This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007IP0085
European Parliament resolution of 15 March 2007 on Cambodia
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-Kambodja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-Kambodja
ĠU C 301E, 13.12.2007, pp. 258–260
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-Kambodja
Official Journal 301 E , 13/12/2007 P. 0258 - 0260
P6_TA(2007)0085 Kambodja Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Marzu 2007 dwar il-Kambodja Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat- 13 ta' Jannar 2005 [1], ta' l- 10 ta' Marzu 2005 [2], u tad- 19 ta' Jannar 2006 [3] dwar il-Kambodja u r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l- 1 ta' Diċembru 2005 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja, fil-Laos u fil-Vjetnam [4], - wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Kambodja [5], approvat fl- 4 ta'Ottubru 1999, - wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem adottata fid- 9 ta' Diċembru ta' l-1998, - wara li kkunsidra l-Linji Gwida ta' l-Unjoni Ewropea (UE) dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem adottata mill-Kunsill fl- 14 ta' Ġunju 2004, - wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Politiċi u Ċivili, it-tnejn adottati fis- 16 ta' Diċembru 1966, u li l-Kambodja hi parti fihom, - wara li kkunsidra li l-Ftehim bejn in-Nazzjonijiet Uniti u l-Gvern Irjali tal-Kambodja dwar il-Prosekuzzjoni taħt il-Liġi tal-Kambodja ta' Reati Magħmulin fil-Perjodu tal-Kampuchea Demokratika tas- 6 ta' Ġunju 2003, - wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, A. billi fl- 24 ta' Frar 2007, il-President tat-Trejdunjin Ħielsa tal-Ħaddiema fir-Renju tal-Kambodja (FTUWKC), fil-fabbrika tal-ħwejjeġ Suntex, Hy Vuthy, inqatel b'tir wara li kien spiċċa x-xift ta' bil-lejl fl-istess fabbrika fid-distrett Dangkao ta' Phnom Penh; B. billi l-President ta' l-FTUWKC, Chea Vichea, inqatel b'tir fit- 22 taJannar 2004, u billi l-President ta' l- FTUWKC, Ros Sovannareth, inqatel fil-fabbrika Trinunggal Komara fis- 7 ta'Mejju 2004, fil-waqt li trejdunjonisti oħrajn fil-Kambodja kienu vittmi ta' fastidju gravi, intimidazzjoni u attakki fiżiċi matul issena li għaddiet, C. billi l-qtil ta' Chea Vichea għadu ma ssolviex; billi fit- 28 ta' Jannar 2004 Born Sammang u Sok Sam Oeun ġew arrestati minħabba l-allegat qtil ta' Chea Vichea u iżjed tard ikkundannati u mibgħutin 20 sena ħabs, minkejja li ma kienx hemm evidenza kredibbli kontra tagħhom, D. billi l-Kambodja hija waħda mill-partijiet fil- -Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Politiċi u Ċivili, li jipprovdu d-dritt għal kulħadd li jifforma trejdunjin u li jissieħeb fit-trejdunjin ta' l-għażla tiegħu jew tagħha kif ukoll għad-dritt tattrejdunjins li joperaw bla xkiel, E. billi d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet Umani tħaddan ukoll "id-dritt, individwalment u f'assoċjazzjoni ma' oħrajn, li (wieħed) jippromwovi u jissielet għall-protezzjoni u r-realizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem" (Artiklu 1), F. billi huwa mħasseb serjament li il-każijiet msemmija hawn fuq juru li għad m'hemmx garanzija ta' indipendenza u ta' imparzjalità tal-ġudikatura jew ta' l-abilità tagħha li tipproċessa lill-mexxejja tal- Khmer Rouge fil-qorti li nħolqot apposta mingħajr interferenza politika, G. billi l-proċeduri fil-kmamar straordinarja tal-qrati tal-Kambodja (ECCC) għadhom ma bdewx, minħabba n-nuqqas ta' qbil varju bejn l-uffiċjali ġudizzjarji tal-Kambodja u dawk internazzjonali dwar l-abbozz tar-regoli interni għall-ECCC, H. allarmat dwar l-istatus legali inċert tar-rifuġjati Montagnard mill-Vjetnam l-Kambodja, 1. Jikkundanna l-qtil ta' Hy Vuthy u l-atti vjolenti kollha fuq it-trejdunjonisti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal- Kambodja biex iniedu investigazzjoni urġenti, imparzjali u effettiva tal-każijiet ta' qtil ta' Hu Vuthy, Chea Vichea, Ros Sovannarith u Yim Ry, biex tippublika s-sejbiet tagħha u biex tressaq lill-persuni responsabbli quddiem il-ġustizzja; jitlob lill-awtoritajiet sabiex jagħtu fil-pront lil Born Sammang u lil Sok Sam Oeum ġuri ieħor li jkun jikkonforma ma' l-istandards internazzjonali; 2. Jinsisti li l-Gvern tal-Kambodja jrid iwaqqaf il-klima prevalenti ta' impunità u japplika l-liġi b'mod effettiv għal dawk li jiksru d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili; 3. Ifakkar lill-Gvern tal-Kambodja li għandu jissodisfa l-obbligi u l-impenji tiegħu fir-rigward tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, li huma element essenzjali tal-Ftehim ta' Koperazzjoni mal-Komunita' Ewropea, kif definiti fl-Artikolu 1 ta' din il-ftehima; 4. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Kambodja biex iwettqu riformi politiċi u istituzzjonali bil-għan li jibnu Stat demokratiku mmexxi mill-istat tad-dritt u msejjes fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, u biex jiżgura fiċ-ċirkostanzi kollha r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, skond l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-konvenzjonijiet internazzjonali rratifikati mill-Kambodja; 5. Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kambodja biex iħalli lit-Tribunal tal-Khmer Rouge jibda jaħdem bla iżjed dewmien, skond l-istandards internazzjonali ta' l-indipendenza ġuridika, u tal-proċess ġuridiku u legali ġust, kif miftiehem man-NU f'Ġunju 2003; 6. Jappoġġja l-isforzi tal-Kumitat ta' Reviżjoni ta' l-ECCC dwar ir-Regoli Interni biex inaqqsu d-differenzi dwar numru ta' kwistjonijiet sabiex imexxu 'l quddiem il-prosekuzzjonijiet u l-proċessi ġuridiċi; 7. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jindirizzaw it-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt fil-Kambodja fil-kuntatti tagħhom mal-Gvern tal-Kambodja; 8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Renju tal-Kambodja, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kambodja, u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-ASEAN. [1] ĠU C 247 E, 6.10.2005, p.161. [2] ĠU C 320 E, 15.12.2005, p.280. [3] ĠU C 287 E, 24.11.2006, p.334. [4] ĠU C 285 E, 22.11.2006, p.129. [5] ĠU L 269, 19.10.1999, p.18. --------------------------------------------------