Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007DC0370

    Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ġestjoni ta' drittijiet tat-tħawwil skond il-Kapitolu I tat-Titlu II tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999

    /* KUMM/2007/0370 finali */

    52007DC0370




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 29.6.2007

    KUMM(2007) 370 finali

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar il-ġestjoni ta' drittijiet tat-tħawwil skond il-Kapitolu I tat-Titlu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999

    WERREJ

    1. Introduzzjoni 3

    2. Drittijiet tat-tħawwil ġodda 4

    2.1. Drittijiet tat-tħawwil ġodda ta' natura amministrattiva 4

    2.2. Drittijiet tat-tħawwil ġodda biex tintlaħaq id-domanda għal nbejjed ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifiċi (nbejjed ta' kwalità psr) u nbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika 4

    3. Tibdiliet fil-potenzjal tal-produzzjoni 6

    3.1. Drittijiet miżmuma mill-produtturi tat-tħawwil mill-ġdid 6

    3.2. Riżervi ta' drittijiet tat-tħawwil (jew “sistema mhux tar-riżerva”) 7

    3.3. Żoni mħawla bid-dwieli 10

    3.4. Il-potenzjal totali għall-produzzjoni 11

    4. Ir-regolarizzazzjoni ta' tħawwil irregolari 12

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar il-ġestjoni ta' drittijiet tat-tħawwil skond il-Kapitolu I tat-Titlu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999

    1. INTRODUZZJONI

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq (OKS) ta' l-inbid[1], fl-Artikolu 7(3) jipprovdi li “Sal-31 ta' Diċembru 2003, u fuq intervalli ta' tliet snin mid-data, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill dwar l-operazzjoni ta' dan il-Kapitolu [jiġifieri l-kapitolu dwar ‘Tħawwil ta' Dwieli’]. Ir-rapport jista' jiġi akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposti dwar l-għoti ulterjuri ta' drittijiet tat-tħawwil maħluqin ġodda.” F'konformità ma' dan l-obbligu, ġie ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kmieni fl-2004[2].

    Dan id-dokument maħsub biex ikun l- aġġornament tar-rapport ta' l-2004. Filwaqt li jagħmel dan,

    - sabiex josserva u jivvaluta x-xejriet, jagħmel analiżi ta' l-istokk tal-perjodu sħiħ mid-data ta' l-applikazzjoni ta' l-OKS attwali fl-1 ta' Awissu 2000;

    - ma jirrepetix informazzjoni fir-rigward ta' l-ispjegazzjoni ta' l-isfond u l-kontenut tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Fejn xieraq, l-istruttura ta' dan ir-rapport issegwi dik tar-rapport ta' l-2004;

    - l-ambitu twessa' biex jiġu inklużi l-għaxar Stati Membri ġodda li ssieħbu fl-1 ta' Mejju 2004 (UE 10) iżda mhux għal dawk l-Istati Membri li ssieħbu fl-1 ta' Jannar 2007. Madankollu, għal finijiet ta' preżentazzjoni aħjar, u peress li d-dejta għall-Istati Membri ġodda hija disponibbli għal perjodu iqsar biss, il-grafs f'dan id-dokument jippreżentaw biss dejta ta' dawk l-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità qabel l-2004 (UE 15).

    Id-dixxiplina fil-komunikazzjoni ta' l-Istati Membri tjiebet b'mod konsiderevoli dawn l-aħħar snin. Minbarra dan, bħala riżultat tal-kontrolli (missjonijiet ta' ikklerjar ta' kontijiet) li saru mis-servizzi tal-Kummissjoni, id-dejta kkomunikata fil-qafas tar-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000[3] saret aktar konsistenti mad-dejtabejż (ir-reġistru tad-dwieli) miżmuma mill-Istati Membri

    Madankollu, minkejja t-titjib fid-disponibilità tad-dejta, f'ċerti każijiet għadhom ma ġewx ikkomunikati. Sabiex tingħata stampa tajba kemm jista' jkun minkejja din id-dejta nieqsa, iċ-ċifri tas-sena ta' nbid ta' qabel jew, fejn meħtieġ, ta' wara, intużaw f'xi tabelli u grafs, sabiex tingħata stampa bejn wieħed u ieħor tas-sitwazzjoni u tax-xejriet. F'dawn il-każijiet, iċ-ċifri meħudin mis-sena ta' nbid ta' qabel/ta' wara huma indikati bit-tipa korsiva. Kodiċijiet oħrajn li ntużaw fit-tabella huma dawn: MR = mhux rilevanti, MK = mhux komunikati.

    Dan ir-rapport maħsub biex ikun purament fattwali u ma fih l-ebda rakkomandazzjoni ta' politika. Madankollu, jipprovdi informazzjoni utli fl-isfond fil-kuntest tad-dibattitu li għadu għaddej dwar ir-riforma fl-inbid ta' l-OKS mnedija bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2006[4].

    2. DRITTIJIET TAT-TħAWWIL ġODDA

    2.1. Drittijiet tat-tħawwil ġodda ta' natura amministrattiva

    Id-drittijiet ta' tħawwil ġodda ta' natura amministrattiva huma definiti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Id-drittijiet ta' tħawwil ġodda mogħtija skond din id-dispożizzjoni matul il-perjodu 2000-2006 huma dawn:

    Tabella 1. Żoni fejn ingħataw drittijiet addizzjonali tat-tħawwil

    (ettari) | Xiri obbligatorju | Konsolidazzjoni ta' l-art | Esperimenti | Mixtliet għat-tilqim | Konsum tal-familja | Total |

    Ir-Repubblika Ċeka | 0,00 | 117,99 | 4,34 | 0,00 | 0,00 | 122,33 |

    Il-Ġermanja | 0,00 | 4,95 | 7,84 | 0,00 | 0,63 | 13,42 |

    Spanja | 182,58 | 282,75 | 36,55 | 92,55 | 0,00 | 594,43 |

    Franza | 16,29 | 18,30 | 19,17 | 61,36 | 0,00 | 115,12 |

    L-Italja | 19,28 | 5,02 | 97,83 | 151,07 | 4 292,21 | 4 565,41 |

    Il-Portugall | 0,00 | 0,00 | 0,80 | 27,73 | 0,00 | 28,53 |

    Is-Slovakkja | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 617,00 | 0,00 | 617,00 |

    Total | 218,15 | 429,02 | 166,54 | 949,70 | 4 292,84 | 6 056,25 |

    Sors: Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri skond it-Tabella 2.1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000. |

    L-ebda drittijiet tat-tħawwil ta' natura amminstrattiva ma ngħataw matul il-perjodu msemmi fil-Greċja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija u s-Slovenja.

    2.2. Drittijiet tat-tħawwil ġodda biex tintlaħaq id-domanda għal nbejjed ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifiċi (nbejjed ta' kwalità psr) u nbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika

    Mill-“kwota” tad-drittijiet tat-tħawwil maħluqin ġodda kif ipprovduti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, id-drittijiet tat-tħawwil ġodda setgħu ngħataw mill-Istati Membri sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2003 għall-produzzjoni ta' nbejjed ta' kwalità psr jew inbejjed tal-mejda deskritti permezz ta' indikazzjonijiet ġeografiċi fejn ikun rikonoxxut li, minħabba l-kwalità tagħhom, il-produzzjoni ta' l-inbejjed in kwistjoni kienu wisq anqas mid-domanda (ara l-Artikolu 3(2) sa (5) u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999). L-adozzjoni tal-“kwota” għal drittijiet tat-tħawwil maħluqin ġodda tat-tħawwil jidhru fit-Tabella 2.

    Tabella 2. L-użu tad-drittijiet tat-tħawwil maħluqin ġodda għat-tħawwil tad-dwieli biex jipproduċu nbejjed ta' kwalità u nbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika

    Drittijiet tat-tħawwil ġodda (Art. 3(2) tar-R. 1493/1999) (ettari) | “Kwota” (Art. 6(1) tar-R. 1493/1999) (ettari) | Perċentwal ta' użu (%) |

    Il-Ġermanja | 471 | 1 534 | 31 |

    Il-Greċja | 1 098 | 1 098 | 100 |

    Spanja | 17 107 | 17 355 | 99 |

    Franza | 9 377 | 13 565 | 69 |

    L-Italja | 3 688 | 12 933 | 29 |

    Il-Lussemburgu | 0 | 18 | 0 |

    L-Awstrija | 0 | 737 | 0 |

    Il-Portugall | 3 041 | 3 760 | 81 |

    Total | 34 783 | 51 000 | 68 |

    Sors: Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri skond it-Tabella 2.2 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. |

    L-utilizzazzjoni ta' dawn id-drittijiet tat-tħawwil jidhru fit-Tabella 3.

    Tabella 3. Żoni fejn ingħataw drittijiet tat-tħawwil ġodda biex tintlaħaq id-domanda għal nbejjed ta' kwalità u nbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika

    2000/2001– 2002/2003 | Nbejjed ta' kwalità (ettari) | Nbejjed tal-mejda bl-IĠ (ettari) | TOTAL (ettari) | % ta' nbejjed ta' kwalità |

    Il-Ġermanja | 471 | 0 | 471 | 100 |

    Il-Greċja | 362 | 736 | 1 098 | 33 |

    Spanja | 16 126 | 981 | 17 107 | 94 |

    Franza | 6 875 | 2 502 | 9 377 | 73 |

    L-Italja | 3 423 | 265 | 3 688 | 93 |

    Il-Lussemburgu | 0 | 0 | 0 | – |

    L-Awstrija | 0 | 0 | 0 | – |

    Il-Portugall | 2 456 | 585 | 3 041 | 81 |

    Total | 29 714 | 5 069 | 34 783 | 85 |

    Sors: Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri skond it-Tabella 2.2 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000. |

    Skond l-Att ta' l-Adeżjoni[5], ir-Repubblika Ċeka ngħatat 385,23 ettaru ta' drittijiet tat-tħawwil maħluqin ġodda għall-produzzjoni ta' nbejjed ta' kwalità psr li kellhom jiġu allokati lir-riżerva.

    Bl-istess Att ta' Adeżjoni, drittijiet tat-tħawwil maħluqin ġodda ġew allokati lil Malta għall-produzzjoni ta' nbejjed ta' kwalità psr sa żona totali mħawla għall-inbid ta' 1 000 ettaru. Dik il-parti ta' dawn id-drittijiet li ma ġietx użata sas-sena 2005/2006 kellha tiġi allokata lir-riżerva.

    3. TIBDILIET FIL-POTENZJAL TAL-PRODUZZJONI

    3.1. Drittijiet miżmuma mill-produtturi tat-tħawwil mill-ġdid

    L-ammont ta' tħawwil mill-ġdid miżmum mill-produtturi skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 jidhru fit-Tabella 4 u fil-Graf 1.

    Tabella 4. Drittijiet tat-tħawwil mill-ġdid li kellhom il-produtturi

    (ettari) | 2000/2001 | 2001/2002 | 2002/2003 | 2003/2004 | 2004/2005 | 2005/2006 |

    Ir-Repubblika Ċeka | MR | MR | MR | 0 | 154 | 192 |

    Il-Ġermanja | 3 900 | 4 235 | 4 184 | 4 366 | 4 436 | 4 285 |

    Il-Greċja | 2 376 | 2 376 | 560 | 1 682 | 1 206 | 987 |

    Spanja | 74 189 | 83 315 | 80 949 | 82 814 | 88 475 | 88 412 |

    Franza | 45 094 | 47 611 | 51 942 | 44 823 | 43 749 | 43 702 |

    L-Italja | 42 056 | 44 448 | 41 103 | 47 748 | 46 502 | 52 465 |

    Ċipru | MR | MR | MR | 467 | 596 | 596 |

    Il-Lussemburgu | 0 | 0 | 0 | 12 | 0 | 0 |

    L-Ungerija | MR | MR | MR | 12 509 | 13 525 | 14 266 |

    Malta | MR | MR | MR | 0 | 0 | 0 |

    L-Awstrija | 12 592 | 12 695 | 5 313 | 5 501 | 8 897 | 9 030 |

    Il-Portugall | 12 809 | 10 737 | 12 045 | 13 541 | 17 124 | 17 124 |

    Is-Slovenja | MR | MR | MR | 0 | 276 | 251 |

    Is-Slovakkja | MR | MR | MR | 0 | 500 | 500 |

    Subtotal UE 15 | 193 016 | 205 417 | 196 097 | 200 488 | 210 390 | 216 004 |

    Subtotal UE 10 | MR | MR | MR | 12 976 | 15 051 | 15 805 |

    Total | 193 016 | 205 417 | 196 097 | 213 463 | 225 441 | 231 809 |

    Sors: Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri skond it-Tabella 7.2 u fejn japplika, it-Tabella 7.1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000. |

    Grafika 1 Drittijiet tat-tħawwil mill-ġdid li kellhom il-produtturi (ettari, UE-15)

    [pic]

    3.2. Riżervi ta' drittijiet tat-tħawwil (jew “sistema mhux tar-riżerva”)

    Skond l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE)Nru 1493/1999, l-Istati Membri għandhom joħolqu riżerva nazzjonali, u/jew skond ma jkun il-każ kif ikun, riżervi reġjonali, ta' drittijiet ta' tħawwil. B'deroga, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimplimentawx is-sistema ta' riżerva sakemm ikunu jistgħu jġibu prova li teżisti sistema effettiva għat-tmexxija tad-drittijiet tat-tħawwil fit-territorju kollu tagħhom (ara l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999).

    It-Tabella 5 turi liema Stati Membri japplikaw sistema ta' riżerva u fuq liema livell.

    Tabella 5. Sistemi ta' riżerva

    Ir-riżerva nazzjonali | Riżervi reġjonali | ”Sistema mhux ta' riżerva” |

    Ir-Repubblika Ċeka | iva | le | le |

    Il-Ġermanja[6] | le | iva | iva |

    Il-Greċja | iva | le | le |

    Spanja | iva | iva | le |

    Franza | iva | le | le |

    L-Italja | le | iva | le |

    Ċipru | iva | le | le |

    Il-Lussemburgu | le | le | iva |

    L-Ungerija | le | le | iva |

    Malta | iva | le | le |

    L-Awstrija | iva | iva | le |

    Il-Portugall | iva | le | le |

    Is-Slovenja | iva | le | le |

    Is-Slovakkja | iva | le | le |

    Sors: Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri |

    L-Istati Membri ġodda kollha adottaw sistema ta' riżerva nazzjonali, minbarra l-Ungerija li għażlet is-“sistema effettiva”.

    It-Tabella 6 turi l-kwantità tad-drittijiet eżistenti tat-tħawwil fir-riżervi.

    Tabella 6. Drittijiet eżistenti tat-tħawwil fir-riżervi nazzjonali/reġjonali

    (ettari) | 2000/2001 | 2001/2002 | 2002/2003 | 2003/2004 | 2004/2005 | 2005/2006 |

    Ir-Repubblika Ċeka | MR | MR | MR | 385 | 385 | 263 |

    Il-Ġermanja | 65 | 200 | 178 | 165 | 207 | 235 |

    Il-Greċja | 0 | 0 | 0 | 4 161 | 3 129 | 555 |

    Spanja | 4 448 | 7 457 | 6 242 | 7 789 | 8 913 | 11 519 |

    Franza | 0 | MK | MK | 6 286 | 7 580 | 9 475 |

    L-Italja | 109 | 658 | 2 780 | 8 679 | 7 671 | 6 173 |

    Ċipru | MR | MR | MR | 2 000 | 1 998 | 1 998 |

    Il-Lussemburgu | MR | MR | MR | MR | MR | MR |

    L-Ungerija | MR | MR | MR | MR | MR | MR |

    Malta | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | MK |

    L-Awstrija | 50 | 50 | 7 745 | 7 396 | 7 756 | 7 965 |

    Il-Portugall | 206 | 206 | 208 | 590 | 590 | 606 |

    Is-Slovenja | MR | MR | MR | 5 609 | 4 249 | 4 148 |

    Is-Slovakkja | MR | MR | MR | 2 037 | 1 052 | 1 052 |

    Subtotal UE 15 | 4 878 | 8 571 | 17 153 | 35 066 | 35 846 | 36 528 |

    Subtotal UE 10 | MR | MR | MR | 10 031 | 7 684 | 7 460 |

    Total | 4 878 | 8 571 | 17 153 | 45 097 | 43 529 | 43 988 |

    Sors: Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri skond it-Tabella 7.2 u fejn japplika, it-Tabella 7.1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000. |

    Grafika 2 Drittijiet tat-tħawwil fir-riżerva (ettari, UE-15)

    [pic]

    Iċ-ċifri ppreżentati fit-Tabella 4 (drittijiet tat-tħawwil mill-ġdid li kellhom il-produtturi) u aktar u aktar dawk fit-Tabella 6 (drittijiet tat-tħawwil fir-riżerva) u t-Tabella 9 (total tad-drittijiet tat-tħawwil) juru xejra dejjem tiżdied ta' l-akkumulazzjoni tad-drittijiet tat-tħawwil. Dan jista' juri n-nuqqas ta' interess tal-produtturi li jħawwlu iżda wkoll il-limitazzjonijiet f'ċerti Stati Membri fl-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tat-tħawwil u tat-tħawwil mill-ġdid minħabba sitwazzjoni fis-suq mhux favorevoli. L-allokazzjoni tad-drittijiet tat-tħawwil maħluqin ġodda għar-riżervi tista' wkoll tkun raġuni għaż-żieda fid-drittijiet tat-tħawwil għalihom.

    3.3. Żoni mħawla bid-dwieli

    Tabella 7. Żoni mħawla bid-dwieli

    (ettari) | 2000/2001 | 2001/2002 | 2002/2003 | 2003/2004 | 2004/2005 | 2005/2006 |

    Ir-Repubblika Ċeka | MR | MR | MR | 19 262 | 19 107 | 19 081 |

    Il-Ġermanja | 104 211 | 103 527 | 103 122 | 102 714 | 102 483 | 102 432 |

    Il-Greċja | 77 589 | 77 589 | 80 794 | 64 778 | 66 284 | 66 682 |

    Spanja | 1 124 433 | 1 115 322 | 1 120 568 | 1 116 950 | 1 104 512 | 1 099 765 |

    Franza | 902 908 | 907 669 | 896 155 | 893 073 | 897 067 | 879 859 |

    L-Italja | 772 513 | 768 995 | 748 680 | 728 213 | 726 985 | 730 439 |

    Ċipru | MR | MR | MR | 16 811 | 15 047 | 13 068[7] |

    Il-Lussemburgu | 1 342 | 1 342 | 1 309 | 1 293 | 1 300 | 1 299 |

    L-Ungerija | MR | MR | MR | 87 017 | 86 000 | 85 260 |

    Malta | MR | MR | MR | 710 | 840 | 910 |

    L-Awstrija | 50 456 | 50 350 | 51 136 | 51 030 | 50 988 | 50 681 |

    Il-Portugall | 238 073 | 240 265 | 241 119 | 239 952 | 236 704 | 238 831 |

    Is-Slovenja | MR | MR | MR | 16 351 | 16 597 | 16 704 |

    Is-Slovakkja | MR | MR | MR | 21 047 | 21 531 | 21 531 |

    Subtotal UE 15 | 3 271 525 | 3 265 059 | 3 242 884 | 3 198 002 | 3 186 324 | 3 169 988 |

    Subtotal UE 10 | MR | MR | MR | 161 197 | 159 122 | 156 554 |

    Total | 3 271 525 | 3 265 059 | 3 242 884 | 3 359 199 | 3 345 446 | 3 326 542 |

    Sors: Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri skond it-Tabella 7.2 u fejn japplika, it-Tabella 7.1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000. |

    Iż-żoni mħawlin bid-dwieli ilhom jonqsu b'mod kostanti matul is-snin ikkunsidrati. Iż-żieda fiż-żoni totali tad-dwieli fl-UE matul l-2003/2004 tista' tiġi attribwita għat-tkabbir tal-Komunità iżda minn dak iż-żmien, ix-xejra għat-tnaqqis issoktat.

    Il-miżura għat-tindif taż-żoni tad-dwieli skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 tista' tikkontribwixxi għat-tnaqqis: ġie applikat fuq skala relattivament akbar fil-Ġermanja (1 514-il ettaru ġew imnaddfa bejn l-2000/2001 u l-2005/2006), fi Franza (15 340 ettaru mnaddfa bejn l-2000/2001 u l-2005/2006), f'Ċipru (1 979 ettaru mnaddfa fl-2004/2005) u fl-Ungerija (3 574 ettaru mnaddfa fl-2005/2006)[8].

    Barra minn dan, it-tnaqqis fiż-żona attwalment imħawla, kif ukoll iż-żieda tad-disponibilità għall-produtturi tad-drittijiet tat-tħawwil mill-ġdid jistgħu jiġu attribwiti parzjalment għaż-żieda fit-tindif fi ħdan l-iskema ta' ristrutturizzazzjoni u konverżjoni.

    Madankollu, it-tnaqqis fiż-żona attwalment imħawla huwa ogħla miż-żieda tad-drittijiet tat-tħawwil mill-ġdid, li juri li apparentement, żoni jiġu abbandunati għat-tindif mingħajr laġġu ( premium ) u mingħajr ma l-produtturi jistaqsu għad-dritt ta' tħawwil mill-ġdid, li huwa sinjal ieħor tas-sitwazzjoni sfavorevoli fis-suq fis-settur ta' l-inbid. Din is-suppożizzjoni tidher li hija kkonfermata wkoll mid-dejta dwar il-potenzjal għall-produzzjoni totali (ara t-Tabella 8).

    3.4. Il-potenzjal totali għall-produzzjoni

    It-Tabella 8 turi t-totalità tal-potenzjal għall-produzzjoni Komunitarja, inkluż iż-żoni attwalment imħawla u d-drittijiet kollha tat-tħawwil, kemm jekk miżmuma mill-produtturi jew attribwiti għal riżerva.

    Tabella 8. Potenzjal stmat ta' produzzjoni Komunitarja

    (ettari) | 2000/2001 | 2001/2002 | 2002/2003 | 2003/2004 | 2004/2005 | 2005/2006 |

    Ir-Repubblika Ċeka | MR | MR | MR | 19 647 | 19 647 | 19 647 |

    Il-Ġermanja | 108 419 | 108 065 | 107 578 | 107 332 | 107 158 | 106 976 |

    Il-Greċja | 80 016 | 80 016 | 81 354 | 71 718 | 71 302 | 71 243 |

    Spanja | 1 216 007 | 1 213 221 | 1 211 149 | 1 209 093 | 1 201 931 | 1 199 696 |

    Franza | 949 389 | 957 220 | 951 123 | 944 182 | 948 396 | 933 036 |

    L-Italja | 822 932 | 819 380 | 799 937 | 790 622 | 786 644 | 796 701 |

    Ċipru | MR | MR | MR | 19 278 | 17 641 | 15 6627 |

    Il-Lussemburgu | 1 342 | 1 342 | 1 309 | 1 305 | 1 300 | 1 299 |

    L-Ungerija | MR | MR | MR | 99 526 | 99 525 | 99 526 |

    Malta | MR | MR | MR | 1000 | 1000 | 1000 |

    L-Awstrija | 63 098 | 63 094 | 64 244 | 63 928 | 67 641 | 67 676 |

    Il-Portugall | 254 848 | 252 115 | 254 847 | 254 083 | 254 418 | 254 164 |

    Is-Slovenja | MR | MR | MR | 21 960 | 21 122 | 21 103 |

    Is-Slovakkja | MR | MR | MR | 23 084 | 23 083 | 23 083 |

    Subtotal UE 15 | 3 496 051 | 3 494 454 | 3 471 542 | 3 442 263 | 3 438 790 | 3 430 791 |

    Subtotal UE 10 | MR | MR | MR | 184 494 | 182 017 | 180 021 |

    Total | 3 496 051 | 3 494 454 | 3 471 542 | 3 626 757 | 3 620 807 | 3 610 812 |

    Sors: Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri skond it-Tabella 7.2 u fejn japplika, it-Tabella 7.1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000. |

    It-Tabella 8 turi tnaqqis żgħir fil-potenzjal tal-produzzjoni matul is-snin mill-2000 sa l-2006, it-tnejn f'dak li għandu x'jaqsam mat-total u fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri, għalkemm fil-każijiet ta' xi wħud minnhom, il-potenzjal għall-produzzjoni baqa' f'livell kostanti. Bħal fil-każ taż-żoni mħawla bid-dwieli, iż-żieda fil-potenzjal għall-produzzjoni fl-2003/2004 kienet minħabba t-tkabbir tal-Komunità fl-2004. Dan jagħti prova li s-sistema ta' riżervi għenet biex iżżomm il-potenzjal għall-produzzjoni fuq livell bejn wieħed u ieħor stabbli, billi żammet l-estinzjoni tad-drittijiet tat-tħawwil li ma ġewx attwalment użati.

    It-total tad-drittijiet tat-tħawwil fit-Tabella 9 jirrappreżenta t-total tad-drittijiet ġodda allokati għall-produtturi iżda li għadhom ma ġewx użati, drittijiet tat-tħawwil mill-ġdid li kellhom il-produtturi, drittijiet ġodda li qegħdin jistennew l-allokazzjoni għar-riżerva (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999) u drittijiet eżistenti fir-riżerva.

    Tabella 9. Total ta' drittijiet tat-tħawwil

    (ettari) | 2000/2001 | 2001/2002 | 2002/2003 | 2003/2004 | 2004/2005 | 2005/2006 |

    Ir-Repubblika Ċeka | MR | MR | MR | 385 | 540 | 566 |

    Il-Ġermanja | 4 208 | 4 538 | 4 456 | 4 619 | 4 675 | 4 543 |

    Il-Greċja | 2 427 | 2 427 | 560 | 6 941 | 5 018 | 4 562 |

    Spanja | 91 574 | 97 899 | 90 581 | 92 143 | 97 419 | 99 931 |

    Franza | 46481 | 49 551 | 54 968 | 51 109 | 51 329 | 53 177 |

    L-Italja | 50 419 | 50 385 | 51 257 | 62 410 | 59 659 | 66 262 |

    Ċipru | MR | MR | MR | 2 467 | 2 594 | 2 594 |

    Il-Lussemburgu | 0 | 0 | 0 | 12 | 0 | 0 |

    L-Ungerija | MR | MR | MR | 12 509 | 13 525 | 14 266 |

    Malta | MR | MR | MR | 290 | 160 | 90 |

    L-Awstrija | 12 642 | 12 745 | 13 108 | 12 897 | 16 653 | 16 995 |

    Il-Portugall | 16 775 | 11 850 | 13 728 | 14 131 | 17 714 | 15 333 |

    Is-Slovenja | MR | MR | MR | 5 609 | 4 524 | 4 399 |

    Is-Slovakkja | MR | MR | MR | 2 037 | 1 552 | 1 552 |

    Subtotal UE 15 | 224 526 | 229 395 | 228 658 | 244 261 | 252 466 | 260 803 |

    Subtotal UE 10 | MR | MR | MR | 23 297 | 22 895 | 23 467 |

    Total | 224 526 | 229 395 | 228 658 | 267 558 | 275 361 | 284 270 |

    Sors: Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri skond it-Tabella 7.2 u fejn japplika, it-Tabella 7.1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000. |

    Fuq is-suppożizzjoni ta' rendita Komunitarja medja ta' 53 ettolitru/ettaru[9], dan jikkorrispondi għal potenzjal ta' produzzjoni ta' madwar 15-il miljun ettolitru.

    4. IR-REGOLARIZZAZZJONI TA' TħAWWIL IRREGOLARI

    L-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jipprevedi l-possibilità ta' regolarizzazzjoni ta' dwieli mħawla b'kontravenzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja qabel l-1 ta' Settembru 1998. It-Tabella 10 tagħti ż-żoni li għalihom iddaħħlu applikazzjonijet għal regolarizzazzjoni.

    Tabella 10. Ir-regolarizzazzjoni ta' tħawwil irregolari

    (ettari) | Regolarizzat | Regolarizzazzjoni miċħuda | Fil-proċess ta' eżami | Total identifikat ta' tħawwil irregolari |

    Il-Ġermanja | 2 | 2 | 0 | 4 |

    Il-Greċja | 8 141 | 0 | 4 128 | 12 268 |

    Spanja | 43 470 | 11 079 | 540 | 55 088 |

    Franza | 270 | 173 | 0 | 444 |

    L-Italja | 753 | 6 | 51 846 | 52 604 |

    Il-Portugall | 60 | 0 | 39 | 100 |

    Total | 52 696 | 11 259 | 56 552 | 120 507 |

    Sors: Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri skond it-Tabella 1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000. |

    Il-Lussemburgu u l-Awstrija jiddikjaraw li ma rċevew l-ebda applikazzjoni għal regolarizzazzjoni. Fir-rigward ta' l-Istati Membri l-ġodda (l-UE 10) id-dispożizzjoni mhix rilevanti.

    L-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 talab li l-proċeduri ta' regolarizzazzjoni jintemmu sal-31 ta' Lulju 2002 iżda diversi Stati Membri ltaqgħu ma' diffikultà fl-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji. Bħala risposta għat-talbiet ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni ddeferixxiet id-data finali: skond l-emenda finali kkonċernata[10], il-possibilità ta' regolarizzazzjoni tintemm fil-31 ta' Diċembru 2007.

    [1] ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

    [2] COM(2004) 161 finali ta’ l-12.3.2004.

    [3] li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tal-potenzjal għall-produzzjoni (ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1).

    [4] COM(2006) 319 finali tat-22.6.2006.

    [5] Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika ta' Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-emendi għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea – Anness II: Il-lista msemmija fl-Artikolu 20 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni – 6. Agrikoltura – A. Leġiżlazzjoni dwar l-agrikoltura (ĠU 236, 23.9.2003, p. 346–380).

    [6] Il-Ġermanja għandha sistema mħallta Riżervi f'ċerti reġjuni u is-“sistema effettiva” f'oħrajn.

    [7] Id-dejta għal Ċipru għadha ma ġietx ikkomunikata għas-sena ta' l-inbid 2005/2006; Iċ-ċifra indikata għal din is-sena tirrappreżenta ż-żona bid-dwieli fis-sena ta' qabel minbarra ż-żona fejn saret it-tindif mill-għeruq.

    [8] Sors: Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri skond it-Tabella 3.1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000.

    [9] Rendita fil-medja ta' l-UE-25 matul dawn l-aħħar ħames snin.

    [10] Ir-Regolament (KE) Nru 1216/2005 (ĠU L 199, 27.9.2005, p. 32).

    Top