewġ każijiet, fiż-żona ġeografika tal-prodott. L-ipproċessar jista' jsir biss f'impjanti awtorizzati mill-organizzazzjoni wara li l-awtorità dwar il-kontroll tagħti l-approvazzjoni tagħha. Il-marka ta' ċertifikazzjoni fuq kull unità jingħata numru, biex tiġi żgurata t-traċċabilità sħiħa ta' l-azjenda agrikola fejn oriġina l-prodott. Huwa possibbli li l-oriġini tal-prodott jiġi ppruvat fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-produzzjoni permezz ta' numru tas-serje li għandu jġi indikat fuq il-marka ta' ċertifikazzjoni.

    4.5

       Metodu ta' produzzjoni Il-laħam dgħif u l-laħam tar-ras, il-ġenb u ż-żaqq jitqattgħu f'biċċiet ta' daqs medju, li jitqiegħdu f'reċipjent bil-melħ u l-ilma, imbagħad jitgħallew sakemm il-laħam ikun sar sew. Il-ħobż jinqata' f'biċċiet irqaq u bil-qoxra u mbagħad jirtab fl-istokk tal-laħam. Ma' din it-taħlita jiżdiedu l-ħwawar, l-istrixxi tal-laħam, iż-żejt, id-demm, l-għasel u l-lewż u/jew il-ġewż. Meta tkun imħawra sew, it-taħlita minnufih tiddaħħal ġol-musrana tal-ħanżir. Il-prodott jiġi affumigat bil-mod fuq ħatab tal-ballut u/jew tal-qastan u mbagħad jiġi ttrattat jew stabbilizzat għal aktar minn 15-il ġurnata. Chouriça Doce de Vinhais jitqiegħed fis-suq bħala zalzett sħiħ u jkun dejjem ippakkjat minn qabel fil-post ta' l-oriġini tiegħu. Minħabba l-karatteristiċi u l-kompożizzjoni tal-prodott, ma jistax jinqata' jew jiġi mqatta' flieli. Biex jiġi ppakkjat jintuża materjal speċjali li meta jiġi f'kuntatt mal-prodott, f'atmosfera normali jew ikkontrollata jew inkella f'vakwu, la jagħmillu ħsara u lanqas ma jbiddilu l-karatteristiċi tiegħu. L-ippakkjar jista' jsir biss fiż-żona ġeografika ta' l-ipproċessar sabiex jiġu żgurati t-traċċabilità u l-kontroll u biex jipprevjeni li jsir xi tibdil fit-togħma tal-prodott u l-karatteristiċi mikrobijoloġiċi tiegħu.

    4.6

       Rabta Diversi skulturi żoomorfiċi u referenzi li saru għal taxex fuq il-ħnieżer u l-prodotti sekondarji minnhom fir-reġistri muniċipali tar-reġjun jagħtu xhieda ta' kemm kien importanti għal ħafna żmien it-trobbija tal-ħnieżer f'dik iż-żona ġeografika. Ir-relazzjoni bejn il-prodott u ż-żona ġeografika toħroġ mir-razza indiġena ta' l-annimali, is-sorsi lokali ta' l-għalf li jintuża, is-sengħa f'termini ta' għażla tal-biċċiet tal-laħam, affumikatura gradwali b'injam tar-reġjun u proċess ta' trattament li jseħħ f'postijiet kisħin u nixfin ħafna fir-reġjun.

    4.7

       Organu ta' spezzjoni

    Isem:

    Tradição e Qualidade — Associação Interprofissional para Produtos Agro-Alimentares de Trás-os-Montes

    Indirizz:

    Av. 25 de Abril, 273 S/L

    P-5370-202 Mirandela

    Tel.:

    (351) 278 261 410

    Faks:

    (351) 278 261 410

    Posta Elettronika:

    tradição-qualidade@clix.pt

    Tradição e Qualidade ġiet rikonoxxuta bħala konformi mar-rekwiżiti ta' l-istandard 45011:2001

    4.8

       Tikkettar It-tikkettjar għandu jkun fih il-kliem li ġejjin: “Chouriça doce de VinhaisIndicação Geográfica Protegida” (Indikazzjoni Ġeografika Protetta), il-logo tal-Komunità stess, il-logo għall-prodotti ta' Vinhais riprodott hawn taħt. It-tikkettjar fih ukoll il-marka taċ-ċertifikazzjoni, li għandha tindika obbligatorjament isem il-prodott u l-indikazzjoni tiegħu, l-isem ta' l-awtorità ta' spezzjoni u n-numru tas-serje (kodiċi numeriku jew alfanumeriku li jiggarantixxi t-traċċabilità tal-prodott).


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


    Top