Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0911

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

/* KUMM/2006/0911 finali - COD 2006/0306 */

52006PC0911

Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni /* KUMM/2006/0911 finali - COD 2006/0306 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.12.2006

KUMM(2006) 911 finali

2006/0306 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva Nru 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

(preżentata mill-Kummissjoni)

2006/0306 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva Nru 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ fir-rigward ta s-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjon i (Test b’relevanza għall–EEA)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikoli 44 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE[3] tistipula li għandhom jiġu adottati ċerti miżuri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni[4].

(2) Id-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-użu fl-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni ta' firxa ġenerali bil-għan li jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi tħassar xi wħud minn dawk l-elementi jew billi tissupplimenta l-att biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali oħra.

(3) Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni[5] dwar id-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE, atti li huma diġà fis-seħħ għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. Id-dikjarazzjoni tindika lista ta' atti li għandhom ikunu aġġustati b'urġenza, inkluża d-Direttiva Nru 2003/71/KE.

(4) B'mod partikolari, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva Nru 2003/71/KE, sabiex din tkun tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tiżgura l-applikazzjoni uniformi tagħha. Peress illi dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali, huma maħsuba li jadattaw id-definizzjonijiet, li jelaboraw u jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2003/71/KE billi jiġu speċifikati fid-dettall il-forma u l-kontenut ta' prospett, jew li jistipulaw mezzi li permezz tagħhom għandha tkun disponibbli l-informazzjoni, dawn għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE.

(5) Id-Direttiva Nru 2003/71/KE tistipula restrizzjoni taż-żmien rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom dwar id-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li jiskrutinja l-implimentazzjoni ta' atti adottati taħt il-proċedura tal-kodeċiżjoni u li, b'hekk, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta' żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li ser jiżguraw li l-proposti mmirati li jħassru d-dispożizzjonijiet fl-atti li jistipulaw limitu ta' żmien fuq id-delega ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati kemm jista' jkun malajr. Wara d-dħul tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi restrizzjoni ta' żmien fid-Direttiva Nru 2003/71/KE għandha titħassar.

(6) Id-Direttiva Nru 2003/71/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif xieraq.

(7) Peress illi l-emendi li għandhom isiru fid-Direttiva Nru 2003/71/KE huma aġġustament ta' natura teknika li jikkonċernaw biss il-proċedura ta' kumitat, dawn ma jeħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, mhux neċessarju li jkunu inklużi dispożizzjonijiet f'dan is-sens.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva Nru 2003/71/KE qiegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikoli 2(4), 4(3), 5(5), 7(1), 8(4), 10(4), 11(3), 13(7), 14(8) u 15(7) huma emendati kif ġej:

(a) il-kliem "skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 24(2)" jitħassru;

(b) għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(2a)."

2. L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a) jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

”2a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE, filwaqt li jittieħed kont tad-diżpożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha."

(b) il-paragrafi 3 u 4 jitħassru.

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fi jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU , , p. .

[2] ĠU C , , p. .

[3] ĠU l 345, 31.12.2003, p. 64.

[4] ĠU L184, 17.7.1999, p.23 . Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11).

[5] ĠU C255, 21.10.2006, p. 1

Top