Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0139

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

/* KUMM/2007/0139 finali */

52007PC0139

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea /* KUMM/2007/0139 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.3.2007

KUMM(2007) 139 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, hu ftehim "imħallat", li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1997, jiġifieri qabel it-tkabbir ta' l-Unjoni biex tinkludi lir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija. Għaldaqstant jinħtieġ li jitħejja Protokoll għall-FPK li jippermetti l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda f'dan il-Ftehim, skond l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni anness mat-Trattat ta' Adeżjoni tal-25 ta' April 2005.

Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda n-negozjati, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri, mal-Federazzjoni Russa bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni.

Sussegwentement intemmu n-negozjati mal-Federazzjoni Russa. Mehmuż hawn it-test tal-protokoll innegozjat.

Il-proposti mehmuża huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll.

Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill għandu:

- jieħu deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

- jikkonkludi l-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll mill-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Billi:

(1) Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha awtorizza lill-Kummissjoni, biex tinnegozja mal-Federazzjoni Russa Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

(2) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard, il-Protokoll inizjalat fi *[ Data ]* għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

(3) Il-Protokoll għandu jiġi applikat b' mod provviżorju sa mid-data ta' l-iffirmar tiegħu, sakemm jintemmu l-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtoriżżat li jaħtar il-persuna/i li jkollha/hom is-saħħa li tiffirma/jiffirmaw f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, bil-possibbiltà li jkun konkluż fi stadju ulterjuri.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data ta' l-iffirmar tiegħu.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM TA' PARTENARJAT U KOOPERAZZJONI (FPK)

bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-FPK

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

minn hawn ’il quddiem imsejħa 'l-Istati Membri', irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

MILL-KOMUNITÀ EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn hawn ’il quddiem imsejħa 'il-Komunitajiet' irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,

minn naħa waħda, u

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

min-naħa l-oħra,

Minn hawn 'il-quddiem imsejħa bħala "il-Partijiet" għall-finijiet ta' dan il-Protokoll,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2007,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW is-sitwazzjoni l-ġdida fir-relazzjonijiet bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea maħluqa bl-adeżjoni fl-UE ta' żewġ Stati Membri, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JIEĦDU IN KONSIDERAZZJONI x-xewqa tal-Partijiet li jassiguraw il-ksib u l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet u l-prinċipji tal-FPK li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet fil-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Korfu fl-24 ta' Ġunju 1994 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1997, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim'), u għandhom jadottaw u josservaw, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri mehmuża ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2000, u l-Protokoll għall-Ftehim tas-27 ta' April 2004 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2005.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 3

1. Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri u mill-Federazzjoni Russa skond il-proċeduri tagħhom stess.

2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

1. Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

2. Dan il-Protokoll għandu japplika provviżorjament b'effett mid-data ta' l-iffirmar tiegħu, sakemm tasal id-data li jidħol fis-seħħ.

Artikolu 5

1. It-testi tal-Ftehim, ta' l-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokolli għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997 u tas-27 ta' April 2004 huma magħmula bil-Bulgaru u bir-Rumen.

2. Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi bħat-testi fil-lingwi l-oħra kollha li bihom huma magħmula l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, u l-Protokolli għall-Ftehim ta' l-10 ta' Mejju 1997 u tad-19 ta' April 2004.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll huwa redatt b'mod doppju fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Russa, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Magħmul fi.... fi.... tas-sena 2007

GĦALL-ISTATI MEMBRI

GĦALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

GĦALL-FEDERAZZJONI RUSSA

[1] ĠU C , , p. .

Top