Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0783

    Proposta Emendata għal deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali

    /* KUMM/2007/0783 finali */

    52007PC0783

    Proposta Emendata għal deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali /* KUMM/2007/0783 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel, 5.12.2007

    KUMM(2007) 783 finali

    Proposta Emendata għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    Proposta Emendata għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod[1], u partikolarment għall-Punti 21, 22 it-tieni u t-tielet paragrafu u 23 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[2],

    Billi:

    (1) Fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tat-23 ta' Novembru iż-żewġ naħat ta' l-awtorità baġitarja qablu li jipprovdu parti mill-finanzi meħtieġa għas-Sistema Globali Ewropea ta' Navigazzjoni Satellitari (EGNOS – GALILEO) permezz ta' reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007–2013 skond il-Punti 21, 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali, biex jiżdiedu l-limiti massimi ta' l-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-sottointestatura 1a għas-snin 2008 sa 2013 bl-ammont ta' EUR 1 600 miljun fil-prezzijiet attwali. Din iż-żieda tkun ibbilanċjata bit-tnaqqis tal-limitu għall-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt l-intestatura 2 għas-sena 2007 bl-istess ammont.

    (2) Sabiex tinżamm relazzjoni xierqa bejn l-impenji u l-ħlas, il-limiti annwali għall-ħlas ta' l-approprjazzjonijiet ser jiġu aġġustati. L-aġġustament ser ikun newtrali.

    (3) L-Anness I tal-Ftehim Interistizzuzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod għandha għalhekk tiġi emendata[3],

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod huwa ssostitwit mill-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    ANNESS

    QAFAS FINANZJARJU 2007-2013 (rivedut)

    TABLE 1: QAFAS FINANZJARJU 2007-2013 |

    [1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    [2] KUMM(2007) 549 finali, 19.9.2007 kif emendat KUMM(2007) 783 finali.

    [3] Għal dan il-għan, il-figuri li jirriżultaw mill-ftehim imsemmi hawn fuq huma maqluba għall-prezzijiet ta' l-2004.

    Top