Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0647

    Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li mill-1 ta’ Jannar 2007 jadatta l-iskala ta’ rimborż applikabbli għall-missjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fil-Bulgarija u r-Rumanija

    /* KUMM/2006/0647 finali */

    52006PC0647

    Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li mill-1 ta’ Jannar 2007 jadatta l-iskala ta’ rimborż applikabbli għall-missjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fil-Bulgarija u r-Rumanija /* KUMM/2006/0647 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 31.10.2006

    KUMM(2006)647 finali

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

    li mill-1 ta’ Jannar 2007 jadatta l-iskala ta’ rimborż applikabbli għall-missjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fil-Bulgarija u r-Rumanija

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Bi qbil ma’ l-Artikolu 71 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej għandhom dritt għal rimborż ta' l-ispejjeż li jkunu batew matul jew in konnessjoni mal-qadi ta' dmirijiethom, jew li jkunu relatati ma' dan. |

    120 | Kuntest ġenerali L-ammonti ta’ rimborż ta’ l-ispejjeż ta’ missjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija ġew stabbiliti skond il-kundizzjonijiet applikabbli għal pajjiżi terzi; ilhom ma jiġu aġġustati mill-2001; l-iskala ta’ rimborż ekwivalenti għall-25 Stat Membru eżistenti ta’ l-Unjoni Ewropea ġiet aġġustata fl-2006. Barra minn hekk, l-ammonti għaż-żewġ pajjiżi kkonċernati ġew stabbiliti skond metodi ta’ kalkolu differenti minn dawk użati għall-aġġustament ta' l-2006. |

    130 | Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta L-Artikolu 13 ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jistpula r-regoli dwar ir-rimborż ta’ l-ispejjeż li jintefqu f’missjonijiet fl-Istati Membri, jippreskrivi reviżjoni regolari ta’ l-ammonti kkonċernati. |

    141 | Koerenza mal-linji ta’ politika u l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. |

    KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U ANALIżI TA’ L-IMPATT |

    Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati |

    211 | Metodi ta’ konsultazzjoni użati, setturi prinċipali milquta u profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skond il-proċeduri fis-seħħ. |

    212 | Sinteżi tat-tweġibiet mogħtija u tal-mod kif dawn kienu kkunsidrati Il-proposta tieħu qies ta’ l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. |

    Kisba u użu ta’ għarfien espert |

    229 | Ma kienx meħtieġ għarfien espert estern. |

    230 | Analiżi ta’ l-impatt - Il-proposta timmira li tadatta l-allowance ta’ kuljum ta’ missjoni u l-limitu għal-lukanda skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. - Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. |

    ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

    305 | Sommarju tal-miżuri proposti Peress illi l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija probabbli sseħħ fl-1 ta’ Jannar 2007, ir-rimborż lill-uffiċjali u l-aġenti l-oħra ta’ l-ispejjeż marbuta ma' missjonijiet f'dawn il-pajjiżi ser ikun, minn dik id-data 'l quddiem, suġġett għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 13 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal. Wara l-aġġustament li sar fl-2006 għall-Istati Membri eżistenti, ir-rati għal dawn iż-żewġ pajjiżi għandhom jiġu aġġustati wkoll biex jirriflettu l-prezzijiet mill-2001 'il hawn u jevitaw kull diskrepanza bejn il-metodi użati biex jiġu ddeterminati l-allowances għall-missjonijiet f'dawn iż-żewġ pajjiżi u dawk użati fl-Istati Membri eżistenti. |

    310 | Bażi legali Il-bażi legali hija l-Artikolu 13 ta’ l-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal. |

    329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

    Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hi konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

    331 | - L-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal jistipula li, biex tiġi aġġustata l-iskala ta’ rimborż, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni. |

    332 | - Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament stipulat fir-Regolamenti tal-Persunal. |

    Għażla ta’ l-istrumenti |

    341 | Strument(i) propost(i): regolament. |

    342 | Strumenti oħrajn ma kienux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - L-Artikolu 13 ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Personal jippreskrivi Regolament tal-Kunsill. |

    IMPATT BAġITARJU |

    401 | L-impatt fuq l-ispejjez amministrattivi ta’ l-adattament ta’ l-iskala ta’ rimborżi għall-missjonijiet hu indikat b’mod dettaljat fid-dikjarazzjoni finanzjarja li tinsab fl-Anness (tnaqqis ta’ l-allowance ta’ kuljum ta’ medja ta’ 15% li timplika tnaqqis ta’ l-ispejjeż annwali ta’ €0.08M għall-istituzzjonijiet kollha, li minnhom €0.06M għall-Kummissjoni). |

    1. Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

    li mill-1 ta’ Jannar 2007 jadatta l-iskala ta’ rimborż applikabbli għall-missjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fil-Bulgarija u r-Rumanija[1]

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti tad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta' uffiċjali oħrajn, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[2] u emendati l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru...[3], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 ta’ l-Anness VII ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Peress li l-Bulgarija u r-Rumanija ser jissieħbu fl-1 ta’ Jannar 2007, ir-rimborż lill-uffiċjali u l-aġenti l-oħra ta’ l-ispejjeż marbuta ma' missjonijiet f'dawn il-pajjiżi ser ikun, minn dik id-data 'l quddiem, suġġett għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 13 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-iskala ta’ rimborż għall-missjonijiet li jidhru fl-Artikolu 13(2), ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal qiegħda tiġi sostitwita bit-tabella segwenti.

    [pic]

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjail ta' l-Unjoni Ewropea .

    Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Mill-Kunsill

    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

    Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li mill-1 ta’ Jannar 2007 jadatta l-iskala ta’ rimborż applikabbli għall-missjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fil-Bulgarija u r-Rumanija.

    2. QAFAS ABM/ABB ( ACTIVITY-BASED MANAGEMENT/ACTIVITY-BASED BUDGETING )

    Oqsma ta’ politika li għandhom x’jaqsmu u attivitajiet assoċjati magħhom:

    Potenzjalment l-oqsma u l-attivitajiet kollha huma kkonċernati..

    3. LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ assistenza teknika u amministrattiva (ex-linji B.A.)), fosthom l-intestaturi:

    Spejjeż tal-Kummissjoni | XX.010211 (Pakkett globali) |

    XX.0104yy, għall-XX u yy applikabbli |

    XX.010503 (Riċerka), għall-XX applikabbli |

    24.010600 (OLAF) |

    25.010203 (Konsulenzi speċjali) |

    25.010213 (Kummissarji) |

    25.010901 (OPOCE) |

    26.012x00 (Uffiċċji amministrattivi), għall-x applikabbli |

    26.015002 (ADMIN – parteċipazzjoni għall-ġuriji) |

    26.015006 (ADMIN – uffiċjali għad-dispożizzjoni u apprendistati) |

    06.xxxxxx (linji xxxxxx li jappoġġjaw l-ispejjeż ta’ missjoni ta’ l-ispetturi nukleari) |

    11.xxxxxx (idem spetturi tas-sajd) |

    17.xxxxxx (idem spetturi veterinarji u fitosanitarji) |

    Spejjeż ta’ l-istituzzjonijiet l-oħra: | Artikolu 130 (PE, CNS, CdJ, CdC…) |

    Artikolu 104 (Membri CdJ, CdC) |

    3.2. Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

    Indefinit

    3.3. Karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk ikun hemm bżonn):

    Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Parteċipazzjoni AELE | Parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati | Volum PF |

    Ara l-punt 3.1 | DNO | CND[4] | LE | LE | LE | Nru [5] |

    4. ĠABRA FIL-QOSOR TAR-RIŻORSI

    4.1. Riżorsi finanzjarji

    4.1.1. Ġabra fil-qosor ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlas (AĦ)

    miljuni ta’ EUR (sat-3 punt deċimali)

    Tip ta’ nefqa | Sezzjoni Nru | Sena n | n +1 | n + 2 | n +3 | n +4 | n + 5 u wara | Total |

    Spejjeż operattivi[5]: Mhux applikabbli |

    Spejjeż amministrattivi inklużi fl-ammont ta’ referenza[6]: Mhux applikabbli |

    AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA: Mhux applikabbli |

    Spejjeż amministrattivi li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza[7]. |

    Riżorsi umani u spejjeż assoċjati (Mhux obbligatorji) | 8.2.5 | d |

    Nefqa amministrattiva, għajr riżorsi umani u nfiq relatat, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (Mhux obbligatorju)[8] | 8.2.6 | e | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | n.d. |

    Total indikattiv tan-nefqa ta’ l-azzjoni

    TOTAL AI inkluża n-nefqa fuq ir-riżorsi umani | a+c+d+e | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | n.d. |

    TOTAL AĦ inkluża n-nefqa fuq ir-riżorsi umani | b+c+d+e | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | n.d. |

    Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi tal-Kummissjoni ser ikunu koperti mill-allokazzjoni mogħtija lid-Direttorat Ġenerali ta’ tmexxija fil-qafas tal-proċedura ta’ allokazzjoni annwali.

    Dettalji tal-kofinanzjament

    Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), jeħtieġ li tingħata stima ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (tista’ żżid aktar linji jekk ikun meħtieġ jekk taħseb li se jkun hemm entitajiet differenti li jidħlu fil-kofinanzjament

    4.1.2. Kompatibbiltà ma’ l-ipprogrammar finanzjarju

    X Il-proposta hi kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    ( Din il-proposta se tkun tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettivi finanzjarji.

    ( Din il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[9] (i.e. l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji).

    4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-dħul

    X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

    ( Impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

    Nota: kull dettall u osservazzjoni dwar il-metodu kif jinħadem l-effett fuq id-dħul għandhom jitniżżlu f’anness separat.

    4.2. Riżorsi Umani ETP (jinkludu uffiċjali, persunal temporanju u estern) - ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

    5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    Fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għandu jkun hemm dettalji tal-kuntest tal-proposta. Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni kumplimentari speċifika li ġejja:

    5.1. Twettiq meħtieġ fuq perjodu qasir jew twil

    Obbligu statutorju

    5.2. Valur-miżjud ta’ l-intervent tal-Komunità, kompatibbiltà tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

    Mhux applikabbli

    5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ ġestjoni skond l-attivitajiet (ABM)

    Mhux applikabbli

    5.4. Metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv)

    Hawn taħt uri l-metodu/i[10] magħżul/a biex l-azzjoni tiġi implimentata.

    ( Ġestjoni ċentralizzata

    X direttament mill-Kummissjoni: PMO

    - ( indirettament b’delega lil:

    - ( aġenziji eżekuttivi,

    - ( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

    - ( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku.

    ( Ġestjoni mqassma jew deċentralizzata

    - ( ma’ Stati Membri

    - ( ma’ pajjiżi terzi

    ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

    Kummenti:

    6. KONTROLL U EVALWAZZJONI

    6.1. Sistema ta’ kontroll

    Mhux applikabbli

    6.2. Evalwazzjoni

    6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

    Mhux applikabbli

    6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (lezzjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat)

    Mhux applikabbli

    6.2.3. Kundizzjonijiet u frekwenza ta’ l-evalwazzjonijiet fil-futur

    Evalwazzjoni kull sentejn.

    7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

    Mhux applikabbli

    8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. Għanijiet tal-proposta skond l-ispejjeż involuti: Mhux applikabbli

    8.2. Spejjeż amministrattivi

    8.2.1. Numru u tip ta’ riżorsi umani: Mhux applikabbli

    8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li joħorġu mill-azzjoni

    8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

    (Fejn jissemma' aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ postijiet li joriġinaw minn kull sors)

    - ( Postijiet li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jittawlu

    - ( Postijiet allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju SPA/PDB għas-sena n

    - ( Postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura SPA/PDB li jmiss

    - ( Postijiet li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizzi ta’ tmexxija (trasferimenti interni)

    - ( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux imbassra fl-eżerċizzju SPA/PDB tas-sena msemmija

    8.2.4. Spejjeż amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż tal-ġestjoni amministrattiva)

    8.2.5. Nefqa fuq riżorsi umani u nfiq assoċjat li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

    Kalkolu - Uffiċjali u aġenti temporanji

    Jekk ikun meħtieġ, għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1

    Kalkolu - Persunal iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 02

    Jekk ikun meħtieġ, għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1

    8.2.6. Spejjeż amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    miljuni ta’ EUR (sat-3 punt deċimali)

    Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 - Missjonijiet[11] | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | - 0.08 (- 0,06) | n.d. |

    XX 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi |

    XX 01 02 11 03 –Kumitati[12] |

    XX 01 02 11 04 - Studji u konsultazzjonijiet |

    XX 01 02 11 05 - Sistemi ta’ informazzjoni |

    2. Total ta’ l-ispejjeż l-oħra ta’ tmexxija (XX 01 02 11) |

    3. Spejjeż oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

    Total ta’ l-ispejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) |

    Kalkolu - Spejjeż amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    Il-proposta għal Regolament tikkonċerna żewġ elementi ta’ ħlas lura ta’ l-ispejjeż tal-missjoni: (1) il-limiti għal-lukandi, u (2) l- allowances ta’ kuljum,

    Rigward l-ispejjeż tal-lukanda, il-proposta taġġusta l-limiti b’mod li, għall-Bulgarija u r-Rumanija, 90% ta’ l-ammonti attwali tal-kontijiet tal-lukandi rimborżati lill-uffiċjali ta’ l-UE bejn l-1 ta’ April 2005 u t-30 ta’ Marzu 2006 ikunu inqas mil-limiti. B’dan il-metodu, huma 10% biss tal-missjonijiet ikunu jinħtieġu deroga fuq l-eċċess tal-limiti fuq l-ispejjeż tal-lukanda. Il-metodu użat biex jiġu ddeterminati l-limiti huwa dak fis-seħħ għal missjonijiet li jsiru fi Stati Membri oħra ta’ l-UE. L-emenda tal-limiti fuq l-akkomodazzjoni maħsuba ma ħalliet l-ebda impatt baġitarju annwali peress li l-limiti proposti jissejsu fuq l-ispejjeż magħmula effettivament.

    Rigward ir-rimborż ta’ kuljum, il-proposta tistabbilixxi l-ammont pagabbli billi tittieħed l- allowance ta’ kuljum għall-Belġju (li hija ta’ €92) u magħha jiġu applikati l-koeffiċjenti korrettivi (eskluża l-akkomodazzjoni) applikabbli għall-Bulgarija u r-Rumanija. Dan il-metodu huwa identiku għal dak użat biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ rimborż ta’ kuljum fil-25 Stat Membru.

    Il-proposta ta’ adattament tar-rimborż ta’ kuljum twassal għal tnaqqis medju ta’ dawn l-ispejjeż ta’ 15%, li jimplika tnaqqis fl-ispejjeż annwali għall-istituzzjonijiet kollha ta’ €0.08M, li minnhom €0.06M għall-Kummissjoni.

    [1] Il-proposta preżenti hija bbażata fuq l-ipotesi ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007. F’każ ta’ evoluzzjoni ta’ din l-ipotesi, il-proposta tiġi modifikata kif xieraq.

    [2] ĠU L 56 ta' l-4.3.1968, p. 1

    [3] ĠU ... ta' ...., p.1

    [4] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati minn issa ‘l quddiem msejjħa AMD

    [5] Spejjeż li ma jagħmlux parti mill-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

    [6] Nefqa fi ħdan l-artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [7] Nefqa rilevanti tal-Kapitolu xx 01 għajr l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [8] L-ammont fil-parentesi jikkorrispondi ma’ l-impatt baġitarju tar-riforma għall-Kummissjoni biss.

    [9] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [10] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi aktar dettalji fit-taqsima “Kummenti” f’dan il-punt.

    [11] L-ammont fil-parentesi jikkorrispondi ma’ l-impatt baġitarju tar-riforma għall-Kummissjoni biss.

    [12] Speċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li jkun jagħmel parti minnu.

    Top