Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007DC0568

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija {KUMM(2007) 569 finali} {SEG(2007) 1265} {SEG(2007) 1267}

/* KUMM/2007/0568 finali */

52007DC0568




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.10.2007

KUMM(2007) 568 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija

{KUMM(2007) 569 finali}{SEG(2007) 1265}{SEG(2007) 1267}

WERREJ

1. KOMUNIKAZZJONI KOERENTI U INTEGRATA 4

2. L-GĦOTI TAS-SETGĦA LIĊ-ĊITTADINI 6

2.1 Ħidma lokali 7

2.2 Ċittadinanza Ewropea Attiva 8

3. L-IŻVILUPP TA' SFERA PUBBLIKA EWROPEA 10

3.1 Id-dimensjoni politika 10

3.2 Is-servizzi tal-mezzi tax-xandir u tat-tagħrif 11

3.3 Nifhmu l-opinjoni pubblika Ewropea 12

4. IT-TISĦIĦ TA' L-ISTRATEĠIJA TA' SĦUBIJA 13

4.1 Ħidma flimkien ma’ l-Istati Membri 13

4.2 Ħidma flimkien ma’ l-Istituzzjonijiet Ewropej 15

4.3 Ftehim interistituzzjonali dwar il-komunikazzjoni 15

5. KONKLUŻJONIJIET 16

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija

DAĦLA

Ħamsin sena mill-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma, l-Unjoni Ewropea qed tkompli tittrasforma u tirriforma ruħha biex tisfrutta l-opportunitajiet ta’ u twieġeb għall-isfidi f’oqsma bħall-globalizzazzjoni, l-effiċjenza u l-indipendenza ta’ l-enerġija, il-mobbiltà, il-kompetittività, il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-bidla fil-klima. L-Unjoni ta’ llum hija akbar, aktar diversa u titratta kwistjonijiet dejjem aktar kumplessi fejn il-valur miżjud ta' l-UE huwa sinifikanti iżda mhux faċli tikkomunikah.

F’dan l-ambjent ġdid huwa meħtieġ mod aktar sofistikat ta' ħidma, wieħed li jserraħ ħafna fuq sħubija bejn l-atturi differenti fis-soċjetà Ewropea biex jingħataw riżultati importanti għaċ-ċittadini Ewropej u li huma diskussi b’mod adegwat magħhom. L-evidenza tissuġġerixxi li hemm twemmin komuni fost iċ-ċittadini Ewropej li s-soċjetajiet tagħna jistgħu jiffaċċjaw l-isfidi ta’ llum biss jekk jaħdmu fuq skala Ewropea. Din il-bidla fl-iskop u l-attenzjoni ta' l-Unjoni llum għalhekk taqbel sew max-xewqat taċ-ċittadini.

Illum, aktar minn qatt qabel, id-dibattitu dwar l-Ewropa jrid jittieħed lil hinn mill-istituzzjonijiet u għand iċ-ċittadini. Dan ġie enfasizzat mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2007 li saħaq fuq l-importanza kruċjali tat-tisħiħ tal-komunikazzjoni maċ-ċittadini Ewropej, bl-għoti ta' tagħrif sħiħ u komprensiv dwar l-Unjoni Ewropea u bl-involviment tagħhom fid-djalogu permanenti[1]. Dan se jkun partikolarment importanti matul il-proċess ta' ratifika tat-Trattat ta’ Riforma u hekk kif noqorbu lejn l-elezzjonijiet Ewropej ta’ l-2009.

Il-Kummissjoni taqsam din l-isfida ma' l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-Istati Membri kollha ta' l-UE. Politika ta’ komunikazzjonijiet imfassla b’mod xieraq u b’riżorsi adegwati hija element essenzjali fil-firxa tal-politiki ta’ l-UE. Din għandha tgħaqqad flimkien il-viċinanza maċ-ċittadini u id li tilħaq l-Unjoni kollha u lil hinn mill-fruntieri attwali tagħha għall-pajjiżi ħerqana li jsiru membri kif ukoll għall-bqija tad-dinja.

Il-Kummissjoni diġà adottat tliet inizjattivi ffukati fuq is-smigħ, il-komunikazzjoni u 'ħidma lokali'. Il-Pjan ta’ Azzjoni[2] nieda riforma interna maġġuri ta’ l-użu tal-Kummissjoni tar-riżorsi tal-komunikazzjoni. Il-Pjan D[3] ħoloq qafas fuq terminu ta’ żmien twil għad-djalogu taċ-ċittadini biex imur lil hinn mid-dibattitu attwali "il-futur ta’ l-Ewropa". Aktar riċenti, il- White Paper dwar il-Politika tal-Komunikazzjoni Ewropea[4] rrakkomandat komunikazzjoni reċiproka, li tinvolvi l-parteċipazzjoni pubblika attiva taċ-ċittadini b'enfasi fuq l-istrateġija ta' 'ħidma lokali' aktar minn waħda msejsa fi Brussell.

Din il-komunikazzjoni tuża r-riżultati ta’ l-inizjattivi[5] msemmija hawn fuq biex tikkonsolida attivitajiet attwali u biex tifformula sett ta’ proposti konkreti li għandhom iservu bħala bażi għal politika msaħħa tal-komunikazzjoni għall-Unjoni Ewropea, li tirrispetta l-awtonomija ta’ l-istituzzjonijiet differenti. L-għan ġenerali huwa li jissaħħu l-koerenza u s-sinerġiji bejn l-attivitajiet imwettqa mill-istituzzjonijiet differenti ta' l-UE u mill-Istati Membri, biex joffru liċ-ċittadini aċċess aħjar u ftehim aħjar ta’ l-impatt tal-politiki ta’ l-UE fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Politika tali se tindirizza il-ħsibijiet fundamentali taċ-ċittadini, li għalihom it-tagħrif dwar l-UE jidher diżorganizzat, mifrux u diffiċli biex jinftiehem. Il-kwistjonijiet ta’ l-UE huma ppreżentati l-aktar f'kuntest nazzjonali u rari f'wieħed transnazzjonali, dan minkejja li ħafna mill-isfidi prattiċi ffaċċjati miċ-ċittadini jistgħu jissolvew biss fil-livell Ewropew. B’żieda ma’ dan, l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-UE, l-istituzzjonijiet u l-politiki tagħha huwa pjuttost limitat. Din is-sitwazzjoni għandha l-ewwel tiġi indirizzata mill-Istati Membri permezz tas-sistemi edukattivi li huma responsabbli għalihom. Għandha tiġi indirizzata wkoll permezz ta’ pjattaformi demokratiċi, inklużi partijiet politiċi fil-livell nazzjonali u Ewropew li għandhom r-responsabbiltà li jittrażmettu opinjonijiet konfliġġenti biex janimaw u jistrutturaw id-dibattitu politiku dwar il-kwistjonijiet ta’ l-UE.

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni se tinforza l-attivitajiet ta' komunikazzjoni tagħha billi tipprovdi tagħrif u tidħol f'dibattitu u diskussjoni maċ-ċittadini fil-kuntesti nazzjonali, reġjonali u lokali, u b'hekk tippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' sfera pubblika Ewropea. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet Ewropej hija r-responsabbiltà ta’ dawk kollha involuti fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-UE. Għalhekk, filwaqt li żżomm il-prerogativi istituzzjonali tagħha, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li taħdem fi sħubija mill-qrib ma' l-istituzzjonijiet l-oħra ta’ l-UE, u tistieden l-Istati Membri u l-partijiet interessati kollha fi prijoritajiet ta’ komunikazzjoni magħżula ta’ kull sena biex tilħaq dan l-għan. Bħala appoġġ għal din is-sħubija, il-Kummissjoni qed tipproponi ftehim interistituzzjonali (IIA), biex tistruttura l-proċess ta’ komunikazzjoni ta’ l-UE, u biex tistieden lill-partijiet interessati kollha biex jinvolvu ruħhom fil-ħidma fil-qafas istituzzjonali koerenti u flessibbli propost. Dan se jippermetti l-iżvilupp ta’ pjan ta’ ħidma komuni annwali madwar prijoritajiet ta’ komunikazzjoni magħżula ta’ l-UE.

1. KOMUNIKAZZJONI KOERENTI U INTEGRATA

L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni għandhom l-għan li joħolqu u jsaħħu skambji, dibattiti u fehim bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, il-pubbliku ġenerali, is-soċjetà ċivili organizzata u udjenzi speċjalizzati fil-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali. B’żieda ma’ dan, l-involviment maċ-ċittadini u l-ħolqien ta’ spinta ġdida għat-trasparenza għandhom jitqiesu bħala parti integrali ta’ kwalunkwe kwistjoni. Għalhekk għandhom jiġu dedikati l-ħin u parti xierqa mir-riżorsi disponibbli għal attivitajiet tali.

L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni huma mwettqa minn għadd kbir ta’ dipartimenti tal-Kummissjoni bl-użu tal-mezzi tax-xandir awdjoviżivi, l-internet, l-istampa miktuba, il-pubblikazzjonijiet, avvenimenti u ċentri ta' tagħrif. Biex isir l-ikbar impatt possibbli jeħtieġ li dawn nintegrawhom effettivament u nimmobilizzaw ir-riżorsi disponibbli kollha b’mod koerenti.

Is-Servizzi tal-Kelliema se jibqgħu l-qofol tal-politika ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni, u jiffukaw fuq it-tqassim ta’ l-aħbarijiet tal-Kummissjoni lill-mezzi tax-xandir miktuba u awdjoviżivi fi Brussell, u lil hinn, u fuq it-tweġib ta’ mistoqsijiet mill-mezzi tal-massa. B’żieda ma’ dan, il-Kummissjoni riċentament adottat Strateġija Interna ta' Komumikazzjoni u l-Ingaġġ tal-Persunal[6], li tħeġġeġ lil aktar persunal biex ikollhom kuntatti mal-pubbliku u mal-mezzi tal-massa. Din l-istrateġija tinkludi l-għoti ta' tagħrif lill-persunal kif ukoll it-taħriġ ta' grupp ta' kelliema mis-servizzi tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, uffiċjali għolja tal-Kummissjoni għandhom jingħataw is-setgħa u jitħarrġu biex jikkomunikaw dwar il-politiki ta’ l-UE u jipparteċipaw f’dibattiti pubbliċi kif ukoll biex jkollhom rwol importanti fl-involviment mal-mezzi tal-massa, u b’hekk jikkomplimentaw l-impatt tax-xogħol mal-mezzi tal-massa tal-Kummissarji.

Il-Kummissjoni se tibqa’ taħdem ma’ bosta multiplikaturi biex tappoġġjahom fl-għoti ta’ tagħrif liċ-ċittadini. Firxa ta’ attivitajiet kontinwi diġà jipprovdu elementi essenzjali għal politika ta’ komunikazzjonijiet effettiva, inklużi dawk li jippromwovu t-trasparenza u n-nuqqas ta’ ħabi ("L-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza")[7], Ewropa aktar viċin taċ-ċittadini ("Aġenda taċ-Ċittadini – Il-Kisba tar-Riżultati għall-Ewropa")[8], ċittadinanza Ewropea attiva (il-programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini[9]) u l-kultura Ewropea ("Aġenda Ewropea għall-Kultura f’Dinja Globalizzata")[10].

Jeżisti ambitu għaż-żieda akbar fil-viżibbiltà ta’ l-azzjoni ta’ l-UE f’kull livell u għad-dimostrazzjoni ta' l-użu tagħha għaċ-ċittadini. Il-Kummissjoni tikkoopera ma’ l-Istati Membri biex tikkomunika l-azzjoni ta’ l-UE f’bosta oqsma ta’ politika. Fl-oqsma ta’ politiki ta’ koeżjoni, ambjentali u żvilupp rurali, l-awtoritajiet ta' tmexxija jridu jilħqu r-rekwiżiti ta' komunikazzjoni minimi; L-Istati Membri huma legalment obbligati jipprovdu tagħrif dwar il-programm lill-pubbliku ġenerali kif ukoll lil benefiċjarji potenzjali[11]. Fejn ma jkunx hemm obbligi legali, il-Kummissjoni xorta waħda se tiżgura li l-komunikazzjoni hija parti integrali ta’ l-inizjattivi u l-programmi kollha.

L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni f’pajjiżi terzi għandhom l-għan li jsaħħu l-immaġni ta’ l-UE bħala attur globali u li jibnu relazzjonijiet tajba permezz ta’ demokrazija pubblika proattiva, li tgħin lill-Kummissjoni tikseb l-għanijiet ta’ politika esterni tagħha. Hija msejsa fuq strateġija komuni bejn id-dipartimenti responsabbli minn politiki esterni speċifiċi, u tiżgura azzjonijiet aktar koerenti u sinerġija akbar meta tikkomunika l-politiki diversi, u tippermetti viżibbiltà akbar għalihom. Ħafna minn dan iseħħ bil-parteċipazzjoni attiva tad-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tibgħat dokument dwar il-komunikazzjoni ta’ l-UE f’pajjiżi terzi lill-Grupp Interistituzzjonali dwar l-Informazzjoni (IGI).

Imsejsa fuq l-għanijiet ta’ l-istrateġija multiannwali tal-Kummissjoni, ġew identifikati inizjattivi ewlenin b'impatt ta’ komunikazzjoni maġġuri għall-ewwel darba fl-Istrateġija ta’ Politika Annwali (APS) ta’ din is-sena u dan se jkun fattur ta’ l-APS fil-ġejjieni. Sussegwentement, dawn il-prijoritajiet ta' komunikazzjoni huma inkorporati fil-Programm ta' Ħidma Leġiżlattiv tal-Kummissjoni (CLWP)[12]. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tikkoordina aħjar l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tas-servizzi rilevanti kollha dwar dawn il-kwistjonijiet trasversali u orjentati għaċ-ċittadin billi toħloq timijiet ta' proġett dedikati[13] biex jiżviluppaw pjan ta' komunikazzjoni li jispeċifika l-istrumenti, ir-riżorsi u l-metodi ta' valutazzjoni[14]. Il-pakkett "Bidla fl-Enerġija/Klima" ta’ Jannar 2007 irrappreżenta wieħed mill-ewwel sforzi ta' din it-tip ta' strateġija ta' komunikazzjoni integrata. Dan il-metodu ta' ħidma, hekk kif jibni fuq l-esperjenza miksuba, se jiġi raffinat u applikat kull fejn ikun possibbli.

Il-proposti f’din il-komunikazzjoni jistgħu jiġu implimentati fi ħdan il-programm finanzjarju multiannwali eżistenti[15]. B’riżorsi limitati, madankollu, dawn se jeħtieġu kisbiet effiċjenti sinifikanti u l-iżvilupp ta' sinerġiji akbar, il-mobilizzazzjoni ta' dawn ir-riżorsi biex jikkomunikaw l-Ewropa, u billi jinkludu attivitajiet ta' komunikazzjoni fil-pjanijiet ta’ tmexxija annwali.

2. L-GĦOTI TAS-SETGĦA LIĊ-ĊITTADINI

Aktar minn tmienja minn kull għaxar Ewropej iħossu li huwa importanti li jkunu informati dwar il-kwistjonijiet Ewropej. Sebgħa minn kull għaxar Ewropej iridu jsiru jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini. Kważi żewġ terzi ta' l-Ewropej jaħsbu li t-tagħrif disponibbli dwar l-UE huwa utli u interessanti, iżda kważi l-istess ammont jsibuh insuffiċjenti[16]. Teżisti x-xewqa għal dibattitu aktar miftuħ, fejn iċ-ċittadini jesprimu l-opinjonijiet tagħhom biex jinfluwenzaw it-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell ta’ l-UE.

B’konformità mal-konklużjonijiet riċenti tal-Kunsill Ġenerali, il-Kummissjoni qed tiżviluppa struttura, mezzi u ħiliet xierqa biex tissodisfa l-obbligu tagħha li tiżgura tagħrif adegwat u biex tinvolvi liċ-ċittadini fid-djalogu u d-dibattitu. L-ewwel sitt proġetti transnazzjonali ta’ soċjeta ċivili Pjan D tnedew fl-2006. Fl-2007, kien appoġġjat it-tieni sett ta’ proġetti, din id-darba lokalment, immirati primarjament lejn iż-żgħażagħ u n-nisa. Fix-xhur li ġejjin, il-Kummissjoni se tevalwa r-riżultati tal-Pjan D u tippreżenta proposti biex tifrex id-dibattitu demokratiku madwar l-Ewropa kollha. Din l-evalwazzjoni se sseħħ parallela mal-proċess ta’ ratifika tat-Trattat ta' Riforma minn Stati Membri u t-tħejjija għall-elezzjonijiet parlamentari Ewropej. Grupp terz ta’ proġetti tas-soċjetà ċivili se jitniedu sa l-2008-09, inkluż l-appoġġ gġal inizjattivi biex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej li jmiss.

Il-qafas aġġornat ta’ Pjan D se jimmira wkoll li jinvolvi l-bosta msieħba involuti fl-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea, inkluż l-NGOs, assoċjazzjonijiet professjonali u l-għadd dejjem jikber ta’ intrapriżi li jixtiequ jitgħallmu aktar dwar l-Ewropa, il-politiki, il-programmi u l-proċessi tagħha. Ir-riżorsi ta’ komunikazzjoni u l-kompetenxi tagħhom huwa ta’ spiss sinifikanti ħafna u l-Kummissjoni se tfittex li tiżviluppa sħubiji magħhom biex tikkomunika dwar suġġetti ta’ interess ġenerali bħall-bidla fil-klima u l-ġlieda kontra l-ksenofobija.

F’dan il-kuntest, il-multilingwiżmu huwa kruċjali. F’dawn l-aħħar ftit snin, il-Kummissjoni rdoppjat l-għadd ta’ lingwi li tikkomunika bihom. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll netwerk ta’ uffiċċji lokali għall-multilingwiżmu fir-Rappreżentazzjonijiet. F’sitwazzjoni ta’ riżorsi limitati, korrelazzjonijiet bejn iż-żieda fl-għadd ta’ tagħrif ippubblikat u udjenza akbar jidhru li huma inevitabbli, u se jeħtieġu strateġija koerenti.

2.1. Ħidma lokali

Il-komunikazzjoni fil-livell reġjonali u lokali hija essenzjali biex jiġu involuti ċ-ċittadini fid-dibattitu Ewropew, u dan ġie kkonfermat mill-esperjenza tagħna fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni u l-Pjan D. Il-proġett bi prova li poġġa persunal tal-komunikazzjoni addizzjonali fi ħdax mir-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-Istati Membri u erbgħa fl-uffiċċji reġjonali ppermetta bidla fil-pass fl-għadd u fil-kwalità ta’ l-attivitajiet imfassla biex jippromwovu dibattitu Ewropew f’kulturi ta’ politiki nazzjonali[17]. Il-Kummissjoni tagħti importanza lill-bini fuq din l-esperjenza ta’ suċċess, u, suġġett għar-riżultat tal-valutazzjoni attwali ta’ l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni attwali, se tqis kif tikkonsolidah u testendih.

L-attivitajiet rinforzati fir-Rappreżentazzjonijiet bi prova ġew ikkumplimentati mill-ħidma mwettqa minn aktar minn 400 ċentru tat-tagħrif Europe Direct li jagħtu tagħrif lokali u reġjonali dwar l-UE, inkluż fl-oqsma rurali. Il-Kummissjoni se tiftaħ ċentri tat-tagħrif Europe Direct ġodda fil-Bulgarija u r-Rumanija mill-2008. Is-sena d-dieħla l-Kummissjoni sejra wkoll tniedi sejħa għal proposti biex iġġedded in-netwerk kollu madwar l-UE-27. Dan se jtejjeb aktar il-kopertura ġeografika u jiżgura li ċ-ċentri jistgħu jipprovdi tagħrif dwar prijoritajiet ta’ komunikazzjoni kif ukoll dwar kwistjonijiet oħrajn li huma essenzjali għaċ-ċittadini.

Il-Kummissjoni tmexxi wkoll għadd sinifikanti ta’ netwerks ta’ tagħrif u għajnuna li jkopru oqsma speċifiċi ta’ politika, bħal EURES, ERA-MORE[18], SOLVIT[19] u ċ-Ċentri Euro Info u ċ-Ċentri ta’ Kollegament għall-Innovazzjoni[20]. Dawn iċ-ċentri jirrappreżentaw rabtiet uniċi u multiplikaturi ma' għadd kbir ta' atturi li joperaw fil-livell lokali u dak reġjonali (organizzazzjonijiet ta' l-imsieħba soċjali, universitajiet, intrapriżi, servizzi ta' l-impjieg, kmamar tal-kummerċ, ċentri għall-lingwi u t-taħriġ). Il-Kummissjoni se tqis il-fattibbiltà ta’ azzjoni koordinata aktar mill-qrib bejn dawn iċ-ċentri li ssaħħaħ l-kapaċità tal-Kummissjoni li tikkomunika. Qed tiġi esplorata sinerġija akbar bejn in-netwerks fin-Netwerk tal-Komunikazzjoni Esterna, b’mod partikolari dwar prijoritajiet ta' komunikazzjoni magħżula. Inħoloq grupp ta’ interservizz biex jara kif in-netwerks differenti tal-Kummissjoni jistgħu jikkooperaw f'Servizz ta' Għajnuna f’Suq Wieħed.

B’żieda mal-komunikazzjoni mal-pubbliku u s-soċjetà ċivili, ir-Rappreżentazzjonijiet se jżidu l-attivitajiet tagħhom biex jorganizzaw żjarat tal-Kummissarji fir-reġjuni[21] u biex jappoġġjaw l-isforzi biex jiġi offrut tagħrif lill-ġurnalisti reġjonali u lokali permezz tat-teknoloġija tal-mezzi tal-massa moderna kif ukoll permezz ta' mezzi tradizzjonali. L-involviment ta’ korpi ta’ l-UE oħrajn, bħall-aġenziji ta’ l-UE diċentralizzati, se jagħtu eżempji konkreti ta’ inizjattivi ta’ l-UE għas-servizz taċ-ċittadini. Ir-Rappreżentazzjonijiet u l-Uffiċċji ta’ Tagħrif tal-Parlament Ewropew qed jaħdmu flimkien biex jistabbilixxu rabtiet aktar mill-qrib. F’bosta każijiet, dawn jinsabu taħt l-istess saqaf fid-Djar ta' l-Unjoni Ewropea. Filwaqt li jżommu l-identitajiet distinti tagħhom, dan iżid il-viżibiltà tagħhom u jippermetti azzjoni aktar konġunta.

Proġett komuni bi prova mal-Parlament Ewropew qed jiġi mniedi fl-2007-2008 biex joħloq Sferi Pubbliċi Ewropej li jospitaw firxa wiesgħa ta’ attivitajiet Ewropej, li se jibdew fid-Djar ta’ l-Ewropa f’Tallinn, Dublin u Madrid. Il-fażi bi prova ta’ dawn l-Ispazji Pubbliċi Ewropej se tattira udjenzi ġodda u toħloq immaġni viżwali ġdida - waħda li hija mmirata aktar lejn il-ġenerazzjoni żgħażugħa. Bħala "post tat-tlaqqigħ" għaċ-ċittadini, NGOs, atturi politiċi u l-mezzi tal-massa, l-Ispazji Pubbliċi Ewropej se jiġu mfassla biex jospitaw wirjiet, films, laqgħat, żjarat, diskussjonijiet, laqgħat ta’ dibattitu u lectures li jiffukaw l-aktar fuq is-soċjetà ċivili, il-politiki, l-edukazzjoni, l-akkademiċi, gruppi ta’ diskussjoni ( think tanks ) u d-dinja kulturali. Dawn se jagħtu kontribut konkret għall-implimentazzjoni ta’ l-"Aġenda Ewropea għall-kultura f’dinja globalizzata". Se jiġu stabbiliti rabtiet man-netwerk ta’ l-Istituti Nazzjonali tal-Kulturi (EUNIC) biex jiġu promossi l-programmi kulturali varji u inizjattivi oħrajn appoġġjati mill-istituzzjonijiet ta' l-UE, filwaqt li jkun hemm kooperazzjoni man-netwerks reġjonali u lokali, mas-soċjetà ċivili u mal-mezzi tal-massa biex tintlaħaq l-akbar udjenza possibbli f’żoni urbani u rurali. L-Ispazji Pubbliċi Ewropej se joffru faċilitajiet ġodda, bħal ċentru ta’ konferenza, uffiċċju għat-tagħrif, żona għall-wirjiet u żona għall-qari. Uħud minn dawn jista’ jkun li diġà jeżistu iżda l-ftuħ ta' l-ispazji u l-isforzi biex jattiraw atturi ġodda f’involviment mal-Kummissjoni u l-Parlament se joħolqu ambjent ġdid.

Fid-dawl ta’ l-esperjenza ġdida ta’ komunikazzjoni dwar ir-riforma tas-settur ta’ l-inbid, l-inizjattivi ta’ politika ta’ l-UE jistgħu jiġu ppreżentati minn speċjalisti ta’ politika lil partijiet interessati u lill-pubbliku ġenerali fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħhom, fl-istess waqt fi Brussell u fl-Istati Membri, skond ir-riżorsi disponibbli għar-Rappreżentazzjonijiet u d-dipartimenti ta’ politika.

2.2. Ċittadinanza Ewropea Attiva

Il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il- White Paper ikkonferma talba kbira minn atturi fis-soċjetà ċivili għal involviment aktar mill-qrib fil-proċess Ewropew. Il-Kummissjoni diġà tappoġġja ċittadinanza Ewropea attiva permezz tal-programmi l-"Ewropa għaċ-Ċittadini" u d-"Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza"[22], li jħeġġu parteċipazzjoni akbar fil-ħajja demokratika ta’ l-UE. Il-programmi "Żgħażagħ fl-Azzjoni" u "Kultura" jikkontribwixxu wkoll għall-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva permezz ta' skambji ta’ mobbiltà transkonfinali.

L-edukazzjoni u t-taħriġ għal ċittadinanza attiva huma responsabbiltà ta' l-Istati Membri. Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-persuni bħala ċittadini Ewropej huma parti mill-kurrikulu skolastiku f’anqas min-nofs ta' l-Istati Membri ta’ l-UE; l-istorja ta’ l-integrazzjoni Ewropea hija inkluża f’20 Stat Membru[23]. Il-ħidma Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' l-iskambju ta' l-aħjar prassi tipprovdi valur miżjud. Dawk kollha involuti għandhom jagħmlu l-użu sħiħ tar-rakkomandazzjoni Ewropea dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim matul il-ħajja, li tipprovdi lill-Istati Membri b’għodda għall-promozzjoni tal-kompetenzi soċjali u ċivili bħala parti mill-ħiliet essenzjali li kull ċittadin jeħtieġ biex jikber fis-soċjetà ta’ tagħrif. Dan jinkludi t-tagħlim ta’ lingwi barranin, li huwa ta’ valur kbir biex jinkisbu kompetenzi interkulturali, li min-naħa tagħhom huma komponent importanti ta' ċittadinanza Ewropea attiva. Il-Kummissjoni se tuża r-riżultati ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ l-2007 li se tidentifika l-aspetti ta’ l-edukazzjoni ta’ l-iskola fejn azzjoni konġunta fil-livell ta’ l-UE tista’ tappoġġja lill-Istati Membri. Per eżempju, dan se jeżamina kif l-iskejjel jistgħu bl-aħjar mod jipprovdu lill-istudenti bil-kompetenzi prinċipali, u kif il-komunitajiet skolastiċi jistgħu jgħinu biex jippreparaw liż-żgħażagħ ikunu ċittadini responsabbli, skond il-valuri fundamentali Ewropej.

Il-programm ta' Tagħlim Matul il-Ħajja jappoġġja proġetti li huma rilevanti għall-edukazzjoni u t-taħrig għal ċittadinanza attiva u għall-promozzjoni ta’ kompetenzi ċiviċi. Il-Kummissjoni se tippromwova wkoll it-tqassim ta’ l-aqwa prassi bejn l-għalliema f'dan il-qasam. Il-Kummissjoni se tipprovdi appoġġ għat-tħejjija ta’ dokumenti ta’ tagħrif dwar temi Ewropej, inklużi links għall-pubblikazzjonijiet rilevanti li jistgħu jitniżżlu mill-websajt EUROPA, biex jintużaw minn skejjel u għalliema interessati.

Il-Kummissjoni tixtieq tintroduċi aktar żjarat b’mira għall-istudenti u t-tfal ta’ l-iskola, u se tesplora kif tista’ tagħmel dan. Ir-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni u ċ-Ċentri ta’ Tagħrif Europe Direct se jinvitaw ukoll gruppi minn setturi soċjali differenti (inklużi studenti) għal seminars u dibattitu fil-bini tagħhom, bl-użu ta' materjal ta' tagħrif eżistenti. Iż-żjarat magħmula minn madwar 400 uffiċjal Ġermaniż ta’ l-Unjoni Ewropea lill-iskejjel li kienu jattendu matul il-Presidenza Ġermaniża fl-2007 kienu ta' suċċess kbir, li qajmu dibattitu fl-iskejjel kif ukoll fil-kopertura tal-mezzi lokali tal-massa. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li din l-esperjenza tippersisti tul il-Presidenzi tal-ġejjieni. Simili għal dan, il-Kummissjoni se tkompli l-"Inizjattiva tad-9 ta' Mejju fl-Iskejjel" implimentata b'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-membri tal-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili[24].

Il-Kummissjoni tippromwovi relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u n-netwerks transnazzjonali tagħhom permezz tal-programmi u l-politiki tagħha, bl-appoġġ ta’ netwerk intern ta’ kuntatti fis-soċjetà ċivili biex b’hekk jinqasmu l-aħjar prassi, tirrifletti dwar il-problemi komuni u tiżviluppa strateġija koerenti bejn l-unitajiet tal-Kummissjoni responsabbli għal relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni se żżid l-aċċess ta’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-Kummissjoni billi taħtar persuna ta’ kuntatt speċifika għas-soċjetà ċivili f’kull wieħed mid-dipartiment tagħha.

3. L-IŻVILUPP TA' SFERA PUBBLIKA EWROPEA

Bosta deċiżjonijiet politiċi li għandhom impatt sinifikanti fuq il-ħajja ta’ kuljum ta’ l-Ewropej jittieħdu fil-livell Ewropew. Il-politiki li huma meqjusa bħala li jaqblu ma' l-aspettattivi taċ-ċittadini - kemm jekk huma dwar is-suq intern, il-bidla fil-klima, il-mobbiltà sostenibbli, il-kummerċ, il-politika dwar l-enerġija jew l-immigrazzjoni - u li huma msejsa fuq eżerċizzji ta' konsultazzjoni mifruxa huma l-aqwa mod kif tista' tintwera r-rilevanza ta' l-UE għaċ-ċittadini tagħha. Il-komunikazzjoni dwar dawn il-politiċi teħtieġ li tmur lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, bil-kanali ta’ komunikazzjoni transkonfinali jippromwovu d-dibattitu u d-djalogu dwar kwistjonijiet ta' tħassib komuni filwaqt li tirrifletti l-aġenda Ewropea.

Jekk l-UE twettaq dak li twiegħed fil-politiki tagħhom biss se jkun hemm żieda konsegwenti fid-dettall u l-estent tad-dibattitu dwar l-UE. Il-ħtieġa li jkun żgurat li kimiċi sikuri jintużaw fi prodotti Ewropej; il-ftuh tas-suq għas-servizzi; it-tnaqqis tal-barrieri għal pagamenti transkonfinali; it-titjib tad-drittijiet tal-konsumatur; it-tisħiħ tas-sigurtà tat-trasport bl-ajru, il-promozzjoni tas-sikurezza u l-kwalità ta’ l-ikel, il-ħarsien tal-kampanja u ta’ l-ambjent, ftehim dwar politika integrata dwar il-klima u l-enerġija; kooperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija; it-tnaqqis fl-ispiża ta’ telefonati minn linja mobbli barra mill-pajjiz: dawn il-kwistjonijiet kollha ġew suġġetti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet Ewropej akkumpanjati minn dibattiti ta' spiss jaħarqu. Dan id-dibattitu jeħtieġ li jiġi inkoraġġit, u jista’ jseħħ biss jekk il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jitqies bħala rilevanti u jżid valur għall-proċess leġiżlattiv fl-Istati Membri individwali.

3.1. Id-dimensjoni politika

Il-livelli ta' parteċipazzjoni u l-importanza tal-politiki Ewropej fl-elezzjonijiet Parlamentari Ewropej huma, flimkien, qies kemm hi estiża l-isfida tal-ħolqien ta' sfera pubblika Ewropea.

Il-partijiet politiċi nazzjonali u Ewropej, u r-rappreżentanti eletti tagħhom li huma parti minn familji politiċi differenti, huma f’pożizzjoni privileġġata biex iqajmu kwistjonijiet Ewropej f’dibattiti nazzjonali u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ dibattiti pubbliċi madwar l-Ewropa kollha. Hija preċiżamenti n-natura kuntestata u ta' spiss polarizzata ta’ l-iskambji bejn il-partijiet politiċi li toħloq interess u talba għal livelli akbar ta' tagħrif dwar il-kwistjonijiet ikkonċernati. Fi snin riċenti, kien hemm għadd ta’ eżempji ta’ profil għoli ta’ interess pubbliku fi kwistjonijiet ta' politika Ewropej li nħolqu minn diviżjonijiet politiċi u elettorali tal-partit dwar kwistjonijiet tali[25].

Il-Kummissjoni hija kommessa li tappoġġja sforzi biex iżżid ir-rata ta’ parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew. Il-proġetti ta’ soċjetà ċivili ta’ Pjan D li jmiss se jkunu parzjalment immirati li jikkontribwixxu għal dan. B’żieda ma’ dan, f’Ġunju 2007 il-Kummissjoni adottat proposta biex tirrevedi r-Regolament eżistenti dwar il-Partijiet Politiċi Ewropej[26] li jippermetti l-istabbiliment ta’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej. Dan se jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ ta’ dibattitu informat u ġenwin dwar kwistjonijiet Ewropej u għall-iżvilupp ta' sfera pubblika Ewropea.

Barra minn dan, il-Kummissjoni se timmira li timmassimizza l-potenzjal ta’ komunikazzjoni fir-relazzjonijiet tagħha ma’ parlamenti nazzjonali. B'ħidma skond proposta mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni qed taħdem fuq il-ħolqien ta’ Netwerks ta' Tagħrif bi Prova (PINs - Pilot Information Networks ), netwerk ta' fora ta' diskussjoni fuq l-internet bejn membri tal-Parlament Ewropew, membri tal-parlamenti nazzjonali, ġurnalisti u personalitajiet influwenti, supplimentati minn laqgħat madwar l-UE. PINs se jkunu ta’ kontribuzzjoni sostanzjali għall-introduzzjoni ta’ dibattiti Ewropej fil-parlamenti nazzjonali. Dawn se jippromwovi wkoll dibattitu bejn il-parlamentari nazzjonali dwar temi Ewropej, u se jikkontribwixxu fl-appoġġ għas-sistemi ta' skambju ta' tagħrif elettroniku tal-parlamenti nazzjonali.

3.2. Is-servizzi tal-mezzi tax-xandir u tat-tagħrif

Il-Kummissjoni se tressaq proposti konkreti biex twieġeb aħjar għall-isfidi relatati mat-teknoloġiji tal-mezzi tax-xandir ġodda sa tmiem din is-sena[27]. Il-mezzi tax-xandir awdjoviżwali għadhom is-sors ta’ tagħrif preferut dwar kwistjonijiet Ewropej. It-TV u r-radju jippreżentaw kwistjonijiet Ewropej fil-kuntest ta’ l-aħbarijiet u dibattiti meta jkunu qed jiġu deċiżi politiki Ewropej importanti. Jixxandru wkoll reklami fuq it-TV u r-radju fil-kuntest ta’ kampanji ta’ tagħrif li jippromwovu politiki ta’ l-UE speċifiċi. Madankollu, l-istudji juru[28] – u żewġ terzi ta' l-Ewropej jibqgħu jemmnu - li t-tagħrif relatat ma' l-UE mogħti mill-mezzi nazzjonali tal-massa huwa insuffiċjenti.

Il-Kummissjoni se tikkontribwixxi għal kopertura akbar u aktar sostenibbli dwar il-kwistjonijiet ta’ l-UE fuq stazzjonijiet awdjoviżivi eżistenti, u tħeġġeġ in-netwerking Ewropej mix-xandara. Il-konsultazzjoni dwar il- White Paper uriet appoġġ kbir għall-Kummissjoni biex tipprovdi tagħrif awdjoviżiv, edukazzjoni u divertiment dwar kwistjonijiet Ewropej bħala parti mill-missjonijiet ta' servizz pubbliku madwar l-Istati Membri ta’ l-UE. Missjonijiet tali jridu jitwettqu b’mod li jiggarantixxi l-indipendenza editorjali sħiħa tax-xandara.

Il-politika eżistenti ta’ kofinanzjament ta’ programmi tar-radju u tat-TV inkoraġġixxa bosta stazzjonijiet awdjoviżivi biex jiżviluppaw programmi ta’ l-UE. Biex issaħħaħ l-effettività tagħha, il-Kummissjoni se toffri kuntratti multiannwali għal netwerks ta’ xandara madwar l-Ewropa. Dawn in-netwerks se jipproduċu u jxandru b’mod indipendenti programmi dwar kwistjonijiet ta’ l-UE skond l-istandards editorjali tagħhom bl-użu ta’ formati ta’ programmi komuni. Il-kuntratti se jkun fihom karta editorjali li torbot li tiggarantixxi l-ħelsien editorjali ta' l-operaturi.

Europe by Satellite (EbS), is-servizz tal-Kummissjoni għal kopertura awdjoviżiva ta’ l-affarijiet ta’ l-UE, ukoll se jikkontribwixxi u jiffaċilita l-missjonijiet ta’ servizz pubbliku msemmija hawn fuq. It-talba għall-ħin fuq l-EbS laħqet punt ta' limitu massimu, b’xandir dirett ta’ avvenimenti bħal laqgħat plenarji u tal-kumitat tal-Parlament Ewropew f’kunflitt ma' trażmissjonijiet ta’ servizzi b’filmati minn ġurnalisti professjonisti u konferenzi ta' l-aħbarijiet. Il-Kummissjoni sejra għalhekk tipproponi l-għażla li tirdoppja l-kapaċità ta’ l-EbS lill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħrajn biex b’hekk tkopri firxi usa ta’ attivitajiet ta’ l-UE.

L-internet huwa l-mezz ta' xandir prinċipali li jikkombina l-kitba, il-ħoss u l-viżiv u jippermetti tweġibiet mill-utenti u diskussjoni bejniethom. Huwa diġà l-mezz prinċipali għal dibattitu transkonfinali. L-iżvilupp mill-ġdid tal-websajt EUROPA, waħda mill-ikbar fid-dinja, se jkompli billi jżid l-interattività u jtejjeb il-funzjonijiet ta’ navigazzjoni u tiftix[29]. Il-kontenut fuq l-internet se jiġi organizzat b'mod aktar aċċessibbli u aktar faċli għall-utenti, filwaqt li se jingħataw aktar stampi u materjal viżiv u awdjo. B’dan il-mod, EUROPA se jibqa’ punt ta’ referenza Ewropew importanti għal tagħrif dwar kwistjonijiet ta’ l-UE, filwaqt li jikkomplimenta s-siti mwaqqfa minn amministrazzjonijiet nazzjonali. Il-proposti għall-iżvilupp ta' EUROPA se jkunu msejsa fuq stħarriġ dwar l-utent imwettaq fl-2007.

B’żieda ma’ dan, l-UE teħtieġ li ssaħħaħ il-preżenza tagħha fuq l-internet lil hinn minn EUROPA. Il-Kummissjoni tixtieq tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ netwerk ta’ websajts tas-soċjetà ċivili u s-settur privat jew pubbliku li jippromwovi l-kuntatt ma’ jew bejn iċ-ċittadini Ewropej minn websajts ta’ appoġġ li jagħtu attenzjoni partikolari għall-affarijiet Ewropej u jistimulaw dibattitu dwar il-kwistjonijiet ta’ politika ta’ l-UE. Il-Kummissjoni nnifisha għandha tkun ukoll involuta aktar f’intervisti u parteċipazzjoni f’diskussjonijiet f’siti oħrajn. Dawn l-iżviluppi kollha se jingħataw f’aktar dettall fid-dokumenti ta’ Strateġija dwar l-Internet u l-Awdjoviżiv li l-Kummissjoni se tippreżenta rispettivament qabel it-tmien ta’ l-2007 u kmieni fl-2008.

Il-pubblikazzjonijiet fuq il-karta se jibqa’ jkollhom irwol fil-komunikazzjoni ta’ l-UE. Minkejja d-dominazzjoni dejjem tikber ta’ l-internet, it-talba għall-pubblikazzjoni fuq il-karta żdiedet. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi żviluppata politika ta’ pubblikazzjoni bejn il-mezzi tax-xandir, li tikkombina pubblikazzjonijiet fuq il-karta, fuq l-internet u fil-formati awdjoviżivi, bl-użu ta' l-iżviluppi riċenti fit-teknoloġiji tal-komunikazzjoni[30].

3.3. Nifhmu l-opinjoni pubblika Ewropea

Li titqies l-opinjoni pubblika huwa ċentrali biex nisimgħu dak li l-Ewropej jaħsbu dwar – u jistennew minn - l-UE. L-istħarriġ ta’ l-Ewrobarometru jgħin biex janalizza l-aspettativi tal-pubbliku f'bosta oqsma ta' politika, jevalwa l-impatt tal-politiki u jidentifika t-tħassib u l-perċezzjonijiet tal-pubbliku biex jitjiebu kemm it-teħid ta' deċiżjonijiet kif ukoll il-komunikazzjoni.

Il-Kummissjoni se tintroduċi innovazzjonijiet fil-metodi użati mill-Ewrobarometru bi tweġiba għall-konsultazzjoni dwar il- White Paper [31] biex iżżid l-abbiltà tagħha li tisma’ lil u twieġeb għall-opinjoni pubblika. L-għan huwa li l-istħarriġ jintuża b'mod aktar strateġiku f'fażijiet rilevanti għall-proċess ta' politika bħat-tfassil tal-politika u l-istima ta’ l-impatt, kif ukoll fit-tfassil u l-valutazzjoni ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni.

Titjib konkret se jinvolvi użu b'firxa usa ta' għodod ta' riċerka kwalitattiva, inklużi l-metodi innovattivi ta' xi proġetti ta' Pjan D, u l-kombinazzjoni ta' analiżi ta' data kwantitattiva u kwalittativa biex tingħata stampa aktar dettaljata ta' l-aspettattivi tal-pubbliku. Metodi ta’ riċerka mmirati lejn l-opinjoni pubblika se jintużaw aktar biex jitqies l-impatt tal-komunikazzjoni. L-analiżi tar-riżultati tar-riċerka se titjieb b'reazzjoni aktar mgħaġġla, b'attenzjoni akbar fuq l-użu tar-riżultati, u billi jitqiesu wkoll ir-riżultati reġjonali u lokali. L-analiżi sekondarja mitluba ta’ data disponibbli biex jitwieġbu mistoqsijiet fil-mira se tkun aktar mifruxa. Ir-riżultati se jitqassmu f'firxa akbar u aktar malajr. Se jiġi stabbilit netwerk ta’ esperti nazzjonali dwar l-opinjoni pubblika, b’funzjoni konsultattiva, biex titqassam l-aqwa prassi, jiġu promossi s-sinerġiji, u jingħataw pariri dwar kwistjonijiet metodoloġiċi.

Iċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct[32] huwa servizz ta’ tagħrif għaċ-ċittadini, li jwieġeb mistoqsijiet bla ħlas fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-UE. Dan se jiġi promoss bħala l-punt ta' daħla prinċipali għaċ-ċittadini li jkunu qed ifittxu tagħrif dwar l-UE u se jiżviluppa kapaċità biex jagħti risposti dwar tħassib imqajjem lid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti u istituzzjonijiet ta’ l-UE oħrajn.

Il-konsultazzjoni hija verifika tar-realtà meħtieġa u utli għal proposti. Iżda din se tkun effettiva biss jekk tkun biżżejjed wiesgħa u inklużiva. Sa mill-adozzjoni ta’ standards minimi għall-konsultazzjoni[33], il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet interessati u ċ-ċittadini ta' l-UE dwar firxa ta' inizjattivi ta' politika. Il-websajt standard għall-konsultazzjonijiet fuq l-internet 'Your Voice in Europe' ( europa.eu/yourvoice ) tgħin biex jiċċara l-proċess ta’ konsultazzjoni u tħeġġeġ id-dipartimenti tal-Kummissjoni biex japplikaw l-istandards b’mod konsistenti. Biex tinkoraġġixxi tweġibiet aħjar, pluraliżmu akbar u inklussività fil-opinjonijiet u l-interess espress minn partijiet interessati nazzjonali, reġjonali u lokali f'dan l-istadju bikri ta' l-iżvilupp ta' politika, il-prassi riċenti ta' l-involviment tar-Rappreżentazzjonijiet fil-promozzjoni ta' konsultazzjonijiet fl-Istati Membri se tissaħħaħ. Ir-Rappreżentazzjonijiet per eżempju, se jorganizzaw kuntatti u laqgħat bikrin mal-partijiet interessati biex iħeġġu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-konsultazzjonijiet ewlenin marbuta mal-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni.

4. IT-TISĦIĦ TA' L-ISTRATEĠIJA TA' SĦUBIJA

L-istituzzjonijiet, il-korpi u l-Istati Membri ta' l-UE, u l-awtoritajiet reġjonali u lokali madwar l-Ewropa kollha jikkomunikaw dwar il-kwistjonijiet ta' politika Ewropej f'modi varji u fi gradi differenti. Dawk kollha involuti aktar direttament fit-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropew għandhom obbligazzjoni li jikkomunikaw u jispjegaw. Kollha għandhom iżommu l-awtonomija u l-prerogattivi tagħhom biex jikkomunikaw fil-mod tagħhom iżda hemm ambitu konsiderevoli għalihom biex jaħdmu flimkien bħala sħab fil-promozzjoni tad-dibattitu u d-diskussjoni dwar l-Ewropa. S’issa, attentati għall-promozzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni komuni kienu ad hoc u limitati u jeħtieġ li jkun hemm ftehim dwar temi komuni u ħidma flimkien aktar effettiva. Ħareġ ċar mill-konsultazzjoni dwar il- White Paper li kien hemm talba għall-kooperazzjoni u kollaborazzjoni akbar dwar il-komunikazzjoni ta’ l-Ewropa bejn l-istituzzjonijiet u l-korpi ta’ l-UE u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għalhekk se tfittex li ssaħħaħ is-sħubiji f'kull livell dwar prijoritajiet ta' komunikazzjoni ta' l-UE magħżula minn kollha billi tipproponi ftehim interistituzzjonali (IIA).

4.1. Ħidma flimkien ma’ l-Istati Membri

Il-gvernijiet nazzjonali huma responsabbli għat-tfassil tal-kors tal-politika Ewropea fil-Kunsill u għall-komunikazzjoni tal-mandati u tal-politiki tagħhom liċ-ċittadini tagħhom. Ir-riżultati tas-sondaġġ juru li ċ-ċittadini jistennew li l-gvern nazzjonali tagħhom jinfurmahom dwar dak li l-UE qed tagħmel għalihom u kif dan jaffettwa l-ħajja ta' kuljum tagħhom. Aktar minn żewġ terzi taċ-ċittadini Ewropej jippreferu jikkuntattjaw is-servizzi nazzjonali dwar kwistjonijiet deċiżi mill-UE.

Il-Kummissjoni tista', madankollu tipprovdi appoġġ ta’ valur għall-Istati Membri kollha interessati. Il-Kummissjoni tipproponi t-tisħiħ tar-relazzjoni magħhom billi torganizza laqgħat regolari mad-"diretturi tal-komunikazzjoni nazzjonali" rispettivi ta' kull Stat Membru biex jiġu identifikati l-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni prinċipali, biex tiġi żgurata s-sorveljanza tal-proċess ta' komunikazzjoni u biex ikun hemm skambju ta' tagħrif dwar l-attivitajiet ta' komunikazzjoni[34]. Il-Kummissjoni se tfittex ukoll li tiżviluppa sħubiji ta’ ġestjoni ma’ Stati Membri interessati. Din it-tip ta' sħubija, li tinkwadra l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Istati Membri b’mod maqtugħ individwali, diġà kisbet is-suċċess fil-Ġermanja, u ntlaħaq ftehim dwar sħubiji fl-Ungerija u fis-Slovenja. Bħalissa għaddejjin in-negozjati ma’ bosta Stati Membri oħrajn li saqsew għalihom formalment[35]. Dawn is-sħubiji jistgħu jservu bħala strument għat-twettiq ta' attivitajiet konġunti dwar il-prijoritajiet ta' komunikazzjoni magħżula fil-livelli ċentrali, reġjonali u lokali.

Is-sħubiji ta’ ġestjoni se jsaħħu l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni dwar prijoritajiet ta’ komunikazzjoni magħżula msejsa fuq pjanijiet ta’ komunikazzjoni konġunti[36]. Dawn il-pjanijiet huma negozjati fil-livell politiku bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri rispettivi maħtura biex jittrattaw il-kwistjonijiet ta’ komunikazzjoni. Għalhekk attivitajiet ta’ komunikazzjoni taħt pjan ta’ komunikazzjoni konġunt huma politikament inklussivi u jiżguraw ir-rappreżentazzjoni ta’ opinjonijiet diversi fid-dibattitu dwar kwistjonijiet Ewropej. B’konsegwenza ta’ dan, din il-kooperazzjoni se tgħin biex tadatta komunikazzjoni għaċ-ċirkustanzi lokali u torbotha ma' l-aġenda politika nazzjonali (bħal elezzjonijiet, avvenimenti nazzjonali maġġuri, u interessi speċifiċi). Ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ sħubiji ta’ ġestjoni hija maqsuma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri rispettivi. Filwaqt li l-Kummissjoni tipprovdi finanzjament, ir-riżorsi umani u l-infrastruttura huma pprovduti mill-Istat Membru[37].

Eżempju tajjeb hija s-sħubija ta' ġestjoni attwali mal-gvern federali Ġermaniż. Din hija meqjusa bħala għodda ta’ valur għall-implimentazzjoni ta’ ideat komuni għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet Ewropej. Sa mill-2005, ittieħdu numru ta’ inizjattivi maġġura u dawn urew kemm kooperazzjoni mill-qrib tali tista’ taħdem b’suċċess[38].

L-awtoritajiet reġjonali u lokali, individwali jew organizzati f’assoċjazzjonijiet, jista' jkollhom rwol kruċjali fil-promozzjoni tal-komunikazzjoni dwar l-Ewropa. Il-Komunikazzjoni għandha tkun adattata għal modi ta' kif tintwera r-rilevanza lokali tad-deċiżjonijiet u l-politiki ta' l-UE[39]. B'kooperazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kummissjoni se jiżgura li dawn l-awtoritajiet ikollhom tagħrif rilevanti u li jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa biex jinġabru l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom biex titjieb il-komunikazzjoni dwar l-Ewropa fil-livell lokali u reġjonali. Azzjoni reġjonali u lokali tista’ tinkludi wkoll sħubiji ta’ tmexxija, parallela ma’ l-attivitajiet imwettqa diġà fuq il-bażi ta’ sħubiji strateġiċi (finanzjament separat u komplimentari ta' proġetti). B’żieda mal-ħidma tar-Rappreżentazzjonijiet, iċ-ċentri ta’ tagħrif Europe Direct u l-aġenziji ta’ l-UE f’dan il-qasam[40], il-Kummissjoni se tiżviluppa rabtiet aktar mill-qrib ma’ dawn il-250 uffiċċju li jirrappreżentaw l-awtoritajiet reġjonali u lokali fi Brussell li huma lesti li jipparteċipaw.

4.2. Ħidma flimkien ma’ l-Istituzzjonijiet Ewropej

Il-Grupp Interistituzzjonali dwar it-Tagħrif (IGI) huwa l-istruttura ta’ politika eżistenti għall-ftehim dwar l-istrateġija dwar il-komunikazzjoni ta’ l-UE u l-għażla ta’ prijoritajiet ta’ komunikazzjoni komuni għall-Istituzzjonijiet ta’ l-UE u l-Istati Membri. Huwa ppresedut b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Presidenza. L-istat u l-leġittimità politiċi, madankollu, jeħtieġ li jissaħħu u jespandu, biex b'hekk tkun tista' tingħata gwida aktar effettiva għall-prijoritajiet ta' komunikazzjoni ta' l-UE kmieni biżżejjed biex jinstabu sinerġiji bejn l-aġendi ta' komunikazzjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE u l-Istati Membri. Id-deċiżjonijiet ta’ l-IGI jeħtieġu segwitu komprensiv u konsistenti, kemm politiku kif ukoll amministrattiv. Bl-appoġġ tal-Presidenza, il-Partit ta' Ħidma dwar it-Tagħrif tal-Kunsill se jissorvelja l-proċess ta’ komunikazzjoni.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni jipparteċipaw bħala osservaturi fl-IGI. Il-kooperazzjoni magħhom qed tissaħħaħ ukoll permezz ta’ addenda dwar il-politika ta’ tagħrif għall-protokolli eżistenti dwar arranġamenti ta’ kooperazzjoni. L- addenda jisħqu fuq ir-rieda politika tal-Kummissjoni u taż-żewġ Kumitati biex jistabbilixxu sħubija fuq terminu ta’ żmien twil u jaħdmu b’mod konġunt fuq l-iżvilupp ta’ tagħrif u komunikazzjoni diċentralizzati maċ-ċittadini Ewropej. Il-kooperazzjoni se tiġi msejsa fuq prijoritajiet ta’ komunikazzjoni definiti b’mod ċar għal implimentazzjoni diċentralizzata fil-livell reġjonali u lokali.

4.3. Ftehim interistituzzjonali dwar il-komunikazzjoni

Biex jiġi pprovdut qafas xieraq għal kooperazzjoni aħjar dwar il-proċess ta' komunikazzjoni ta' l-UE, filwaqt li tiġi rispetta l-awtonomija ta' l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri ta’ l-UE, il-Kummissjoni qed tipproponi ftehim interistituzzjonali (IIA) mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. L-istituzzjonijiet u l-korpi kollha l-oħra ta’ l-UE huma mistiedna jappoġġjaw il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill f’din il-ħidma. L-għan ta' ftehim interistituzzjonali tali huwa li tinkiseb konverġenza ta’ opinjonijiet dwar il-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni ewlenin ta' l-Unjoni Ewropea kollha; li jiġi identifikat il-valur miżjud ta’ strateġija ta’ l-UE għall-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ prijorita speċifiċi; li jiġu żviluppati sinerġiji dwar ir-riżorsi użati minn kull istituzzjoni; li jitwettqu attivitajiet relatati ma’ dawn il-prijoritajiet; u li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jikkooperaw. Dan ma jżommx kull istituzzjoni ta’ l-UE milli jkollha attivitajiet ta’ komunikazzjoni separati u speċifiċi għall-istituzzjoni mmirati lejn ir-rwol speċifiku u l-partijiet interessati tagħha.

Il-Kummissjoni tagħraf ir-rwol ta' kull Stat Membru fil-komunikazzjoni ta' l-Ewropa f'livell nazzjonali, reġjonali u lokali, fil-lingwa/i uffiċjali. L-IIA se jistabbilixxi l-impenn politiku ta’ l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri ta’ l-UE li jieħdu r-responsabbiltà li jinfurmaw u jikkomunikaw maċ-ċittadini dwar kwistjonijiet ta’ l-UE. Barra minn hekk, dan il-ftehim politiku se jagħfas fuq il-prinċipji u d-drittijiet ewlenin li għandhom jiġu enfasizzati fil-komunikazzjoni ta’ l-Ewropa u se jistabbilixxi ftehim għall-kooperazzjoni bejn l-imsieħba, filwaqt li jiżgura sorveljanza xierqa u responsabbiltà politika. Il-prinċipji għall-inklussività, il-pluraliżmu u l-parteċipazzjoni għandhom jifformaw il-bażi ta’ kwalunkwe azzjoni biex tiġi kkomunikata l-Ewropa. L-IIA se jiżgura pjan ta’ ħidma annwali komuni li jistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni ta’ l-UE, li għandu jiġi abbozzat mill-Kummissjoni – imsejjes fuq diskussjonijiet dwar il-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni ppreżentati fl-APS – biex jintbagħtu lill-istituzzjonijiet oħra ta’ l-UE u korpi konsultattivi.

5. KONKLUŻJO NIJ IET

Il-Kummissjoni se tgħaqqad ir-riżorsi kollha tagħha biex tikseb komunikazzjoni effettiva u integrata.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni qed tipproponi:

- ftehim interistituzzjonali biex tipprovdi qafas għal kooperazzjoni aħjar dwar il-proċess ta' komunikazzjoni ta’ l-UE, filwaqt li tirrispetta l-awtonomija ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE u l-Istati Membri,

- sħubija ta’ ġestjoni volontarja ma’ l-Istati Membri bħala l-istrument ewlieni ta’ l-inizjattivi ta’ komunikazzjoni konġunti,

- żvilupp tan-netwerk ta’ l-Isferi Pubbliċi Ewropej fir-Rappreżentazzjonijiet,

- l-identifikazzjoni ta’ aspetti fl-edukazzjoni skolastika fejn azzjoni konġunta fil-livell ta’ l-UE tista’ tappoġġja lill-Istati Membri,

- it-tisħiħ ta’ l-Ewrobarometru,

- L-implimentazzjoni tan-Netwerks ta’ Tagħrif bi Prova (PINs) għat-titjib tal-komunikazzjoni bejn il-politiċi Ewropej u nazzjonali, u ma’ personalitajiet influwenti oħrajn.

Fix-xhur li ġejjin il-Kummissjoni sejra wkoll:

- tadotta strateġija ta’ l-internet ġdida biex tappoġġja netwerks ta’ soċjetà civili u websajts fis-settur privat jew pubbliku b’attenzjoni fuq l-UE li tippromwovi kuntatt ma’ u bejn iċ-ċittadini Ewropej,

- tadotta strateġija awdjoviżiva biex tappoġġja netwerks ta’ xandara madwar l-Ewropa għall-produzzjoni u x-xandir ta’ programmi dwar l-affarijiet ta’ l-UE,

- tniedi komunikazzjoni b’segwitu għal Pjan D, kif ukoll sett ġdid ta’ proġetti tas-soċjetà civili tal-Pjan D, bl-għan ġenerali li tappoġġja l-proċess ta' ratifika għat-Trattat ta' Riforma u żżid il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' l-2009,

- teżamina il-konsolidazzjoni u l-estenzjoni possibbli ta’ esperjenzi ta’ suċċess riċenti fit-tisħiħ tal-ħidma tar-Rappreżentazzjonijiet.

Dikjarazzjoni ta' l-Impatt tal-Baġit

QASAM TA’ POLITIKA: Titolu 16 - KOMUNIKAZZJONI ATTIVITAJIET: L-ATTIVITAJIET KOLLHA TAL-QASAM TA’ POLITIKA |

KOMUNIKAZZJONI DWAR “NIKKOMUNIKAW L-EWROPA FI SħUBIJA” |

1. LINJI TAL-BAĠIT (skond in-nomenklatura ta' l-APB 2008)

1.1. Linji operattivi

16 02 02 Azzjonijiet multimedjali

16 02 03 Informazzjoni għall-midja

16 02 04 Tħaddim ta' studjows tar-radju u tat-televiżjoni u tagħmir awdjoviżiv

16 03 01 Ċentri għall-għoti ta’ informazzjoni

16 03 02 Azzjonijiet lokali

16 03 04 Azzjonijiet speċifiċi fuq temi prijoritarji, fosthom PRINCE

16 03 06 Proġett pilota dwar in-netwerks ta’ informazzjoni bi prova (PINs)

16 04 01 Analiżi ta’ l-opinjoni pubblika

16 04 02 Informazzjoni u għodda tal-komunikazzjoni fuq l-internet

16 04 03 Pubblikazzjonijiet miktuba mmirati

1.2. Linja ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatata

16 01 04 01 Azzjonijiet ta' komunikazzjoni — Nefqa fuq tmexxija amministrattiva

2. BAŻI ĠURIDIKA

Ħidma li tirriżulta mill-prerogattivi tal-Kummissjoni f'livell istituzzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 49(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1), kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2003, p. 1).

3. KARATTERISTIĊI TAL-BAĠIT

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-qafas finanzjarju |

16 01 04 01 Azzjonijiet ta' komunikazzjoni — Nefqa fuq tmexxija amministrattiva | Mhux- obblig. | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru [3b] |

16 02 04 Tħaddim ta' studjows tar-radju u tat-televiżjoni u tagħmir awdjoviżiv | Mhux- obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru [5] |

16 02 02 to 16 04 03 (ħlief 16 02 04) Linji operattivi tal-baġit ta’ DĠ COMM | Mhux Obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru [3b] |

4. ESTIMI TA’ L-IMPATT FINANZJARJU SKOND L-GĦAN U R-RIŻULTAT EWLIENI

Sa fejn għandhom x'jaqsmu r-riżorsi, il-konsegwenzi ta' din il-komunikazzjoni jibqgħu fi ħdan il-qafas ta' l-ipprogrammar finanzjarju multi-annwali (kif stabbilit f' SEG(2007) 500).

3.1. Taqsira tar-riżorsi finanzjarji

Ara t-tabella 1 fl-anness.

3.2 Estimi dettaljati ta’ l-impatt finanzjarju ta’ l-azzjonijiet ewlenin

Ara t-tabella 2 fl-anness.

5. NEFQA AMMINISTRATTIVA – BŻONN SPEĊIFIKU

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom jiġu koperti mill-allokazzjoni mogħtija lid-DĠ ta’ ġestjoni fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ allokazzjoni.

Fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni f’Diċembru ħarġet l-ewwel evalwazzjoni pożittiva, it-tabella annessa tinkludi linja msejħa “rappreżentazzjonijiet bi prova”, madankollu l-Kummissjoni se tipprova tibni fuq esperjenza tajba u se teżamina r-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta' l-attivitajiet ta' komunikazzjoni kollha li għaddejjin bħalissa, inkluż il-valur miżjud tar-rappreżentazzjonijiet bi prova u l-kwistjoni dwar l-estensjoni possibbli tagħhom qabel din il-linja tiġi estiża fis-snin li ġejjin.

Anness

Tabella 1

Intestatura | BAĠIT 2007 | APB 2008 | Ipprogrammar finanzjarju |

| | | | | | |€ | | |Intestatura 1a | | |2009 |2010 |2011 |2012 |2013 | | | | | | | | | | | | | Infiq amministrattiv tal-qasam politiku 'Komunikazzjoni' |3.865 |3.600 |3.987 |4.065 |4.145 |4.225 |4.306 | | | | | | | | | | | | |Azzjonijiet ta' komunikazzjoni — Infiq fuq ġestjoni amministrattiva |3.865 |3.600 |3.987 |4.065 |4.145 |4.225 |4.306 | | | | | | | | | | | | | Komunikazzjoni u l-midja |27.720 |30.882 |32.380 |32.881 |33.390 |33.902 |34.420 | | | | | | | | | | | | |Azzjonijiet multimedjali |18.750 |20.700 |21.380 |21.800 |22.227 |22.657 |23.091 | | |Informazzjoni għall-midja |3.370 |3.970 |4.100 |4.181 |4.263 |4.345 |4.429 | | |Tħaddim ta' studjows tar-radju u t-televiżjoni u tagħmir awdjoviżiv (intestatura 5) |5.600 |6.212 |6.900 |6.900 |6.900 |6.900 |6.900 | | | | | | | | | | | | | Azzjoni lokali‚ komunikazzjoni |39.514 |38.530 |39.555 |40.314 |41.085 |41.859 |42.642 | | | | | | | | | | | | |Punti għall-għoti ta' informazzjoni |16.753 |15.300 |15.802 |16.113 |16.429 |16.746 |17.067 | | |Azzjonijiet lokali |8.393 |10.400 |10.502 |10.689 |10.879 |11.070 |11.263 | | |Azzjonijiet speċifiċi fuq temi prijoritarji, li minnhom PRINCE |7.868 |12.830 |13.251 |13.512 |13.777 |14.043 |14.312 | | |EuroGlobe |1.500 | | | | | | | | |Proġett bi prova dwar netwerks bi prova ta' informazzjoni (PINs) |5.000 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | Għodod għall-analiżi u l-komunikazzjoni |21.830 |21.830 |21.546 |21.990 |22.441 |22.894 |23.352 | | | | | | | | | | | | |Analiżi ta' l-opinjoni pubblika |5.600 |5.800 |5.990 |6.108 |6.228 |6.348 |6.470 | | |Għodod ta' l-internet għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni |10.180 |10.880 |11.237 |11.458 |11.683 |11.909 |12.137 | | |Pubblikazzjonijiet immirati stampati |6.050 |5.150 |4.319 |4.424 |4.530 |4.637 |4.745 | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | Komunikazzjoni (intestatura 3b) |87.328 |88.630 |90.568 |92.350 |94.161 |95.980 |97.820 | | |

Anness

Tabella 2 (paġna 1 / 2)

[pic]

Tabella 2 (paġna 2 / 2)

[pic]

[1] SI(2007) 500.

[2] SEG(2005) 985.

[3] KUMM(2005) 494.

[4] KUMM (2006) 35.

[5] SEG(2007) 1265.

[6] SEG(2007) 912.

[7] KUMM(2006) 194.

[8] KUMM(2006) 211.

[9] Id-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE, ĠU L 378, 27.12.2006.

[10] KUMM(2007) 242.

[11] Per eżempju, għall-perjodu 2007-2013 ir-Regolament tal-Kummissjoni 1828/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 li jimplimenta l-Fondi Strutturali, kif ukoll ir-Regolament 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-Fond għall-Iżvilupp Rurali FEADER jistipulaw ir-rekwiżiti ta' komunikazzjoni li ġejjin għall-awtoritajiet ta' tmexxija: pubblikazzjoni ta’ listi ta' benefiċjarji; it-twaħħil ta’ strixxuni ta’ tagħrif fis-siti ta’ proġetti attwali, kif ukoll avvenimenti għat-tnedija nazzjonali u reġjonali jew avvenimenti ta' komunikazzjoni annwali fl-Istati Membri u fir-reġjuni. Ir-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jgħinu billi jqassmu t-tagħrif lil benefiċjarji potenzjali.

[12] Uħud minn dawn il-prijoritajiet se jiġu diskussi fi ħdan il-Grupp Interistituzzjonali dwar l-Informazzjoni biex jesplora l-possibiltajiet ta' azzjoni konġunta (ara punt 4.2).

[13] Eżempju tajjeb ta’ strateġija tali huwa l-kampanja ta' riforma tas-suq ta' l-inbid.

[14] Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni se jiddedika riżorsi umani kif ukoll baġitarji biex jikkomunika l-prijoritajiet u se jistaqsi lir-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni biex jagħmlu l-istess fil-Pjanijiet ta' Tmexxija Annwali tagħhom.

[15] Kif stabbilit fis-SEG(2007) 500 u fis-SEG(2007) 530.

[16] Ir-riżultati ta' l-istħarriġ dwar l-opinjoni pubblika kollha f'din il-Komunikazzjoni ġejjin mill- Flash Eurobarometer dwar il- White Paper Nru 189a: Il-Komunikazzjoni ta’ l-UE u ċ-Ċittadini. Il- fieldwork sar f’Settembru 2006.

[17] Fl-2006, ir-Rappreżentazzjonijiet bi prova organizzaw aktar minn 830 seminar , 4 000 stqarrijiet u konferenzi għall-ġurnalisti u għenu f'aktar minn 370 żjara mill-Kummissarji.

[18] EURES — Is-Servizzi Ewropej għall-Impjieg; ERA-MORE – In-Netwerk Ewropew ta’ Ċentri ta’ Mobbiltà.

[19] SOLVIT huwa netwerk li jsolvi l-problemi onlajn li fih l-Istati Membri ta' l-UE jaħdmu flimkien biex isolvi, mingħajr proċeduri legali, problemi maħluqa mill-applikazzjoni ħażina tal-liġi dwar is-Suq Intern minn awtoritajiet pubbliċi.

[20] L-attivitajiet taċ-Ċentri Euro Info u ċ-Ċentri ta’ Kollegament għall-Innovazzjoni fl-2008 se jgħaddu għand netwerk ġdid li jappoġġja l-kummerċ u l-innovazzjoni. Dan se jgħaqqad madwar 600 ċentru li jkopru ħafna mit-territorju ta' l-UE-27.

[21] Dan se jsir primarjament, għalkemm mhux esklussivament, bil-bini fuq is-suċċess taż-żjarat tal-Kummissarji fir-reġjuni varji fil-pajjiż tal-Presidenza fl-okkażjoni tal-laqgħat tradizzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Presidenza fil-bidu tat-terminu ta' Presidenza.

[22] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 16505/06/ tas-27 ta' Marzu 2007.

[23] L-Edukazzjoni dwar iċ-Ċittadinanza fl-Iskola fl-Ewropa ; in-netwerk ta’ tagħrif dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (Eurydice) 2005.

[24] Fl-2007, EuropeAid organizzat iż-żjara ta’ 75 "ambaxxaturi" fl-iskejjel f'44 reġjun fi 18-il Stat Membru biex tmexxi dibattitu dwar il-kooperazzjoni esterna, li laħqu b’mod dirett lil 97 000 studenti. B’mod simili għal dan, iżda mhux limitat għall-iskejjel, DĠ AGRI waqqfet Tim Aħdar ta’ madwar 80 ambaxxaturi biex jindirrizza kwistjonijiet pubbliċi u jispjega l-CAP u l-politika dwar l-iżvilupp rurali.

[25] Eżempji jinkludu l-Kostituzzjoni, it-tkabbir u proposti ekonomiċi bħad-Direttiva tas-Servizzi.

[26] KUMM(2007) 364.

[27] Il-varji proposti ppreżentati f’din it-taqsima segwew ir-rakkomandazzjonijiet tal-konferenza tal-partijiet interessati "L-Ewropa fil-Viżjoni", li tlaqqgħat fl-4 u l-5 ta' Diċembru 2006 f'Ħelsinki.

[28] L’information relative à l’Europe et la télévision, Etude qualitative auprès de téléspectateurs dans les 27 Etats-Membres de l’Union Européenne, Kummissjoni Ewropea, April 2007.

[29] Id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika mexxa studju bil-ħsieb li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal Strateġija ta’ Tiftix Wiesgħa u Rkupru ta’ Intrapriża fil-Kummissjoni.

[30] L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni għandu r-responsabbiltà primarja għall-pubblikazzjonijiet fuq il-karta u fuq l-internet. Huwa mmexxi minn Kumitat ta’ Tmexxija interistituzzjonali. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni jmexxi l-Ħanut tal-Kotba ta’ l-UE li huwa d-daħla waħdanija għaċ-ċittadini għall-pubblikazzjonijiet kollha ta’ l-UE.

[31] Kif suġġerit fil-konferenza tal-partijiet interessati 'Nifhmu l-opinjoni pubblika Ewropea', Madrid, 27 ta’ Ottubru 2006.

[32] Ibbażat fi Brussell.

[33] KUMM(2002) 704.

[34] In-netwerk eżistenti bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ l-UE (EU-Infonet) se jiġi żviluppat biex jilħaq dan l-għan.

[35] L-Awstrija, il-Belġju, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Portugall u l-Polonja.

[36] L-Istati Membri jistgħu jiġu offerti tipi alternattivi ta’ sħubiji mal-Kummissjoni (COM(2004) 196).

[37] Sħubiji ta’ ġestjoni ma jżommux lill-Kummissjoni mit-tkomplija jew it-twaqqif ta' forom oħra ta' sħubiji ta' komunikazzjoni, bħal sħubiji strateġiċi jew ftehim ad hoc . Dawn huma strumenti flessibbli ħafna u urew il-valur tagħhom f’oqsma speċifiċi bħall-introduzzjoni ta’ l-Ewro.

[38] Il-vjaġġ ta’ tagħrif madwar in-nazzjon "L-Ewropa tagħlaq 50 sena – 50 belt qed jiċċelebraw" fil-Ġermanja u " Seminars ta’ taħriġ għal edituri ta' rivisti fil-kulleġġi" bl-għan li jirrappurtaw dwar affarijiet ta’ l-UE fir-rivisti tal-kulleġġi huma biss żewġ eżempji ta’ proġetti ta’ suċċess implimentati permezz ta’ sħubija ta’ ġestjoni.

[39] L-esperjenza Skoċċiża mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali dwar il-Baħar tat-Tramuntana, li permezz tiegħu jiġu kkonsultati taqsimiet mill-populazzjoni li huma affettwati direttament mill-politika tas-sajd, kif huma f'Kunsilli Konsultattivi Reġjonali oħrajn stabbiliti taħt il-Politika Komuni tas-Sajd, turi li ċ-ċittadini huma interessati f'suġġetti li għandhom impatt immedjat fuq ħajjithom.

[40] Per eżempju, in-netwerk ta’ appoġġ għan-negozju madwar l-UE li se jitnieda kmieni fl-2008.

Top