This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0306
Proposal for a Council Decision on the signing, on behalf of the European Community, of the Southern Indian Ocean Fisheries Agreement
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan
/* KUMM/2006/0306 finali */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan /* KUMM/2006/0306 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 14.6.2006 KUMM(2006) 306 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Fis-sena 2000, l-istati tas-sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan, flimkien mal-FAO ħadu l-inizjattiva li jniedu l-proċess ta' twaqqif ta' organizzazzjoni reġjonali ġdida dwar is-sajd (il-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan). F'Novembru tas-sena 2000, il-Kummissjoni ngħatat mandat mill-Kunsill sabiex tieħu sehem fin-negozjati għal dan il-Ftehim f'isem il-Komunità. Fil-ħames konferenza Intergovernattiva, li seħħet f'Mombassa, il-Kenja, f'April 2005, il-partijiet interessati waslu għal ftehim tentattiv dwar l-abbozz. Minn dakinhar 'l hawn, it-test għadda minn reviżjoni minn grupp editorjali. It-test aħħari għandu jitlesta matul l-ewwel nofs ta' l-2006 u mbagħad se jkun miftuħ għall-firma f'Konferenza Diplomatika fi żmien qasir. Il-Komunità Ewropea għandha interessi marbuta mas-sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan, u hija wkoll Stat Kostali f'isem il-Gżira ta' Reunion. Il-Komunità għalhekk hija obbligata, taħt it-termini tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, li timxi id f'id mal-partijiet interessati l-oħra fil-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi tar-reġjun. Il-Komunità mill-bidu ħadet sehem f'dan il-proċess, fejn kellha sehem attiv u rwol kostruttiv. Ippresjediet il-konferenza Intergovernattiva mill-2004 u kellha rwkol attiv fl-abbozzar tal-Ftehim. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: (1) Il-Komunità għandha l-kompetenza li tadotta miżuri għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u li tidħol fi ftehimiet ma' pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. (2) Il-Komunità hija Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li teħtieġ lill-membri kollha tal-komunità internazzjonali li jikkooperaw fil-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. (3) Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha ffirmaw il-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta’ l-10 ta' Diċembru 1982 marbuta mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokks Komuni ta' Ħut u Stokks ta' Ħut b' Tendenza Kbira li Jpassi. (4) Il-Ħames konferenza intergovernattiva ta' Partijiet interessati fil-Ftehim ġejjieni dwar is-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan ressqat abboz ta' Ftehim. (5) Il-Komunità tistad għall-ħut fiż-Żona rilevanti u huwa fl-interess tal-Komunità li jkollha rwol effettiv fl-implimentazzjoni tal-Ftehim. Kien hemm bżonn, għalhekk, li dan it-test jinżamm. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-iffirmar tal-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim hawn imsemmi. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni tiegħu. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU C [...], [...], p. [...].