This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007IP0182
European Parliament resolution of 10 May 2007 on the public health consequences of the 1968 Thule crash (Petition 720/2002) (2006/2012(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tat-tiġrifa ta' Thule fl-1968 (Petizzjoni 720/2002) (2006/2012(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tat-tiġrifa ta' Thule fl-1968 (Petizzjoni 720/2002) (2006/2012(INI))
ĠU C 76E, 27.3.2008, pp. 122–124
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tat-tiġrifa ta' Thule fl-1968 (Petizzjoni 720/2002) (2006/2012(INI))
Official Journal 076 E , 27/03/2008 P. 0122 - 0124
P6_TA(2007)0182 Il-protezzjoni ambjentali mir-radjazzjoni wara it-tiġrifa ta' inġenju ta' l-ajru militari fi Greenland Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l- 10 ta' Mejju 2007 dwar il-konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tat-tiġrifa ta' Thule fl-1968 (Petizzjoni 720/2002) (2006/2012(INI)) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-petizzjoni 720/2002, - wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat KE, li jagħti lil kull ċittadin ta' l-Unjoni d-dritt li jagħmel petizzjoni lill-Parlament Ewropew skond l-Artikolu 194 tiegħu, - wara li kkunsidra l-Artikolu 107c tat-Trattat Euratom u l-Artikolu 194 tat-Trattat KE, li jagħtu lil kull ċittadin ta' l-Unjoni, u lil kull persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, id-dritt li jindirizzaw, b'mod individwali jew flimkien ma' ċittadini jew persuni oħra, petizzjoni lill-Parlament Ewropew dwar kwistjoni li taqa' taħt wieħed mill-oqsma ta' attivitajiet tal-Komunità u li taffettwa lilu jew lilha direttament, - wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat- 13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-ħsara li jirriżulta minn radjazzjoni jonizzanti [1], - wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat- 12 ta' April 2005 u tad- 9 ta' Marzu 2006 fil-Każijiet C-61/03 l-Kummissjoni v. ir-Renju Unit u C-65/04 l-Kummissjoni v. ir-Renju Unit, - wara li kkunsidra l-Artikolu 192(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0156/2007), A. billi jqis il-kwistjonijiet sostanzjali u l-problemi serji li qajjem il-petizzjonant u l-importanza vitali ta' lobjettiv li tkun protetta s-saħħa tal-pubbliku u l-ambjent kontra l-perikli relatati ma' l-użu ta' l-enerġija nukleari, kif il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet, B. billi l-petizzjoni żvelat li ħaddiema u membri tal-pubbliku ġew affettwati minn radjazzjoni minn plutonju perikoluż ħafna użat għall-armi wara t-tiġrifa tal-B-52 ta' l-Istati Uniti li kien qed iġorr armi nukleari f'Thule fi Greenland fl-1968, C. billi ħafna minn dawk li baqgħu ħajjin wara t-tiġrifa ta' Thule mietu minn mard relatat mar-radjazzjoni minħabba nuqqas ta' monitoraġġ mediku, u dawk li baqgħu ħajjin sa llum huma f'riskju li jimirdu b'mard fatali bħal dan, D. billi l-monitoraġġ tas-saħħa ta' dawk li baqgħu ħajjin wara t-tiġrifa ta' Thule jiffaċilita l-iskoperta kmieni ta' mard mir-radjazzjoni u t-trattament tiegħu, E. billi l-Gvern Daniż wera l-intenzjoni tiegħu li jippromwovi trasparenza massima dwar l-operazzjoni ta' "tindif" wara t-tiġrifa ta' Thule, F. billi l-Artikolu 2(b) tat-Trattat Euratom jistqarr li l-Komunità għandha "tistabbilixxi standards ta' sikurezza uniformi sabiex tkun protetta s-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali u sabiex ikun żgurat li huma jkunu applikati", G. billi l-Qorti tal-Ġustizzja kienet ta' l-opinjoni li l-Kapitolu tat-Trattat Euratom dwar is-Saħħa u s-Sikurezza huwa "kumpless koerenti li jagħti poteri lill-Kummissjoni b'kamp ta' applikazzjoni konsiderevoli sabiex il-popolazzjoni u l-ambjent ikunu protetti kontra r-riskji ta' kontaminazzjoni nukleari" [2] u billi l-Qorti kienet ukoll favur interpretazzjoni wiesgħa tad-dispożizzjonijiet ta' dak il-Kapitolu sabiex "tkun żgurata l-protezzjoni konsistenti u effettiva tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jirriżultaw mir-radjazzjonijiet jonizzanti, ikun xi jkun is-sors tagħhom" [3], H. billi l-Kummissjoni u r-Renju tad-Danimarka rrifjutaw b'mod konsistenti li jirrikonoxxu l-applikabilità tat-Trattat Euratom u l-leġiżlazzjoni sekondarja adottati taħtu għall-effetti ta' wara tat-tiġrifa ta' Thule, 1. Jinnota li, skond il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, regoli ġodda tal-liġi Komunitarja japplikaw, bħala kwistjoni ta' prinċipju, għall-effetti futuri ta' sitwazzjonijiet li ġraw qabel ma r-regola l-ġdida daħlet fis-seħħ; 2. Jikkonkludi li t-Trattat Euratom kien applikabbli u jorbot immedjatament fuq ir-Renju tad-Danimarka mid-data tad-dħul tiegħu, bir-riżultat li huwa applika għall-effetti futuri ta' sitwazzjonijiet li ġraw qabel iddħul tar-Renju tad-Danimarka fil-Komunitajiet; 3. Josserva li t-Trattat Euratom applika għal Greenland għal tnax-il sena mid-dħul tad-Danimarka fl-1973 sad-dħul fis-seħħ fl- 1 ta' Jannar 1985, tat-Trattat li jemenda, fir-rigward ta' Greenland, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej; Madankollu, iqis li minħabba li dan it-Trattat m'għandu l-ebda effett retroattiv, ir-Renju tad-Danimarka jibqa' marbut bi kwalunkwe obbligu legali eżistenti relatat ma' ġrajjiet li seħħew fitterritorju ta' Greenland qabel l- 1 ta' Jannar 1985 u, barra minn hekk, iqis li l-effetti ta' wara fuq is-saħħa talbniedem tat-tiġrifa ta' l-1968 m'humiex limitati għal Greenland, minħabba li jidher li ħafna mill-ħaddiema, inklużi ċittadini Ewropej, marru joqogħdu fl-art prinċipali tad-Danimarka minn dak iż-żmien; 4. Jinnota l-każistika reċenti skond liema t-Trattat Euratom "mhux applikabbli għall-użu ta' l-enerġija nukleari għal skopijiet militari" [4]; madankollu, iqis li l-Qorti tal-Ġustizzja rabtet b'mod ċar l-interpretazzjoni restrittiva tagħha għall-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat Euratom mal-ħtieġa li jkunu protetti l-interessi ta' difiża nazzjonali essenzjali ta' l-Istati Membri; 5. Jinsisti li l-limitazzjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat Euratom m'għandhomx ikunu invokati sabiex ma tkunx applikata l-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza f'sitwazzjonijiet fejn l-iskop militari allegat jikkonċerna Stat terz, fejn l-użu ta' l-enerġija nukleari jikser ftehim internazzjonali, u fejn l-unika rabta preżenti fattibbli ma' interess ta' difiża ta' Stat Membru hija li r-rilaxx ta' materjal nukleari seħħ fuq it-territorju tiegħu; 6. Jinnota li l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 96/29/Euratom japplika għal każijiet ta' esponiment fit-tul li jirriżultaw mill-effetti ta' wara ta' emerġenza radjoloġika; 7. Jistieden lir-Renju tad-Danimarka, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet ta' Greenland, u f'konformità ma' l-Artikolu 38 tad-Direttiva, sabiex "iniedi miżuri ta' sorveljanza u ta' intervent" fir-rigward ta' leffetti ta' wara tat-tiġrifa ta' Thule li qed jippersistu, u, f'konformità ma' l-Artikolu 53 ta' dik id-Direttiva, sabiex jagħmel "arranġamenti għall-monitoraġġ ta' l-esponiment" u sabiex jimplimenta "kwalunkwe intervent xieraq (...) filwaqt li jqis il-karatteristiċi reali tas-sitwazzjoni"; 8. Billi jqis li d-drittijiet fundamentali jiffurmaw parti integrali mill-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, u filwaqt li jqis l-obbligi pożittivi mitluba mill-Artikoli 2 u 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad- Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jistieden lil dawk l-Istati Membri involuti f'attivitajiet perikolużi li jista' jkollhom konsegwenzi ħżiena moħbija fuq is-saħħa ta' dawk involuti f'tali attivitajiet, sabiex jiżguraw li tiġi stabbilita proċedura effettiva u aċċessibbli li tippermetti lil tali persuni jfittxu l-informazzjoni kollha rilevanti u xierqa; 9. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw u japplikaw id-Direttiva 96/29/Euratom mingħajr dewmien, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu azzjoni serja kontra kwalunkwe nuqqas ta' twettiq ta' l-obbligi tagħhom f'dak ir-rigward; 10. Jiddubita jekk ir-Renju tad-Danimarka wettaqx l-obbligi tiegħu kompletament skond id-Direttiva 96/ 29/Euratom fir-rigward tat-tiġrifa ta' Thule u l-effetti ta' wara tagħha; 11. Jesprimi tħassib kbir bl-eżistenza attwali ta' lakuna fil-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali firrigward ta' l-użu ta' l-enerġija nukleari għal skopijiet militari; 12. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta li tindirizza l-implikazzjonijiet vitali fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent ta' l-użu ta' l-enerġija nukleari għal skopijiet militari, sabiex timtela din il-lakuna; 13. Iqis li d-dispożizzjonijiet ewlenin tat-Trattat Euratom ma ġewx emendati b'mod sostanzjali minn meta daħal fis-seħħ u jeħtieġ li jiġu aġġornati; 14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tad-Danimarka. [1] ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1. [2] Każ 187/87 Saarland [1988] ECR 5013, paragrafu 11. [3] Każ C-70/88 il-Parlament v il-Kunsill [1991] ECR I-4529, paragrafu 14. [4] Każ C-61/03 il-Kummissjoni v. ir-Renju Unit [2005] ECR I-2477, "Jason Reactor", paragrafu 44. --------------------------------------------------