Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0384

    Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli fuq il-kwantitajiet nominali ta' prodotti ppakkjati minn qabel, li tirrevoka d-Direttivi 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

    /* KUMM/2007/0384 finali - COD 2004/0248 */

    52007PC0384




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 27.6.2007

    KUMM(2007) 384 finali

    2004/0248 (COD)

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi r-regoli fuq il-kwantitajiet nominali ta' prodotti ppakkjati minn qabel, li tirrevoka d-Direttivi 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE

    JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

    2004/0248 (COD)

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi r-regoli fuq il-kwantitajiet nominali ta' prodotti ppakkjati minn qabel, li tirrevoka d-Direttivi 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE Proċedura ta' Kodeċiżjoni It-tieni qari

    1. DAħLA

    L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistipula l-opinjoni tagħha dwar l-erba' emendi proposti mill-Parlament f'dan li ġej.

    2. L-ISFOND

    Il-proposta COM (2004)708 finali[1] ġiet trażmessa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-25 ta' Ottubru 2004 skond il-proċedura tal-kodeċiżjoni skond l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE.

    Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fis-6 ta’ April 2005[2].

    Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu ma' l-ewwel qari fit-2 ta' Frar 2006.

    Il-proposta emendata COM (2006)171 finali[3] skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat tal-KE ġiet trażmessa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-18 ta' April 2006.

    Wara l-opinjoni tal-Parlament Ewropew u skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE, minn ftehim politiku tal-25 ta' Settembru 2006, il-Kunsill adotta Pożizzjoni Komuni fl-4 ta' Diċembru 2006[4]. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pożizzjoni Komuni COM(2006) 811 finali ġiet adottata fit-12 ta’ Diċembru 2006.

    Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu mat-tieni qari fl-10 ta' Mejju 2007.

    3. L-GħAN TAL-PROPOSTA

    L-għan tad-direttiva huwa li tabolixxi r-regolament li jmur lura għas-sebgħinijiet li jiffissa kwantitajiet nominali li bihom jinbiegħu il-prodotti. Il-proposta żżomm biss ir-regolament għall-inbid u l-ispirti, li bħalissa huma diġà soġġetti għal kwantitajiet nominali mandatorji.

    Id-direttiva tissimplifika r-regolament dwar il-kwantitajiet nominali billi tintegra żewġ direttivi f’direttiva waħda. B’mod simili, hija tgħaqqad ir-regolament dwar il-kontroll metroloġiku ta’ prodotti ppakkjati minn qabel, li bħalissa huwa trattat taħt żewġ direttivi, f’direttiva waħda. Konsegwentement, hija tirrevoka d-Direttivi 75/106 u 80/232 u testendi l-ambitu tad-direttiva 76/211 għall-prodotti kollha ppakkjati minn qabel.

    4. L-OP injoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew

    4.1. Ġenerali

    Fl-10 ta' Mejju 2007, il-Parlament Ewropew adotta pakkett ta' kompromess li dwaru kien hemm qbil mal-Kunsill bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fit-tieni qari.

    Il-Kummissjoni taċċettakull emenda. Dawn jikkonċernaw premessa dwar użu iktar volontarju ta' prezzar ta' l-unitajiet, premessa u artikolu dwar il-monitoraġġ tat-tneħħija gradwali ta' daqsijiet nazzjonali u premessa li tispjega s-sitwazzjoni tal-ħobż fir-Renju Unit skond din id-Direttiva l-ġdida.

    Il-konklużjoni tal-pakkett ta' kompromess ġiet iffaċilitata mid-dikjarazzjoni li għamlet il-Kummissjoni dwar ir-rimi ta' ħażniet ta' inbid u xarbiet ta' spirti (ara l-anness);

    4.2. Proposta emendata

    Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.

    ANNESSStqarrija tal-Kummissjoni dwar ir-rimi ta' ħażniet ta' inbid u xarbiet ta' spirti

    Il-medda fil-futur għall-kwantitajiet nominali Komunitarji ta' inbejjed u u xarbiet ta' spirti, fl-intervalli koperti mill-Anness, bażikament tirriproduċi dawk eżistenti, bl-eċċezzjoni ta' 1125ml għax-xarbiet ta' spirti. Għalhekk l-effett għandu jkun negliġibbli. Dawk li jinsabu inqas jew iktar mill-intervalli definiti fl-Anness (bejn 100-1500 ml, ħlief l-intervall ta' 125 ml ta' isfel għall-inbid bil-gass u l-kwantità massima ta' 2000 ml għax-xarbiet ta' l-ispirti) mhumiex koperti mill-Anness u għalhekk jaqgħu taħt il-prinċipju ġenerali ta' kwantitajiet nominali mhux effetwati.

    Skond l-Artikolu 8 tal-Pożizzjoni Komuni (Traspożizzjoni) l-Istati Membri għandhom 12 –il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva sabiex jinkorporaw l-istrument fil-liġi nazzjonali. Id-Direttiva ssir applikabbli minn 18-il xahar wara d-dħul fis-sehh tagħha, li jfisser li hemm ukoll mhux inqas minn sitt xhur bejn it-traspożizzjoni tad-Direttiva u l-applikazzjoni tagħha. Dan jagħti biżżejjed żmien lill-manifatturi kkonċernati sabiex jadattaw.

    Aktar minn hekk, il-prodotti pre-packed li jinsabu fis-suq qabel l-applikazzjoni tad-Direttiva, per eżempju, dawk li jinsabu fil-kanali tad-distribuzzjoni għandhom jiġu affettwati mid-Direttiva u jistgħu jinbiegħu fis-suq lill-konsumatur aħħari.

    Għal dawn ir-raġunijiet kollha il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rimi tal-ħażniet ta' l-inbid u ta' xarbiet ta' spirti li huma pre-packed, fil-prinċipju, għandu jkun diffiċli.

    [1] ĠU C 49, 28.02.2006, p.37.

    [2] ĠU C 255, 14.10.2005, p.36.

    [3] ĠU C 130, 03.06.2006, p.9.

    [4] ĠU C 311E, 19.12.2006, p. 21

    Top