This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0674
Amended proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the civil liability and financial guarantees of shipowners (presented by the Commission pursuant to Article 250 (2) of the EC Treaty)
Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)
Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)
/* KUMM/2007/0674 finali - COD 2005/0242 */
Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) /* KUMM/2007/0674 finali - COD 2005/0242 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 24.10.2007 KUMM(2007) 674 finali 2005/0242 (COD) Proposta emendata għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) 2005/0242 (COD) Proposta emendata għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. Stat tal-proċedura Il-proposta – COM (2005) 593 – COD/2005/0242 - ġiet adottata mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Novembru 2005 u kkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-30 ta’ Jannar 2006. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni fit-13 ta' Settembru 2006. Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni fil-15 ta' Ġunju 2006. Il-Parlament Ewropew adotta 25 emenda fl-ewwel qari, fid-29 ta' Marzu 2007. 2. Għan tal-proposta L-għan huwa li jkun hemm minimu ta’ regoli komuni għall-Istati Membri fil-qasam tar-responsabbiltà ċivili u ta’ l-assigurazzjoni tas-sidien tal-bastimenti u li jiġu definiti sostantivament ir-regoli li jippermettu kemm il-ħarsien kontra l-inċidenti kif ukoll il-possibbiltà ta’ ħlas għad-danni. Il-proposta għandha l-għan li tinkorpora fid-dritt Komunitarju - il-Konvenzjoni dwar l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà tas-sidien tal-bastimenti - riżoluzzjoni ta’ l-IMO u ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-garanziji finanzjarji f’każ ta’ l-abbandun tan-nies tal-baħar. Il-proposta għandha l-għan, barra minn hekk, li tistabbilixxi sistema ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tas-sidien tal-bastimenti, abbażi ta’ riżoluzzjoni ta’ l-IMO dwar l-assigurazzjoni. 3. L-Għan ta' l-abbozz emendat L-abbozz emendat għandu l-għan li jemenda l-proposta oriġinali fuq numru ta' punti, kif proposti mill-Parlament Ewropew. 4. Osservazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew 4.1 Emendi aċċettati mill-Kummissjoni Il-Kummissjoni tista' taċċetta l-emendi 1, 2, 3, 4, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 19, 20, 22, 24, 28. 4.2 Emendi li ġew aċċetati mill-Kummissjoni parzjalment jew b’riżerva għal emendi L-emendi 5, 21, 23, 26, 27 - Emenda 5 L-aħħar parti ta’ l-emenda għandha l-għan li tiddeskrivi t-tmexxija u telimina il-limitazzjoni (aġir li minnu sid il-bastiment jitlef id-dritt li jillimita r-resonsabbiltà tiegħu). Madanakollu din id-deskrizzjoni mhix kompleta u għaldaqstant għandha terġa’ tiġi reveduta biex tirrifletti in toto d-dispożizzjoni tad-Direttiva, mhux biss l-Artikolu 4(2a) (imsejjes fuq it-tort li mhux skużabbli), iżda wkoll fuq l-Artikolu 4(3) (imsejjes fuq negliġenza serja). Il-premessa l-ġdida 5(a) “F’dak li għandu x’jaqsam mal-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat li huwa firmatarju tal-Konvenzjoni ta’ l-1996, il-limitazzjoni tar-responsabbiltà msemmija fil-Konvenzjoni ta’ l-1996 ma tistax tiġi opposta lill-vittmi li mhumiex parti mill-operazzjoni tat-trasport marittimu anke jekk is-sid tal-bastiment li kkawża d-danni m’aġixxix b'onestà u għandu jerfa' r-responsabbiltà għad-danni kkawżati bl-għemil jew in-nuqqas tiegħu. “F’dak li għandu x’jaqsam mal-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat li huwa firmatarju tal-konvenzjoni ta’ l-1996, il-limitazzjoni tar-responsabbiltà msemmija fil-Konvenzjoni ta’ l-1996 ma tistax tiġi opposta lill-vittmi li mhumiex parti mill-operazzjoni tat-trasport marittimu anke jekk sid il-bastiment li kkawża d-danni m’aġixxix b'onestà u għandu jerfa' r-responsabbiltà għad-danni kkawżati bl-għemil jew in-nuqqas tiegħu." - Emenda 21 L-emenda għandha l-għan li tiddeskrivi l-kontenut tar-riżoluzzjoni A 930(22) ta’ l-IMO. Din id-deskrizzjoni mhijiex kompleta u għandha wkoll tagħmel referenza għall-ħlasijiet pendenti tas-salarji. Artikolu 6, l-1 inċiż: “Kull Stat Mebru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex kull sid ta’ bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jikkostitwixxi garanzija bankarja bl-għan li tipproteġi lin-nies tal-baħar li huma impjegati jew li jaħdmu fuq dak il-bastiment f’każ ta’ abbandun, skond ir-riżoluzzjoni A 930(22) ta’ l-IMO, u biex tkopri l-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni, ta’ assistenza medika u ripatrijazzjoni, kif ukoll għall-ħlas pendenti tas-salarji.” - L-Emendi 23, 26 u 27: Dawn it-tliet emendi jirrigwardaw l-istabbiliment ta’ uffiċċju Komunitarju inkarigat mill-amministrazzjoni ta’ ċertifikati ta’ garanzija finanzjarja. It-tentattiv għaċ-ċentralizzazzjoni fuq livell Ewropew ta’ l-amministrazzjoni taċ-ċertifikati ta’garanzija finanzjarja, biex jitħaffef il-piż tal-pajjiżi Membri u biex tiġi żgurata l-omoġenità tal-proċeduri, jista’ jkun leġittimu. Iżda l-istabbiliment ta’ uffiċċju bħal dan għandu kosegwenzi fuq livell amministrattiv u finanzjarju li jridu jitqiesu. Għaldaqstant il-Kummissjoni tixtieq teżamina f’aktar dettall din l-inizjattiva. F’dan il-kuntest, is-soluzzjoni tista’ tkun mhux l-istabbiliment ta’ uffiċju ġdid, iżda li tali kompiti jiġu konferiti lill-Aġenzija Ewropea għas-sigurtà marittima, li tingħata indipendenza fuq livell istituzzjonali u finanzjarju. Premessa ġdida: “jista’ jiġi miftiehem li fil-ġejjieni l-amministrazzjoni taċ-ċertifikati ta' garanzija finanzjarja tkun ċentralizzata fuq livell Ewropew. L-Aġenzija Ewropea għas-sigurtà marittima tista’ tissejjaħ biex tassumi rwol għal dan il-għan. Għaldaqstant ikun meħtieġ, preliminarjament, li jiġu identifikati bi preċiżjoni l-konsegwenzi li dan jista’ jkollu fuq l-Aġenzija, kemm fuq livell istituzzjonali kif ukoll finanzjarju" 4.3. Emendi li ma humiex aċċettati mill-Kummissjoni L-emendi 7 u 25 ma jistgħux jiġu aċċettati mill-Kummissjoni 5. Proposta emendata Fid-dawl ta’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni qed temenda l-proposta kif indikata hawn fuq.