Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0141

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

/* KUMM/2007/0141 finali - CNS 2007/0049 */

52007PC0141

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. /* KUMM/2007/0141 finali - CNS 2007/0049 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 30.3.2007

KUMM(2007) 141 finali

2007/0049 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-25 ta' Mejju 1998 għadu ma daħalx fis-seħħ.

Billi kien iffirmat qabel it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jinkludi lir-Repubblika tal-Bulgarija u lir-Rumanija, jinħtieġ li jitfassal Protokoll għall-PCA sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jkunu fil-Ftehim meta dan jidħol fis-seħħ.

Kif awtorizzata mill-Kunsill fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni innegozjat, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, mar-Repubblika tat-Turkmenistan bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni. In-negozjati mar-Repubblika tat-Turkmenistan tlestew u t-test tal-protokoll negozjat jinsab mehmuż.

Il-proposti mehmuża huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll.

Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill għandu:

- jieħu deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

- jikkonkludi l-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll mill-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

2007/0049 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 300(3),

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Billi:

1. Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fi [GĦANDHA TIDDAĦĦAL ID-DATA] skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru…..

2. Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja mid-data ta' dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni mar-Repubblika tat-Turkmenistan.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

It-test tal-Protokoll jinsab anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu […] tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kummissjoni Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

PROTOKOLL

GĦALL-FTEHIM TA' PARTENARJAT U KOOPERAZZJONI bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (PCA), dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-PCA

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

minn hawn ’il quddiem imsejħa 'l-Istati Membri tal-KE', irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

MILL-KOMUNITÀ EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIMKA,

minn hawn ’il quddiem imsejħa 'il-Komunitajiet' irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,

min-naħa waħda, u r-

REPUBBLIKA TAT-TURKMENISTAN

min-naħa l oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħa 'il-Partijiet' għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll,

WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiza, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005 u li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007,

WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni ġdida fir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tat-Turkmenistan u l-Unjoni Ewropea li joħorġu mill-adeżjoni fl-UE ta' żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan u l-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta' l-għanijiet u l-prinċipji tal-PCA;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni, li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-25 ta' Mejju 1998 (minn hawn 'il-quddiem 'il-Ftehim'), u għandhom jadottaw rispettivament u jieħdu nota bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Bdil ta' Ittri u Dikjarazzjonijiet mir-Repubblika tat-Turkmenistan annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data. Article 2

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 3

1. Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunitjiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika tat-Turkmenistan skond il-proċeduri tagħhom stess.

2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum bħall-Ftehim, bil-kundizzjoni li l-istrumenti kollha ta’ approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll ikunu ġew iddepożitati sa dik id-data.

2. Fejn ma jkunux ġew depożitati l-istrumenti kollha ta’ approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll sa dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta' l-aħħar strument ta' approvazzjoni.

3. Fejn ma jkunux ġew depożitati l-istrumenti kollha ta' approvazzjoni ta' dan il-Protokoll sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, dan il-Protokoll għandu japplika proviżorjament b'effett mid-data ta' dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Artikolu 5

1. It-testi tal-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu huma mfassla fl-ilsien Bulgaru u dak Rumen.

2. Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma awtentiċi indaqs mat-testi fil-lingwi l-oħra kollha li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu.

Artikolu 6

Dan il-Ftehim huwa miktub b'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovena, Slovakka, Spanjola, Żvediża u Turkmena, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Magħmul fi......... fi .................... tas-sena 2007.

GĦALL-ISTATI MEMBRI

GĦALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

GĦAR-REPUBBLIKA TAT-TURKMENISTAN

[1] Ir-referenza tal-ĠU għadha trid tiddaħħal

[2] Ir-referenza tal-ĠU għadha trid tiddaħħal

Top