Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0144

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tat-Turkmenistan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

    /* KUMM/2007/0144 finali */

    52007PC0144

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tat-Turkmenistan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea /* KUMM/2007/0144 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 28.3.2007

    KUMM(2007) 144 finali

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tat-Turkmenistan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    Il-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-25 ta' Mejju 1998 għadu ma daħalx fis-seħħ.

    Minħabba li kien iffirmat qabel it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jinkludi r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, jeħtieġ li jitfassal Protokoll għall-PCA sabiex jippermetti lill-Istati Membri l-ġodda biex jidħlu fil-Ftehim meta dan jidħol fis-seħħ.

    Kif awtorizzata mill-Kunsill fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, mar-Repubblika tat-Turkmenistan bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni. In-negozjati mar-Repubblika tat-Turkmenistan tlestew u t-test tal-Protokoll kif negozjat jinsab mehmuż.

    Il-proposti mehmuża huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni temporanja tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll.

    Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill għandu:

    - Jieħu deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni temporanja tal-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

    - jikkonkludi l-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll mill-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tat-Turkmenistan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1],

    Billi:

    (1) Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, biex tinnegozja mar-Repubblika tat-Turkmenistan Protokoll għall-Partenarjat u Kooperazzjoni biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

    (2) Soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard, il-Protokoll li beda fi *[ Data ]* għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    (3) Il-Protokoll għandu jiġi applikat b' mod proviżorju sa mid-data ta' dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni, sakemm jintemmu l-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) li jkollha/jkollhom s-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, bil-possibbiltà li jkun konkluż fi stadju aktar 'il quddiem.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mid-Data ta' dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni mar-Repubblika tat-Turkmenistan.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    PROTOKOLL

    GĦALL-FTEHIM TA' PARTENARJAT U KOOPERAZZJONI bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan min-naħa l-oħra(PCA), dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-PCA

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    R-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA' SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

    IR-RENJU TA' L-OLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-RUMANIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TA' L-ISVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRETTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

    minn hawn 'il quddiem imsejħa 'l-Istati Membri tal-KE', irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA,

    minn hawn 'il quddiem imsejħa 'il-Komunitajiet' irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,

    min-naħa waħda, u r-

    REPUBBLIKA TAT-TURKMENISTAN

    min-naħa l oħra,

    minn hawn 'il quddiem imsejħa l-'Partijiet' għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll,

    WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiza, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005 u li ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007,

    WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni ġdida fir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tat-Turkmenistan u l-Unjoni Ewropea li joħorġu mill-adeżjoni fl-UE ta' żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika tat-Turkmenistan u l-Unjoni Ewropea,

    FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta' l-għanijiet u l-prinċipji tal-PCA;

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Patenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-25 ta' Mejju 1998 (minn hawn 'il-quddiem 'il-Ftehim'), u għandhom rispettivament jadottaw u jieħdu nota, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Bdil ta' Ittri u Dikjarazzjonijiet mir-Repubblika tat-Turkmenistan annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data.

    Artikolu 2

    Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

    Artikolu 3

    1. Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika tat-Turkmenistan skond il-proċeduri tagħhom stess.

    2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum bħall-Ftehim, bil-kundizzjoni li l-istrumenti kollha ta’ approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll ikunu ġew iddepożitati qabel dik id-data.

    2. Meta mhux l-istrumenti kollha ta’ approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll jkunu ġew depożitati sa dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta' l-aħħar strument ta' approvazzjoni.

    3. Fejn ma jkunux ġew depożitati l-istrumenti kollha ta' approvazzjoni ta' dan il-Protokoll sad-data ta' dħul fis-seħħ tal-Ftehim, dan il-Protokoll għandu japplika proviżorjament b'effett mid-data ta' dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    Artikolu 5

    1. It-testi tal-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu huma mfassla fl-ilsna Bulgari u Rumeni.

    2. Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma awtentiċi daqs it-testi fil-lingwi l-oħra kollha li fihom huma miktuba l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu.

    Artikolu 6

    Dan il-Ftehim huwa miktub b'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovena, Slovakka, Spanjola, Żvediża u Turkmena, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

    Magħmul fi.... fi ..... tas-sena 2007.

    GĦALL-ISTATI MEMBRI

    GĦALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    GĦAR-REPUBBLIKA TAT-TURKMENISTAN

    [1] ĠU C […], […], p. […].

    Top