Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0180

    Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra

    /* KUMM/2007/0180 finali - CNS 2007/0062 */

    52007PC0180




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 12.4.2007

    KUMM(2007) 180 finali

    2007/0062 (CNS)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Fid-19 ta' Lulju 2006, il-Komunità u r-Repubblika ta' Kiribati nnegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd li jagħti lis-sajjieda tal-Komunità opportunitajiet ta' sajd fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati. Dan il-Ftehim ta’ Sħubija, flimkien ma’ Protokoll u ma’ l-Anness tiegħu, ġie konkluż għal 6 snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu u jista’ jiġġedded. Fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim jirrevoka u jieħu lok il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar is-sajd 'il barra mill-kosta ta' Kiribati li daħal fis-seħħ fis-16 ta' Settembru 2003.

    Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni rigward in-negozjati kienet ibbażata, fost affarijiet oħra fuq ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ex-post u ex-ante magħmula minn esperti esterni.

    L-għan ewlieni tal-Ftehim il-ġdid ta’ Sħubija huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati, sabiex jinħoloq qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika sostenibbli tas-sajd u għall-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati, fl-interess taż-żewġ partijiet. Iż-żewġ Partijiet qed jieħdu sehem fi djalogu politiku fuq is-suġġetti ta’ interess reċiproku fis-settur tas-sajd. Fi ħdan il-Ftehim il-ġdid ta' Sħubija fil-qasam tas-Sajd, se tingħata attenzjoni speċjali għall-appoġġ tal-politika l-ġdida tas-Sajd ta' Kiribati. Iż-żewġ partijiet se jaqblu dwar il-prijoritajiet li għandhom jiġu deċiżi għal kull appoġġ u se jidentifikaw l-għanijiet, l-ipproggrammar annwali u multijannwali u l-kriterji għall-evalwazzjoni tar-riżultati li għandhom jinkisbu, bil-għan li tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli u responsabbli tas-settur.

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja hija stabbilita għal EUR 478,400 fis-sena. 30% ta’ l-ammont totali tal-kontribut finanzjarju fl-ewwel sena għandu jiġi allokat għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi meħuda fil-kuntest tal-politika settorjali tas-sajd imħejjija mill-Gvern ta' Kiribati. Dan il-perċentwal huwa ffissat għal 40% fit-tieni siena u 60% s-sena ta' wara dik.

    Fir-rigward tal-possibilitajiet ta' sajd, 4 bastimenti tas-sajd bil- purse seines u 12-il bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ se jitħallew jistadu. Fuq talba mill-Komunità u skond id-deċiżjonijiet ta' ġestjoni tal-Partijiet għall- Arranġament ta' Palau, in-numru ta' liċenzji għal bastimenti tas-sajd bil- purse seines jista' jiżdied. Il-Protokoll jistabbilixxi tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 6,400 tunnellata ta’ tonn fis-sena. Il-Protokoll jistabilixxi wkoll li l-allokazzjoni tal-possibilitajiet ta' sajd minn Kiribati għall-bastimenti tal-KE trid tkun kompatibbli mad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu, fuq bażi reġjonali, min-nazzjonijiet tal-Punent Ċentrali tal-Paċifiku fil-kuntest ta' l-Arranġament ta' Palau għall-Ġestjoni tas-Sajd bil- Purse Seines fil-Punent tal-Paċifiku ( Palau Arrangement for the Management of the Western Pacific Purse Seine Fishery) . Huwa stabbilit li l-isforz tas-sajd tal-KE fiż-ŻEE ta' Kiribati jkollu jkun konformi mal-valutazzjonijiet xierqa ta' l-istokkijiet tat-tonn abbażi ta' kriterji xjentifiċi, fosthom l-istudji xjentifiċi li jagħmel is-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku (SPC) kull sena.

    Il-Ftehim ta’ Sħubija jaħseb ukoll biex iħeġġeġ il-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi relatati miegħu.

    Il-Kummissjoni tipproponi għalhekk li l-Kunsill jadotta l-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim ġdid ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati permezz ta’ Regolament.

    2007/0062 (CNS)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3),

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

    Billi:

    (1) Il-Komunità nnegozjat mar-Repubblika ta' Kiribati Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd li jipprovdi lil bastimenti Komunitarji opportunitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet li l-Kiribati għandha sovranità jew ġurisdizzjoni fuqhom f’dak li għandu x’jaqsam mas-sajd.

    (2) B'riżultat ta' dawk in-negozjati ġie inizjalat Ftehim ta' Sħubija ġdid dwar is-Sajd fid-19 ta' Lulju 2006.

    (3) Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dak il-Ftehim.

    (4) Huwa importanti li jiġi definit il-mod li bih jitqassmu l-opportunitajiet ta’ sajd bejn l-Istati Membri,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra, b'dan huwa approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti fil-Protokoll tal-Ftehim għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

    - bastimenti tas-sajd bil-purse seines | Franza: Spanja: | 27% tal-liċenzji disponibbli 73% tal-liċenzji disponibbli |

    - bastimenti bil-konzijiet | Spanja: Il-Portugall: | 6 bastimenti. 6 bastimenti. |

    Jekk l-applikazzjonijiet għal liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet ta’ sajd kollha ffissati fil-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra applikazzjonijiet għal liċenzji minn kull Stat Membru ieħor.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu skond il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ kull stokk maqbuda fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta' l-14 ta' Marzu 2001 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħuda mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f'ibħra ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa[3].

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim li jorbot il-Komunità.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej .

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    KIRIBATI

    FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD bejn il-Komunità Ewropea minn naħa, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem “il-Komunità”, u

    Ir-Repubblika ta’ Kiribati, minn hawn ‘il quddiem "Kiribati”, minn hawn ‘il quddiem “il-partijiet”,

    FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn il-Komunità u Kiribati, partikolarment fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Cotonou, u x-xewqa reċiproka tagħhom li jsaħħu dik ir-relazzjoni,

    FILWAQT LI JQISU x-xewqa taż-żewġ partijiet li jippromwovu l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-kooperazzjoni,

    FILWAQT LI JQISU l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istokkijiet tal-Ħut;

    FILWAQT LI JGĦARFU li Kiribati teżerċita d-drittijiet sovrani tagħha u tal-ġurisdizzjoni fiż-żona li testendi sa 200 mil nawtiku mil-linji tal-bażi skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar,

    KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ l-imġiba għal sajd responsabbli adottat waqt il-konferenza ta’ l-FAO fl-1995,

    IDDETERMINATI li jikkooperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, biex jippromwovu sajd responsabbli li jassigura l-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fuq żmien twil,

    KONVINTI li din il-kooperazzjoni għandha tieħu l-forma ta' inizjattivi u miżuri li, esegwiti waħedhom jew flimkien, huma komplementari u jiżguraw politiki konsistenti u s-sinerġija ta' l-isforzi,

    BI ĦSIEBHOM, għal dawn il-finijiet, li jiftħu djalogu dwar il-politika settorjali tas-sajd adottata mill-Gvern ta' Kiribati u li jidentifikaw il-mezzi xierqa sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effikaċi ta’ din il-politika kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili jiddaħħlu fil-proċess;

    XEWQANA li jistabbilixxu l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet li jikkontrollaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet ta' Kiribati, u dawk li jikkonċernaw l-appoġġ mill-Komunità għall-introduzzjoni ta' sajd sostenibbli f'dawk l-ilmijiet;

    DEĊIŻI li jsegwu kooperazzjoni ekonomika aktar mill-qrib fl-industrija tas-sajd u ta’ l-attivitajiet marbuta magħha, permezz tal-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi konġunti li jinvolvu kumpaniji miż-żewġ partijiet,

    JAQBLU DWAR DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1 – L-ambitu

    Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

    (a) il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fil-qasam tas-sajd bil-għan li jitrawwem is-sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni u sfruttar sostenibbli tar-tiżorsi tas-sajd u sabiex is-settur tas-sajd f'Kiribati jiżviluppa;

    (b) il-kundizzjonijiet li jkopru l-aċċess għall-ilmijiet ta' Kiribati minn opri tas-sajd tal-Komunità

    (c) il-kooperazzjoni dwar il-modalitajiet tal-monitoraġġ tas-sajd fl-ibħra ta' Kiribati sabiex jiġi assigurat il-ħarsien tar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, li l-miżuri ta’ konservazzjoni u tal-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd ikunu effettivi u li s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat (sajd IUU) ma jitħalliex isir;

    (d) is-sħubijiet bejn kumpaniji bil-għan li jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u attivitajiet relatati, fl-interess komuni.

    Artikolu 2 – Id-definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

    (a) “awtoritajiet ta' Kiribati” tfissier il-Gvern ta' Kiribati;

    (b) “L-awtoritajiet tal-Komunità" tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

    (c) “ilmijiet ta' Kiribati”, tfisser l-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' Kiribati;

    (d) "Sajd" tfisser is-sajd attwali jew attentat ta' sajd, qbid, teħid, qtil jew ħsad ta' ħut, u jinkludi kwalunkwe attività oħra li raġonevolment tista' tiġi mistennija li tirriżulta fis-sajd jew attentat ta' sajd, qbid, teħid, qtil jew ħsad ta' ħut, jew kalunkwe attività b'appoġġ ta' jew bi tħejjija għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija.

    (e) "bastiment tas-sajd" tfisser kwalunkwe bastiment użat jew adattat għall-użu fis-sajd kummerċjali u tinkludi inġenji, bastimenti ta' appoġġ, ħelikopters u ajruplani żgħar użati f'operazzjonijiet ta' sajd;

    (f) "Bastiment Komunitarju" tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u li hu rreġistrat fil-Komunità;

    (g) “impriża konġunta” tfisser kumpanija kummerċjali mwaqqfa f'Kiribati mis-sidien tal-bastiment jew minn impriżi nazzjonali mill-Partijiet sabiex ikunu jistgħu jistadu jew ikunu involuti f'attivitajiet relatati;

    (h) "Kumitat Konġunt” tfisser kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u ta’ Kiribati, li l-funzjonijiet tiegħu huma deskritti fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim.

    (i) “trażbord” tfisser trasferiment magħmul fil-port tal-qabdiet, jew ta’ parti minnhom, minn bastiment tas-sajd għal ieħor

    (j) "sid ta' bastiment" tfisser kwalunkwe persuna li hija ġuridikament responsabbli mill-bastiment tas-sajd, li tmexxih u tikkontrollah

    (k) “baħrin AKP” tfisser kwalunkwe baħri li ġej minn pajjiż mhux Ewropew li ffirma l-Ftehim ta’ Cotonou. Għalhekk, baħri minn Kiribati hu baħri AKP

    Artikolu 3 – Il-Prinċipji u l-għanijiet li jwasslu għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim

    1. Il-partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati skond il-prinċipji stipulati fil-Kodiċi ta' mġiba tal-FAO għas-sajd responsabbli u għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f'dawk l-ilmijiet, mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet konklużi bejn il-pajjiżi ta’ l-istess reġjun ġeografiku li jkunu qed jiżviluppaw, fosthom ftehimiet reċiproki fil-qasam tas-sajd.

    2. Il-partijiet għandhom jikkooperaw bil-għan li jissorveljaw ir-riżultati ta’ l-implimentazzjoni ta' politika settorjali tas-sajd adottata mill-Gvern ta’ Kiribati u għandhom jagħtu bidu għal djalogu politiku dwar ir-riformi meħtieġa. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jadottaw il-miżuri eventwali f’dan il-qasam.

    3. Il-partijiet għandhom jikkooperaw ukoll fit-twettiq ta’ l-evalwazzjonijiet tal-miżuri, tal-programmi u ta' l-azzjonijiet implimentati abbażi ta’ dan il-Ftehim. Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu analizzati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 9.

    4. Il-partijiet jintrabtu li jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond il-prinċipji ta’ tmexxija ekonomika u soċjali tajba filwaqt li jitħares l-istat ta' l-istokkijiet tal-ħut.

    5. It-tħaddim ta’ baħrin minn Kiribati u/jew AKP abbord il-bastimenti tal-Komunità hu kkontrollat mid-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, li tapplika bis-sħiħ fil-qafas tal-kuntratti korrispondenti u tal-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol. Dan jirrigwarda b’mod partikolari il-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tal-qerda tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-impjiegi u l-professjonijiet.

    Artikolu 4 – Il-kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku

    1. Sakemm idum japplika l-Ftehim, il-Komunità u Kiribati għandhom jissorveljaw il-qagħda tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati.

    2. Skond il-konklużjonijiet ta' aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt imsemmi f’Artikolu 9 u, fejn meħtieġ, permezz ta’ qbil miż-żewġ naħat, jieħdu miżuri biex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

    3. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom, jew direttament inkella fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali jew internazzjonali kkonċernati, biex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi b'tendenza kbira li jpassu fir-reġjon, u li jikkooperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.

    Artikolu 5 – L-aċċess tal-bastimenti tal-Komunità għar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati

    1. Kiribati tintrabat li tawtorizza lill-bastimenti tal-Komunità biex jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tagħha skond dan il-Ftehim, inklużi l-Protokoll u l-Anness tiegħu.

    2. L-attivitajiet tas-sajd koperti b’dan il-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ f'Kiribati. L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jinnotifikaw lill-Komunità dwar kwalunkwe emendi għal-leġiżlazzjoni msemmija kif ukoll dwar kwalunwke leġiżlazzjoni oħra li jista’ jkollha impatt fuq il-leġiżlazzjonijiet tas-sajd.

    3. Kiribati għandha tassumi responsabbiltà għall-applikazzjoni effikaċi tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-monitoraġġ tas-sajd. Il-bastimenti tal-Komunità għandhom jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet ta' Kiribati li għandhom ir-responsabbiltà li jwettqu dak il-monitoraġġ. Il-passi meħuda mill-awtoritajiet ta' Kiribati biex jirregolaw is-sajd fl-interessi tal-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u xjentifiċi, fosthom l-approċċ prekawzjonali. Dawn għandhom jgħoddu mingħajr diskriminazzjoni għal bastimenti tal-Komunità kif ukoll għal dawk ta' Kiribati u ta' pajjiżi barranin, mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet magħmula bejn pajjiżi li qed jiżviluppaw ġewwa reġjun ġeografiku wieħed, fosthom ftehimiet reċiproċi dwar is-sajd.

    4. Il-Komunità tintrabat li tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tassigura l-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim mill-bastimenti tagħha, kif ukoll il-ħarsien tal-leġiżlazzjoni li tikkontrolla s-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Kiribati.

    Artikolu 6 – Il-liċenzji

    1. Il-bastimenti tal-Komunità jistgħu biss jistadu fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati jekk ikollhom liċenzja tas-sajd valida maħruġa skond dan il-Ftehim.

    2. Il-proċedura li tippermetti l-kisba ta’ liċenzja tas-sajd għal bastiment, it-taxxi li japplikaw u l-mod tal-ħlas mis-sidien ta' bastimenti huma ddefiniti fl-Anness tal-Protokoll.

    Artikolu 7 – Il-kontribuzzjoni finanzjarja

    1. Il-Komunità għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil Kiribati skond it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u l-Annessi. Din il-kontribuzzjoni waħdanija għandu jkollha żewġ komponenti relatati, jiġifieri:

    (a) aċċess mill-opri tal-Komunità għar-riżorsi tas-sajd ta' Kiribati, u

    (b) l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    2. Il-komponent tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fil-paragrafu hawn fuq għandu jiġi ddeterminat u ġestit fid-dawl ta' l-għanijiet identifikati bejn il-partijiet bi qbil reċiproku skond il-Protokoll, li għandhom jinkisbu fil-kuntest tal-qafas tal-politika settorjali tas-sajd imfassla mill-Gvern ta' Kiribati u skond programm annwali u multijannwali għall-implimentazzjoni tagħha.

    3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Komunità għandha titħallas kull sena skond il-Protokoll u għandha tkun soġġetta għal dan il-Ftehim u dan il-Protokoll fil-każ ta' kwalunkwe tibdil għall-ammont tal-kontribuzzjoni b'riżultat ta':

    (a) ċirkostanzi mhux tas-soltu, minbarra fenomeni naturali, li ma jippermettux is-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati;

    (b) it-tnaqqis ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji, bi qbil reċiproku, għall-ġestjoni ta’ l-istokks kkonċernati, fejn dan jitqies bħala meħtieġ għall-konservazzjoni u għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi skond l-aqwa parir xjentifiku disponibbli;

    (c) żieda, bi qbil bejn il-partijiet, fl-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità jekk, skond l-aqwa opinjoni xjentifika disponibbli, il-qagħda tar-riżorsi tippermetti dan;

    (d) evalwazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ l-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd f'Kiribati meta r-riżultati tal-programmar annwali u multijannwali kkonstatati mill-partijiet jiġġustifikaw dan;

    (e) terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond l-Artikolu 12.

    (f) is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim skond l-Artikolu 13.

    Artikolu 8 – Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi u fis-soċjetà ċivili

    1. Il-partijiet għandhom iħeġġu l-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi relatati miegħu. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw l-azzjonijiet differenti possibbli f’dan ir-rigward.

    2. Il-partijiet għandhom iħeġġu l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar it-tekniki u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’ konservazzjoni u l-proċeduri industrijali ta’ l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd.

    3. Il-partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex joħolqu l-kondizzjonijiet xierqa għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tal-partijiet fil-qasam tekniku, dak ekonomiku u kummerċjali billi iħeġġu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-investimenti.

    4. Iż-żewġ partijiet għandhom jintrabtu li jimplimentaw pjan ta’ azzjoni bejn l-operaturi ta’ Kiribati u dawk tal-Komunità bil-għan li jiżviluppaw il-ħatt l-art lokali minn bastimenti tal-Komunità.

    5. Il-partijiet għandhom iħeġġu, b’mod partikolari, il-ħolqien ta’ impriżi konġunti fl-interess reċiproku tagħhom li jkunu konformi b’mod sistematiku mal-leġiżlazzjoni ta' Kiribati u dik Komunitarja.

    Artikolu 9 – Il-Kumitat Konġunt

    1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt sabiex jissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jaqdi l-funzjonijiet li ġejjin:

    (a) jissorvelja l-eżekuzzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u b’mod partikolari d-definizzjoni ta' l-ipprogrammar annwali u multijannwali previst fl-Artikolu 7(2) u l-evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tiegħu;

    (b) jipprovdi l-kuntatti meħtieġa għal kwistjonjiet ta’ interess komuni marbuta mas-sajd;

    (c) iservi ta’ forum sabiex jissolvew amikevolment kwalunkwe tilwimiet li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

    (d) jivvaluta mill-ġdid, jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-livell ta’ opportunitajiet ta' sajd possibbli u, konsegwentament, il-kontribuzzjoni finanzjarja;

    (e) jaqdi kwalunkwe funzjoni oħra li l-Partijiet jiddeċiedu dwarha bi qbil komuni.

    2. Il-Kumitat Konġunt għandu, fil-prinċipju, jiltaqa' darba fis-sena, darba f’Kiribati u d-darba ta’ wara fil-Komunità, jew f'postijiet oħra skond il-qbil komuni tal-partijiet, u għandu jkun ippresedut mill-parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Hu jiltaqa’ f’sessjoni straordinarja fuq talba ta’ waħda mill-partijiet.

    Artikolu 10 – Iż-żona ġeografika li għaliha japplika l-Ftehim

    Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa, għat-territorji li fih japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' Kiribati.

    Artikolu 11 – Perjodu effettiv

    Dan il-Ftehim għandu japplika għal sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu; huwa jista’ jiġġedded għal perjodi supplimentari ta’ sitt snin, sakemm ma jiġix itterminat skond l-Artikolu 12.

    Artikolu 12 – It-terminazzjoni

    1. Dan il-Ftehim jista’ jiġi tterminat minn kwalunkwe waħda mill-partijiet f’każ ta’ ċirkostanzi mhux normali, bħad-degradazzjoni ta' l-istokkijiet ikkonċernati, jekk jirriżulta tnaqqis fil-livell ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità jew għan-nuqqas ta’ ħarsien ta' l-impenji meħuda mill-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat.

    2. Il-parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tittermina l-Ftehim mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza ta’ l-ewwel perjodu jew ta’ kull perjodu supplimentari.

    3. Meta tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti, il-partijiet jibdew il-konsultazzjonijiet.

    4. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għas-sena li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis .

    Artikolu 13 – Is-Sospensjoni

    1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet f’każ ta’ tilwim serju fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fih. Din is-sospensjoni hija soġġetta għan-notifika bil-miktub mill-parti interessata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ. Malli jirċievu din in-notifika, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsolvu t-tilwim tagħhom b’mod amikevoli.

    2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis, skond it-tul ta’ żmien tas-sospensjoni.

    Artikolu 14 – Il-Protokoll u l-Anness

    Il-Protokoll u l-Anness jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

    Artikolu 15 – Il-Liġi Nazzjonali

    L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ilmijiet ta' Kiribati għandhom jitmexxew mil-liġi applikabbli f'Kiribati, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan il-Ftehim jew il-Protokoll, l-Anness u l-appendiċi tiegħu.

    Artikolu 16 - Il-Klawsola ta’ reviżjoni

    Matul it-tielet sena ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jistgħu jerġgħu jaraw id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, u, jekk ikun il-każ, jagħmlu xi emendi.

    Artikolu 17 – Ir-revoka

    Fid-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim jirrevoka u jissostitwixxi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta ta' Kiribati, li daħal fis-seħħ fis-16 ta' Settembru 2003.

    Artikolu 18 – Id-dħul fis-seħħ

    Dan il-Ftehim, imsawwar b'mod duplikat biċ-Ċek, bl-Estonjan, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwanjan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku, għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li l-proċeduri tagħhom ta' adozzjoni ġew mitmuma.

    Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta ta' Kiribati għall-perjodu bejn is-16 ta’ Settembru 2006 u l-15 ta’ Settembru 2012

    Artikolu 1 Il-perjodu ta’ l-applikazzjoni u l-opportunitajiet ta’ sajd

    1. Kiribati għandha tagħti liċenzji annwali tas-sajd lil bastimenti Komunitarji tas-sajd tat-tonn skond l-Artikolu 6 tal-Ftehim fil-limiti stabbiliti mill-Arranġament ta' Palau għall-Ġestjoni tas-Sajd bil- purse seines fil-Punent tal-Paċifiku, minn issa 'l quddiem "l-Arranġament ta' Palau".

    2. Mis-16 ta’ Settembru 2006 u għal perjodu ta’ 6 snin, l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim huma stabbiliti kif ġej:

    L-ispeċijiet migratorji ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-1982)

    - bastimenti tas-sajd bil- purse seines 4 bastimenti;

    - bastimenti tas-sajd bil-konz: 12-il bastiment.

    3. Mit-tieni sena ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 9(d) tal-Ftehim u 4 tal-Protokoll, fuq talba mill-Komunità, in-numru ta' liċenzji tas-sajd għal bastimenti li jistadu bil- purse seines mogħtija fl-Artikolu 1(2) tal-Protokoll jistgħu jiżdiedu, jekk ir-riżorsi jippermettu u skond il-limitazzjonijiet ta' kull sena fl-Arranġament ta' Palau kif ukoll mal-valutazzjoni xierqa ta' l-istokkijiet tat-tonn li tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u xjentifiċi, fosthom il-“Western and Central Pacific Tuna Fishery Overview and Status of Stocks" li tiġi ppublikata kull sena mis-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku.

    4. Il-Paragrafi 1, 2, 3 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll.

    5. Il-bastimenti tal-Komunità jistgħu jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd valida maħruġa skond dan il-Protokoll f'konformità ma' l-Anness ta' dan il-Protokoll.

    Artikolu 2 Il-Kontribuzzjonijiet finanzjarji – Il-modalitajiet tal-ħlas

    1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tikkonsisti , għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, minn ammont annwali ta’ EUR 416,000 li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 6400 tunnellata fis-sena, kif ukoll minn ammont speċifiku ta’ EUR 62,400 fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Kiribati. Dan l-ammont speċifiku għandu jkun parti integrali mill-kontribuzzjoni finanzjarja unika ddefinita fl-Artikolu 7 tal-Ftehim.

    2. Il-paragrafu 1 japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4, 5 u 7 ta’ dan il-Protokoll.

    3. Is-somma ta’ l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, jiġifieri EUR 478.400, titħallas kull sena mill-Komunità matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

    4. Jekk il-kwantità kumplessiva tal-qabdiet mill-bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet ta' Kiribati taqbeż is-6,400 tunnellata fis-sena kif provdut fl-Art. 2.1. tal-Protokoll, l-ammont tal-kontribut finanzjarju, kif provdut fl-Art. 2.1. tal-Protokoll (EUR 416,000) għandu jiżdied b'EUR 65 għal kull tunnellata aktar li tinqabad. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Komunità ma jistax jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fil-paragrafu 3 (EUR 956,800). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Komunità jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta’ l-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.

    5. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandu jsir sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007 għall-ewwel sena u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 għas-snin ta’ wara.

    6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-attribuzzjoni ta' dan il-kumpens taqa' taħt id-diskrezzjoni esklussiva ta' l-awtoritajiet ta' Kiribati.

    7. Is-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja indikata fl-Aritkolu 7(1) tal-Protokoll għandu jiġi ttrasferit għall-kont Nru 4 tal-Gvern ta' Kiribati ma' l-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Betio, Tarawa ("Fisheries Development Fund") li nfetaħ għall-Gvern ta' Kiribati mill-Ministeru tal-Finanzi. Is-sehem li jibqa' tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiġi ttrasferit għall-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati ma' l-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Betio, Tarawa li nfetaħ għall-Gvern ta' Kiribati mill-Ministeru tal-Finanzi.

    8. Il-kontribuzzjoni finanzjarja li tirrigwarda l-miżuri stipulati fl-Art. 5 tal-protokoll ta' qabel li ma kenitx għadha tħallset fid-data ta' skadenza tagħha għandha titħallas taħt dan il-protokoll.

    Artikolu 3 Il-kooperazzjoni għal sajd responsabbli – Laqgħa xjentifika annwali

    1. Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati skond il-prinċipji tal-Kodiċi ta’ l-Imġiba għal sajd responsabbli ta’ l-FAO u l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkunu jistadu f’dawk l-ibħra.

    2. Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, il-Komunità u l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom isegwu l-qagħda tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati;

    3. Skond l-Artikolu 4 tal-Ftehim, il-partijiet, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa annwali tal-membri ta' l-"Arranġament ta' Palau" u skond l-evalwazzjoni annwali ta' l-istokkijiet li jagħmel is-Segretarjat tal-Komuntià tal-Paċifiku, għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim, jekk ikun il-każ wara laqgħa xjentifika. Bi qbil mal-Komunità, Kiribati tista' tadotta miżuri fir-rigward ta' bastimenti Komunitarji sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

    Artikolu 4 Ir-reviżjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bi qbil reċiproku

    1. L-opportunitajiet ta’ sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil reċiproku, sakemm il-konklużjonijiet tal-laqgħa annwali tal-membri ta' l-"Arranġament ta' Palau" u r-reviżjoni annwali tal-qagħda ta' l-istokkijiet li jagħmel is-Segretarjat tal-Komuntià tal-Paċifiku jikkonfermaw li żieda bħal din ma tipperikolax il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ta' Kiribati. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis . Madankollu, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallas mill-Komunità Ewropea ma għandux jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fl-Artikolu 2(1). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Komunità jaqbżu d-doppju tal-kwantitajiet li jikkorrispondu għall-ammont totali annwali rivedut, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.

    2. Min-naħa l-oħra, jekk il-partijiet jaqblu li jadottaw it-tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ sajd li jissemma fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis .

    3. It-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bejn kategoriji differenti ta’ bastimenti jista’ wkoll ikun soġġett għal reviżjoni bi qbil bejn iż-żewġ partijiet u b’ħarsien ta’ kull rakkomandazzjoni eventwali tal-laqgħa xjentifika msemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward tal-ġestjoni ta' l-istokkijiet li jistgħu jkunu affetwati minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-partijiet jiftiehmu dwar l-aġġustament korrispondenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja jekk it-tqassim mill-ġdid ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd jiġġustifika dan.

    Artikolu 5 L-opportunitajiet tas-sajd mhux marbuta mat-tonn

    1. Fil-każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jkunu interessati f’attivitajiet ta’ sajd li ma jkunux indikati fl-Artikolu 1, il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin qabel ma tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni min-naħa ta’ l-awtoritajiet ta’ Kiribati. Jekk ikun il-każ, il-partijiet jiftiehmu dwar il-kondizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet ġodda ta’ sajd u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

    2. Għalhekk, u fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u għal kull każ jiddeterminaw l-ispeċijiet rilevanti, il-kundizzjonijiet u l-parametri l-oħra għas-sajd esploratorju fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    3. Il-partijiet se jwettqu s-sajd esploratorju skond il-parametri li huma għandhom jaqblu dwarhom huma t-tnejn f'arranġament amministrattiv, kif jixraq. Jista' jintlaħaq qbil għall-awtorizzazzjonijiet ta' sajd esploratorju għal perjodu massimu ta’ tliet xhur.

    4. Fil-każ li l-Partijiet jikkonkludu li l-kampanji esploratorji jkunu taw riżultati pożittivi, il-Gvern ta’ Kiribati jista’ jalloka opportunitajiet ta’ sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Komunità sa l-iskadenza tal-Protokoll attwali. Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll attwali tiżdied.

    Artikolu 6 Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja f'każ ta' force majeure

    1. Fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux normali, minbarra l-fenomeni naturali, li jipprojbixxu l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta’ Kiribati, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) jista’ jiġi sospiż mill-Komunità wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet fi żmien xahrejn mit-talba ta’ waħda miż-żewġ partijiet u bil-kondizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset kull ammont dovut meta ssir is-sospensjoni.

    2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jerġa jibda malli l-partijiet jaraw, bi qbil reċiproku, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet, li ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-waqfien ta’ l-attivitajiet ta’ sajd inbidlu u/jew li s-sitwazzjoni tista’ tippermetti li jerġgħu lura għall-attivitajiet ta’ sajd.

    3. Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità skond l-Artikolu 6 tal-Ftehim għandha tiġi estiża bi żmien twil daqs il-perjodu li fih ġew sospiżi l-attivitajiet ta’ sajd.

    Artikolu 7 Il-promozzjoni ta' sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati

    1. 30% ta’ l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilit bl-Artikolu 2 għandu jiġi allokat fl-ewwel sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi meħuda fil-kuntest tal-politika settorjali tas-sajd imfassla mill-Gvern ta' Kiribati. Dan il-perċentwal huwa ffissat għal 40% fit-tieni siena u 60% s-sena ta' wara dik.

    Kiribati għandha tieħu ħsieb l-ammont korrispondenti fid-dawl ta' l-għanijiet identifikati bi ftheim reċiproku bejn il-partijiet u l-ipprogrammar annwali u multijannwali sabiex dawn l-għanijiet jinkisbu.

    2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Komunità u Kiribati għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim, malli l-Protokoll jidħol fis-seħħ u sa mhux aktar tard mit-tliet xhur wara d-dħul ta’ dan il-Protokoll fis-seħħ, dwar programm settorjali multijannwali u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tiegħu, li jinkludi b’mod partikolari:

    (a) il-linji ta' gwida annwali u multijannwali għall-użu tal-perċentwal tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 u l-ammonti speċifiċi li jittieħdu minnhom għat-twettiq ta' l-inizjattivi fl-2007

    (b) l-għanijiet li jridu jintlaħqu, kemm annwali kif ukoll multijannwali, sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet li Kiribati esprimiet fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd u ta' politiki oħra konnessi jew li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli;

    (c) il-kriterji u l-proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali.

    3. Kull emenda proposta fil-programm settorjali multijannwali jew fl-użu ta’ l-ammonti speċifiċi għall-inizjattivi li għandhom isiru fl-2007 għandha tkun approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

    4. Kull sena, Kiribati għandha talloka sehem korrispondenti għall-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1, għall-implimentazzjoni tal-programm multijannwali. Għall-ewwel sena tal-validità tal-Protokoll, dik l-allokazzjoni trid diġi notifikata lill-Komunità malli l-programm settorjali multijannwali jiġi approvat fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Għal kull sena sussegwenti li fiha jiġi applikat il-Protokoll, Kiribati għandha tinnotifika lill-Komunità bl-allokazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena kkonċernata.

    5. Fil-każ li l-evalwazzjoni annwali tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali multijannwali tiġġustifika dan, il-Komunità Ewropea tkun tista’ titlob li jerġa’ jsir aġġustament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll sabiex tadatta l-ammont effettiv tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-implimentazzjoni tal-Programm għal dawn ir-riżultati.

    Artikolu 8 It-tilwim – is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll

    1. Kull tilwim bejn il-partijiet fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni tal-Protokoll jew l-applikazzjoni tiegħu għandu jkun is-suġġett ta’ konsultazzjonijiet bejn il-partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, jekk ikun meħtieġ, imlaqqgħa f’sessjoni straordinarja.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet meta t-tilwim bejn iż-żewġ Partijiet jitqies bħala serju u meta l-konsultazzjonijiet li jsiru fi ħdan il-Kumitat Konġunt skond il-paragrafu 1 ma jkunux wasslu għal arranġament amikevoli.

    3. Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll hija soġġetta għan-notifika bil-miktub mill-parti interessata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ.

    4. F’każ ta’ sospensjoni, il-partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim ta' bejniethom. Meta tinstab soluzzjoni, il-Protokoll jerġa’ jibda japplika u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skond it-tul ta’ żmien li fih l-applikazzjoni tal-Protokoll tkun ġiet sospiża.

    Artikolu 9 Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ ħlas

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, fil-każ li l-Komunità tonqos milli tagħmel il-ħlas imsemmi fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) L-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Din tgħaddi għall-verifiki xierqa u, jekk ikun meħtieġ, għall-ħlas f’terminu massimu ta’ 60 jum ta’ xogħol mid-data ta’ l-irċevuta tan-notifika.

    (b) Jekk il-ħlas ma jsirx, u dan ma jkunx ġustifikat kif jixraq fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 2(6) ta' dan il-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati għandhom ikollhom id-dritt li jissospendu l-applikazzjoni tal-Protokoll. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea b’dan mill-ewwel.

    (c) Il-Protokoll jerġa’ jibda japplika malli jsir il-ħlas ikkonċernat.

    Artikolu 10 Liġi nazzjonali

    L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ilmijiet ta' Kiribati skond dan il-Protokoll għandhom ikunu mmexxija mil-liġi applikabbli f'Kiribati, ħlief jekk il-Ftehim u dan il-Protokoll flimkien ma’ l-Anness u l-Appendiċi tiegħu jiddisponu dwar dan mod ieħor.

    Artikolu 11 Il-klawsola ta’ reviżjoni

    Matul it-tielet sena ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, ta’ l-Anness u l-Appendiċi tiegħu, il-Partijiet jistgħu jirrevedi d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, ta’ l-Anness u l-Appendiċi u, jekk ikun il-każ, jagħmlu xi emendi.

    Artikolu 12 Revoka

    L-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati dwar is-sajd 'il barra mill-kosta ta' Kiribati huwa revokat u sostitwit b'dan il-Protokoll.

    Artikolu 13 Id-dħul fis-seħħ

    1. Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li ġew kompletati l-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.

    2. Għandu jgħodd b'effett mis-16 ta' Settembru 2006.

    ANNESS

    IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TA' KIRIBATI MILL-BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ

    KAPITOLU I – REġISTRAZZJONI U LIċENZJI

    Taqsima 1 Reġistrazzjoni

    1. Is-sajd eżerċitat minn bastimenti Komunitarji fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati għandu jkun soġġett għall-ħruġ ta' numru ta' reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati.

    2. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom isiru fil-forma pprovduta għal dak il-għan mill-awtoritajiet ta' Kiribati li huma responsabbli għas-sajd, skond il-kampjun stipulat fl-Appendiċi I.

    3. Ir-reġistrazzjoni hija soġġetta għall-preżentazzjoni ta' ritratt ta' 15cm b' 20cm tal-bastiment li jkun qed iressaq l-applikazzjoni u ħlas ta' EUR 600 għal kull bastiment bħala tariffa tar-reġistrazzjoni, li għandu jiġi ttrasferit fil-Kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati skond l-Artikolu 2(8) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.

    Taqsima 2 Il-Liċenzji

    1. Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu liċenzja tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati fil-qafas tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta ta' Kiribati għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim sal-15 ta' Settembru 2012.

    2. Sabiex bastiment ikun eliġibbli, la s-sid, la l-kaptan u lanqas il-bastiment innifsu ma jistgħu jkunu pprojbiti milli jistadu f' Kiribati. Huma jrid ikollhom kollox f'postu fir-rigward ta' l-awtoritajiet ta' Kiribati fis-sens li jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' sajd tagħhom f'Kiribati skond il-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Komunità.

    3. Kull bastiment tal-Komunità li japplika għal liċenzja tas-sajd jista’ jiġi rrappreżentat minn aġent li jgħix f’Kiribati. L-isem u l-indirizz ta’ dan l-aġent għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għal-liċenzja. Madankollu, kwalunkwe bastiment li japplika għal liċenzja tas-sajd li tipprovdi għall-ħatt l-art jew it-trażbord f'port ta' Kiribati jrid ikun rappreżentat minn aġent li jkun residenti f'Kiribati.

    4. L-awtoritajiet rilevanti tal-Komunità għandhom iressqu talba lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati, applikazzjoni għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skond dan il-Ftehim, mill-inqas 15-il jum qabel il-bidu tal-perjodu ta' validità mitlub.

    5. L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu lill-Ministeru responsabbli għas-Sajd f'Kiribati skond il-kampjuni tal-formoli fl-Appendiċi I.

    6. L-applikazzjonijiet kollha għal liċenzja għandu jkollhom magħhom id-dokumenti li ġejjin:

    - irċevuta tal-ħlas tat-tariffa għall-perjodu ta' validità tal-liċenzja;

    - kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skond id-dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għat-tip ta’ bastiment ikkonċernat skond dan il-Protokoll.

    7. It-tariffa għandha titħallas fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati, skond l-Artikolu 2(8) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.

    8. It-tariffi jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha. Madankollu, it-taxxi tal-port, it-tariffi tat-trażbord u l-ispejjeż għall-għoti ta’ servizzi m’humiex inklużi fil-ħlas ta’ din it-tariffa.

    9. Il-liċenzji għall-bastimenti kollha jinħarġu lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għal Kiribati ("id-Delegazzjoni") fi żmien 15-il jum mill-wasla tad-dokumenti kollha msemmija fil-punt 6 għand il-Ministeru responsabbli għas-Sajd f'Kiribati.

    10. Fil-każ li meta tkun se tiġi ffirmata l-liċenzja l-uffiċċji tad-Delegazzjoni jkunu magħluqin, din tista’, jekk ikun jixraq, tintbagħat direttament lill-aġent tal-bastiment u tinbagħat kopja lid-Delegazzjoni.

    11. Il-liċenzja tinħareġ f’isem bastiment partikolari u m’hijiex trasferibbli.

    12. Madankollu, fuq talba tal-Komunità Ewropea u f’każ ta’ force majeure ippruvata, il-liċenzja ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’liċenzja ġdida f’isem bastiment ieħor ta’ l-istess kategorija ta' l-ewwel bastiment mingħajr ma jkollha titħallas tariffa oħra. F’dan il-każ, fil-kalkolu tal-livell tal-qabdiet għandu jitqies it-total tal-qabdiet kollha taż-żewġ bastimenti biex jiġi ddeterminat jekk għandux isir ħlas addizzjonali.

    13. Sid l-ewwel bastiment, jew l-aġent tiegħu, għandu jirritorna l-liċenzja annullata lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati permezz tad-Delegazzjoni.

    14. Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida issir effettiva hija dik li fiha sid il-bastiment jagħti lura l-liċenzja annullata lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati. Id-Delegazzjoni għandha tiġi informata bit-trasferiment tal-liċenzja.

    15. Il-liċenzja għandha dejjem tinżamm abbord. Madankollu, malli tasal in-notifika tal-ħlas bil-quddiem mibgħut lill-awtoritajiet ta' Kiribati mill-Kummissjoni Ewropea, il-bastiment għandu jitniżżel f'lista ta' bastimenti awtorizzati li jistadu, li għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ta' Kiribati responsabbli għall-ispezzjoni tas-sajd. Kopja tal-lista tista’ tinkiseb permezz ta’ faks sakemm tasal il-liċenzja; dik il-kopja għandha tinżamm abbord.

    Taqsima 3 Validità u tariffi

    1. Il-liċenzji huma validi għal sena. Huma jistgħu jiġġeddu.

    2. Il-ħlas stabbilit huwa ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati għall-bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun u għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ.

    3. Il-liċenzji jinħarġu wara li jitħallsu l-ammonti stabbiliti li ġejjin lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

    - EUR 21,000 għal kull bastiment li jistad għat-tonn bit-tartarun, li huma ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 600 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u speċijiet assoċjati magħhom maqbuda kull sena;

    - EUR 4.200 għal kull bastiment li jistad bil-konz tal-wiċċ, li huma ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 120 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u speċijiet assoċjati magħhom maqbuda kull sena.

    4. Ir-rendikont finali tat-tariffi dovuti għas-sena n għandu jiġi deċiż mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena n+1 fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet magħmula minn kull operatur u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti għall-verifika tad- data dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħall- Institut de Recherche pour le Développement (IRD), l- Instituto Español de Oceanografía (IE), l- Instituto de Investigação das Pescas e do Mar (IPIMAR) u mis-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku (SPC)..

    5. Dan il-kont jiġi kkomunikat fl-istess ħin lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati u lis-sidien għall-verifika u l-approvazzjoni. L-awtoritajiet ta’ Kiribati jistgħu joġġezzjonaw għall-kont bil-miktub u bir-raġunijiet ġustifikati kif jixraq f’terminu ta’ 30 jum mid-data tat-trażmissjoni. Jekk ma jintlaħaqx qbil, il-Kumitat Konġunt għandu jiġi kkonsultat. Jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni fit-terminu stabbilit, il-kont għandu jiġi aċċettat.

    6. Kull ħlas addizzjonali għandu jsir mis-sidien lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati skond l-Artikolu 2(8) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.

    7. Madankollu, jekk il-kont finali jkun inqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-punt 3 ta’ din it-Taqsima, is-sid ma jkunx jista’ jieħu lura l-bilanċ li jirriżulta.

    KAPITOLU II – Iż-żONI TAS-SAJD

    1. Il-bastimenti għandhom ikunu awtorizzati li jkunu involuti f'attivitajiet ta' sajd fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati ħlief f'dawk iż-żoni indikati bħala żoni magħluqa fil-mappa 83005-FLC, skond il-Fisheries Ordinance (Cap. 33) u l-Marine Zone (Declaration) Act tal-Gvern ta' Kiribati. Kiribati għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe modifika għaż-żoni tas-sajd imsemmija għallinqas xahrejn qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ.

    2. Fi kwalunkwe każ, is-sajd m'għandux ikun permess fiż-żoni li ġejjin:

    - ‘il ġewwa mit-tnax-il mil nawtiku mil-linji tal-bażi

    - 'il ġewwa minn tliet mili nawtiċi minn kwalunkwe rkaptu biex jinġema' l-ħut li l-post fejn hu jinsab għandu jiġi notifikat skond il-koordinati ġeografiċi.

    3. Partikolarment fir-rigward ta' bastimenti li jistadu bil-purse seines, is-sajd huwa pprojbit 'il ġewwa minn 60 mil nawtiku mil-linji ta' bażi tal-gżejjer ta' Tarawa, Kanton u Kiritimati;

    KAPITOLU III – IR-REġIM TAR-RAPPURTAR TAL-QABDIET U TAD-DIKJARAZZJONIJIET TAL-ħATT L-ART

    1. Il-kaptani għandhom jagħtu lid-Direttur tas-Sajd l-informazzjoni dwar il-ħin, il-pożizzjoni tal-bastiment tas-sajd liċenzjat u l-qabda miżmuma abbord, bil-mod deskritt fl-Appendiċi IV bil-faks jew email f'waħda minn dawn l-okkażjonijet:

    - għallinqas 24 siegħa qabel id-dħul fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati u immedjatament mat-tluq miż-żona tas-sajd;

    - kull nhar ta' Tlieta matul il-perjodu mqatta' ġewwa ż-żona tas-sajd ta' Kiribati wara r-rapport tad-dħul jew l-aħħar rapport ta' kull ġimgħa;

    - Għallinqas 48 siegħa qabel il-ħin stmat tad-dħul ġewwa kwalunkwe port ta' Kiribati u immedjatament mat-tluq mill-port;

    - immedjatament wara t-trażbord tal-qabda għal bastiment b'sistema ta' tkessiħ liċenzjat għall-ġarr, u;

    - għallinqas 24 siegħa qabel ma jerġa' jieħu l-fjuwil minn bastiment liċenzjat għall-provvista tal-fjuwil

    Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata b'faks (686) 21120 / 22287 jew email lill-indirizz li ġej: flue@mfmrd.gov.ki

    2. Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lid-Direttur tas-Sajd jitqies bħala wieħed li mhux konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Kiribati.

    3. Matul perjodu ta' sena ta' validità tal-liċenzja, id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet tal-bastiment għal kull vjaġġ fiż-żona WCPFC. Vjaġġ ġdid jibda minn kull trażbord jew ħatt l-art tal-qabdiet fiż-żona WCPFC.

    3.1. Il-bastimenti għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom fil-folja korrispondenti tal-logsheet, skond il-kampjun fl-Appendiċi III A u III B. Il-kliem "Barra miż-ŻEE ta' Kiribati" jew l-isem taż-ŻEE korrispondenti ta' Stat kostali rilevanti ieħor fiż-żona WCPFC għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta' abbord imsemmi hawn fuq fir-rigward tal-perjodi li matulhom il-bastiment ma jkunx fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    4. Għall-iskopijiet ta' dan l-Annes, it-tul ta’ żmien tal-vjaġġ minn bastiment tal-Komunità fl-ilmijiet ta' Kiribati huwa ddefinit kif ġej:

    - jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd ta' Kiribati;

    - jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul u l-ħruġ fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati u t-trażbord;

    - jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati u l-ħatt l-art f' Kiribati.

    5. Il-bastimenti kollha awtorizzati biex jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati fil-qafas tal-Ftehim għandhom jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati sabiex ikun jista' jivverifika l-kwantitajiet maqbuda, li jiġu vvalidati mill-istituti xjentifiċi kompetenti skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 4 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness. Il-modalitajiet ta’ komunikazzjoni tal-qabdiet huma dawn li ġejjin:

    - Il- logsheet oriġinali għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti lokali ta' Kiribati jew tintbagħat permezz ta' posta rreġistrata jew courier lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati fi żmien 45 jum mit-tmiem ta’ l-aħħar vjaġġ li jkun sar matul il-perjodu msemmi. Fl-istess ħin għandhom jintbagħtu kopji b’mezzi jew permezz ta’ faks lill-Istat Membru tal-bandiera u lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati.

    - Il-formoli għandhom jimtlew b’mod li jinqara u b’ittri kapitali, u għandhom jiġu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment jew mir-rappreżentant legali tiegħu.

    6. F’każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Gvern ta’ Kiribati jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment li wettaq in-nuqqas sakemm jitlestew il-formalitajiet u tiġi applikata l-penali stabbilita fil-leġiżlazzjoni attwali ta' Kiribati.

    7. Id-Direttur għas-Sajd u s-sidien ta' bastimenti għandhom iżommu kopja ta' komunikazzjonijiet bil-faks jew messaġi ta' l-email sakemm iż-żewġ partijiet ikunu qablu mad-dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti msemmija fil-Kapitolu 1.

    8. Is-sidien tal-bastimenti li jistadu bil-purse seines għandhom jgħaddu kopja ta' l-irċevuta tal-ħatt l-art wara li jintemm kull vjaġġ ta' sajd li jkun sar kollu kemm hu jew parzjalment fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati. Jekk dawn id-disposizzjonijiet ma jiġux osservati, id-Direttur tas-Sajd jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment li jkun qed jikser ir-regoli rilevanti, sakemm jitwettqu l-formalitajiet u jiġu applikati l-penali pprovduti skond il-liġijiet nazzjonali ta' Kiribati.

    KAPITOLU IV – L-IMBARK TAL-BAħRIN

    1. L-operaturi tal-bastimenti li jistadu għat-tonn u tal-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ għandhom iħaddmu baħrin li ġejjin mill-pajjiżi AKP, fosthom minn Kiribati, taħt il-kondizzjonijiet u bil-limiti li ġejjin:

    - għall-flotta tal-bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas sitt baħrin AKP għandhom jiġu imbarkati matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati,

    - għall-flotta tal-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ, mill-inqas erba’ baħrin AKP għandhom jiġu imbarkati matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati.

    2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord baħrin addizzjonali minn Kiribati.

    3. Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom mill-ismijiet fuq il-listi ppreżentati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi AKP ikkonċernati, inkluż minn Kiribati.

    4. Meta jkunu ġew iffirmati kuntratti ma' ċittadini ta' Kiribati, skond il-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, sid il-bastiment jew l-aġent għandu jgħaddi lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati l-ismijiet tal-baħrin lokali abbord il-bastiment ikkonċernat, fejn tissemma wkoll il-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.

    5. Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol tapplika b’mod sħiħ għall-baħrin imħaddma fuq bastimenti ta' l-UE. Dan jirrigwarda b’mod partikolari il-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tal-qerda tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-impjiegi u l-professjonijiet.

    6. Il-kuntratti tax-xogħol ta’ baħrin minn Kiribati, skond il-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu ffirmati mir-rappreżentant(i) tas-sid u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom f'konsultazzjoni ma’ l-awtorità marittima ta’ Kiribati. Għandha tintbagħat kopja lill-firmatarji. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju tar-reġim tas-sigurtà soċjali li japplika għalihom, li jinkludi assigurazzjoni fuq il-mewt, mard jew inċidenti.

    7. Is-sidien tal-bastiment huma responsabbli għas-salarju tal-baħrin. Dan għandu jiġi stabbilit, qabel ma jinħarġu l-liċenzji, bi qbil reċiproku bejn l-operaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet tal-pajjiż AKP ikkonċernat. Madankollu, il-kondizzjonijiet tal-ħlas tal-baħrin lokali ma jistgħux ikunu anqas minn dawk li japplikaw għall-ekwipaġġi ta' Kiribati u fl-ebda ċirkostanzi m'għandhom ikunu anqas minn dawk stabbiliti skond l-istandards ta' l-ILO.

    8. Kull baħri impjegat fuq bastimenti tal-Komunità għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment rilevanti lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid il-bastiment jinħeles awtomatikament mill-obbligu li jimbarka lil dak il-baħri.

    9. Madankollu, f’każ li ebda baħri mill-pajjiżi AKP ma jittella' abbord għal raġunijiet differenti minn dawk stipulati fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti tal-Komunità kkonċernati għandhom ikunu obbligati jħallsu, għal kull jum ta’ sajd fl-ibħra tal-pajjiż AKP ikkonċernat, somma stabbilita minn qabel ta’ EUR 20 kuljum. Il-ħlas ta’ din is-somma għandu jsir sa mhux aktar tard mit-termini stabbiliti fil-punt I.2.6 ta’ dan l-Anness. Mad-dħul tagħhom fiż-ŻEE ta' Kiribati, is-sidien tal-bastimenti Komunitarji għandhom jinnotifikaw l-għadd tal-baħrin AKP abbord.

    10. Din is-somma għandha tintuża għat-taħriġ tal-baħrin lokali u titħallas fil-kont indikat mill-awtoritajiet tal-pajjiż AKP ikkonċernat.

    KAPITOLU V – IL-MIżURI TEKNIċI

    Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mil-WCPFC għar-reġjun, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

    KAPITOLU VI – L-OSSERVATURI

    1. Fil-mument li l-bastiment jiġi rreġistrat, il-bastimenti Komunitarji kollha għandhom jagħtu kontribuzzjoni ta; EUR 400 għall-"Fond tal-Proġett għall-Osservazzjoni tas-Sajd", li għandha titħallas fil-kont Nru 4 tal-Gvern ta' Kiribati, skond l-Artikolu 2(8) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.

    2. Il-bastimenti awtorizzati jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati fil-qafas tal-ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi magħżula mill-WCPFC, bil-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

    - Fuq talba tal-WCPFC, il-bastimenti tal-Komunità għandhom itellgħu abbord osservatur magħżul minn din l-organizzazzjoni sabiex jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    - Il-WCPFC għandha tistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista ta’ l-osservaturi maħtura. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward ta’ l-aġġornament eventwali tagħhom.

    - L-WCPFC għandha tinnotifika lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem ta' l-osservatur nominat biex jittella' abbord il-bastiment tagħhom u dan mal-ħruġ tal-liċenzja jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data stipulata biex l-osservatur jittella' abbord.

    3. L-osservatur jibqa’ fuq il-bastiment għal vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita tal-WCPFC, dan l-imbark jista’ jkopri aktar minn vjaġġ wieħed skond it-tul medju tal-vjaġġi previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba ssir mill-WCPFC kompetenti meta jiġi kkomunikat l-isem ta’ l-osservatur magħżul biex jimbarka fuq il-bastiment ikkonċernat.

    4. Il-kondizzjonijiet ta’ l-imbark ta’ l-osservatur huma ddefiniti bi qbil bejn l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu u l-WCPFC kompetenti.

    5. It-tlugħ abbord ta' l-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment fil-bidu ta’ l-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet ta' Kiribati, wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula.

    6. Is-sidien konċernati għandhom, fi żmien ġimgħatejn u b'avviż minn qabel ta' għaxart ijiem, jinnotifikaw id-dati u l-portijiet tas-sotto-reġjun, previsti għat-tlugħ abbord ta' l-osservaturi.

    7. Fil-każ li l-osservatur jittella' abbord f’port barra s-sottoreġjun, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta’ l-osservatur jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur reġjonali joħroġ barra miż-żona tas-sajd reġjonali, għandha tittieħed kull miżura biex jiġi ggarantit li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun u l-ispejjeż jitħallsu mill-operatur.

    8. Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-tnax-il siegħa mill-ħin miftiehem, sid il-bastiment ikun awtomatikament meħlus mill-obbligu tiegħu li jtella' lil dak l-osservatur abbord.

    9. Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Hu jaqdi dawn id-dmirijiet:

    - josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

    - jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti f’operazzjonijiet ta’ sajd;

    - jipproċedi f’ħidmiet ta’ ġbir ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas tal-programmi xjentifiċi,

    - jinnota l-irkaptu tas-sajd użat,

    - jivverifika l-informazzjoni li tidher fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta' Kiribati;

    - jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħmel stima tal-volum ta' l-ispeċijiet ta' ħut ( fin-fish ) mormija li huma tajbin għall-kummerċ;

    - jirrapporta d- data dwar is-sajd, bi kwalunkwe mezz xieraq inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u inċidentali li jkunu abbord, darba fil-ġimgħa meta l-bastiment ikun qed jistad fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    10. Il-kaptan għandu jagħmel kull ma jista' biex jiżgura s-sikurezza fiżika u morali ta’ l-osservaturi waqt li jaqdu dmirijiethom.

    11. Kemm jista' jkun l-osservaturi għandhom ikunu offruti l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex jaqdu dmirijiethom Il-kaptan għandu jagħtihom aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex jaqdu dmirijiethom, għad-dokumenti marbuta direttament ma’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord u l-ġurnal ta’ navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom bħala osservaturi aktar faċilment.

    12. Waqt li jkun fuq il-bastiment, l-osservatur:

    - jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżgura il-kundizzjonijiet tat-tlugħ tiegħu abbord, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd,

    - jirrispetta l-proprjetà u l-irkaptu li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jappartjeni lill-bastiment rilevanti.

    13. Fi tmiem il-perjodu ta’ l-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur jagħmel rapport ta’ l-attivitajiet li għandu jintbagħat lill-WCPFC u li tingħata kopja tiegħu lill-kaptan tal-bastiment.

    14. Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni u ta’ l-ikel ta’ l-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skond il-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment.

    15. Is-salarju u l-kontribuzzjonijijet tas-sigurtà soċjali ta’ l-osservatur jitħallsu mill-WCPFC.

    16. Iż-żewġ partijiet se jikkonsultaw malajr kemm jista’ jkun bejniethom u lill-pajjiżi terzi kkonċernati dwar id-definizzjoni ta’ sistema ta’ osservaturi reġjonali u l-għażla ta’ l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti. Sakemm tiġi implimentata sistema ta’ osservaturi reġjonali, il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati, minflok l-osservaturi reġjonali, għandhom itellgħu abbord osservaturi magħżula mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati skond ir-regoli stabbiliti hawn fuq.

    KAPITOLU VII – IL-MONITORAġġ

    1. Il-Komunità Ewropea għandha żżomm lista aġġornata ta' bastimenti li għalihom tkun inħarġet liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet ta' Kiribati, li huma inkarigati mill-kontroll tas-sajd hekk kif tiġi stabbilita u kull meta tiġi aġġornata.

    2. Id-dħul u l-ħruġ miż-żona:

    - Il-bastimenti tal-Komunità jinnotifikaw, mill-inqas 3 sigħat minn qabel, lill-awtoritajiet ta' Kiribati responsabbli għall-monitoraġġ tas-sajd, l-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd ta' Kiribati, kif imsemmi fl-Appendiċi IV. Huma għandhom ukoll jiddikjaraw il-kwantitajiet globali u l-ispeċijiet abbord.

    - Meta jinnotifika l-ħruġ tiegħu, kull bastiment għandu wkoll jagħti l-pożizzjoni tiegħu. Dawn il-komunikazzjonijiet preferibbilment għandhom isiru bil-faks, u, fin-nuqqas ta’ dan, għall-bastimenti mhux mgħammrin bil-faks, bir-radju u bl- e-mail .

    - Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti Kiribati jitqies bħala bastiment li kiser il-liġi.

    - In-numri tal-faks u tat-telefown kif ukoll l-indirizz elettroniku jingħataw ukoll meta tinħareġ il-liċenzja tas-sajd.

    3. Il-proċeduri ta' kontroll

    - Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kwalunkwe uffiċjal ta' Kiribati inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

    - Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali m'għandhiex teċċedi ż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.

    - Fit-tmiem ta’ kull spezzjoni u kull monitoraġġ fil-port, jingħata ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

    4. L-immarkar tal-bastimenti

    Il-bastimenti Komunitarji għandhom ikollhom immarkar estern skond ir-regoli tal-FAO.

    5. Il-monitoraġġ bis-satellita

    Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji kollha li jistadu taħt dan il-ftehim għandhom ikunu soġġetti għall-monitoraġġ bis-satellita skond l-Appendiċi V. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fl-10 jum wara n-notifika mill-Gvern ta' Kiribati lid-Delegazzjoni dwar il-bidu tal-ħidmiet tal-korp responsabbli għall-monitoraġġ tal-bastimenti tas-sajd ta' Kiribati.

    6. It-tlugħ abbord

    - L-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati għandhom jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa, b'kull infrazzjoni u penali imposti fuq bastimenti Komunitarji fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    - L-Istat tal-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirċievu fl-istess waqt rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-ispezzjoni li matulha tkun ġiet osservata l-infrazzjoni.

    7. Ir-rapport ta' l-ispezzjoni

    - Wara li l-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati jkunu ħejjew l-istqarrija, il-kaptan tal-bastiment għandu jiffirmaha.

    - Din il-firma m'għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-kaptan jew kwalunkwe difiża li jista' jagħmel għall-ksur allegat.

    - Il-kaptan għandu jieħu l-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet ta' Kiribati. Fil-każijiet ta’ infrazzjoni minuri, l-awtorità kompetenti ta' Kiribati tista’ tawtorizza lill-bastiment spezzjonat biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

    8. Il-proċedura għall-ispezzjoni

    - Qabel ma jittieħdu proċeduri ġudizzjarji, għandu jsir tentattiv sabiex l-ksur allegat jiġi riżolt bonarjament. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara d-dħul fil-port b'riżultat ta' l-ispezzjoni.

    - F’każ ta’ tranżazzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jiġi determinat skond il-liġi ta' Kiribati.

    - F’każ li l-kwistjoni ma tkunx setgħet tissolva permezz ta’ tranżazzjoni bonarja u li din titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jiddepożita garanzija bankarja, f’ammont li jiġi ffissat meta jitqiesu l-ispejjeż li l-ispezzjoni u l-monitoraġġ tal-bastiment iġibu magħhom, kif ukoll l-ammont tal-multi u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli mill-infrazzjoni, fil-kont tal-bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati .

    - Il-garanzija bankarja tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Hija tiġi rrevokata malli l-proċedura tintemm mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f’każ ta’ kundanna li twassal għal multa inferjuri għall-garanzija depożitata, id-differenza tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati.

    - Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

    - malli jitwettqu l-obbligi li joħorġu mill-proċedura ta’ tranżazzjoni bonarja, inkella

    - malli l-garanzija bankarja msemmija fil-punt (c) tkun ġiet depożitata u aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati, sakemm jintemma l-proċeduri ġudizzjarji.

    9. It-Trażbord:

    - Kull bastiment tal-Komunità li jixtieq jittrażborda qabdiet li jkun għamel fl-ilmijiet ta' Kiribati għandu jagħmel dan fil-portijiet ta' Kiribati.

    - Is-sidien ta' dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati bl-informazzjoni f'konformità ma' l-Appendiċi IV, mill-anqas minn 48 siegħa minn qabel:

    - It-trażbord jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd ta' Kiribati. Il-bastimenti għandhom għalhekk jippreżentaw il-ġurnali ta' abbord lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati u jiddikaraw jekk humiex bi ħsiebhom ikomplu jistadu jew jitilqu miż-żona tas-sajd ta' Kiribati, skond l-Appendiċi III A u III B.

    - Kull operazzjoni ta’ trażbord ta' qabdiet fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati jew li mhix imsemmija fil-punti ta’ hawn fuq hija pprojbita fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati. Kull persuna li ma tħarisx din id-dispożizzjoni għandha tkun soġġetta għall-penali stabbiliti fil-liġi ta' Kiribati.

    10. Il-Kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li huma involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trażbord f’port ta' Kiribati għandhom jippermettu u jiffaċilitaw ispezzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi ta' Kiribati. Ladarba tkun tlestiet l-ispezzjoni, kopja tar-rapport ta' spezzjoni tingħata lill-kaptan tal-bastiment.

    L-APPENDIċI

    I Formola ta' Applikazzjoni għall-inklużjoni ta' bastiment tas-sajd fir-reġistru tar-Repubblika ta' Kiribati

    II. formola ta' applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd

    III A. Logsheet reġjonali dwar l-użu tal- PURSE SEINES FIL-PAċIFIKU TAN-NOFSINHAR

    III A. Logsheet reġjonali dwar l-użu tal-konzijiet FIL-PAċIFIKU TAN-NOFSINHAR

    IV. Dettalji ta' rappurtar

    V. Il-Protokoll VMS

    L-APPENDIĊI I

    Formola ta' Applikazzjoni għall-inklużjoni ta' Bastiment tas-Sajd fir-Reġistru tar-Repubblika ta' Kiribati

    Fisheries Licence & Enforcement Unit,

    PO. Box 64, Bairiki,

    Republic of Kiribati

    Tel:(686) 21099

    Faks: (686) 21120

    E-mail:flue@mfmrd.gov.ki

    STRUZZJONIJIET:

    - Aqta' linja taħt il-kunjom.

    - Indirizz tfisser l-indirizz postali sħiħ.

    - Immarka b'X fejn jixraq; jekk mhux ittajpjat, ikteb ċar b'ittri kbar.

    - L-unitajiet kollha għandhom ikunu Metriċi; speċifika l-unitajiet jekk jintużaw sistemi oħra.

    - Ehmeż ma' din l-applikazzjoni ritratt bil-kulur 6 X 8 pulzier tal-bastiment mill-ġenb

    - Ehmeż ma' din l-applikazzjoni ritratt bil-kulur tal-passaport tal-Kaptan tal-Bastiment (Kaptan tas-Sajd)

    Id-Direttur tas-Sajd,

    B'dan napplika għar-reġistrazzjoni ta' bastiment fir-Reġistru Nazzjonali tas-Sajd:

    Isem tal-bastiment Data ta' l-applikazzjoni / /

    (jj/xx/ssss)

    Jekk dan il-bastiment kien reġistrat qabel, speċifika:

    Isem preċedenti tal-bastiment Kodiċi preċedenti tar-radju:…

    Numru ta' reġistrazzjoni preċedenti

    Sid il-bastiment: Operatur tal-bastiment

    Isem Isem

    Indirizz Indirizz

    ________________________________________ __________________________

    ________________________________________ __________________________

    Tel. Tel.

    Faks. Faks

    Pajjiż tar-Reġistrazzjoni

    Numru tal-Pajjiż tar-Reġistrazzjoni

    Il-Kodiċi Internazzjonali tar-Radju

    Nru. tat-Telefown ta' Abbord Nru. tat-Teleks ta' Abbord

    Il-Port tar-Residenza Pajjiż

    Bażi(jiet) ta' l-Operat.

    Port 1 Pajjiż 1

    Port 2 Pajjiż 2

    Kaptan tal-Bastiment: Kaptan tal-Bastiment (Kaptan tas-Sajd)

    Isem Isem

    Data tat-Twelid / /____ Data tat-Twelid / /

    (jj/xx/ssss) (jj/xx/ssss)

    Nru tas-Sigurtà Soċjali Nru tas-Sigurtà Soċjali

    Nazzjonalità Nazzjonalità

    Indirizz tar-Residenza Indirizz tar-Residenza

    ________________________________________ _____________________________

    Tip ta' Bastiment

    Single Purse ( Bastiment bit-tartaruni u Konzijiet (

    Group Purse Seiner ( Tas-sajd bix-xlief u l-qasab (

    Purse Seine Carrier ( Longline Reefer (

    Inġenju ta' appoġġ ( Tal-provvista tal-fjuwil (

    Jekk ieħor, speċifika____________________________________________

    Għadd tas-soltu ta' baħrin___________

    Stat(i) taż-Żona Awtorizzata ta' l-Operazzjoni________________________________

    Materjal tal-buq: Azzar ( Injam ( Fajber (FRP) ( Aluminju (

    Jekk ieħor, speċifika____________________________________________

    Sena tal-Produzzjoni Post tal-Produzzjoni

    Tunnellaġġ gross Tul totali

    Qawwa tal-Magna/i Ewlenija/in (speċifika l-unitajiet)_____________________________

    Kapaċità Massima tal-Ġarr ta' Fjuwil ____________________________ Kilolitri/Galluni

    Kapaċità ta' Kuljum ta' l-Iffriżar (aktar minn waħda, jekk jixraq):

    Metodu Kapaċità Temperatura

    Tunnellati metriċi/kuljum (C)

    Salmura (NaCl) Br ____________ ___________

    Salmura (CaCl) CB ____________ ___________

    Arja (Blast) BF ____________ ___________

    Arja (Coils) RC ____________ ___________

    Jekk ieħor, speċifika____________________________________________ ________ ____________ ___________

    Kapaċità ta' Ħżin (aktar minn waħda, jekk jixraq):

    Metodu Kapaċità Temperatura

    Metri Kubi (C)

    Silġ IC _____________ ____________

    Ilma Baħar Imkessaħ RW _____________ ____________

    Salmura (NaCl) BR _____________ ____________

    Salmura (CaCl) CB _____________ ____________

    Arja (Coils) RC _____________ ____________

    Imla A, B jew C hawn taħt, kif jixraq.

    A. Għal Bastimenti li jistadu bil- Purse Seines :

    Nru tar-Reġistrazzjoni tal-Ħelikopter Mudell tal-Ħelikopter

    Tul Nett (metri) Fond Nett (metri)

    Qawwa tal-Vinċijiet tax-Xbieki Kilos

    Qawwa tal-Kapstan għall-Ġbid tax-Xbieki Metri kull minuta

    Huwa preżenti Doppler Current Meter ? Iva / N (agħmel ċirku madwar it-tweġiba tiegħek)

    Huwa preżenti radar għall-għasafar? Iva / N (agħmel ċirku madwar it-tweġiba tiegħek)

    Numru ta' stivi (tal-ħut):

    Poppa________________ Kapaċità ta' Ħżin __________St/Mt

    Pruwa_______________ Kapaċità ta' Ħżin __________St/Mt

    Inġenju ta' appoġġ

    Tul ta' l-Iskiff______________ Metri/Piedi; Qawwa tal-Magna __________HP/PS

    Tul tas-Speed Boat 1_________ Metri/Piedi; Qawwa tal-Magna __________HP/PS

    Tul tas-Speed Boat 2_________ Metri/Piedi; Qawwa tal-Magna __________HP/PS

    Tul tas-Speed Boat 3_________ Metri/Piedi; Qawwa tal-Magna __________HP/PS

    B. Għal Bastimenti li jistadu bil-Konz:

    Numru massimu ta' Kaxxi _____________________ Tul tax-xlief ewlieni f'Km

    Numru massimu ta' Snanar _____________________

    Materjal tax-xlief ewlieni ______________________

    Huwa preżenti Line shooter ? Iva / N (agħmel ċirku madwar it-tweġiba tiegħek)

    C. Għall-Inġenji ta' appoġġ:

    Attivitajiet (aktar minn waħda, jekk jixraq):

    Dgħajsa ħafifa ( Dgħajsa għat-tiftix/ ta' informazzjoni ( scouting) (

    Dgħajsa ta' l-Ankra ( Inġenji ta' l-ajru (

    Jekk ieħor, speċifika

    Bastiment(i) tas-sajd Appoġġat(i)

    Niddikjara li l-informazzjoni hawn fuq hija vera u sħiħa. Jiena nifhem li għandi nirrapporta fi żmien 30 jum kwalunkwe tibdil għall-informazzjoni t'hawn fuq, inkluż tibdil tal-Kaptan tal-Bastiment u Kaptan tas-Sajd matul il-perjodu ta' reġistrazzjoni. Nifhem ukoll li n-nuqqas ta' dan jista' jaffettwa l-pożizzjoni tal-bastiment tiegħi fuq ir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd.

    L-Applikant:

    Isem Firma

    IS-SID ( IN-NOLLEĠĠANT ( AĠENT AWTORIZZAT (

    Indirizz

    Telefon. Faks. Nru. E-mail .

    L-APPENDIĊI II

    APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TAS-SAJD

    1. Applikazzjoni jew tiġdid:

    2. Isem il-bastiment u l-bandiera tiegħu

    3. Perjodu ta' validità: minn sa

    4. Isem is-sid:

    5. Indirizz tas-sid:

    6. L-isem u l-indirizz tan-nolleġġant (jekk differenti minn 4 u 5):

    7. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant uffiċjali f'Kiribati:

    8. Isem il-kaptan tal-bastiment

    9. Tip ta' bastiment

    10 Numru tar-reġistrazzjoni: :

    11. Identifikazzjoni esterna tal-bastiment: :

    12. Port u pajjiż ta’ reġistrazzjoni:

    13. Tul u wisa' totali tal-bastiment:

    14. Tunnellaġġ gross u nett:

    15. Marka u qawwa tal-magna prinċipali:

    16. Kapaċità tal-friża (t/d):

    17. Kapaċità ta’ l-istiva (m³):

    18. Kodiċi tar-radju u frekwenza:…

    19. Tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni (teleks, faks):

    20. Applikanti tas-sajd:

    21. L-għadd ta' baħrin skond in-nazzjonalità:

    22. Numru tal-liċenzja tas-sajd (fil-każ ta' tiġdid, ehmeż il-liċenzja):

    Jiena, is-sottoskritt, ..............................................., niċċertifika li l-informazzjoni t'hawn fuq hija korretta u nintrabat li nikkonforma magħha.

    (timbru u firma ta' sid il-bastiment) (Data)

    APPENDIĊI IIIA

    LOGSHEET REĠJONALI TAL- PURSE SEINES FIN-NOFSINHAR TAL-PAĊIFIKU

    PAĠNA____________MINN_____________

    ISEM IL-BASTIMENT: | NUMRU/I TAL-PERMESS TAS-SAJD JEW TAL-LIĊENZJA | SENA |

    L-ISEM TAL-KUMPANIJA TAS-SAJD | NUMRU TAR-REĠISTRU REĠJONALI FFA | ISEM L-AĠENT FIL-PORT TAL-ĦATT | PORT TAT-TLUQ: | PORT TAL-ĦATT |

    PAJJIŻ TAR-REĠISTRAZZJONI | ALC BL-APPROVAZZJONI TAT-TIP FFA (IVA/LE)? | NUMRU TA' FADS UŻATI | JINTUŻAW TENDERS (IVA/LE)? | DATA U ĦIN TAT-TLUQ | DATA U ĦIN TAL-WASLA FIL-PORT |

    NUMRU TAR-REĠISTRAZZJONI FIL-PAJJIŻ TAR-REĠISTRAZZJONI | IL-KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU | ID-DATI U L-ĦINIJIET KOLLHA GĦANDHOM IKUNU UTC/GMT IL-PIŻIJIET KOLLHA GĦANDHOM IKUNU F'TUNNELATI METRIĊI | AMMONT TA' ĦUT ABBORD FIL-BIDU TAL-VJAĠĠ | AMMONT TA' ĦUT ABBORD WARA L-ĦATT |

    XAHAR | JUM | KODIĊI TA' L-ATTIVITÀ | 01.00 UTC JEW POŻIZZJONI FISSA | KODIĊI ASSOĊ TAL-ĠLIBA | BIDU TAS-SAJDA | QABDIET MIŻMUMA | ĦUT MORMI LURA |

    ISEM IL-KAPTAN: | FIRMA TAL-KAPTAN: | DATA |

    APPENDIĊI III B

    LOGSHEET REĠJONALI TAL-KONZIJIET FIN-NOFSINHAR TAL-PAĊIFIKU

    PAĠNA____________MINN_____________

    ISEM IL-BASTIMENT: | NUMRU/I TAL-PERMESS TAS-SAJD JEW TAL-LIĊENZJA | SENA |

    L-ISEM TAL-KUMPANIJA TAS-SAJD | NUMRU TAR-REĠISTRU REĠJONALI FFA | ISEM L-AĠENT FIL-PORT TAL-ĦATT | PORT TAT-TLUQ: | DATA U ĦIN TAT-TLUQ |

    PAJJIŻ TAR-REĠISTRAZZJONI | ALC BL-APPROVAZZJONI TAT-TIP FFA (IVA/LE)? | ID-DATI U L-ĦINIJIET KOLLHA GĦANDHOM IKUNU UTC/GMT IL-PIŻIJIET KOLLHA GĦANDHOM IKUNU F'KILOGRAMMI | PORT TAL-ĦATT | DATA U ĦIN TAL-WASLA FIL-PORT |

    NUMRU TAR-REĠISTRAZZJONI FIL-PAJJIŻ TAR-REĠISTRAZZJONI | IL-KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU | SPEĊI EWLENIJA FIL-MIRA | NUMRU TA' SNANAR BEJN IŻ-ŻUBRUNI |

    ISEM IL-KAPTAN: | FIRMA TAL-KAPTAN: | DATA |

    APPENDIĊI IV

    DETTALJI TAR-RAPPURTAR

    RAPPORTI LID-DIRETTUR TAS-SAJD

    Tel.: (686) 21099Faks: (686) 21120 E-mail : flue@mfmrd.gov.ki

    1 Rappurtar ta' Dħul fiż-Żona

    24 siegħa qabel id-dħul fil-limiti taż-żona.

    (a) Kodiċi tar-rapport (ZENT);

    (b) Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja,

    (c) Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinja;

    (d) Id-data tad-dħul (JJ-XX-SS);

    (e) Il-Ħin tad-dħul (GMT)

    (f) Pożizzjoni tad-dħul;

    (g) Qabda totali abbord skond il-piż u l-ispeċi.

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

    OTHERS (OT)___.__(Mt)

    e.g. ZENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.10.89/0635Z/0230N;17610E/SK-510:YF-120:OT-10

    2. Rappurtar tat-Tluq miż-Żona

    Immedjatament mat-tluq mil-limiti taż-żona tas-sajd:

    (a) Kodiċi tar-rapport (ZDEP);

    (b) Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja,

    (c) Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinja;

    (d) Data tat-tluq;

    (e) Il-Ħin tat-tluq (GMT)

    (f) Il-pożizzjoni tat-tluq;

    (g) Qabda abbord skond il-piż u l-ispeċi.

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

    OTHERS (OT)___.__(Mt)

    (h) Qabda totali fiż-żona skond il-piż u l-ispeċi (bħall-Qabda Abbord)

    (i) Total ta' jiem mistada (l-għadd reali ta' jiem li fihom tkun saret sajda fiż-Żona)

    eż ZDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/21.10.89/1045Z/0125S;16730E/SJ-450:YF-190:OT-4/SJ-42:BE-70:OT-1/14

    3. Rappurtar ta' kull ġimgħa dwar il-pożizzjoni u l-qabda filwaqt li ġewwa ż-Żona

    Kull nhar ta' Tlieta matul il-perjodu mqatta' ġewwa l-limiti taż-żona tas-sajd wara r-rapport tad-dħul jew l-aħħar rapport ta' kull ġimgħa;

    (a) Kodiċi tar-rapport (WPCR);

    (b) Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja,

    (c) Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinja;

    (d) Data tal-WPCR (JJ:XX:SS);

    (e) Pożizzjoni tar-rappurtar;

    (f) Qabda mill-aħħar rapport ’l hawn:

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

    OTHERS (OT)___.__(Mt)

    (g) Jiem mistada mill-aħħar rapport ’l hawn

    Per eżempju: WPCR/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.89/0140N;16710W/SJ-23:YF-9:OT-2.0/7

    4. Dħul fil-port, inkluż dħul għat-trażbord, għall-proviżjonament mill-ġdid, l-iżbark ta' l-ekwipaġġ jew emerġenza

    Għallinqas 48 siegħa qabel ma jidħol fil-port il-bastiment:

    (a) Kodiċi tar-rapport (PENT);

    (b) Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja,

    (c) Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinja;

    (d) Id-data tar-rappurtar (JJ-XX-SS);

    (e) Pożizzjoni tar-rappurtar;

    (f) Isem il-Port

    (g) Ħin stmat tal-wasla (LST)JJXX:ssmm;

    (h) Qabda abbord skond il-piż u l-ispeċi.

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

    OTHERS (OT)___.__(Mt)

    (i) Raġuni għad-dħul fil-port

    Per eżempju: PENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/24.12.89/0130S;17010E/BETIO

    /26.12:1600L/SJ-562:YF-150:OT-4/TRANSSHIPPING

    5 Tluq mill-port

    Immedjatament wara t-tluq mill-port

    (a) Kodiċi tar-rapport (PDEP);

    (b) Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja,

    (c) Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinja;

    (d) Id-data tar-rappurtar (GMT) (JJ-XX-SS);

    (e) Isem il-Port

    (f) Id-data u l-ħin tat-Tluq (LST) GGMM:ssmm

    (g) Qabda abbord skond il-piż u l-ispeċi.

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

    OTHERS (OT)___.__(Mt)

    (h) Id-Destinazzjoni li jmiss

    Per eżempju: PDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.89/BETIO/29.12:1600L/SJ-0.0:YF-0.0:OT-

    4/ŻONA TAS-SAJD

    6. Dħul fi jew Tluq minn Żona Magħluqa

    Għallinqas 12-il siegħa qabel ma jidħol u immedjatament wara li jitlaq miż-żona magħluqa:

    (a) It-tip tar-Rapport (ENCA għad-dħul u DECA għall-ħruġ);

    (b) Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja,

    (c) Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinja;

    (d) Id-Data ta' ENCA jew DECA;

    (e) Il-ħin ta' l-ENCA jew DECA (GMT) JJ-XX-SS:ssmm;

    (f) Pożizzjoni ta' l-ENCA jew DECA (sa minuta ta' l-arc);

    (g) Veloċità u rotta

    (h) Raġuni għall-ENCA

    Per eżempju: ENCA/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.89:1645Z/0130S;17010E

    /7:320/ENTER PORT

    7. Avviż ta' teħid ta' Fjuwil

    għallinqas 24 siegħa qabel ma jerġa' jieħu l-fjuwil minn tanker liċenzjat

    (a) Tip ta' rapport (FUEL);

    (b) Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja,

    (c) Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinja;

    (d) Ħin tar-rappurtar (GMT);

    (e) Pożizzjoni tar-rappurtar (sa minuta ta' l-arc);

    (f) Ammont ta' fjuwil abbord (Kilolitri);

    (g) Data stmata tat-teħid tal-fjuwil;

    (h) Pożizzjoni stmata għat-teħid tal-fjuwil;

    (i) Isem it-tanker:

    Per eżempju: FUEL/89TKS-PS001TN/JJAP2/06.02.90/0130S;17010E/35/08.02.90

    /0131S;17030E/CHEMSION

    8. Rapport dwar l-Attività ta' teħid tal-Fjuwil

    Immedjatament wara t-teħid tal-fjuwil minn tanker liċenzjat.

    (a) Tip ta' rapport (BUNK);

    (b) Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja,

    (c) Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinja;

    (d) Id-data u l-ħin tat-teħid tal-fjuwil (GMT) JJ-XX-SS:ssmm;

    (e) Pożizzjoni stmata għat-teħid tal-fjuwil;

    (f) Ammont ta' fjuwil imtella abbord f'kilolitri;

    (g) Il-ħin tat-tlestija mit-teħid tal-fjuwil (GMT);

    (h) Pożizzjoni fejn ikun intemm it-teħid tal-fjuwil

    (i) Isem it-tanker:

    Per eżempju: BUNK/89TKS-S001TN/JJAP2/08.02.90:1200Z/0131S;17030E/160/08.02.90:

    1800Z/0131S;17035E/CRANE PHOENIX

    9 Rapport dwar l-Attività ta' Trażbord

    Immedjatament wara t-trażbord f'port awtorizzat f'Kiribati f'bastiment liċenzjat għall-ġarr.

    (a) Tip ta' rapport (TSHP);

    (b) Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja,

    (c) Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal

    (d) Id-data tar-rilaxx (JJ-XX-SS);

    (e) Il-port tar-rilaxx;

    (f) Qabda trażbordata skond il-piż u l-ispeċi;

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

    OTHERS (OT)___.__(Mt)

    (g) Isem it-trasportatur bl-istiva mkessħa;

    (h) Destinazzjoni tal-qabda

    Per eżempju: TSHP/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.89/BETIO/SJ-450:YF-150:OT-0.0/JAPAN

    STAR/PAGO PAGO

    10. Rapport tat-Tlestija

    Fi żmien 48 siegħa mit-tlestija ta' vjaġġ billi tiġi rilaxxata l-qabda f'portijiet oħra tas-sajd (barra Kiribati) inklużi portijiet operattivi jew il-port ta' residenza.

    (a) Tip ta' rapport (COMP);

    (b) Isem il-bastiment;

    (c) Numru tal-liċenzja;

    (d) L-ittri tal-kodiċi tar-radju;

    (e) Id-data tar-rilaxx (JJ-XX-SS);

    (f) Qabda rilaxxata skond l-ispeċi

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

    OTHERS (OT)___.__(Mt)

    (g) Isem il-port.

    Per eżempju: COMP/89TKS-PS001TN/JJAP2/26.12.89/SJ-670:YF-65:OT-0.0/BETIO

    APPENDIĊI V

    Protokoll (VMS)

    Dispożizzjonijiet applikabbli għall-monitoraġġ permezz tas-satellita tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati

    1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jikkompletaw il-protokoll dwar l-opportunitajiet tas- sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Kommunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar is-sajd 'il barra mill-Kosta ta' Kiribati għall-perjodu bejn is-16 ta' Settembru 2006 u l-15 ta' Settembru 2012, u japplikaw skond punt 5 ta' 'Kapitolu VII – Monitoraġġ' ta' l-Anness tiegħu.

    2. Il-bastimenti kollha tas-sajd li jkunu itwal minn 15-il metru fl-itwal parti tagħhom, li jistadu fil-qafas tal-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u Kiribati għandhom ikunu mmonitorjati permezz tas-satellita meta jkunu fiż-ŻEE ta' Kiribati.

    L-awtoritajiet Kiribati għandhom jikkomunikaw lill-Parti Komunitarja l-pożizzjonijiet taż-żoni tas-sajd (latitudni u lonġitudni) taż-ŻEE ta' Kiribati sabiex il-bastimenti jkunu mmonitorjati permezz tas-satellita.

    L-awtoritajiet ta' Kiribati għandhom jgħaddu l-informazzjoni elettronikament fi gradi deċimali (WGS 84).

    3. Il-Partijiet għandhom jipproċedu għal skambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-indirizzi X.25 u l-ispeċifikazzjonijiet utilizzati fil-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ bejn iċ-Ċentri ta' Kontroll tagħhom skond il-punti 5 sa 7. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej jekk jeżistu: l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tat-teleks u tal-faks u l-indirizzi elettroniċi (Internet jew X.400) li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni ġenerali bejn iċ-Ċentri tal-Kontroll.

    4. Il-pożizzjoni tal-bastiment tiġi ddeterminata b’marġini ta’ żball inqas minn 500 metru u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99%.

    5. Meta bastiment li jkun qed jistad fil-qafas tal-Ftehim u li jkun immonitorjat permezz tas-satellita skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità jidħol fiż-ŻEE ta' Kiribati, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti (identifikazzjoni tal-bastiment, lonġitudni, latitudni, rotta u veloċità) jiġu kkomunikati mill-ewwel miċ-Ċentru ta' Kontroll ta’ l-Istat ta’ tal-bandiera liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ta' Kiribati (FMC) kultant ħin f'perjodi massimi ta’ tliet sigħat. Dawn il-messaġġi jiġu identifikati bħala rapporti tal-pożizzjoni.

    6. Il-messaġġi speċifikati fil-punt 5 jintbagħtu b’mezz elettroniku fil-format X.25, mingħajr l-ebda protokoll ulterjuri. Dawn il-messaġġi għandhom jiġu kkomunikati fil-ħin reali skond il-format tat-Tabella II.

    7. F’każ li l-apparat ta’ monitoraġġ permanenti permezz tas-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd ikollu ħsara teknika jew jieqaf jaħdem, il-kaptan ta’ dan il-bastiment għandu jibgħat l-informazzjoni speċifikata fil-punt 5 meta suppost liċ-Ċentru ta' Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera u lill-FMC ta’ Kiribati permezz ta’ faks. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun meħtieġ li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni globali kull tmien sigħat. Dan ir-rapport ta’ pożizzjoni globali se jinkludi r-rapporti tal-pożizzjoni hekk kif irreġistrati mill-Kaptan tal-bastiment kull tliet sigħat skond ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 5.

    Iċ-Ċentru ta' Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera għandu jibgħat immedjatament dawn il-messaġġi lill-FMC ta' Kiribati. It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jiġi sostitwit fi żmien massimu ta’ xahar. Ladarba jgħaddi dan it-terminu, il-bastiment ikkonċernat ikollu joħroġ miż-ŻEE ta' Kiribati.

    8. Iċ-Ċentri ta' Kontroll ta’ l-Istati tal-bandiera għandhom jissorveljaw il-movimenti tal-bastimenti tagħhom fl-ilmijiet tal-Kiribati. Fil-każ li l-monitoraġġ tal-bastimenti ma jsirx skond il-kondizzjonijiet stabbiliti, l-FMC ta’ Kiribati għandu jiġi informat b’dan malli dan isir magħruf, u l-proċedura prevista fil-punt 7 għandha tkun applikabbli.

    9. Jekk l-FMC ta’ Kiribati jara li l-Istat tal-bandiera ma jkunx qed jibgħat l-informazzjoni prevista fil-punt 5, id-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea jiġu informati b’dan mill-ewwel.

    10. Id- data tal-monitoraġġ kkomunikata lill-parti l-oħra, skond dawn id-dispożizzjonijiet hija maħsuba biss għall-użu mill-awtoritajiet ta' Kiribati għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-flotta tal-Komunità li tistad skond il-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u Kiribati. Din l-informazzjoni ma tkun tista’ fl-ebda każ tiġi kkomunikata lil partijiet oħra.

    11. Il-komponenti tas-softwer u t-tagħmir fiżiku tas-sistema ta’ monitoraġġ permezz tas-satellita għandhom ikunu affidabbli u m’għandhom jippermettu l-ebda falsifikazzjoni tal-pożizzjonijiet u lanqas m’għandhom ikunu jistgħu jiġu mbagħbsa manwalment.

    Is-sistema għandha tkun kompletament awtomatika u kapaċi topera f'kull ħin u indipendentement mill-kondizzjonijiet ambjentali u klimatiċi. Huwa pprojbit li wieħed jeqred, jagħmel ħsara, iwaqqaf jew jinterferixxi mas-sistema ta’ monitoraġġ permezz tas-satellita.

    Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jassiguraw li:

    - l-informazzjoni ma titbiddel bl-ebda mod;

    - l-antenna jew l-antenni mqabbda mat-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita bl-ebda mod ma jiġu ostakolati

    - l-alimentazzjoni elettrika tat-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma tiġi interrotta bl-ebda mod; kif ukoll

    - it-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma jitneħħiex minn fuq il-bastiment.

    12. Il-partijiet jaqblu li jaqsmu bejniethom, jekk jintalbu jagħmlu dan, l-informazzjoni dwar it-tagħmir użat għall-monitoraġġ permezz tas-satellita sabiex jiżguraw li kull biċċa tagħmir tkun kompletament kompatibbli ma’ l-esiġenzi tal-parti l-oħra għall-finijiet ta’ dawn il-miżuri.

    13. Kull tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu s-suġġett ta’ konsultazzjoni bejn il-partijiet fil-qafas tal-Kumitat Konġunt stabbilita fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

    14. Il-partijiet jaqblu li jirrevedu, jekk ikun meħtieġ, dawn id-dispożizzjonijiet.

    IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LIL KIRIBATI

    RAPPORT TAL-POŻIZZJONI

    Element tad-Data | Il-Kodiċi | Obbligatorju/Fakultattiv | Kummenti |

    Bidu tar-reġistrazzjoni | SR | O | Informazzjoni dwar is-sistema – jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |

    Destinatarju | AD | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż |

    Speditur | FR | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – min qed jitrażmetti. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż |

    L-Istat tal-bandiera | FS | F |

    Tip ta’ messaġġ | TM | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – tip ta’ messaġġ "POS" |

    Kodiċi tar-Radju | RC | O | Informazzjoni dwar il-bastiment – kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment |

    Numru ta’ referenza intern għall-Parti kontraenti | IR | F | Numru uniku tal-parti kontraenti bħala kodiċi ISO3 ta’ l-Istat tal-bandiera segwit b'numru) |

    Numru tar-reġistrazzjoni estern | XR | O | Informazzjoni dwar il-bastiment – in-numru li jidher fuq il-ġenb tal-vapur |

    Latitudni | LA | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti N/S GGMM (WGS -84) |

    Lonġitudni | LO | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti E/W GGMM (WGS-84) |

    Rotta | CO | O | Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta' 360° |

    Veloċità | SP | O | Il-veloċità tal-vapur f'deċmi ta’ knots |

    Dati | DA | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) |

    Ħin | TI | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) |

    Tmiem tar-reġistrazzjoni | ER | O | Informazzjoni dwar is-sistema – tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |

    Sett ta’ karattri: ISO 8859.1

    It-trażmissjoni tad- data hija strutturata kif ġej:

    - linja doppja mmejla (//) u kodiċi li jimmarkaw il-bidu tal-messaġġ;

    - linja waħda mmejla (/) timmarka s-separazzjoni bejn il-kodiċi u d- data .

    Elementi ta' data fakultattiva għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

    IL-LIMITI TAŻ-ŻEE TA' KIRIBATI

    IL-KOORDINATI TAŻ-ŻEE

    IL-KOORDINATI TA' L-FMC ta' KIRIBATI

    Isem ta’ l-FMC:

    Tel. VMS:

    Faks VMS:

    Email VMS:

    Tel. DSPG:

    Faks DSPG:

    Indirizz X25 =

    Dikjarazzjoni dħul/ħruġ:

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVI

    1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

    Proposta ta’ Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati għall-perjodu ta’ sitt snin mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    2. IL-QAFAS ABM / ABB

    11. Sajd

    1103. Ftehimiet Internazzjonali fil-qasam tas-sajd

    3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

    3.1 Il-Linji tal-baġit:

    110301: Ftehimiet Internazzjonali fil-qasam tas-sajd

    11010404: Ftehimiet Internazzjonali fil-qasam tas-Sajd: spejjeż amministrattivi

    3.2 Kemm iddum l-azzjoni u kemm idum l-impatt finanzjarju:

    Il-Protokoll anness mal-Ftehim tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati skada fil-15 ta' Settembru 2006. Il-Protokoll il-ġdid se jkun validu għal terminu ta’ 6 snin mis-16 ta’ Settembru 2006.

    Il-Protokoll jistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja, il-kategoriji u l-kondizzjonijiet ta’ l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Komunità fiż-żoni tas-sajd ta' Kiribati.

    3.3 Il-karatteristiċi baġitarji ( żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ ):

    Linja tal-baġit | It-Tip ta' nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja[4] |

    11.0301 | Obblig. | Diff[5]. | LE | LE | LE | Nru 2 |

    11.010404 | Obblig. | Mhux diff.[6] | LE | LE | LE | Nru 2 |

    4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1 Riżorsi Finanzjarji

    4.1.1 Sommarju ta’ l-approprjazzonijiet għall-impenji (AI) u approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

    (f’miljuni ta’ EUR sa 4 punti deċimali)

    L-ispejjeż finanzjarji indikattivi totali ta’ l-azzjoni |

    Għadd totali ta’ riżorsi umani | 0.40 | 0.40 | 0.40 | 0.40 | 0.40 | 0.40 |

    5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

    5.1 Ħtieġa li trid tiġi sodisfatta f'qasir żmien jew għat-tul

    Il-Protokoll preċedenti anness mal-Ftehim tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati skada fil-15 ta' Settembru 2006. Il-Protokoll il-ġdid ikopri l-perjodu bejn is-16 ta' Settembru 2006 sal-15 ta' Settembru 2012.

    L-għan ewlieni tal-Ftehim il-ġdid ta’ Sħubija għas-Sajd (FPA) huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati sabiex jitwaqqaf qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd fuq żmien twil u għall-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati. L-elementi ewlenin tal-Protokoll il-ġdid huma:

    - L-opportunitajiet ta’ sajd: 4 bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun u 12-il bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ (ibbażata fuq il-metodu ta' allokazzjoni ta' l-opportunitajiet tas-sajd fil-Protokoll preċedenti, it-talbiet ta’ l-Istati Membri u fuq ir-rati ta’ kemm dawn l-opportunitajiet intużaw fl-imgħoddi minn kull Stat Membru u kull kategorija), jiġifieri:

    ( bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun: Franza: 27%, Spanja: 73%

    ( bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ Spanja: 6, Portugall: 6

    - Tunnellaġġ annwali ta’ referenza : 6 400 tunnellata ta’ tonn

    - Kontribuzzjoni finanzjarja annwali : EUR 478,400

    - Ħlas bil-quddiem u tariffi mħallsa mill-operaturi[12] : EUR 35 għall-bastimenti li jistadu bit-tartarun u għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ għal kull tunnellata ta’ tonn maqbud fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati. Il-ħlas bil-quddiem annwali huwa stabbilit għal EUR 4,200 fis-sena għal kull bastiment li jistad għat-tonn bit-tartarun, għal EUR 21,000 fis-sena għal kull bastiment li jistad bil-konz tal-wiċċ.

    5.2 Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

    Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-FPA il-ġdid, in-nuqqas ta’ intervent Komunitarju jċedi l-post lil Ftehim privat li ma jiggarantixxix sajd fuq żmien twil. Il-Komunità għalhekk tqis li, bis-saħħa ta' dan l-FPA il-ġdid, ir-Repubblika ta’ Kiribati tikkoopera effettivament mal-Komunità fil-korpi reġjonali bħall-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u fil-Paċifiku Ċentrali (WCPFC) fil-ġlieda kontra s-sajd illegali u għall-ġestjoni tajba ta' l-istokkijiet migratorji ħafna. Il-Ftehim tas-Sajd jassigura wkoll parti mir-riżorsi tal-politika settorjali tas-sajd f'Kiribati.

    5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-ġestjoni skond l-attivitajiet (ABM)

    In-negozjar u l-konklużjoni ta’ Ftehim tas-sajd ma’ pajjiżi terzi jaqblu ma’ l-għan ġenerali li jinżammu u jitħarsu l-attivitajiet tas-sajd tradizzjonali tal-flotta Komunitarja, inkluża l-flotta tas-sajd ‘il bogħod, u li jiġu żviluppati relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija sabiex jissaħħu l-użu fuq żmien twil tar-riżorsi tas-sajd barra l-ibħra tal-Komunità waqt li jitqiesu l-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi.

    L-indikaturi li ġejjin se jintużaw fil-kuntest ta’ l-ABM sabiex tiġi assigurata l-kontinwità ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim:

    ( monitoraġġ tar-rata ta' utilizzazzjoni ta' l-opportunitajiet ta’ sajd;

    ( ġbir u l-analiżi tad- data dwar il-qabdiet u tal-valur kummerċjali tal-Ftehim;

    ( kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fil-Komunità;

    ( kontribut għall-istabbilizzazzjoni tas-suq Komunitarju;

    ( kontribut għall-għanijiet ġenerali tat-tnaqqis tal-faqar f'Kiribati, li jinkludi l-kontribut għall-impjiegi u għall-iżvilupp ta’ l-infrastrutturi u l-appoġġ għall-baġit ta’ l-istat;

    ( għadd ta’ laqgħat tekniċi u tal-Kumitat Konġunt;

    5.4 Il-metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv)

    X Ġestjoni Ċentralizzata

    X Direttament mill-Kummissjoni

    6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

    6.1 Sistema ta’ monitoraġġ

    Il-Kummissjoni se tassigura monitoraġġ regolari ta’ l-implimentazzjoni ta' dan l-FPA, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użu mill-operaturi u tad- data dwar il-qabdiet.

    6.2 Evalwazzjoni

    F'Lulju 2006 intemmet evalwazzjoni profonda tal-Protokoll 2003-2006, bl-għajnuna ta’ konsorzju ta’ konsulenti indipendenti sabiex jinbdew in-negozjati dwar Protokoll ġdid.

    6.2.1 L-evalwazzjoni ex-ante

    L-evalwazzjoni identifikat l-interessi li ġejjin għall-KE:

    - Minħabba li l-FPA se ddum numru ta' snin, is-sitwazzjoni taħt il-protokoll attwali tista' faċilment tinbidel u jista' jkun il-każ li aktar purse seiners ikunu interessati li jiksbu liċenzji sabiex jistadu fiż-ŻEE ta' Kiribati. It-tunnellaġġ ta' referenza fis-Solomons huwa ta' 6,000t u f'FSM huwa 8,600. Dawn iż-żewġ ftehimiet juru l-ħsieb li għandhom il- purse seiners ta' l-UE li jistadu aktar fil-fond fil-WCPO. Dan jimplika li jekk kollox jimxi skond il-pjan, jiġu mobilizzati aktar sforzi lejn iż-żona ta' Kiribati; Barra minn hekk, sforz bħal dan x'aktarx iseħħ aktar lejn il-punent maġenb il- Gilberts group , fejn il- purse seiners ta' pajjiżi oħra jikkonċentraw xogħolhom.

    - Filwaqt li l-opportunitajiet ta' sajd għandhom jinżammu fil-livell attwali ta' 4 purse seiners u tnax-il bastiment li jistadu bil-konzijiet tal-wiċċ, l-FPA għandha tipprovdi l-għażla għal għadd akbar ta' bastimenti.

    - Ftehim iżomm l-għażliet disponibbli għall-iżvilupp ulterjuri ta' l-attivitajiet mill-bastimenti ta' l-UE fil-WCPO. Dan se jkun partikolarment importanti jekk l-isforz jonqos f'żoni oħra, jew il-valur reali tal-qabdiet tat-tonn jiżdied.

    F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-interessi ta' Kiribati fil-ftehim, il-konklużjonijiet ewlenin ta' l-evalwazzjoni kienu:

    - L-iżvilupp ta' l-attivitajiet tas-sajd ta' Kiribati li jirriżulta f'aktar impjiegi u introjtu u sigurtà akbar fir-rigward ta' l-ikel.

    - Il-progress lejn settur nazzjonali tas-sajd sostenibbli jinkludi s-sajd u attivitajiet upstream u downstream, fil-kuntest ta' apprezzament realistiku tal-possibilitajiet nazzjonali.

    Barra l-valur kummerċjali dirett tal-qabdiet għall-bastimenti kkonċernati, il-Ftehim iġib miegħu l-benefiċċji viżibbli li ġejjin:

    - il-garanzija ta’ impjiegi abbord bastimenti tas-sajd;

    - l-effett ta' multiplikazzjoni fl-impjiegi: fil-portijiet, għall-pixkeriji, fil-fabbriki ta' l-ipproċessar, fit-tarzni, fl-intrapriżi li joffru s-servizzi, eċċ;

    - il-possibilitajiet ta’ l-impjieg f’reġjuni fejn ma teżisti l-ebda possibilità ta' xogħol ieħor;

    - il-kontribut għall-provvista ta’ ħut fil-Komunità.

    L-eżistenza ta’ Ftehim Komunitarju tiggarantixxi wkoll ġestjoni tajba ta' l-istokkijiet tas-sajd permezz ta’ qafas regolatorju li jorbot għaż-żewġ Partijiet.

    - Ir-riskji u l-għażliet alternattivi:

    It-twaqqif ta’ Protokoll tas-sajd iġib miegħu ċerti riskji, pereżempju: l-ammonti previsti għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd jistgħu ma jiġux allokati kif miftiehem (nuqqas ta' utilizzazzjoni). Sabiex jiġu evitati dawn ir-riskji, huwa previst djalogu qawwi dwar l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd.

    6.2.2 L-istima ex-ante tal-valur ekonomiku tal-Ftehim u l-kontribut finanzjarju tal-Komunità

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Komunità fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim il-ġdid ta’ Sħubija dwar is-sajd huwa allokazzjoni waħdanija stabbilita skond ammont finanzjarju totali annwali ta’ EUR 478,400 għall-Protokoll 2006-12.

    6.2.3 Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

    Ir-rapport ta' evalwazzjoni jirrakkomanda li t-tunnellaġġ ta' referenza jinżamm f' 6,400 t., b'konsistenza mat-tunnellaġġ tar-referenza fl-FPA l-ieħor fil-Paċifiku: It-tunnellaġġ ta' referenza fis-Solomons huwa ta' 6,000t u f'FSM huwa 8,600. Filwaqt li l-opportunitajiet ta' sajd għandhom jinżammu fil-livell attwali ta' 4 purse seiners u tnax-il bastiment li jistadu bil-konzijiet tal-wiċċ, l-FPA għandha tipprovdi l-għażla għal għadd akbar ta' bastimenti.

    Il-Ftehim il-ġdid jipprovdi għal appoġġ finanzjarju globali għall-implimentazzjoni ta’ l-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd iddefinita mill-Gvern ta' Kiribati. Il-Komunità u l-Gvern ta' Kiribati jeħtiġilhom jiftiehmu dwar programm settorjali multijannwali dwar dan l-appoġġ finanzjarju (30% ta’ l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja fl-ewwel sena, 40% fit-tieni sena u 60% fis-snin ta' wara dawn). Dan l-ipproggrammar se jsir permezz ta' djalogu qawwi u permanenti bejn il-partijiet.

    6.2.4 Kundizzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjoni fil-ġejjieni

    B'segwitu għall-istudju li ġie ffinalizzat f'Lulju 2006 (cf. punt 6.2), sabiex jiġi żgurat is-sajd sostenibbli fir-reġjun, se ssir evalwazzjoni ta' l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali kull darba li l-protokoll jiġġedded fil-ġejjieni. L-indikaturi elenkati fil-punt 5.3 se jintużaw biex issir evalwazzjoni ex post.

    7. MIżURI KONTRA L-FRODI

    L-użu li jsir mill-kontribuzzjoni finanzjarja li tagħmel il-Komunità fil-qafas tal-Ftehim jaqa’ taħt ir-responsabbiltà unika ta’ l-Istat terz sovran ikkonċernat.

    Il-Kummissjoni madankollu tintrabat li tipprova toħloq djalogu politiku u kooperazzjoni politika permanenti sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-proroga tal-Protokoll u ssaħħaħ il-kontribut tal-Komunità fil-ġestjoni tar-riżorsi fuq żmien twil.

    Fil-każijiet kollha, kull ħlas li jsir mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ Ftehim tas-sajd huwa soġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji normali tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati b’mod sħiħ il-kontijiet bankarji ta’ l-Istati terzi li fihom jitħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji.

    8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1 L-għanijiet tal-proposta f'termini ta' l-ispejjeż involuti

    L-approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ € (sa 4 punti deċimali)

    (Għandhom jitniżżlu l-intestaturi ta’ l-Għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | TOTAL |

    Azzjoni 1 |

    Azzjoni 2 |

    2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

    Uffiċjali jew staff temporanju[14] (11 01 01) | A*/AD | 0.25 | 0.25 | 0.25 | 0.25 | 0.25 | 0.25 |

    B*, C*/AST | 0.15 | 0.15 | 0.15 | 0.15 | 0.15 | 0.15 |

    Staff iffinanzjat[15] mill-Artikolu 11 01 02 |

    Staff ieħor[16] iffinanzjat mill-Artikolu 11 01 04 04 |

    TOTAL | 0.40 | 0.40 | 0.40 | 0.40 | 0.40 | 0.40 |

    8.2.2 Deskrizzjoni tal-ħidmiet li joħorġu mill-azzjoni

    - Għajnuna lin-negozjatur fit-tħejjija u l-konklużjoni tan-negozjati dwar ftehimiet tas-sajd:

    - il-parteċipazzjoni fin-negozjati mal-pajjiżi terzi sabiex jiġu konklużi l-ftehimiet dwar is-sajd;

    - it-tħejjija ta' l-abbozzi ta' rapporti ta' evalwazzjoni u n-noti għall-Kummissarju dwar l-istrateġija għan-negozjati;

    - il-preżentazzjoni u d-difiża tal-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni fil-Grupp ta’ Ħidma "Is-sajd Estern" tal-Kunsill;

    - il-parteċipazzjoni fit-tfittxija għal kompromess ma' l-Istati Membri għall-inklużjoni fit-test finali tal-Ftehim.

    - Il-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-ftehimiet:

    - il-monitoraġġ minn jum għall-ieħor tal-ftehimiet dwar is-sajd;

    - it-tħejjija u l-verifika ta' l-impenji u tal-ħlasijiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja, u miżuri mmirati jew finanzjament għall-iżvilupp ta' sajd responsabbli;

    - ir-rappurtar regolari dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet;

    - l-evalwazzjoni tal-ftehimiet: l-aspetti xjentifiċi u tekniċi

    - it-tħejjija ta' abbozz ta' proposta għal Regolament u Deċiżjoni tal-Kunsill, u t-tfassil tat-test tal-ftehim;

    - it-tnedija u l-monitoraġġ tal-proċeduri ta' l-adozzjoni.

    - L-għajnuna teknika:

    - preparazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-dawl tal-Kumitat Konġunt.

    - Ir-relazzjonijiet interistituzzjonali:

    - ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni quddiem il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-kuntest tal-proċess tan-negozjati;

    - it-tfassil tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet orali u bil-kitba li jagħmel il-Parlament Ewropew;

    - Il-konsultazzjoni u l-koordinament bejn id-dipartimenti:

    - il-kollaborazzjoni ma’ Direttorati Ġenerali oħra fi kwistjonijiet dwar in-negozjati u l-monitoraġġ tal-ftehimiet;

    - l-organizzazzjoni u l-għoti ta' risposti għall-konsultazzjonijiet bejn id-dipartimenti.

    - L-evalwazzjoni:

    - il-parteċipazzjoni fl-aġġornament ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-impatt;

    - l-analiżi ta' l-għanijiet milħuqa u l-indikaturi ta' l-evalwazzjoni.

    8.2.3 Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

    (Fejn ikun ddikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors).

    X Karigi li bħalissa huma allokati għat-tmexxija tal-programm li għandhom jinbidlu jew jittawlu

    ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċiżżju APS/PDB għas-sena 2006

    ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

    ( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizzi ta’ tmexxija (rijallokazzjoni interna)

    ( Karigi meħtieġa għas-sena n, għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena msemmija

    8.2.4 Infiq amministrattiv ieħor inkluż fis-somma ta’ referenza

    (11 01 04/05 – L-infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

    (f’miljuni ta’ EUR sa tliet punti deċimali)

    Il-linja tal-baġit: 11010404 (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 | TOTAL |

    1. Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati għall-istaff) |

    Aġenziji eżekuttivi[17] |

    Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

    - intra muros |

    - extra muros (1)° |

    It-total ta’ l-għajnuna teknika u amministrattiva |

    (1) studju ta’ evalwazzjoni ex-post tal-Protokoll fis-seħħ u ex-ante tal-Protokoll futur

    8.2.5 Nefqa finanzjarja fuq riżorsi umani u nfiq assoċjat li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

    Tip ta’ riżorsi umani | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | TOTAL |

    Uffiċjali u aġenti temporanji (11 01 01) | 43.200 | 43.200 | 43.200 | 43.200 | 43.200 | 43.200 | 259.200 |

    Staff iffinanzjat mill-Art. XX 01 02 (awżiljarji, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

    L-ispiża totali tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fis-somma ta’ referenza) | 43.200 | 43.200 | 43.200 | 43.200 | 43.200 | 43.200 | 259.200 |

    Kalkolu – L-Uffiċjali u l-istaff b'kuntratt

    Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk ikun il-każ

    1A = EUR 108 000*0.25 = EUR 27,000

    1B = EUR 108 000*0.075 = EUR 8 100

    1C = EUR 108 000*0.075= EUR 8 100

    Sottototal : € 43,200 (0.0432 miljun € fis-sena)

    Total: EUR 43,200 fis-sena (EUR 0.0432 miljun fis-sena)

    Kalkolu – L-istaff iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02

    Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk ikun il-każ

    8.2.6 In-nefqa amministrattiva l-oħra li mhijiex inkluża fl-ammont ta’ referenza

    2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | TOTAL |

    11 01 02 11 01 - Missjonijiet | 15.000 | 15.000 | 15.000 | 15.000 | 15.000 | 15.000 | 90.000 |

    11 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi |

    XX 01 02 11 03 – Kumitati[18] | 10.000 | 10.000 | 10.000 | 10.000 | 10.000 | 10.000 | 60.000 |

    XX 01 02 11 04 – Studji u konsulenzi |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

    2. Total ta’ spejjeż oħra ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

    3. Nefqiet oħra ta’ natura amministrattiva (ippreċiża billi tindika l-linja tal-baġit) |

    Total tan-nefqa amministrattiva għajr ir-riżorsi umani u nfiq relatat (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 25.000 | 25.000 | 25.000 | 25.000 | 25.000 | 25.000 | 150.000 |

    [1] ĠU C

    [2] ĠU C

    [3] ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.

    [4] Mis-16/09/2006 sal-31/12/2006, se jkun Nru 4

    [5] Approprjazzjonijiet differenzjati

    [6] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

    [7] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu 11 01 tat-Titolu 11 ikkonċernat.

    [8] Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll, l-opportunitajiet ta' sajd jistgħu jiżdiedu bi ftehim reċiproku sakemm il-konklużjonijiet tal-parir xjentifiku jikkonfermaw li żieda bħal din ma tipperikolax il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ta' Kiribati. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis . Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Komunità ma jistax jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fil-paragrafu 3 (EUR 956,800). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Komunità jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta’ l-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara (soġġett għad-disponibbiltà tal-fondi).

    [9] Infiq fi ħdan il-Kapitolu 11 01 04 ta' Titolu 11.

    [10] Infiq fi ħdan il-Kapitolu 11 01 għajr l-Artikoli 11 01 04.

    [11] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [12] Avvanzi u tariffi li għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti m'għandhomx impatt fuq il-baġit tal-Komunità

    [13] Kif imfisser fit-Taqsima 5.3.

    [14] In-nefqa MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

    [15] In-nefqa MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

    [16] In-nefqa hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

    [17] Għandha ssir referenza għall-prospett finanzjarju leġiżlattiv speċifiku għall-Aġenzjija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

    [18] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni

    Top