This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0311
Proposal for a Council Regulation on the installation, operation and management of a Communication Infrastructure for the Schengen Information System (SIS) environment {COM(2007)306 final} {SEC(2007)809} {SEC(2007)810}
Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għall-ambitu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) {COM(2007)306 final} {SEC(2007)809} {SEC(2007)810}
Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għall-ambitu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) {COM(2007)306 final} {SEC(2007)809} {SEC(2007)810}
/* KUMM/2007/0311 finali - CNS 2007/0010 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 11.6.2007 KUMM(2007)311 finali 2007/0108(CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għall-ambitu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) (preżentata mill-Kummissjoni) {COM(2007)306 final}{SEC(2007)809}{SEC(2007)810} MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha L-għan ta' din il-proposta, flimkien ma' proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istess suġġett, hu li jkun stabbilit qafas legali għall-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' infrastruttura speċifika ta' komunikazzjoni li għandha tipprovdi servizzi ta' netwerk u sigurtà għall-bdil ta' data permezz tas-SIS u għall-bdil ta' data marbuta mad-data tas-SIS bejn is-SIRENE Bureaux stabbilit fil-Konvenzjoni ta' Schengen. Il-Kummissjoni qed tressaq din il-proposta sabiex tiżgura li l-kontinwità tas-servizzi msemmija hawn fuq li bħalissa huma provduti mill-infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambitu ta' Schengen (SISNET) u li huma ta' importanza kruċjali għaż-żamma ta' żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri esterni. Madanakollu, din il-proposta għat-twaqqif ta' infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni għandha tkun implimentata biss fil-każ li l-akkwist pubbliku mniedi mid-Deputat Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill f'isem l-Istati Membri għal kuntratt SISNET ġdid ma jkunx suċċess. Il-Kummissjoni tqis li l-Kunsill, li hu responsabbli għall-ġestjoni tas-SIS għandu, fil-prinċipju, ikompli jkun responsabbli għall-komponenti kollha tagħha inkluża l-infrastruttura ta' komunikazzjoni. Il-Kummissjoni tipproponi li din l-infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni għandha tkun stabbilita permezz ta' l-użu tal-miżuri orizzontali previsti fil-Programm IDABC (Deċiżjoni 2004/387/KE) u b'mod partikolari ta' l-s-TESTA (pjattaforma ta' komunikazzjoni sikura trans-Ewropea). Il-pjattaforma s-TESTA bħalissa qed tintuża wkoll għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni għat-tieni ġennerazzjoni tas-SIS (SIS II). F'dak li jirrigwarda s-SIS II, il-Kummissjoni tibqa' impenjata lejn l-iżvilupp tagħha u lejn sistema li topera mill-aktar fis possibbli jekk kemm-il darba tibqa' l-prijorità assoluta għall-Kunsill. L-għan komuni ta' SIS ġdida b'funzjonijiet ġodda u mtejba u standards ta' prestazzjoni ogħla li jipprovdu livell ogħla ta' sigurtà filwaqt li jiżgura il-ħarsien ta' data personali, f'żona Ewropea ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, jibqa' priorità. Għal din ir-raġuni t-tul ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni proposta għandu jkun limitat fiż-żmien skond il-bidu ta' l-operat tas-SIS II. | 120 | Il-kuntest ġenerali F'Diċembru ta' l-2001 il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa s-SIS II. Wieħed mill-għanijiet tas-SIS II kien li jippermetti lill-Istati Membri li jingħaqdu fl-Unjoni Ewropea fl-2004 sabiex iwettqu waħda mill-kundizzjonijiet ewlenin meħtieġa għat-tneħħija tal-kontrolli interni fuq il-fruntieri. Madanakollu, l-iżvilupp ta' SIS II ittardja u f'Diċembru 2006 l-Kunsill tawwal il-mandat tal-Kummissjoni għall-iżvilupp tagħha sa l-aħħar ta' l-2008. Sabiex jiżgura li l-għan politiku tat-tneħħija tal-kontrolli interni fuq il-fruntieri ma' l-Istati Membri li ngħaqdu fl-Unjoni Ewropea fl-2004 ikun jista' jintlaħaq fl-2007, il-Kunsill iddeċieda f'Diċembru 2006 li jimplimenta proġett propost mill-Portugall sabiex jgħaqqad lil dawk l-Istati Membri mal-verżjoni kurrenti tas-SIS, is-SIS I+. B'konsegwenza ta' dan il-proġett l-implimentazzjoni tas-SIS II ittardjat aktar u issa hi skedata sabiex tibda topera f'nofs Diċembru 2008. Il-Ftehim SISNET, il-kuntratt iffirmat għall-forniment tan-netwerk u s-servizzi ta' sigurtà assoċjati għas-SIS I+, jispiċċa f'Novembru 2008. Bil-possibbiltà li SIS II ma tkunx bdiet topera għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fis-SIS 1+ sa dik id-data, ikun meħtieġ li jkun kopert il-vojt bejn Novembru 2008 u l-bidu tal-ħidma ta' SIS II. Wara l-approvazzjoni mill-Kunsill JHA tal-15 ta' Frar 2007 ta' Ftehim dwar azzjonijiet fir-rigward ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni fil-futur għas-SIS 1+ u b'mod parallel mas-sejħa għal offerti mnedija mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-konklużjoni ta' kuntratt ġdid għas-SISNET, il-Kummissjoni tipproponi li titwaqqaf infrastruttura ta' komunikazzjoni speċifika li tkun iffinanzjata mill-baġit ta' l-UE. Għandu jitfakkar li SISNET mhix iffinanzjata mill-baġit ta' l-UE u l-kuntratt għall-forniment tas-servizzi ta' komunikazzjoni mitluba hu mmexxi mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill f'isem l-Istati Membri. It-twaqqif ta' infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni immexxija mill-Kummissjoni jirrappreżenta bidla importanti għas-SIS kurrenti bl-istrutturi ta' tmexxija intergovernattivi tagħha. F'dan il-kuntest, il-proposta preżenti għandha tistabbilixxi delimitazzjoni ċara ta' impenji u responsabbiltajiet għall-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, is-SIS 1+ imkabbra u din l-infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni għandhom jibqgħu soluzzjonijiet temporanji ladarba l-bidu ta' l-operat tas-SIS II huwa l-għan aħħari. Il-Kunsill u l-Parlament laħqu ftehim dwar il-qafas legali tas-SIS II li jippermetti l-użu ta' approċċ ta' teknoloġija avvanzata u l-funzjonijiet imtejba provduti bis-sistema l-ġdida. Dawn ikunu kontro-bilanċjati minn standards ogħla ta' ħarsien għal individwi u kontabilità imtejba f'dak li jirrigwarda l-ġestjoni tas-sistema. Din l-infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni ma tissostitwixxix lis-SISNET fl-intier tagħha ladarba SISNET tipprovdi wkoll servizzi ta' komunikazzjoni għal VISION, netwerk li tappoġġja proċeduri ta' konsultazzjoni dwar viżi bejn l-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 17 (2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Madanakollu, il-Kummissjoni ma inkludietx lil VISION fil-firxa ta' din il-proposta ladarba l-Kunsill irriserva għalih il-poteri ta' implimentazzjoni fil-qasam tal-politika dwar il-viża. Il-funzjonijiet tekniċi tal-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni tal-VISION ikunu sostitwiti mis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS), meta dawk l-Istati Membri kollha li jużaw il-VISION ikunu f'qagħda li jużaw il-VIS għal dan l-għan. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta - Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (l-Artikoli 92-119) - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar id-dħul ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2005/211/JHA ta’ l-24 ta’ Frar 2005 dwar l-introduzzjoni ta’ xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. - Ir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni, fir-rigward ta' l-aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni għal vetturi. Il-Konvenzjoni u t-tliet atti legali msemmija hawn fuq jikkostitwixxu l-qafas legali kurrenti tas-SIS li jkun sostitwit mis-SIS II fil-ġejjieni. Il-qafas legali tas-SIS II hu magħmul minn: - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/JHA tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) - Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II). - l-Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/.../JHA ta' ...[1] dwar it-twaqqif tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II). - Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi. | 140 | Il-konsistenza ma’ l-istrateġiji politiki l-oħra u ma’ l-għanijiet ta’ l-Unjoni Din il-proposta hi meħtieġa sabiex is-SIS tibqa' topera. Is-SIS tikkostitwixxi parti integrali mill-miżuri ta' kumpens meħtieġa sabiex ikun żgurat iċ-ċaqliq ħieles ta' persuni u hi wkoll konsistenti ma' l-għanijiet tal-Programm ta' l-IDABC billi tuża l-parti tas-servizzi infrastrutturali tal-miżuri orizzontali stabbiliti b'dan il-Programm. L-għan tal-Programm ta' l-IDABC hu li jidentifika, jappoġġja u jippromwovi l-iżvilupp u t-twaqqif ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej u n-netwerks telematiċi interoperabbli bażilari li jappoġġjaw lill-Istati Membri u lill-Komunità fl-implimentazzjoni, fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi, tal-politiki u l-attivitajiet tal-Komunità, u jikseb benefiċċji sostanzjali għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini. | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati | 211 | Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Il-metodu ewlieni ta' konsultazzjoni kien il-ġbir ta' informazzjoni mill-partijiet li ġejjin: (1) Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Elementi għall-konsultazzjoni: - Kuntratt SISNET - In-nefqa ta' SISNET - Ir-responsabbiltajiet fis-SIS (2) Fornitur tan-netwerk S-TESTA Elementi għall-konsultazzjoni: - Listi ta' prezzijiet għall-istallazzjoni ta' netwerks - Listi ta' prezzijiet għall-operazzjoni ta' netwerks | 212 | Sinteżi tat-tweġibiet u kif tqiesu It-tagħrif miġbur intuża għall-analiżi tan-nefqa u tar-rwoli u r-responsabbiltajiet f'kull waħda mill-għażliet ta' politika. Tqiesu wkoll il-fehmiet espressi mid-delegazzjonijiet ta' l-Istati Membri fil-gruppi ta' ħidma differenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. | Il-ġbir u l-użu ta’ l-għarfien espert | 221 | Oqsma ta’ għarfien xjentifiku/espert involuti ICT, akkwist pubbliku u għarfien finanzjarju espert | 222 | Il-metodoloġija użata Laqgħat wiċċ imb'wiċċ u l-ġbir ta' tagħrif miktub | 223 | L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Għarfien espert intern tal-Kummissjoni (DG JLS U DIGIT) u għarfien espert estern miġbur minn dokumentazzjoni teknika tas-SIS. | 2243 | Sinteżi tal-pariri miksuba u użati Hemm kunsens wiesa' dwar il-potenzjal li riskji serji jseħħu tassew u jġibu konsegwenzi politiċi sinifikattivi. | 225 | Ir-riskji għal kull għażla ġew evalwati u huma ta' natura differenti ħafna. falliment fil-proċedura ta' akkwist pubbliku, adozzjoni mdewma ta' l-istrumenti legali meħtieġa għat-twaqqif ta' infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni, nuqqas ta' finanzjament, ambigwità fit-tmexxija jew it-teħid ta' deċiżjonijiet, interferenza negattiva fil-proġett SIS II, u dewmien jew falliment fl-implimentazzjoni teknika. | 226 | Mezzi użati biex l-għarfien espert ikun disponibbli pubblikament N/A | 230 | Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Jistgħu jiġu meqjusa l-għażliet ta' politika li ġejjin: Għażla 1: Status quo – il-Kummissjoni ma tippreżentax proposta legali. Din is-soluzzjoni hi kontinwazzjoni tal-qafas preżenti li fih il-Kunsill u l-Istati Membri huma unikament responsabbli għas-SIS. Sabiex ikun stabbilit kuntratt tas-SISNET li jiżgura d-disponibbiltà ta' SISNET wara t-13 ta' Novembru 2008, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill iħejji u jniedi sejħa għall-offerti, f'forma ta' proċedura miftuħa, ristretta jew negozjata. Il-Kummissjoni m'għandha l-ebda rwol jew responsabbiltà f'din l-għażla. Għażla 2: Il-Kunsill jistalla, jopera u jmexxi infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni għas-SIS 1+ permezz ta' kuntratt speċifiku mal-fornitur ta' s-TESTA, li tkun iffinanzjata mill-Istati Membri. F'din l-għażla, il-Kunsill jikkonkludi kuntratt speċifiku taħt il-kuntratt ta' qafas s-TESTA għall-għanijiet ta' SIS 1+ ma' l-Istati Membri li jiffinanzjaw dan il-kuntratt speċifiku. Għażla 3: Il-Kummissjoni tistalla, topera u tmexxi infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni għas-SIS 1+ permezz ta' kuntratt speċifiku mal-fornitur ta' s-TESTA, li tkun iffinanzjata mill-baġit ġenerali ta' l-UE. Il-Kummissjoni tiffirma kuntratt speċifiku ta' l-s-TESTA sabiex tistalla infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni għal SIS 1+. B'riżultat ta' dan, l-istallazzjoni, l-operat u t-tmexxija ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni huma r-responsabbiltà tal-Kummissjoni u huma iffinanzjati mill-baġit ġenerali ta' l-UE. Din l-infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni s-TESTA għas-SIS 1+ ma tagħmilx interferenza fl-infrastruttura ta' komunikazzjoni għas-SIS II. Il-valutazzjoni ta' l-impatt tikkonkludi li għalkemm l-għażla ta' status quo hi l-aħjar għażla fuq l-oħrajn u ma tippreżentax diffikultajiet kbar, jeżistu riskji inerenti fi kwalunkwe proċedura ta' sejħa għal offerti. Bi ftehim mal-Kunsill, il-Kummissjoni għarfet li hu meħtieġ li jkun hemm soluzzjoni alternattiva. Ikun diffiċli ħafna sabiex tinżamm żona mingħajr kontroll intern fuq il-fruntieri għal kwalunkwe tul ta' żmien mingħajr l-operat tas-SIS u l-bdil SIRENE relatat. Għalhekk, fil-każ li l-proċedura ta' l-offerti mnedija mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ma tirriżultax fil-konklużjoni ta' kwalunkwe ftehim jew kuntratt għall-forniment tas-servizzi meħtieġa fl-ambitu SIS, l-unika għażla li jibqa' tkun l-aħħar għażla, fid-dawl tal-fatt li t-tieni għażla ma ġietx ikkunsidrata mis-Servizz Legali tal-Kunsill u għalhekk tkun diffiċli ħafna li tiġi adottata. Ir-rakkomandazzjoni tal-valutazzjoni ta' l-impatt hi għalhekk li l-Kummissjoni timpenja ruħha għat-tħejjijiet kollha meħtieġa għall-aħħar għażla, avolja l-valutazzjoni ta' l-impatt mhix favorevoli. Madanakollu, l-implimentazzjoni ta' din is-soluzzjoni għandha sseħħ biss jekk ifallu l-azzjonijiet li qed jittieħdu sabiex ikun stabbilit kuntratt ġdid għas-SISNET. Hi għalhekk kundizzjonali fuq l-applikazzjoni tal-mezzi kollha disponibbli sabiex jiġi mtawwal is-servizz tas-SISNET. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sinteżi ta’ l-azzjoni proposta L-għan ta' din il-proposta, flimkien ma' proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istess suġġett, hu li jkun stabbilit qafas legali għall-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' infrastruttura speċifika ta' komunikazzjoni li għandha tipprovdi servizzi ta' networking u sigurtà għall-bdil ta' data permezz tas-SIS u għall-bdil ta' data marbuta mad-data tas-SIS bejn is-SIRENE Bureaux stabbilit fil-Konvenzjoni ta' Schengen. | 310 | Bażi legali Ir-regolament għandu l-bażi ġuridika tiegħu fl-Artikolu 66 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. | 320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjaretà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. | L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni li ġejja. | 321 | L-għan ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri li tkun stabbilita infrastruttura ta' komunikazzjoni li torbot is-sistemi nazzjonali tas-SIS mad-database ċentrali tas-SIS għall-bdil ta' informazzjoni, jista' jinkiseb aħjar mill-Komunità bl-użu ta' l-infrastruttura Komunitarja eżistenti (s-TESTA) disponibbli għall-bdil ta' data bejn l-amministrazzjonijiet. | L-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni li ġejja. | 324 | L-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni ta' Schengen għandhom jibdlu informazzjoni għall-implimentazzjoni ta' politiki komuni. Il-Komunità tista' tipprovdi servizzi ta' netwerk u sigurtà li jeħtieġu l-Istati Membri tul l-Ewropa, b'mod aktar effiċjenti milli kieku jipprovdihom kull Stat Membru. | 325 | Il-fatt li diġà twaqqfet pjattaforma komuni bħall-s-TESTA, għal tali għanijiet li jużaw l-esperjenza miksuba minn proġetti fl-imgħoddi u servizzi ġeneriċi provduti fil-qafas ta' l-IDA (Predeċessur ta' l-IDABC) juri l-vijabbiltà ta' fiduċja fil-Komunità għall-forniment ta' tali servizzi. | 327 | L-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea hi limitata għall-qsim ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni filwaqt li l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għas-sistemi nazzjonali ta' informazzjoni tagħhom stess. | Għaldaqstant, il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija skond il-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. | 331 | Il-proposti jistabbilixxu l-obbligu għall-Kummissjoni li tistabbilixxi l-infrastruttura komuni ta' komunikazzjoni. Madanakollu, l-Istati Membri jkunu responsabbli għall-eżekuzzjoni tat-testi li jiżguraw li l-applikazzjonijiet nazzjonali tagħhom (SIS u SIRENE) jaħdmu sew bl-użu ta' l-infrastruttura l-ġdida. | 332 | Il-proposti u l-piż finanzjarju biż-żmien ikunu limitati meta jitqies li s-SIS II ser jissostitwixxi s-SIS preżenti u din l-infrastruttura ta' komunikazzjoni ma tibqax meħtieġa. L-għan hu li jkun provdut servizz essenzjali bħala soluzzjoni temporanja għas-sistema preżenti sakemm ikun qed jopera s-SIS II. | L-għażla ta’ l-istrumenti | 341 | Strumenti proposti: Regolament u Deċiżjoni. | 342 | Jinħtieġu Regolament ibbażat fuq it-Titolu IV TEC u Deċiżjoni bbażata fuq it-Titolu VI TEU minħabba n-natura legali doppja tas-SIS. Kwalunkwe emenda jew aktar żvilupp ta' l-acquis tas-SIS għandhom ikunu bbażati fuq bażi legali ta' l-ewwel u t-tielet pilastri. | L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT | 401 | Is-somma finanzjarja mitluba għall-2008 għat-twaqqif u l-operazzjoni ta' l-infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni jammonta għal 7.6 miljun EUR. Dan jinkludi l-azzjonijiet ewlenin li ġejjin: - L-istallazzjoni u l-eżami tan-netwerk s-TESTA għas-SIS 1+; - Il-migrazzjoni ta' l-utenti tas-SIS 1+ lejn netwerk ġdid fuq l-s-TESTA; - SIS 1+ l-operazzjonijiet tan-netwerk s-TESTA. Barra minn hekk ser ikun hemm impatt finanzjarju għall-baġits inter-governattivi stabbiliti fl-acquis ta' Schengen għat-twaqqif u l-ġestjoni ta' SISNET u l-funzjoni ta' appoġġ tekniku (C.SIS – SIS Ċentrali) waqt l-attivitajiet ta' eżaminazzjoni u migrazzjoni. | INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | 520 | It-tħassir ta' leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka ta' leġiżlazzjoni eżistenti. | Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni | 533 | Il-proposta tinkludi klawżola ta' estinzjoni. | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta 1. L-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni L-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni li għandha titwaqqaf hi deskritta, min-naħa l-waħda, b'referenza għas-servizzi li se tipprovdi u, min-naħa l-oħra, bl-indikazzjoni tas-sistemi jew l-entitajiet deskritti fil-Konvenzjoni ta' Schengen li jkunu marbuta ma' din l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. Din l-infrastruttura ma tkoprix il-kurrent nazzjonali ta' data inkluż it-tagħrif SIRENE bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u bejn dawn l-awtoritajiet u s-SIRENE Bureau nazzjonali, li jibqa' responsabbiltà nazzjonali. Il-Kummissjoni, qabel ma tidħol fi kwalunkwe arranġament kontrattwali mal-fornitur tas-servizz għall-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, teħtieġ li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jirriflettu l-ħtiġijiet speċifiċi għas-SIS 1+ u s-SIRENE. Il-Kummissjoni tqis li l-ħtiġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerti mfassla mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għat-tiġdid tas-SISNET. Għalkemm l-Istati Membri għandhom obbligu ġenerali taħt l-Artikolu 10 tat-Trattat sabiex jiffaċilitaw il-ħidmiet tal-Kummissjoni, il-proposta tirreferi għal azzjonijiet partikolari li għandhom iwettqu l-Istati Membri sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tistalla u topera l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni b'mod effettiv. Il-Kummissjoni tinforma wkoll lill-Istati Membri meta tkun tlestiet l-istallazzjoni wara li tkun wettqet l-eżaminazzjonijiet meħtieġa li jiżguraw id-disponibbiltà ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. Ir-referenza għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għall-finanzjament ta' din il-parti tas-SIS tqieset bħala meħtieġa meta jitqies li l-istallazzjoni u l-operazzjoni tal-parti komuni l-oħra tas-SIS, il-funzjoni ta' appoġġ tekniku, i.e. is-C.SIS, hi finanzjata minn baġit inter-governattiv stabbilit fl-Acquis ta' Schengen (Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-15 ta' Diċembru 1997 li temenda r-Regolament Finanzjarju fuq is-C.SIS). 2. Il-Programm IDABC IDABC jipprovdi serje ta' servizzi infrastrutturali bħas-s-TESTA għall-bdil ta' data bejn l-amministrazzjonijet nazzjonali u Ewropej. Il-pjattaforma s-TESTA qed tintuża wkoll għall-iżvilupp tas-SIS II u l-VIS. Sistemi ta' IT oħra b'għażla fuq skala kbira fiż-Żona Ewropea ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, u li jeħtieġu rekwiżiti ta' disponibbiltà u sigurtà għolja bħall-Eurodac qed jużaw ukoll is-servizzi provduti mill-IDABC. 3. Eżamijiet ta' l-operazzjoni L-attivitajiet ta' eżamijiet ta' l-operazzjoni għandhom jiżguraw il-funzjoni xierqa tal-bdil tas-SIS u s-SIRENE fl-Infrastruttura l-ġdida ta' Komunikazzjoni jikkostitwixxu ħidma ta' l-akbar importanza li tista' sseħħ biss mill-Istati Membri taħt il-koordinazzjoni tal-Kunsill. Dan jirrifletti l-istatus quo preżenti f'dak li jirrigwarda l-ġestjoni tas-SIS u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tagħha. Franza, bir-responsabbiltà tagħha għat-tmexxija tas-C.SIS, għandha l-għarfien espert meħtieġ sabiex tiddeskrivi l-każijiet ta' eżaminazzjoni u tipproponi l-aktar proċedura xierqa għall-verifikazzjoni li s-SIS u s-SIRENE jaħdmu tajjeb fl-infrastruttura l-ġdida. Il-Gruppi ta' Ħidma tal-Kunsill kompetenti għas-SIS u s-SIRENE li jlaqqgħu l-esperti nazzjonali relevanti għandhom iwettqu x-xogħol kollu ta' tħejjija għat-twaqqif, il-koordinazzjoni u l-validazzjoni ta' l-attivitajiet ta' eżami. Il-Kummissjoni tiżgura d-disponibbiltà ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni fil-qafas ta' l-s-TESTA. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, permezz tal-Kunsill, tagħrif u rispons dwar l-attivitajiet ta' eżami. 4. Il-Migrazzjoni Il-migrazzjoni tas-SIS u SIRENE lejn l-Infrastruttura l-ġdida ta' Komunikazzjoni tista' sseħħ biss wara li l-attivitajiet kollha ta' eżami jkunu twettqu u ġew validati. Id-data stabbilita mill-Kunsill għandha fi kwalunkwe każ tkun qabel it-13 ta' Novembru 2008 meta jiskadi l-Ftehim tas-SISNET. 5. Twettiq ta' ħidmiet speċifiċi ta' ġestjoni operattiva minn korpi tas-settur pubbliku nazzjonali Il-ħsieb wara l-kuntratt ta' ħidmiet speċifiċi ta' ġestjoni operattiva lil korpi tas-settur pubbliku nazzjonali dwar l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni hu li jkunu żgurati l-effiċjenza u s-sinerġiji ma' ħidmiet ta' ġestjoni operattiva diġà mwettqa mis-C.SIS ċentrali. 6. Is-sorveljanza u l-valutazzjoni In-nefqa tkun sorveljata sewwa mill-Kummissjoni bl-użu tal-mezzi kollha disponibbli previsti fil-kuntratt li għandu jiġi ffirmat mal-fornitur ta' l-s-TESTA li se jinkludi għanijiet u indikaturi ta' prestazzjoni. Se ssir evalwazzjoni speċifika tas-servizzi previsti mill-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għas-SIS u SIRENE fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni globali tal-miżuri orizzonatali inklużi servizzi ta' infrastruttura mwettqa skond l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni IDABC. 7. Tneħħija tal-qafas legali tas-SISNET u l-emenda tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Ladarba SISNET tieqaf mill-operat, id-dispożizzjonijiet li jirreferu għaliha jiskadu u għandhom jitneħħew. It-trasferiment lill-Kummissjoni ta' drittijiet ta' proprjetà li ġejjin mit-twettiq tal-Ftehim tas-SISNET dwar il-Forniment ta' Netwerks f'Żona Wiesgħa u Servizzi ta' Sigurtà Assoċjati għas-SIS ta' l-14 ta' Novembru 2000, b'mod partikolari tal-komponenti tan-netwerk jistgħu jgħaġġlu l-istallazzjoni ta' l-Infrastruttura Ġdida ta' Komunikazzjoni u jnaqqsu l-impatt finanzjarju tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. 8. Applikazzjoni kondizzjonali u perjodu limitat ta' validità L-applikazzjoni kondizzjonali ta' l-istrument legali tirrifletti l-pożizzjoni tal-Kunsill meta jirrikonoxxi fil-Konklużjonijiet tiegħu ta' Frar 2007 ir-riskji li l-proċedura ta' l-offerti għat-tiġdid tas-SISNET tista' timplika u li għandha tkun provduta soluzzjoni alternattiva bbażata fuq l-s-TESTA. Il-Valutazzjoni ta' l-Impatt marbuta ma' din il-proposta turi li t-tiġdid tas-SISNET ikun dejjem l-aħjar għażla. Din l-applikazzjoni kondizzjonali ta' l-istrument legali tinsab sabiex tiżgura li l-proposta preżenti tipprevedi soluzzjoni alternattiva. Il-perjodu limitat ta' validità ta' din il-proposta jirriżulta mill-fatt li s-SIS 1+ fil-verżjoni SISone4all tagħha kif ukoll l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tagħha għandhom ikunu sostitwiti meta s-SIS II tibda topera. | 1. 2007/0108(CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għall-ambitu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 66 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3], Billi: 2. Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen ("SIS") stabbilita skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tad-14 ta’ Ġunju 1990 bejn il-gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni[4] (il-"Konvenzjoni ta’ Schengen") u l-iżvilupp tagħha, SIS 1 +, tikkostitwixxi għodda essenzjali biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen kif inhu integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea. 3. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001[5]u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/JHA[6] ippreveda l-iżvilupp tas-SIS II. Is-SIS II ser tissostitwixxi s-SIS kif maħluqa skond il-Konvenzjoni ta' Schengen. 4. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1987/2006/EC[7] ta' … dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) tikkostitwixxi l-bażi leġiżlattiva meħtieġa biex is-SIS II tiġi rregolata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. 5. Is-SIS bħalissa tagħti servizz lil 15-il Stat, inklużi l-Iżlanda u n-Norveġja li huma assoċjati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen. F'Diċembru ta' l-2006 l-Kunsill approva l-konnessjoni ta' disgħa mill-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 mas-SIS eżistenti bl-għan li jippermettilhom li jimplimentaw bis-sħiħ l- acquis ta' Schengen qabel ma tibda topera s-SIS II. 6. Skond id-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/870/KE tas-17 ta' Diċembru 1999 li tawtorizza lid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jaġixxi bħala rappreżentant ta' ċerti Stati Membri bl-għan li jiġu konklużi kuntratti marbuta ma' l-istallazzjoni u l-funzjoni ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambitu ' SISNET ' ta' Schengen u sabiex jitmexxew tali kuntratti[8] u skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE tas-27 ta' Marzu 2000 dwar it-twaqqif ta' regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti tal-baġit tal-ġestjoni mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati membri, b'rabta ma' l-istallazzjoni u l-funzjoni ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambitu " SISNET " ta' Schengen il-Ftehim dwar il-Forniment ta' Netwerks f'Żoni Wiesgħa u Servizzi Assoċjati ta' Sigurtà għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen ta' l-14 ta' Novembru 2000 (il-"Ftehim SISNET") ġie konkluż mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill u impriżi privati. Il-Ftehim tas-SISNET jipprovdi għas-servizzi meħtieġa għall-operat ta' SIS u jispiċċa f'Novembru 2008. 7. Il-kontinwità tat-tip ta' servizzi previsti bil-Ftehim tas-SISNET għandha tkun garantita għall-bdil effettiv ta' data bejn il-Funzjoni ta' Appoġġ Tekniku u s-sezzjonijiet nazzjonali tas-SIS u għall-bdil ta' informazzjoni bejn is-SIRENE stabbilit fl-Artikolu 92 tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Dan hu essenzjali għall-applikazzjoni ta' l- acquis ta' Schengen u, għalhekk, għaż-żamma ta' żona komuni mingħajr kontroll interni fuq il-fruntieri. 8. Il-Ftehim SISNET jipprovdi wkoll servizzi ta' netwerking u servizzi ta' sigurtà konnessi għal VISION, netwerk li jappoġġja proċeduri ta' konsultazzjoni tal-viża bejn l-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen, iżda dan ma jaqax fl-ambitu ta' din il-proposta minħabba li l-Kunsill, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi[9], huwa l-korp li għandu l-kompetenza li jimplimenta l-emendi neċessarji għall-migrazzjoni tal-VISION għal infrastruttura tal-komunikazzjoni oħra. 9. L-applikazzjoni ta' dan l-istrument legali għandha tkun kondizzjonali fuq in-notifika mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill li l-proċedura ta' akkwist pubbliku mnedija skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/149/KE tal-5 ta' Marzu 2007 li tawtorizza lid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jaġixxi bħala rappreżentant ta' ċerti Stati Membri bl-għan tal-konklużjoni u l-ġestjoni ta' kuntratti marbuta mal-forniment ta' servizzi li jirrigwardaw infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambitu Schengen sal-migrazzjoni tagħha għal infrastruttura ta' komunikazzjoni f'idejn il-Komunità Ewropea[10] u skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE ma rriżultatx fil-konklużjoni ta' xi ftehim jew kuntratt għall-forniment tas-servizzi li għandhom ikunu koperti b'din il-proposta. 10. Il-Kunsill fi Frar 2007 qies ir-riskji ta' tali proċedura għal offerti u talab lill-Kummissjoni sabiex tagħmel proposti sabiex tipprovdi għall-possibbiltà tal-migrazzjoni tas-SIS 1+ għal netwerk oħra. 11. Il-Kummissjoni żżomm id-dritt skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat tal-KE sabiex tibdel il-proposta tagħha fi kwalunkwe żmien waqt il-proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni ta' att Komunitarju. 12. L-aktar soluzzjoni xierqa meta jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' sigurtà u disponibbiltà tas-SIS li titwaqqaf infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni li għandha tissostitwixxi s-SISNET u tuża s-servizzi infrastrutturali previsti fil-qafas ta' Kuntratt ta' Servizz għal "Servizzi Trans-Ewropej b'Sigurtà għal Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet – Twassil ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni ġestita b'sigurtà ("S-Testa Framework Contract") skond id-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar it-twassil interoperabbli tas-servizzi eGovernattiv pan-Ewropej lil amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini ("id-Deċiżjoni IDABC")[11]. 13. L-infrastruttura ta' komunikazzjoni ġdida għandha tissostitwixxi is-SISNET, li għandha tieqaf topera mid-data stabbilita mill-Kunsill; u d-Deċiżjoni 1999/870/KE, id-Deċiżjoni 2000/265/KE u d-Deċiżjoni 2007/155/KE[12], li jikkostitwixxu l-qafas legali tagħha għandhom għalhekk jiġu mħassra. 14. L-istabbiliment ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni ġdida għandha titħaffef u l-piż finanzjarju fuq l-Unjoni Ewropea għandha jitnaqqas mill-Istati Membri billi jaqblu mat-trasferiment lill-Kummissjoni ta' drittijiet ta' proprjetà, inklużi drittijiet ta' proprjetà intellettwali, li jirriżultaw mill-ftehim SISNET. 15. L-ispiża involuta fit-twaqqif, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' din l-infrastruttura ta' komunikazzjoni għandha titħallas mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni hi responsabbli mit-twettiq tal-baġit u l-iffirmar tal-kuntratti meħtieġa għall-forniment ta' networking u servizzi ta' sigurtà fi ħdan il-Kuntratt ta' Qafas ta' l-s-Testa. Dan ir-Regolament huwa r-responsabbiltà tal-Kummissjoni għat-twaqqif, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' din l-infrastruttura ta' komunikazzjoni m'għandhom ikollhom l-ebda influwenza fuq ir-responsabbiltà tal-Kunsill għall-ġestjoni tas-SIS preżenti. 16. Hu għalhekk xieraq li l-Kunsill jistabbilixxi l-pjan ta' eżaminazzjoni fuq il-bażi ta' inizjattiva li għandha titħejja minn Franza, bħala l-Istat Membru responsabbli mill-Funzjoni ta' Appoġġ Tekniku, u tiżgura l-bdil xieraq ta' data għas-SIS u s-SIRENE fl-infrastruttura ta' komunikazzjoni, tikkoordina l-attivitajiet ta' eżaminazzjoni u tivvalida r-riżultati ta' l-eżaminazzjonijiet qabel ma tiffissa d-data tal-migrazzjoni mis-SISNET lejn l-infrastruttura l-ġdida ta' komunikazzjoni. 17. Jekk il-Kummissjoni tqis li jkun aktar effiċjenti, tista' tikkuntratta l-implimentazzjoni ta' ħidmiet speċifiċi ta' ġestjoni operattiva marbuta mas-sigurtà u s-superviżjoni ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni lil korpi nazzjonali tas-settur pubbliku. 18. Dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-qafas legali meħtieġ għall-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambitu tas-SIS u għaldaqstant jemenda l-Konvenzjoni ta' Schengen fir-rigward ta' ħwejjeġ li jaqgħu fil-firxa tat-Trattat tal-KE. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill KE Nru 2007/.../JHA ta' ... dwar l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambitu tas-SIS[13] tikkostitwixxi l-qafas legali meħtieġ fir-rigward ta' affarijiet li jaqgħu fil-firxa tat-Trattat tal-KE (it-"Trattat UE"). 19. Flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/.../JHA[14], dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-att bażiku fit-tifsira ta' l-Artikolu 49 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal- 25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[15], li jippermetti l-inklużjoni fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-approprjazzjonijiet neċessarji għall-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni u għall-implimentazzjoni ta' dik il-parti tal-baġit. 20. Il-fatt li l-qafas legali meħtieġ sabiex jippermetti l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni ta' l-ambitu SIS li għandha tkun iffinanzjata mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jikkonsisti f'żewġ strumenti separati ma jeffettwax il-prinċipju li din l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tikkostitwixxi infrastruttura waħda u għandha topera bħala tali. 21. Peress li l-objettivi ta’ l-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri l-istabbiliment u r-regolazzjoni ta' sistema konġunta ta’ informazzjoni fl-ambitu SIS, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi. 22. Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika ta' l-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen[16], li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fil-punt G ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999[17] dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim. 23. Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet ta’ l- Acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim ffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fil-punt G ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE meta jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/849/KE[18] u 2004/860/KE[19]. 24. Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhux ser tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l- acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara d-data ta' l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jekk hijiex ser tittrasponih fil-liġi nazzjonali tagħha. 25. Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet dwar l- acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit ta’ l-Ingilterra u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen[20]. Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex se jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. 26. Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen[21]. Għalhekk l-Irlanda mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu 27. Minħabba li hu essenzjali li t-tip ta' servizzi provduti mis-SISNET ikunu garantiti lil hinn minn Novembru 2008 u għall-Kummissjoni sabiex din tikkonkludi l-kuntratti xierqa għal dan l-għan mill-aktar fis possibbli, bħala każ ta' urġenza dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Istallazzjoni, l-operazzjonit u l-ġestjoni ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni 28. Il-Kummissjoni għandha tistalla, topera u tmexxi infrastruttura ta' komunikazzjoni li tipprovdi networking u servizzi ta' sigurtà għall-bdil ta' data bejn il-Funzjoni ta' Appoġġ Tekniku u s-sezzjonijiet nazzjonali tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) u bejn is-SIRENE stabbiliti fl-Artikolu 92 tal-Konvenzjoni ta' Schengen (l-"Infrastruttura ta' Komunikazzjoni"). 29. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni filwaqt li tqis l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill f'isem l-Istati Membri għall-proċedura ta' akkwist pubbliku mnedija skond id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2007/149/KE u 2000/265/KE. 30. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw fil-ħidmiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jipprovdu bini xieraq biex jilqa' l-punti ta' aċċess nazzjonali ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u jiżgura aċċess għal dan il-bini meta meħtieġ mill-Kummissjoni. 31. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kunsill fid-data minn meta titlesta l-istallazzjoni ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u tkun disponibbli għall-eżekuzzjoni ta' l-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 3. 32. L-ispejjeż ta' l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għandhom ikunu sostnuti mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 2 L-użu tal-Programm IDABC Il-Kummissjoni għandha tqis id-Deċiżjoni 2004/387/KE (id-Deċiżjoni IDABC) u tuża l-Kuntratt-Qafas ta' l-s-TESTA għall-għanijiet ta' stallazzjoni, operazzjoni u ġestjoni ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. Artikolu 3 Eżamijiet SIS u SIRENE fuq l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni 33. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-eżamijiet meħtieġa sabiex jiżguraw il-bdil xieraq ta' data msemmi fl-Artikolu 1 (1) fl-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. 34. Il-Kunsill għandu jkun responsabbli għat-twaqqif ta' pjan ta' eżami fuq il-bażi ta' inizjattiva li għandha titħejja minn Franza, fil-kapaċità tagħha bħala l-Istat Membru responsabbli għas-C.SIS. 35. Il-Kunsill għandu jikkoordina l-attivitajiet ta' eżami ta' l-Istati Membri u jivvalida r-riżultati ta' l-eżamijiet u jżomm lill-Kummissjoni infurmata. Artikolu 4 Il-Migrazzjoni ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni 36. Wara n-notifika lill-Kunsill mill-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fis-SIS dwar it-tlestija b'suċċess tat-testijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-Kunsill għandu jiffissa d-data tal-bidu tal-bdil ta' data msemmi fl-Artikolu 1 (1) bl-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. 37. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-migrazzjoni mis-SISNET lejn l-infrastruttura ta' komunikazzjoni fid-data stabbilita skond il-paragrafu 1. 38. Il-Kunsill għandu jikkoordina l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2. Artikolu 5 Twettiq ta' ħidmiet speċifiċi ta' ġestjoni operattiva minn korpi tas-settur pubbliku ta' l-Istati Membri 39. Il-Kummissjoni, mid-data msemmija fl-Artikolu 1 (4) tista' tagħti b'kuntratt l-eżekuzzjoni ta' ħidmiet speċifiċi ta' ġestjoni operattiva fir-rigward tas-sigurtà u s-superviżjoni ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni lil korpi nazzjonali tas-settur pubbliku. 40. L-ispejjeż li jagħmlu l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għat-twettiq tal-ħidmiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 6 Is-Sorveljanza u l-valutazzjoni Il-Kummissjoni għandha tipproduċi valutazzjoni globali tal-funzjonament ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni ladarba din tkun waqfet topera. Il-valutazzjoni għandha sseħħ fil-qafas ta' l-valutazzjoni globali tal-miżuri orizzontali IDABC taħt id-Deċiżjoni ta' l-IDABC. Għandha tevalwa b'mod partikolari l-effettività u l-effiċjenza ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni fil-forniment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 1 (1). Artikolu 7Tħassir 41. Id-Deċiżjoni 1999/870/KE, id-Deċiżjoni 2000/265/KE u d-Deċiżjoni 2007/155/KE għandhom għalhekk jiġu mħassra minn data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill. L-infrastruttura ta' komunikazzjoni SISNET għandha tieqaf topera mid-data stabbilita skond l-Artikolu 4 (1). 42. Il-bqija tal-baġit stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE, mid-data stabbilita skond l-Artikolu 4 (1), għandu jiġi mħallas lura lill-Istati Membri. L-ammonti li għandhom jitħallsu lura għandhom ikunu kalkolati fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri kif stabbiliti fl-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE. 43. L-Istati Membri jaqblu li jittrasferixxu lill-Kummissjoni kull drittijiet ta' proprjetà, inklużi drittijiet ta' proprjetà intellettwali, li jiġu mit-twettiq tal-ftehim konkluż skond id-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/870/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE għall-forniment ta' networking fuq żona wiesgħa u servizzi assoċjati ta' sigurtà fil-qafas tas-SISNET mid-data msemmija fl-Artikolu 4 (1). Artikolu 8 L-emenda għall-Konvenzjoni ta' Schengen Mid-data deċiża skond l-Artikolu 4 (1), l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 119 (1) tal-Konvenzjoni ta' Schengen għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:: "L-ispejjeż ta' l-istallazzjoni u l-operazzjoni tal-funzjoni ta' appoġġ tekniku msemmija fl-Artikolu 92(3), mingħajr l-ispiża tal-linji li jikkomunikaw is-sezzjonijiet nazzjonali tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen mal-funzjoni ta' appoġġ tekniku, għandhom jintrefgħu b'mod konġunt mill-Partijiet Kontraenti." Artikolu 9Dħul fis-seħħ u applikabbiltà 44. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandu jiskadi fl-1 ta' Novembru 2009 jew fid-data stabbilita mill-Kunsill skond l-Artikolu 55 (2) tar-Regolament Nru 1987/2006, liema minnhom tkun l-ewwel. 45. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament hu soġġett għal notifika tad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill lill-Kummissjoni li l-ebda ftehim jew kuntratt ma jkun ġie konkluż għall-forniment ta' networking u servizzi ta' sigurtà għall-bdil ta' data msemmija fl-Artikolu 1 (1) skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/149/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE. 46. In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 tista' sseħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni u għandha tkun ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. L-ISEM TAL-PROPOSTI: Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambitu tas-SIS (Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambitu tas-SIS (Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen) 2. IL-QAFAS ABM/ABB Il-Qasam/Oqsma ta' Politika kkonċernati u assoċjati ma' l-Attività/Attivitajiet: Titolu 18: Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja Il-Kapitolu 18 02: Solidarjetà – Fruntieri esterni, politika tal-viża u l-moviment liberu tal-persuni 3. LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (li kienu linji B.A)) inklużi l-intestaturi: Partita 18 02 04 02: Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen SIS 1+* * Linja tal-baġit li għandha tinħoloq fil-PDB 2008 3.2. Id-dewmien ta' l-azzjoni u ta' l-impatt finanzjarju: 2008-2009 Hu mistenni li l-proposti jkunu adottati f'Diċembru 2007 bħala soluzzjoni alternattiva jekk il-kuntratt kurrenti għall-infrastruttura ta' komunikazzjoni tas-SIS (SISNET) ma jkunx jista' jiġġedded. Din is-soluzzjoni alternattiva għandha tkun biss waħda temporanja. L-azzjoni tintemm meta titlesta l-migrazzjoni lejn is-SIS II. Fl-ippjanar tas-SIS II, il-migrazzjoni lejn is-SIS II għandha titlesta sa tmiem Diċembru 2008. L-implimentazzjoni attwali ta' din is-soluzzjoni tikkawża dewmien fil-migrazzjoni lejn is-SIS II, ta' mill-inqas sitt xhur. Barra minn hekk, skond it-termini tal-kuntratt ta' l-s-TESTA, is-servizzi jingħataw b'kuntratt għal minimu ta' sena. Għalhekk, din is-soluzzjoni għandha tinħaseb għal perjodu ta' ħidma ta' madwar sena, bil-ħidma li tibda f'Novembru 2008 u tispiċċa fl-2009. Il-proposti jiskadu fl-1 ta' Novembru 2009 jew fid-data stabbilita mill-Kunsill għad-dħul tas-SIS II, liema minn dawn tkun l-ewwel. It-tul ta' żmien ta' l-azzjoni jkun ta' massimu ta' sena u għaxar xhur. L-impenji jsiru fl-2008, filwaqt li l-perjodu ta' ħlas ikun mill-2008 sa l-2010. 3.3. Karatteristiċi tal-baġit: Linja baġitarja | It-Tip ta' nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjoni minn pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 18 02 04 02 | Mhux konformi | Diff | IVA | LE | LE | 3a | 4. TAQSIRA TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi Finanzjarji 4.1.1. Taqsira ta' approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) u approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA) Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali) Tip ta' nefqa | Nru tat-Taqsima | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Total | Nefqa operattiva[22] | Approprjazzjonijiet għall-impenji | 8.1. | A | 7.620 | 0 | 7.620 | Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | B | 2.500 | 3.750 | 1.370 | 7.620 | Nefqa amministrattiva fil-limiti ta' l-ammont ta' referenza[23] | Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | C | - | - | - | - | AMMONT TOTALI TA' REFERENZA | Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 7.620 | 0 | 7.620 | Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 2.500 | 3.750 | 1.370 | 7.620 | Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | D | 0.585 | 0.234 | 0.819 | Infiq amministrattiv, għajr ir-riżorsi umani u infiq assoċjat, li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza (NDA) | 8.2.6. | E | 0.233 | 0.233 | L-AI TOTALI bl-inklużjoni tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 8.438 | 0.234 | 8.672 | L-AĦ TOTALI bl-inklużjoni tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 3.318 | 3.984 | 1.370 | 8.672 | 4.1.2. Il-kompatibilità ma' l-Ipprogrammar Finanzjarju X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. ( Il-proposta ser tinvolvi pprogrammar mill-ġdid ta' l-intestaturi relevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista' titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[24] (jiġifieri l-flessibilità ta' l-istrument jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fiq id-Dħul ( Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul X Il-proposta tħalli impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul hu kif ġej: Miljuni ta' EUR (sa punt deċimali wieħed) Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | In-numru totali ta' riżorsi umani | 5 | 2 | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET 5.1. Ħtieġa li trid tintlaħaq f'terminu ta' żmien qasir jew twil Is-sistemi SIS 1+ u SIRENE bħalissa joperaw fuq in-netwerk ta' komunikazzjoni tas-SISNET. Il-kuntratt preżenti għas-servizzi tan-netwerk tas-SISNET hu mmexxi f'isem l-Istati Membri mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill u ffinanzjat b'mod konġunt mill-Istati Membri. Dan il-kuntratt tas-SISNET għandu jiskadi fit-13 ta' Novembru 2008. Min-naħa l-oħra s-SIS II, żviluppata bħala sostitut għas-SIS 1+, ma tibdiex topera għall-Istati Membri li jużaw is-SIS 1+ sas-17 ta' Diċembru 2008. Għalhekk, għandha tittieħed azzjoni sabiex tiggarantixxi netwerk ta' servizzi għas-SIS 1+ bejn it-13 ta' Novembru 2008 u d-data li fiha tibda' taħdsem is-SIS II. 5.2. Il-valur miżjud ta' l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji u sinerġiji possibbli. Iż-żamma taż-żona ta' Schengen mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri tiddependi fuq l-operazzjoni sigura u kontinwa garantita tan-netwerk ta' komunikazzjoni għas-sistemi fl-ambitu ta' Schengen. Ikun diffiċli ħafna sabiex tinżamm żona mingħajr kontroll intern fuq il-fruntieri għal kwalunkwe tul ta' żmien mingħajr l-operat tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen. Fi Frar 2007, il-Kunsill ikkonkluda li d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jerġa' jaġixxi f'isem l-Istati Membri relevanti sabiex joħroġ sejħa għall-offerti biex iġedded il-kuntratt tas-SISNET sabiex jiżgura li s-servizz ikun disponibbli wara Novembru 2008. Madanakollu, peress li l-analiżi tal-Kunsill tar-riskji inerenti fi kwalunkwe proċess ta' akkwist, il-Kunsill iddeċieda li għandu jkollu soluzzjoni ta' netwerk alternattiva disponibbli għas-sistemi ta' Schengen. Il-Kunsill għalhekk stieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel proposti mill-aktar fis possibbli sabiex tipprovdi għall-possibbiltà ta' migrazzjoni tas-SIS 1+ lejn in-netwerk ta' l-s-TESTA, netwerk ta' komunikazzjoni sikura provduta taħt il-Kuntratt-Qafas konkluż mill-Kummissjoni. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta' l-ABM L-għan globali hu li tkun stabbilita l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tiffinanzja u tmexxi l-infrastruttura ta' komunikazzjoni għas-SIS 1+ bħala soluzzjoni alternattiva temporanja, jekk is-SISNET ma jkunx jista' jiġi mtawwal. Din is-soluzzjoni alternattiva li għandha tkun iffinanzjata mill-baġit ġenerali ta' l-UE għandha tkun implimentata u taħdem mill-inqas fit-13 ta' Novembru 2008, id-data ta' skadenza tal-kuntratt SISNET preżenti. Azzjoni 1: L-istallazzjoni u l-eżami tan-netwerk s-TESTA għas-SIS 1+ Għandu jiġi ffirmat kuntratt speċifiku fi ħdan il-kuntratt-qafas ta' l-s-TESTA. In-netwerk il-ġdid jitwaqqaf bħala netwerk virtwali privat u separat, imma għandu juża partijiet ta' l-infrastruttura fiżika tan-netwerk tas-SIS II fejn ikun possibbli. Barra minn hekk, ikun meħtieġ għarfien espert barrani, b'mod partikolari għal kwistjonijiet ta' sigurta u netwerks, kif ukoll ta' assistenza esterna ta' kwalità għolja bħala segwitu, eżami u koordinazzjoni ma' l-Istati Membri. Indikatur: netwerk lest għall-operat sa Ottubru 2008 Azzjoni 2: Migrazzjoni ta' l-utenti tas-SIS 1+ lejn in-netwerk ġdid fuq l-s-TESTA; Jekk l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jwettqu l-migrazzjoni lejn is-SIS II fil-ħin u ma jkunux jistgħu jkomplu fuq is-SISNET eżistenti, tkun meħtieġa l-migrazzjoni min-netwerk tas-SISNET lejn in-netwerk interim ta' l-s-TESTA. Id-data tal-migrazzjoni tiġi deċiża mill-Kunsill. Din l-azzjoni tkun timplika spejjeż ta' migrazzjoni. Minħabba r-riżorsi interni limitati, tintuża assistenza esterna ta' kwalità għolja għas-segwitu u l-koordinazzjoni ma' l-Istati Membri. Indikatur: L-utenti kollha tas-SIS 1+ migrati Azzjoni 3: SIS 1+ l-operazzjonijiet tan-Netwerk s-TESTA. Jekk ikollha tintuża s-soluzzjoni alternattiva temporanja għan-netwerk, huma antiċipati spejjeż ta' operazzjonijiet. Indikatur: netwerk operattiv bl-Istati Membri kollha tas-SIS 1+ sa Novembru 2008 5.4. Il-Metodu ta' l-Implimentazzjoni (indikattiv) X Ġestjoni Ċentralizzata X direttament mill-Kummissjoni ( indirettament permezz ta' delega lil: ( Aġenziji eżekuttivi ( entitajiet stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju ( entitajiet mis-settur nazzjonali pubbliku/entitajiet b'missjoni ta' servizz pubbliku ( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata ( ma' Stati Membri ( ma' pajjiżi Terzi ( Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti relevanti: Parti mill-baġit tista' tkun attribwita lil korpi tas-settur pubbliku nazzjonali permezz ta' kuntratt ta' servizz, sabiex ikun iffinanzjat l-operat tan-netwerk. 6. IS-SORVELJANZA U L-EVALWAZZJONI 6.1. Is-sistema ta' sorveljanza Il-progress ser ikun evalwat regolarment u l-prestazzjoni ser titkejjel meta mqabbla ma' l-istandards rikjesti u kriterji stabbiliti minn qabel. Dan għandu juri li l-investiment qiegħed irodd lura r-riżultat meħtieġ. Is-sorveljanza titwettaq permezz ta' kuntrattur ta' appoġġ estern sabiex tkun assigurata l-kwalità. Il-Kummissjoni tirrapporta r-riżultati ta' din is-sorveljanza fir-Rapport Annwali ta' Attività tagħha. 6.2. L-Evalwazzjoni 6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante L-evalwazzjoni ex-ante ġiet inkluża fil-valutazzjoni ta' l-impatt 6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (it-tagħlimiet meħuda fil-passat minn esperjenzi simili) NA 6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta' evalwazzjoni tal-ġejjieni Il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni globali tal-funzjonament ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni ladarba din tkun waqfet topera. Din l-evalwazzjoni għandha sseħħ fil-qafas ta' l-evalwazzjoni globali tal-miżuri orizzontali ta' l-IDABC u tevalwa b'mod partikolari l-effettività u l-effiċjenza ta' din l-infrastruttura ġdida ta' komunikazzjoni fil-forniment tas-servizzi ta' netwerk tas-SIS 1+. 7. Miżuri kontra l-Frodi Ser ikunu applikati l-proċeduri tal-Kummissjoni għall-għoti ta’ kuntratti, billi tiġi żgurata l-konformità mal-liġi Komunitarja dwar il-kuntratti pubbliċi. 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta f'termini ta' l-ispejjeż finanzarji tagħhom Approprjazzjonijiet għall-impenji f’EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) (Għandhom jitniżżlu l-intestaturi ta’ l-Għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati) | Tip ta’ riżultat | Spiża. medja | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 u wara | TOTAL | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Uffiċjali jew persunal temporanju[26](XX 01 01) | A*/AD | 5 | 2 | B*, C*/AST | Persunal iffinanzjat[27] mill-Art. XX 01 02 | Persunal ieħor[28] iffinanzjat mill-art. XX 01 04/05 | TOTAL | 5 | 2 | 8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-ħidmiet li joħorġu mill-azzjoni It-tmexxija tal-proġett; Ġestjoni teknika; L-evalwazzjoni u r-rappurtaġġ; L-akkwist pubbliku, il-ġestjoni finanzjarja u ta' kuntratti. 8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji) ( Il-postijiet attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu sostitwiti jew estiżi ( Postijiet pre-allokati fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n ( Postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss X Postijiet li għandhom jimtlew permezz ta' l-użu ta' riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta' ġestjoni (it-tqassim intern mill-ġdid). ( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju ta' l-APS/PDB tas-sena in kwistjoni 8.2.4. Nefqa Amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) NA 8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali) It-tip ta' riżorsi umani | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.585 | 0.234 | Il-persunal iffinanzjat mill-Art XX 01 02 (awżiljarju, SNE, persunal b'kuntratt, eċċ.) (il-linja baġitarja speċifika) | L-ispiża totali ta' Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta' referenza) | 0.585 | 0.234 | Il-Kalkolu – Uffiċjali u aġenti Temporanji 117,000 (persuna/sena) Kalkolu - Il-persunal iffinanzjat taħt l-art. XX 01 02 NA 8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta' referenza Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali) | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.081 | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | 0.120 | XX 01 02 11 03 – Kumitati[29] | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' informazzjoni | 2 It-Totali ta' Nefqa Oħra ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) | 3 Nefqiet oħra ta' natura amministrattiva Taħriġ speċifiku fuq in-netwerk s-Testa Il-linja tal-baġit XX 01 02 11 06 | 0.032 | Nefqa amministrattiva totali, ħlief ir-riżorsi umani u infiq relatat (MHUX inkluża fl-ammont ta' referenza) | 0.233 | 0.233 | Il-missjonijiet jinkludu żjarat lis-27 Stat Membru fis-SIS 1+ għal 2 persuni (0.081 mEUR) Il-laqgħat ikopru l-laqgħat kollha ma' l-Istati Membri u esperti oħra li jiġu organizzati mill-unità fuq bażi regolari waqt il-fażi ta' l-istallazzjoni u l-eżami tan-netwerk ta' l-s-Testa għas-SIS 1+ (12-il laqgħa ippjanata) Innota li l-ispejjeż ikunu ogħla jekk l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar għall-esperti ta' l-Istati Membri jkollhom ikunu mħallsa lura. Ħtiġijiet speċifiċi ta' taħriġ fuq in-netwerk s-Testa għas-SIS1+ għandhom ikunu provduti mill-fornitur ta' l-s-Testa għal 4 membri tal-persunal tal-Kummissjoni (0.032 mEUR). Kalkolu – Nefqa oħra amministrattiva li mhijiex inkluża fl-ammont ta' referenza[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic] [1] Din id-Deċiżjoni għad trid tkun adottata formalment mill-Kunsill. [2] ĠU C […], […], p. […]. [3] ĠU C […], […], p. […]. [4] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Il-Konvenzjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 18). [5] ĠU L 328, 13.12.2001 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1988/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 411, 30.12.2006) [6] ĠU L 328, 13.12.2001 kif emendat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1007/JHA tal-21 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 411 tat-30.12.2006) [7] ĠU L 381, 28.12.2006 [8] ĠU L 337, tat-30.12.1999 [9] ĠU L 116, 26.4.2001 [10] ĠU L 66, 6.3.2007 [11] ĠU L 181, 18.5.2004 [12] ĠU L 181, 18.5.2004 [13] ĠU L […], […], p. […]. [14] ĠU L […], […], p. […]. [15] ĠU L 248, 16.9.2002 [16] ĠU L 176, 10.7.1999 [17] ĠU L 176, 10.7.1999 [18] Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' xi dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunita' Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- Acquis ta' Schengen (ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26). [19] Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' xi dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunita' Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- Acquis ta' Schengen (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78). [20] ĠU L 131, 1.6.2000 [21] ĠU L 64, 7.3.2002 [22] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat. [23] Nefqa fi ħdan l-artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [24] Ara punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali. [25] Kolonni addizzjonali għandhom jiżiedu jekk ikun meħtieġ jiġifieri jekk id-dewmien ta' l-azzjoni jiżboq is-6 snin. [26] L-infiq għal dawn MHUX kopert mill-ammont ta' referenza [27] L-infiq għal dawn MHUX kopert mill-ammont ta' referenza [28] In-nefqa ta' dawn hija inkluża fl-ammont ta' referenza [29] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li jagħmel parti minnu.