This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0469
Proposal for a Council Decision regarding the position to be taken by the Community within the International Tropical Timber Council on the extension of the International Agreement on Tropical Timber, 1994
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali, 1994
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali, 1994
/* KUMM/2006/0469 finali - ACC 2006/0160 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 29.8.2006 KUMM(2006) 469 finali 2006/0160 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL rigward il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali, 1994 (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali ta’ l-1994 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1996. Dan jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2006, wara żewġ perjodi ta’ estensjoni. F’Jannar 2006 ġie negozjat b’suċċess u konkluż fi ħdan il-UNCTAD Ftehim suċċessur tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali ta’ l-1994. Fl-erbgħin sessjoni tal-Kunsill Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali, miżmuma bejn d-29 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju 2006 f’ Mérida (il-Messiku), saret proposta taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 46 tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali ta’ l-1994 sabiex il-Ftehim jiġi estiż sa meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim suċċessur ta’ l-2006. Taħt il-bażi legali, id-deċiżjoni proposta ma teffettwax il-kontribuzzjoni tal-Komunità Ewropea għall-baġit amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali (ITTO), li għadha żero. L-iskop ta’ din il-proposta huwa li l-Komunità tiġi awtorizzata tivvota favur l-estensjoni tal-Ftehim. Il-Kummissjoni għalhekk tissuġġerixxi li l-Kunsill jadotta d-deċiżjoni annessa. 2006/0160 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL rigward il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali, 1994 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: (1) Il-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali ta’ l-1994 ġie ffirmat u applikat proviżorjament mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/493/KE[2]. (2) F’Jannar 2006 ġie negozjat b’suċċess u konkluż fi ħdan il-UNCTAD Ftehim suċċessur tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali ta’ l-1994. (3) Il-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali ta’ l-1994 jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2006 sakemm, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 46(3), ma jiġix estiż lilhinn minn dik id-data b’deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali sa meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim suċċessur. (4) L-estensjoni ta’ dak il-Ftehim hija fl-interess tal-Komunità. (5) Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali għandha tiġi determinata, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali Tropikali għandha tkun vot favur l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali, 1994, sa meta jidħol fis-seħħ b’mod proviżorju jew definittiv il-Ftehim suċċessur ta’ l-2006. Magħmula fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU Cxxx p.xx [2] ĠU L 208, tas-17.08.1996, p.1