EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0309

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

/* KUMM/2007/0309 finali - CNS 2007/0105 */

52007PC0309




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 8.6.2007

KUMM(2007) 309 finali

2007/0105 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika ta' San Marino daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2002.

Il-Ftehim jinħtieġ jiġi emendat biex jinkludi l-Istati Membri l-ġodda bħala Partijiet Kontraenti.

Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fil-25 ta' April 2006, ġew konklużi n-negozjati mar-Repubblika ta' San Marino dwar l-adattament tal-Ftehim.

Il-bażijiet legali għad-deċiżjoni tal-Kunsill proposta dwar il-konklużjoni tal-Protokoll huma l-istess bħal dawk tal-Ftehim.

F'konformità ma' l-Artikolu 6(2) tal-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti tad-dħul fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz tal-Protokoll li għandu jkun konkluż mill-Kunsill.

Huwa propost li l-Kunsill jadotta d-deċiżjoni mehmuża dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino minħabba t-tkabbir ta' l-UE.

2007/0105 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 133 u 308, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti tad-dħul fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Billi:

1. Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fil-25 ta' April 2006, ġew konklużi n-negozjati mar-Repubblika ta' San Marino dwar Protokoll għall-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara li ġiet konkluża l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

2. F'konformità ma' l-Artikolu 6(2) tal-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti tad-dħul fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, il-Kummissjoni ssottomettiet abbozz tal-Protokoll lill-Kunsill.

3. Il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea ("il-Protokoll"), qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Protokoll f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, għandu jittrażmetti l-istrument ta' approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll.

Magħmula fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

ANNESS

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA |

DATA: |

1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: n.a. | L-APPROPRJAZZJONIJIET: |

2. | TITOLU: Il-Protokoll mal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, dwar il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea |

3. | BAŻI LEGALI: L-Artikoli 133 u 308, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tat-Trattat tal-KE L-Artikolu 6(2) tal-Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. |

4. | GĦANIJIET: |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI Xejn | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (miljuni ta’ EUR) | SENA FINANZJARJA ATTWALI [n] (miljuni ta’ EUR) | SENA FINANZJARJA SEGWENTI [n+1] (miljuni ta’ EUR) |

5.0 | NEFQA - MILL-BAĠIT TAL-KE (ĦLAS LURA/INTERVENTI) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN | Xejn | Xejn | Xejn |

5.1 | DĦUL - RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) - NAZZJONALI | Xejn | Xejn | Xejn |

[n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

5.0.1 | NEFQA STMATA |

5.1.1 | DĦUL STMAT |

5.2 | METODU TA’ KALKOLU: |

6.0 | JISTA' L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT MINN APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA |

6.1 | JISTA' L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT MINN TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | LE |

6.2 | SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | LE |

6.3 | L-APPROPRJAZZJONIJIET SE JKOLLHOM JIDDAĦĦLU F’BAĠITS FUTURI? | LE |

KUMMENTI: |

Il-Protokoll għall-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELġJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ċEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ġERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANċIżA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ċIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA' MALTA, IR-RENJU TA' L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIżA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ, (L-"ISTATI MEMBRI")

irrappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

irrappreżentata wkoll mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

minn naħa waħdauIR-REPUBBLIKA TA' SAN MARINO,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino tas-16 ta' Diċembru 1991 ("il-Ftehim"), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2002,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ("l-Istati Membri l-ġodda") fl-Unjoni Ewropea, fl-1 ta' Jannar 2007,

BILLI l-Istati Membri l-ġodda ser isiru Partijiet Kontraenti fil-Ftehim,

BILLI t-Trattat ta' Adeżjoni jagħti lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea s-setgħa li jikkonkludi, f'isem l-Istati Membri attwali u l-Istati Membri ġodda, protokoll dwar l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda fil-Ftehim,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Istati Membri l-ġodda b'dan isiru Partijiet Kontraenti fil-Ftehim. Bl-istess mod bħall-Istati Membri attwali, huma għandhom jadottaw u jieħdu qies tal-Ftehim u tad-Dikjarazzjonijiet annessi miegħui.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jkun parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 3

1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, f'isem l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea, u mir-Repubblika ta' San Marino b' konformità mal-proċeduri tagħhom.

2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' dawn il-proċeduri. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

Artikolu 5

It-testi tal-Ftehim u tad-Dikjarazzjonijiet annessi miegħu huma miktuba fl-ilsien Bulgaru u dak Rumen.

Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi bħat-testi fl-ilsna l-oħra li bihom huma miktuba l-Ftehim u d-Dikjarazzjonijiet annessi miegħu.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll huwa ppubblikat f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Magħmul f'...fil-...jum ta'....fis-sena elfejn u sebgħa.

Għall-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

[ ... ]

Għar-Repubblika ta' San Marino

[ ...]

[1] ĠU C […], […], p. […].

[2] Opinjoni tal-PE

Top