This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0083
Amended proposal for a European Parliament and Council Regulation on the law applicable to non contractual obligations (“Rome II”) (presented by the Commission pursuant to Article 250 (2) of the EC Treaty)
Proposta emendata ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali ("Ruma II") (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)
Proposta emendata ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali ("Ruma II") (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)
/* KUMM/2006/0083 finali - COD 2003/0168 */
Proposta emendata ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali ("Ruma II") (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) /* KUMM/2006/0083 finali - COD 2003/0168 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.02.2006 KUMM(2006) 83 finali 2003/0168 (COD) Proposta emendata ta’ REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR IL-LIĠI APPLIKABBLI GĦALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI ("RUMA II") (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. SFOND TAL-PROĊEDURA Il-proposta[1] ġiet adottata mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Lulju 2003 u mgħoddija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess data. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Lulju 2004[2]. Il-Parlament Ewropew, imlaqqa’ f’sessjoni plenarja, adotta 54 emenda ma’ l-ewwel qari fis-6 ta’ Lulju 2005[3]. 2. GĦAN TAL-PROPOSTA EMENDATA Il-proposta emendata tadatta l-proposta oriġinali ta’ Regolament dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali sabiex ikunu kkunsidrati ċertu numru ta’ emendi vvutati mill-Parlament, filwaqt li jiġu kkunsidrati wkoll ir-riżultati tal-ħidmiet tal-Kunsill. 3. OPINJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-EMENDI ADOTTATI MILL-PARLAMENT 3.1 L-emendi aċċettati bis-sħiħ mill-Kummissjoni L-emendi 2, 12, 17, 19, 22, 24, 35, 38, 39, 40, 44, 45, 48, 51, 52 u 53 jistgħu jiġu aċċettati hekk kif inhuma ppreżentati mill-Parlament, billi dawn l-emendi jintroduċu ċertu numru ta’ titjib kemm dwar iċ-ċarezza tat-test kif ukoll dwar ċerti kwistjonijiet ta’ dettall, jew ta’ żidiet li jistgħu jkunu utli għall-attwazzjoni tal-proposta inizjali 3.2 L-emendi aċċettati mill-Kummissjoni fis-sustanza, suġġetti għal riformulazzjoni L-emendi 1, 5, 18, 20, 21, 23, 25, 28, 34, 36, 37, 46 u 49 jistgħu jiġu aċċettati fil-prinċipju, iżda huma suġġetti għal riformulazzjoni. L- emenda 1 tirreferi għar-regolament “Ruma I”. Madankollu, qabel ma’ din tiġi adottata, jaqbel li ssir referenza għall-istrument Komunitarju futur li se jissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Ruma ta’ l-1980. L- emenda 5 għandha skop li tippreċiża li l-obbligi mhux kuntrattwali bbażati fuq sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva kif ukoll il-kompetenza tat-tort jidħlu fil-qasam ta’ applikazzjoni tar-regolament. Jekk il-Kummissjoni taċċetta din l-analiżi, hija tippreferi li tlaqqa’ l-ispjegazzjonijiet kollha fir-rigward tal-qasam ta’ applikazzjoni tar-regolament fi premessa waħda, f’dan il-każ il-premessa 5, mingħajr għalhekk ripetizzjoni tad-domandi li kienu diġà msemmija b’mod espliċitu fl-Artikolu 12 li għandu x’jaqsam mal-liġi applikabbli. L- emenda 18 għandha skop li tippreċiża li l-arrikkiment inġust u l-azzjonijiet li saru mingħajr mandat għandhom jikkwalifikaw bħala obbligi mhux kuntrattwali skond ir-Regolament. Il-Kummissjoni taqbel ma’ din l-analiżi. Madankollu, biex ma jittaqqalx it-test, hija tixtieq tiġbor l-ispjegazzjonijiet kollha dwar il-qasam ta’ applikazzjoni tar-Regolament fi premessa waħda. Fuq kollox, hija tħoss li jkun aħjar li tfakkar li l-kunċetti ġuridiċi użati fl-istrumenti “Brussell I”, “Ruma II” u l-Konvenzjoni ta’ Ruma ta’ l-1980 – jew l-istrument Komunitarju li se jissostitwiha -, iridu jkunu suġġetti għal interpretazzjoni awtonoma u koerenti mill-Qorti tal-Ġustizzja, aktar milli tipprovdi lista twila ta’ spjegazzjonijiet minnhom infushom inkompleti. Barra minn hekk, din l-emenda għandha skop li teskludi mill-qasam ta’ applikazzjoni r-responsabbiltà ta’ l-Istat fl-eżerċizzju tal-poter pubbliku. Il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda skond il-merti, iżda tippreferi l-abbozzar aċċettat komunement fil-konvenzjonijiet internazzjonali. L- emenda 20 għandha skop li teskludi mill-qasam ta’ applikazzjoni tar-Regolament l-obbligi mhux kuntrattwali li huma oġġetti ta’ regolamentazzjoni speċifika fil-qafas tal-liġi tal-kumpaniji jew tad-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal entitajiet legali oħrajn, bħall-assoċjazzjonijiet. Il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda skond il-merti, iżda tipproponi abbozzar aktar sempliċi. L- emenda 21 tippreċiża l-esklużjoni ta’ l-obbligi mhux kuntrattwali li bdew fil-qafas ta’ fond. Jekk il-Kummissjoni taċċetta l-emenda skond il-merti, hija għażlet li żżomm l-abbozzar miżmum fil-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1 ta’ Lulju 1985. L- emenda 23 tippreċiża l-esklużjoni tar-responsabbiltà ta’ l-Istat, notevolment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti atti kommessi mill-aġenti pubbliċi kkummissjonati uffiċjalment. Jekk il-Kummissjoni tista’ taċċetta s-soluzzjoni proposta skond il-merti, hija tikkunsidra li din il-modifika hija żejda ma’ dik ta’ l-emenda 18. L- emenda 25 għandha skop li tintroduċi l-possibbiltà għal ċerti partijiet li diġà għandhom relazzjonijiet kuntrattwali biex jagħżlu l-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali tagħhom qabel ma jseħħ tad-dannu. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-prinċipju ta’ għażla ex ante u taqbel ma’ l-analiżi li din l-għażla trid tkun imdawra b’kundizzjonijiet stretti biex iħarsu, notevolment, il-partijiet dgħajfa. Madankollu, huwa importanti li l-kundizzjonijiet ta’ din l-għażla jkunu mfissra f’termini sempliċi u ċari. Fil-fatt, meta jkun hemm termini mhux biżżejjed preċiżi fuq il-livell ġuridiku, il-partijiet jistgħu jitħeġġu għal-litigazzjoni, li ttaqqal il-proċedura f’termini ta’ dewmien u ta’ spejjeż u tmur kontra l-għan mixtieq mir-Regolament. L-abbozzar propost mill-Kummissjoni jippermetti, minn naħa, li l-konsumaturi u l-impjegati b’salarju jitħarsu minn għażla temerarja u eskluża, u minn naħa oħra, il-possibbiltà li tali għażla tidher f’kuntratt ta’ adeżjoni. Il-prinċipju ta’ l- emendi 28 u 34 , li jimmodifikaw l-istruttura kif ukoll it-titoli tas-sezzjonijiet sabiex issir distinzjoni aħjar tar-regola ġenerali mir-regoli speċjali għal ċerti kategoriji ta’ delitti, jista’ jiġi aċċettat mill-Kummissjoni. Sabiex jiġu kkunsidrati r-riżultati tal-ħidmiet tal-Kunsill u tad-differenzi li huma karatteristiċi tas-sistemi ġuridiċi ta’ l-Istati Membri, il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi distinzjoni supplementari bejn ir-regoli speċjali applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ delitti u r-regoli proprji għall-arrikkiment inġust u għall-azzjonijiet li saru mingħajr mandat. L- emendi 36 u 37 jissostitwixxu r-regola unika ta’ l-Artikolu 9 tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni, applikabbli għall-kważi-kuntratti kollha, minn żewġ regoli speċifiċi, waħda applikabbli għall-arrikkiment inġust, l-oħra għall-azzjonijiet li saru mingħajr mandat. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta din id-divrenzja supplementari. Fil-proposta emendata tagħha, hija madankollu tikkunsidra wkoll ċertu titjib ta’ ordni teknika tat-test li huwa riżultat tal-ħidmiet tal-Kunsill. L- emenda 46 għandha skop li tiċċara r-regola dwar l-azzjoni diretta kontra l-aġent ta’ l-assigurazzjoni tal-persuna responsabbli mingħajr ma fil-fatt tibdilha. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-prinċipju ta’ abbozzar modifikat bil-ħsieb li jiffaċilita l-fehim tajjeb tar-regola. Madankollu, hija tippreferi l-abbozzar li jirriżulta mill-ħidmiet tal-Kunsill, li għandu l-istess għan. L- emenda 49 għandha skop li tippreċiża l-post ta’ residenza normali ta’ individwu li jaħdem mid-dar. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-prinċipju ta’ tali spjegazzjoni, iżda tippreferi abbozzar aktar qrib ta’ dak li joħroġ b’riżultat tal-ħidmiet tal-Kunsill, li jistieden lill-imħallef biex jagħżel il-post reali ta’ l-eżerċizzju ta’ attività minflok l-indirizz uffiċjali li jista’ jkun purament fittizju. 3.3 L-emendi aċċettati parzjalment mill-Kummissjoni L - emenda 3 għandha skop li tadatta l-premessa 7 tal-proposta inizjali għall-modifiki introdotti mill-emenda 26, relatata mar-regola ġenerali ta’ l-Artikolu 3. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tkunx tista’ taċċetta ħlief parzjalment l-emenda 26, hija xorta trid tirrifjuta l-modifiki korrispondenti tal-premessa. Għal dik li hija l-aħħar frażi ta’ din l-emenda, li tfakkar il-bżonn li jiġu rispettati l-intenzjonijiet tal-partijiet, din l-idea tidher fil-premessa 8 tal-proposta emendata tal-Kummissjoni. L- emenda 14 dwar ir-regoli ta’ sikurezza u ta’ mġieba fis-seħħ fil-pajjiż fejn jinħoloq id-dannu, għandha għan doppju: minn naħa waħda, dan huwa li jerġa’ jenfasizza, permezz taż-żjieda tal-kliem “ kemm jista’ jkun li dan ikun adattat ”, li l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli tiddependi fuq il-poter sovran diskrezzjonali ta’ l-imħallef u, minn naħa oħra, li jeskludi l-possibbiltà fir-rigward ta’ malafama u ta’ konkorrenza żleali. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-ispjegazzjoni proposta għall-ewwel frażi ta’ din il-premessa. Minn naħa l-oħra, ir-rapport tal-Parlament Ewropew m’għandu l-ebda ġustifikazzjoni ta’ l-esklużjoni ta’ din ir-regola fil-qasam ta’ malafama u ta’ konkorrenza żleali. Il-Kummissjoni taħseb, b’riżultat ta’ dan, li m’hemmx raġuni għaliex l-awturi ta’ dawn iż-żewġ kategoriji ta’ delitti għandhom jiċċaħħdu mill-protezzjoni li din ir-regola tipprovdilhom. L- emenda 26 dwar ir-regola ġenerali ta’ l-Artikolu 3 tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni tista’ tiġi aċċettata f’dak li għandu x’jaqsam mat-titjib stilistiku introdott fil-paragrafu 1, li għalhekk jikkonferma r-regola proposta mill-Kummissjoni. Minn naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-modifiki introdotti fil-paragrafi 2 u 3. Il-paragrafu 2 jintroduċi regola speċifika fil-qasam ta’ inċidenti tat-traffiku, li, minn naħa waħda, tissottometti l-obbligi mhux kuntrattwali taħt żewġ liġijiet distinti, u minn naħa l-oħra, l-ammont tad-danni. Jekk il-Kummissjoni hija konxja ta’ l-isforzi tal-Parlament biex isib soluzzjoni ġusta għan-numru kbir ta’ vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku, tali soluzzjoni, li titbiegħed notevolment mil-liġi sostantiva fis-seħħ fl-Istati Membri, ma tiġix adottata mingħajr analiżi dettaljata preliminari. Huwa għalhekk li ġie propost li tiġi studjata aktar fid-dettall din il-kwistjoni fil-qafas tar-rapport ta’ applikazzjoni li huwa l-oġġett ta’ l-emenda 54. Fir-rigward tal-paragrafu 3, l-emenda twassal għal alterazzjoni sostanzjali fl-ispirtu ta’ l-istrument. Ċertament, huwa ppreċiżat li l-klawsola ta’ eċċezzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-imħallef għandha tiġi applikata b’mod “ eċċezzjonali ”. L-abbozzar miżmum jissogra madankollu li jibgħat messaġġ li jmur kontra l-għan ta’ previżjoni mixtieqa mir-Regolament. Fil-fatt, is-sempliċi fatt li dan il-paragrafu jgħodd mill-inqas ħames fatturi li jistgħu jiġu kkunsidrati biex jiġġustifikaw il-logħba tal-klawsola ta’ eċċezzjoni jissogra li jistieden lill-partijiet u lill-imħallef biex jistaqsu lilhom infushom b’mod sistematiku dwar il-merti tas-soluzzjoni li kienet twassal għaliha l-applikazzjoni tar-regola ġenerali, anke meta din ma’ l-ewwel daqqa t’għajn kienet tidher sodisfaċenti. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta din il-parti ta’ l-emenda 26 u li ssostni l-approċċ inizjali tagħha, li min-naħa l-oħra l-leġittimità tiegħu tidher ikkonfermata mill-ħidmiet tal-Kunsill. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi madankollu l-piż ta’ ċerti fatturi enumerati fil-paragrafu 3, notevolment f’dak li għandu x’jaqsam mar-residenza normali komuni tal-partijiet, relazzjoni ta’ dritt jew ta’ fatt preeżistenti jew inkella t-tamiet leġittimi tal-partijiet. Hekk kif l-ewwel tnejn diġà huma suġġett ta’ tismija espliċita fil-paragrafi 2 u 3 tal-proposta inizjali, l-Artikolu 5, il-paragrafu 3, tal-proposta emendata jinkludi minn issa ’l quddiem referenza espliċita għat-tamiet leġittimi tal-partijiet. L- emenda 50, li għandha x’taqsam mal-mekkaniżmu ta’ l-eċċezzjoni ta’ politika pubblika, l-ewwel nett tintroduċi paragrafu ġdid 1a) li għandu skop li jippreċiża l-idea ta’ politika pubblika tal-qrati għall-enumerazzjoni ta’ testi ta’ referenza. Għalkemm il-politiki pubbliċi ta’ l-Istati Membri jinkludu, fiċ-ċert, elementi komuni, madankollu jeżistu varjazzjonijiet minn Stat Membru għal ieħor. Bħala riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta tali enumerazzjoni. Il-paragrafu propost ġdid 1b) jittratta l-kwistjoni tad-danni li l-ammont tagħhom huwa kkunsidrat eċċessiv, bħalma huma ċerti tipi ta’ danni eżemplari u punittivi, li diġà kienu s-suġġett ta’ regola speċifika ta’ l-Artikolu 24 tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Suġġetti għal modifiki stilistiċi, li għandhom skop li jiċċaraw li d-danni punittivi m’humiex ipso facto eċċessivi, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li din ir-regola terġa’ tiddaħħal fl-Artikolu relatat mal-politika pubblika tal-qrati. Il-paragrafu propost ġdid 1c) għandu skop li jżomm l-invokazzjoni tal-klawsola ta’ eċċezzjoni għall-partijiet. Issa, huwa l-uffiċċju ta’ l-imħallef li jħares ir-rispett tal-valuri fundamentali tal-forum u din il-ħidma ma tiġix delegata lill-partijiet, jekk dawn ma jkunux dejjem irrappreżentati minn avukat. Ir-Regolament “Brussell I” jipprevedi minn issa ’l quddiem il-possibbiltà għall-imħallef biex jirrifjuta lill- exequatur minn deċiżjoni ta’ Stat Membru ieħor f’każ li din toħloq oppożizzjoni meta tmur kontra l-politika pubblika tal-qrati. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-paragrafu 1c) propost. L- emenda 54 tipprevedi l-obbligu għall-Kummissjoni biex tippreżenta rapport ta’ applikazzjoni wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-utilità ta’ tali rapport, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-kundizzjonijiet kollha maħsuba minn din l-emenda. L-ewwel nett, il-limitu ta’ żmien maħsub ta’ tliet snin wara l-adozzjoni tar-Regolament ma jippermettix id-dispożizzjoni ta’ numru ta’ deċiżjonijiet ta’ ġustizzja li jkunu biżżejjed għal valutazzjoni effikaċi tal-ħidma ta’ dan l-istrument. L-istess bħar-Regolament “Brussell I”, il-Kummissjoni tipproponi limitu ta’ żmien ta’ 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ l-istrument. Għal dak li hu l-kontenut ta’ dan ir-rapport, il-kwistjoni ta’ l-ammont tad-danni mogħtija mill-qrati kif ukoll l-elaborazzjoni ta’ kodiċi ta’ etika tal-medja tal-massa Ewropej tgħaddi bil-kbir il-qafas tar-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta wkoll li dawn il-kwistjonijiet ikunu trattati fil-qafas ta’ rapport ta’ applikazzjoni li jorbot fuq ir-Regolament preżenti. Minn naħa l-oħra, il-Kummissjoni taqbel ma’ l-analiżi tal-Parlament minħabba l-bżonn ta’ ħsieb dwar omoġenjità akbar fil-qasam ta’ applikazzjoni tal-liġi barranija mill-qrati ta’ l-Istati Membri. Jekk hija tikkunsidra li inizjattiva leġiżlattiva f’dan il-qasam hija prematura f’dan l-istadju (ara l-emenda 43), hija tista’ taċċetta l-idea ta’ l-analiżi aktar fil-fond ta’ din il-kwistjoni fil-qafas tar-rapport ta’ applikazzjoni. 3.4 L -emendi rrifjutati L - emendi 4, 9, 10, 15, u 16 ma jistgħux jiġu aċċettati mill-Kummissjoni billi din irrifjutat l-emendi 26, 30, 54 (il-paragrafu 3), 31 u 42 li għalihom dawn jikkorrispondu. L- emendi 6, 7, 8, 11 u 13 għandhom skop li jadattaw il-premessi għat-tħassir ta’ diversi regoli speċjali għal ċerti delitti speċjali, proposti fl-emendi 27, 29 u 33. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta t-tħassir ta’ dawn ir-regoli speċjali (ara hawn taħt), jirriżulta b’rifjut tat-tibdiliet li jikkorrispondu mal-premessi. Fir-rapport tiegħu, il-Parlament ma jeskludix għal kollox il-possibbilità li jżomm ir-regoli speċjali bil-kundizzjoni li dawn jinkludu definizzjoni tal-qasam ta’ applikazzjoni tagħhom, notevolment fil-qasam ta’ prassi kummerċjali żleali u ta’ ħsara għall-ambjent. Huwa għalhekk li l-premessi 12, 13 u 14 tal-proposta emendata jirreferu minn issa ’l quddiem għal-leġiżlazzjoni Komunitarja sekondarja li tittratta dawn il-kwistjonijiet. Barra minn hekk, it-terminoloġija ġuridika ta’ dawn l-Artikoli ġiet modifikata biex tenfasizza dik użata fil-leġiżlazzjoni sekondarja. Jekk il-liġi sostantiva Komunitarja għalhekk tippermetti li tiddefinixxi aħjar l-ideat użati, madankollu huwa importanti li jiġi enfasizzat li – għall-ħtiġijiet tal-kwalifika ta’ delitt fis-sens tal-liġi privata internazzjonali – dawn jista’ jkollhom definizzjoni usa’ minn dik fil-liġi sostantiva Komunitarja. L- emenda 27 għandha skop li tħassar ir-regola speċjali fil-qasam ta’ responsabbiltà għall-prodotti difettużi. Bħad-delitti speċjali l-oħrajn li huma l-vjolazzjoni tal-konkorrenza u l-ħsara għall-ambjent, il-Kummissjoni tikkunsidra, minn naħa l-oħra, li r-regola ġenerali ma tippermettix li wieħed jipprevedi l-liġi applikabbli b’ċertezza raġonevoli. Fil-fatt, il-post tad-dannu jista’ jidher purament fortuwitu minħabba l-mobilità kbira tal-prodotti tal-konsumatur (eżempju ta’ hairdryer manifatturat fl-Olanda, f’idejn turist Ġermaniż li qiegħed jivvjaġġa fit-Tajlandja). Barra minn hekk, billi din il-materja hija ta’ sikwit suġġett ta’ transazzjonijiet amikevoli bejn l-aġenziji ta’ l-assigurazzjoni, huwa partikularment importanti li tinstab regola ċara u prevedibbli sabiex tiffaċilita dawn il-ftehimiet. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta t-tħassir propost. L- emenda 29 għandha skop li tħassar ir-regola speċjali fil-qasam ta’ vjolazzjoni tal-konkorrenza. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-emenda: l-Artikolu 5 tal-proposta inizjali ma kellux skop li jdaħħal regola differenti mir-regola ġenerali fil-fatt, iżda biss li jiddetermina l-post fejn sar id-dannu, deċiżjoni li m’hix dejjem faċli f’din il-materja. L-abbozzar ta’ l-Artikolu 7 tal-proposta emendata ġie modifikat ftit sabiex jagħmel aktar ċar li sempliċement irid jiġi determinat il-post tad-dannu. Barra minn hekk, biex tirrispondi għat-talbiet tal-Parlament Ewropew f’termini ta’ definizzjonijiet, il-Kummissjoni għażlet li żżomm, għall-Artikolu 7 tal-proposta emendata, terminoloġija li hija meħuda direttament mid-Direttiva 2005/29 tal-11 ta’ Mejju 2005. Jirriżulta, minn naħa l-oħra, li l-obbligi mhux kuntrattwali b’riżultat ta’ prassi kummerċjali mhux kompetittivi, approvati notevolment fil-qafas ta’ l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew mir-regoli ekwivalenti ta’ l-Istati Membri, m’humiex koperti mill-Artikolu 7; dawn għalhekk jibqgħu taħt ir-regola ġenerali ta’ l-Artikolu 5. Madankollu, fil-qafas tal- Green Paper tagħha “ Azzjonijiet għall-kumpens ta’ danni b’riżultat ta’ vjolazzjoni tal-konkorrenza għal-liġi Komunitarja ”, li l-pubblikazzjoni tagħha hija maħsuba għal Diċembru 2005, il-Kummissjoni bi ħsiebha tissottometti għal dibattitu l-kwistjoni tal-liġi applikabbli għall-azzjonijiet ċivili bil-ħsieb għall-kumpens tad-dannu kkawżat minn prassi kummerċjali mhux kompetittivi. Skond ir-risposti li tirċievi, il-Kummissjoni żżomm il-possibbiltà li tkun favur soluzzjoni differenti fil-qafas ta’ proċedura ta’ kodeċiżjoni. L- emenda 57 għandha skop fil-fatt li tbiddel ir-regola applikabbli fil-qasam ta’ vjolazzjoni tal-ħajja privata, notevolment permezz ta’ l-istampa. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-emenda li tiffavorixxi aktar lill-editur milli lill-vittma preżunta ta’ malafama permezz ta’ l-istampa u li ma tikkorrispondix mas-soluzzjoni li qiegħda fis-seħħ fil-maġġoranza kbira ta’ l-Istati Membri. Minħabba li mhuwiex possibbli li t-testi tal-Kunsill u dak adottat mill-Parlament wara l-ewwel qari jkunu rikonċiljati, il-Kummissjoni tqis li l-aħjar soluzzjoni għal din il-kwistjoni kontroversjali hi li jiġu esklużi mill-proposta l-offiżi kollha ta’ l-istampa u li jitħassar l-Artikolu 6 tal-proposta inizjali. Il-vjolazzjonijiet l-oħra tal-ħajja privata għandhom ikunu koperti mill-Artikolu 5 tal-proposta emendata. L- emenda 31 għandha skop li tintroduċi regola speċjali ġdida li għandha x’taqsam mad-dannu b’riżultat ta’ l-eżerċizzju tad-dritt ta’ strajk minn persuni bis-salarju. Jekk il-Kummissjoni hija konxja ta’ l-argumenti politiċi impliċiti, hija ma tistax taċċetta din l-emenda minħabba l-karattru riġidu żżejjed tar-regola proposta. L- emenda 32 tfakkar li, waqt iż-żmien ta’ stennija għal regola speċjali fuq livell Komunitarju fil-qasam ta’ inċidenti tat-traffiku, l-Istati Membri se japplikaw kemm il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1971, kemm ir-regoli ġenerali tar-Regolament “Ruma II”. Fil-każ fejn ma jistax jiġi eskluż li r-rapport ta’ applikazzjoni maħsub minn issa ’l quddiem għall-Artikolu 26 tal-proposta emendata jikkonferma li r-regoli ġenerali tar-Regolament jikkostitwixxu soluzzjoni sodisfaċenti, il-Kummissjoni ma tistax tintrabat minn issa għal proposta leġiżlattiva futura u għalhekk tirrifjuta din l-emenda. Il-paragrafu 2 ta’ din l-emenda jirrepeti l-proposta li tidher diġà fl-emenda 26 u li għandha x’taqsam ma’ l-introduzzjoni ta’ regola speċjali ġdida fil-qasam tal-valutazzjoni ta’ l-ammont tad-danni imġarrba fil-qafas ta’ inċident tat-traffiku, li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta (ara hawn fuq, l-emenda 26). L- emenda 33 għandha skop li tħassar ir-regola speċjali fil-qasam ta’ vjolazzjoni ta’ l-ambjent. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-emenda, għaliex ir-regola proposta tikkorrispondi mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” ippromulgata mill-Komunità u li diġà qiegħed fis-seħħ f’ħafna Stati Membri. Fil-ħin tal-vot għal din l-emenda fis-Sessjoni Plenarja, il-Grupp tal-Ħodor fil-fatt kien astjena. L- emenda 41 għandha x’taqsam mill-ġdid mal-kwistjoni tal-valutazzjoni ta’ l-ammont tad-danni, li jkunu, b’mod ġenerali (ħlief l-inċidenti tat-traffiku), irregolati mil- lex fori . Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-emenda. Fil-fatt, billi din il-kwistjoni tassumi importanza kruċjali għall-vittma mhux biss fil-qasam ta’ inċidenti tat-traffiku, iżda ugwalment f’oqsma oħrajn, notevolment f’każ ta’ danni fiżiċi, ir-regoli stabbiliti mir-Regolament jippermettu li tinstab soluzzjoni ġusta li tikkunsidra t-tamiet leġittimi kemm tal-vittma u kemm ta’ min għamel id-dannu. L- emendi 42 u 43 jittrattaw il-kwistjoni ta’ l-applikazzjoni tal-liġi barranija mill-qorti. L-ewwel waħda għandha l-ħsieb li tobbliga lill-partijiet biex jindikaw, fiċ-ċitazzjoni, liema hija l-liġi applikabbli għat-talba tagħhom. Jekk il-Kummissjoni tiffavorixxi l-idea li tiffaċilita x-xogħol ta’ l-imħallef ikkonfrontat b’kawża internazzjonali, din ir-regola tkun diffiċli wisq biex tiġi implimentata minħabba li l-partijiet kollha ma jkunux jafu liema liġi tkun applikabbli għas-sitwazzjoni tagħhom, notevolment meta dawn ma jkunux irrappreżentati minn avukat. It-tieni waħda għandha skop li tagħmel uffiċjali r-regola li diġà qiegħda fis-seħħ f’ċerti Stati Membri, skond liema regola l-qorti trid b’mod uffiċjali tiddetermina l-kontenut tal-liġi barranija applikabbli, u dan kollu waqt li tista’ titlob għajnuna mill-partijiet. Il-Kummissjoni taħseb li, sal-lum, il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri ma jkunux kapaċi japplikaw tali regola ħlief jekk ikollhom strutturi effikaċi mwaqqfa biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-liġi barranija mill-imħallef, u tirrifjuta din l-emenda. Madankollu hija tikkunsidra li din hija triq ta’ riflessjoni interessanti ħafna li għaliha jkun jaqbel li tingħata attenzjoni partikulari fil-qafas tar-rapport ta’ applikazzjoni tar-regolament. L- emenda 47 hija żejda flimkien ma’ l-emenda 22, li l-Kummissjoni tippreferi għall-kwistjonijiet stilistiċi. L-emenda 47 hija rrifjutata bħala riżultat ta’ dan. 4. KONKLUŻJONI Skond l-Artikolu 250, il-paragrafu 2 tat-Trattat KE, il-Kummissjoni tbiddel il-proposta tagħha bil-kliem li ġejjin. 2003/0168 (COD) Proposta emendata ta’ REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR IL-LIĠI APPLIKABBLI GĦALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI ("RUMA II") IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u notevolment l-Artikolu 61 tiegħu, punt c), wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[4], wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], waqt li jiddikjaraw b’mod konformi mal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6], waqt li jikkunsidraw dan li ġej: (1) L-Unjoni trid tilħaq l-għan li ssostni u tiżviluppa spazju ta’ libertà, ta’ sikurezza u ta’ ġustizzja. Għalhekk, il-Komunità trid notevolment tadotta miżuri rilevanti fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-isfera ġudizzjarja fl-oqsma ċivili li għandhom inċidenza transfruntieri, fil-limitu neċessarju għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern u bl-iskop, fost affarijiet oħrajn, biex tiffavorixxi il-kompatibilità tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri fil-qasam ta’ konflitt ta’ liġijiet. (2) Bil-ħsieb ta’ attwazzjoni effikaċi tal-miżuri rilevanti tat-Trattat ta’ Amsterdam, il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, fit-3 ta’ Diċembru 1998, adotta pjan ta’ azzjoni li jippreċiża li l-elaborazzjoni ta’ strument ġuridiku dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi extra-kuntrattwali jidher fost il-miżuri li jridu jittieħdu fis-sentejn ta’ wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam.[7] (3) Waqt il-laqgħa tiegħu f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999[8], il-Kunsill Ewropew approva l-prinċipju ta’ għarfien reċiproku ta’ deċiżjonijiet ta’ ġustizzja bħala azzjoni prijoritarja għall-ħolqien ta’ l-ispazju ta’ ġustizzja Ewropea. Il-Programm għall- għarfien reċiproku[9] jippreċiża li l-miżuri relatati ma’ l-armonizzazzjoni tar-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet jinkludu miżuri ta’ akkumpanjament li jiffaċilitaw l-attwazzjoni ta’ dan il-prinċipju. (4) It-tħaddim tajjeb tas-suq intern, sabiex jiffavorixxi l-previżjoni tar-riżultat tat-tilwim, is-sikurezza ġuridika u ċ-ċirkolazzjoni libera tas-sentenzi, jesiġi li r-regoli ta’ konflitt tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri jirreferu għall-istess liġi nazzjonali tkun liema tkun il-qorti mqabbda għat-tilwima. (5) Il-qasam ta’ applikazzjoni kif ukoll il-miżuri tar-Regolament irid, li huma suġġetti għal interpretazzjoni awtonoma mill-Qorti tal-Ġustizzja, iridu jkunu preskritt preskritti b’mod li jiżguraw il-koerenza mar-regolament (KE) n° 44/2001[10] /KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-kompetenza ġudizzjarja, l-għarfien u l-esekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fl-oqsma ċivili u kummerċjali (Brussell I) [11] , il-Konvenzjoni ta’ Ruma ta’ l-1980[12][13]. u l-istrument Komunitarju li se jissostitwiha . Barra minn hekk ir-Regolament preżenti ma japplikax biss għall-azzjonijiet b’kumpens għal dannu li diġà seħħ, iżda b’mod ugwali għall-azzjonijiet bi skop li jipprevedu danni li jheddu li se jseħħu. Huwa jkopri ugwalment l-obbligi bbażati fuq sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva . (6) Huma biss ir-regoli uniformi li jiġu applikati tkun xi tkun il-liġi li huma jappuntaw li jippermettu li jiġi evitat t-tagħwiġ ta’ konkorrenza bejn litiganti Komunitarji. (7) Jekk il-prinċipju lex loci delicti commissi jikkostitwixxi s-soluzzjoni bażika fir-rigward ta’ obbligi mhux kuntrattwali kważi fl-Istati Membri kollha, id-determinazzjoni ta’ dan il-prinċipju f’każ ta’ tixrid ta’ l-elementi f’diversi pajjiżi tkun suġġetta għal trattamenti differenti. Din is-sitwazzjoni hija sors ta’ inċertezza ġuridika. (7) It-tħassib għal koerenza tal-liġi Komunitarja jirrekjedi li r-Regolament preżenti ma jaffettwax il-miżuri relatati mal-liġi applikabbli jew li għandhom effett fuq il-liġi applikabbli inklużi fit-trattati jew l-istrumenti ta’ leġiżlazzjoni sekondarja ħlief għar-regolament, bħar-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet fl-oqsma partikulari, il-liġijiet ta’ politika ta’ oriġini Komunitarja jew il-prinċipji ġuridiċi fundamentali tas-suq intern. Ir-regolament preżenti jrid ikollu bħala riżultat li jiffavorixxi t-tħaddim tajjeb tas-suq intern, u b’mod partikulari ċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti u s-servizzi. (8) Fl-interess ta’ l-awtonomija tal-volontà tal-partijiet, dawn iridu jkunu jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għal obbligu mhux kuntrattwali. Madankollu, huwa opportun li din l-għażla tkun imdawwra b’ċerti kundizzjonijiet kif ukoll li teskludi lill-konsumaturi u lin-nies b’salarju mill-possibbiltà li jagħżlu l-liġi applikabbli qabel is-seħħ ta’ dak li jikkawża d-dannu. (9) Jekk il-prinċipju lex loci delicti commissi jikkostitwixxi s-soluzzjoni bażika fir-rigward ta’ obbligi mhux kuntrattwali kważi fl-Istati Membri kollha, id-determinazzjoni ta’ dan il-prinċipju f’każ ta’ tixrid ta’ l-elementi f’diversi pajjiżi tkun suġġetta għal trattamenti differenti. Din is-sitwazzjoni hija sors ta’ inċertezza ġuridika . (8 10) Ir-regola uniformi għandha ttejjeb il-previżjoni tad-deċiżjonijiet ta’ ġustizzja u tiżgura bilanċ raġonevoli bejn l-interessi tal-persuna li hija msejjħa biex tieħu r-responsabbiltà u dawk tal-persuna li ġarrbet id-danni. It-tqabbil mal-pajjiż tal-post fejn ġara d-dannu ( lex loci delicti commissi ) joħloq bilanċ ġust bejn l-interessi ta’ l-awtur tad-dannu u tal-persuna li ġarrbet id-dannu, u jikkorrispondi ugwalment mal-kunċett modern tal-liġi tar-responsabbiltà ċivili u ma’ l-iżvilupp tas-sistemi ta’ responsabbiltà oġġettiva. (9 11) Ikun siewi li jkunu previsti regoli speċifiċi għad-delitti speċjali għal liema r-regola ġenerali ma tippermettix li jintlaħaq bilanċ raġonevoli bejn l-interessati preżenti. (10 12) Fir-rigward ta’ responsabbiltà għall-prodotti difettużi, kif issanzjonati notevolment fil-qafas tad-Direttiva 374/1985/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar it-tqabbil tal-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi ta’ l-Istat Membri dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti difettużi [14], ir-regola ta’ konflitt trid twieġeb għall-għanijiet li huma t-tqassim ġust tar-riskji inerenti għal soċjetà moderna karatterizzata minn livell għoli ta’ natura teknika, il-ħarsien tas-saħħa tal-konsumaturi, l-impuls għall-innovazzjoni, il-garanzija ta’ konkorrenza mhux żleali u t-tħaffif ta’ l-iskambji kummerċjali. It-tqabbil mal-liġi tar-residenza abitwali tal-persuna li ġarrbet id-dannu, flimkien ma’ klawsola ta’ previżjoni, tikkostitwixxi soluzzjoni bilanċjata fir-rigward ta’ dawn l-għanijiet. (11 13) Fil-qasam ta’ konkorrenza żleali prassi kummerċjali żleali, bħal dawk sanzjonati notevolment fil-qafas tad-Direttiva 29/2005/KE tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar il-prassi kummerċjali żleali ta’ l-intrapriżi vis-à-vis il-konsumaturi fis-suq intern[15], ir-regola ta’ konflitt trid ġenerali tippermetti li tħares ir-rivali, il-konsumaturi u l-pubbliku inġenerali u kif ukoll li tiżgura it-tħaddim tajjeb ta’ l-ekonomija tas-suq. It-tqabbil mal-liġi tas-suq affettwat tippermetti li jintlaħqu dawn l-għanijiet, ħlief f’każijiet partikulari li jiġġustifikaw li jirrikorru għal regoli oħrajn Id-determinazzjoni, f’Artikolu speċifiku, tal-post tad-dannu bħala dak tas-suq affettwat tikkontribwixxi għar-rinfurzar tas-sikurezza ġuridika. (1314) Fil-qasam ta’ vjolazzjoni ta’ l-ambjent, l-Artikolu Fil-qasam ta’ danni għall-ambjent, bħal dawk speċifikati notevolment fid-Direttiva 35/2004/KE tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u l-kumpens tad-danni ambjentali [16] , is-soluzzjoni li tikkonsisti milli tingħata għażla lill-persuna li ġarrbet id-dannu hija ġustifikata bis-sħiħ fir-rigward ta’ l-Artikolu 174 tat-Trattat -, li jimmira għal livell għoli ta’ protezzjoni u li huwa bbażat fuq il-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ azzjoni preventiva, fuq il-prinċipju tar-retifika, bi prijorità fis-sors, u fuq il-prinċipju ta’ min iħammeġ iħallas- tiġġustifika bi sħiħ ir-rikors għall-prinċipju li jiffavorixxi l-persuna li ġarrbet id-dannu. (14 15) F’dak li għandu x’jaqsam ma’ vjolazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, ikun jaqbel li jinżamm il-prinċipju ta’ “ lex loci protectionis ” li hu magħruf universalment. Għall-finijiet tar-regolament preżenti, l-espressjoni drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tfisser id-dritt ta’ l-awtur, id-drittijiet anċillari, id-dritt sui generis għall-ħarsien tad- databases kif ukoll id-drittijiet ta’ proprjetà industrijali. (15 16) Ta’ min jaħseb għar-regoli analogi f’każijiet speċjali għall-obbligi mhux kuntrattwali derivati ta’ dannu kkawżat minn att ieħor ħlief delitt, bħal l-arrikkiment inġust jew ta’ l-azzjonijiet li saru mingħajr id-debita awtorizzazzjoni. (16) Fl-interess ta’ l-awtonomija tax-xewqa tal-partijiet, dawn iridu jkunu jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għal obbligu mhux kuntrattwali. Huwa opportun li jitħarsu l-partijiet dgħajfa billi tkopri din l-għażla b’ċerti kundizzjonijiet. (17 17) Il-fatturi ta’ interess pubbliku jiġġustifikaw, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ir-rikors mill-qrati ta’ l-Istati Membri għall-mekkaniżmi li huma l-eċċezzjoni ta’ politika pubblika u r-regoli mandatarji. (18 18)It-tħassib għal bilanċ raġonevoli bejn il-partijiet jesiġi li jiġu kkunsidrati r-regoli ta’ sikurezza u ta’ mġieba fis-seħħ fil-pajjiż fejn sar l-att tad-danni, anke meta l-obbligu mhux kuntrattwali tkun immexxija minn liġi oħra, sakemm dan ikun adattat. (19) It-tħassib għall-koerenza tad-dritt Komunitarju jordna li r-Regolament preżenti ma jaffettwax il-miżuri relatati mal-liġi applikabbli jew li għandhom effett fuq il-liġi applikabbli inklużi fit-trattati jew fl-istrumenti ta’ leġiżlazzjoni sekondarja ħlief ir-Regolament, bħar-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet f’oqsma partikulari, ir-regoli mandatarji ta’ oriġini Komunitarja, l-eċċezzjoni ta’ politika pubblika Komunitarja jew il-prinċipji adattati għas-suq intern. Barra minn hekk, ir-Regolament preżenti m’għandux skop – u l-attwazzjoni tiegħu m’għandhiex twassal – li tfixkel it-tħaddim tajjeb tas-suq intern, u b’mod partikulari ċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti u s-servizzi. (19) Ir-rispett għall-ftehimiet internazzjonali ffirmati mill-Istati Membri jiġġustifika li r-Regolament ma jaffettwax il-konvenzjonijiet li għalihom l-Istati Membri huma P artijiet u li għandhom x’jaqsmu ma’ l-oqsma speċjali. Sabiex tiżgura qari aħjar tar-regoli fis-seħħ f’dan il-qasam, il-Kummissjoni, waqt li tibbaża ruħha fuq it-tagħrif mgħoddi lilha mill-Istati Membri, se tippubblika l-lista tal-konvenzjonijiet konċernati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. (20) Billi l-għan ta’ l-azzjoni maħsuba, biex tkun taf l-aħjar previżjoni tad-deċiżjonijiet ta’ ġustizzja li jirrekjedu regoli verament uniformi ddeterminati minn strument ġuridiku Komunitarju li jikkostrinġi u huwa applikabbli direttament, ma jistax ikun milħuq b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri li m’għandhomx il-kapaċità li jordnaw ir-regoli uniformi fuq livell Komunitarju u allura minħabba l-effetti tiegħu fil-Komunità sħiħa jkun milħuq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà speċifikat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità bħal dak imsemmi fl-istess Artikolu, ir-Regolament, li jirrinforza s-sikurezza ġuridika mingħajr ma jitlob armonizzazzjoni tar-regoli sostantivi tal-liġi interna, ma jaqbiżx dak li jkun hemm bżonn biex jintlaħaq dan il-għan. (21) [Ir-Renju Unit u l-Irlanda, konformi ma’ l-Artikolu 3 tal-protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, urew ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni tar-regolament preżenti./ Ir-Renju Unit u l-Irlanda, konformi ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma jieħdux sehem fl-adozzjoni tar-regolament preżenti, li għalhekk ma jorbotx lil dawn iż-żewġ Stati Membri.] (22) Id-Danimarka, konformi ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma tieħux sehem fl-adozzjoni tar-regolament preżenti, li għalhekk ma jorbotx lil dan l-Istat Membru. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Il-Kapitolu I – Firxa ta’ applikazzjoni L-Artikolu 1 – Firxa ta’ applikazzjoni materjali 1. Ir-Regolament preżenti japplika, fis-sitwazzjonijiet li għandhom konflitt ta’ liġijiet, għall-obbligi mhux kuntrattwali relatati mal-qasam ċivili u kummerċjali. Ma japplikax għall-materji fiskali, doganali u amministrattivi. 2. Huma esklużi mill-iskop ta’ dan ir-Regolament: a) l-obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw mir-relazzjonijiet familjari jew relazzjonijiet komparabbli, inklużi li għandhom l-effetti komparabbli skond il-liġi applikabbli għal dawn ir-relazzjonijiet, inklużi l-obbligi ta’ manteniment; b) l-obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw mid-drittijiet ta’ proprjetà matrimonjali u tas-suċċessjonijiet jew minn drittijiet li għandhom l-effetti komparabbli skond il-liġi applikabbli għal dawn ir-relazzjonijiet; c) l-obbligi mhux kuntrattwali li ġejjin minn kambjali, ċekkijiet, ċedoli kif ukoll strumenti negozjabbli oħrajn, sakemm l-obbligi li ġejjin minn dawn l-istrumenti l-oħrajn jidderivaw mill-karattru negozjabbli tagħhom; d) ir-responsabbiltà legali personali tas-soċji u ta’ l-organi għad-djun ta’ kumpanija, assoċjazzjoni jew entità legali u r-responsabbiltà legali personali tal-persuni inkarigati bil-kontroll legali taż-żamma tal-kotba l-obbligi mhux kuntrattwali, notevolment ir-responsabbiltà tas-soċji, ta’ l-organi u tal-persuni inkarigati bil-kontroll legali taż-żamma tal-kotba ta’ kumpanija, assoċjazzjoni jew entità legali, bil-kundizzjoni li dawn ikunu suġġetti għal regolamentazzjoni speċifika fil-qafas tal-liġi tal-kumpaniji jew fil-qafas ta’ miżuri speċifiċi oħrajn applikabbli għal dawn il-persuni; e) l-obbligi mhux kuntrattwali li ġejjin mir-relazzjonijiet bejn il-kostitwenti, id-depożitarji u l-benefiċjarji ta’ fond maħluq volontarjament u li tiegħu hemm prova bil-miktub; f) l-obbligi mhux kuntrattwali li ġejjin minn dannu nukleari. g) l-obbligi mhux kuntrattwali li ġejjin fil-qafas tar-responsabbiltà ta’ l-Istat għall-atti li jseħħu waqt l-eżerċizzju tal-poter pubbliku (“ acta iure imperii ”); h) il-ksur tal-ħajja privata jew tad-drittijiet tal-personalità mwettqa mill-mezzi tax-xandir. i) l-amministrazzjoni tal-prova u tal-proċedura, skond l-Artikolu 19. 3. F’dan ir-Regolament, wieħed jifhem bi “Stat Membru”, l-Istati Membri kollha ħlief [għar-Renju Unit, l-Irlanda u] għad-Danimarka. L-Artikolu 2 – Karattru universali Applikazzjoni tal-liġi ta’ pajjiż terz Il-liġi msemmija f’dan ir-Regolament tapplika anke jekk din il-liġi m’hijiex dik ta’ Stat Membru. L-Artikolu 3 – Relazzjoni ma’ miżuri oħrajn tal-liġi Komunitarja 1. Ir-Regolament preżenti ma jaffettwax l-applikazzjoni jew l-adozzjoni ta’ atti li joħorġu mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej li: a) fl-oqsma partikulari, jirregolaw il-konflitti ta’ liġijiet fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali, jew b) jordnaw regoli li japplikaw tkun xi tkun il-liġi nazzjonali li tmexxi, skond ir-Regolament preżenti, l-obbligu mhux kuntrattwali msemmija, jew c) jopponu l-applikazzjoni ta’ miżura jew ta’ miżuri tal-liġi tal-forum jew tal-liġi msemmija mir-Regolament preżenti. d) jordnaw ir-regoli mmirati biex jiffavorixxu t-tħaddim tajjeb tas-suq intern sakemm dawn ir-regoli ma jistgħux jiġu applikati b’mod konġunt mal-liġi msemmija mir-regoli tal-liġi privata internazzjonali. Il-Kapitolu II – Regoli uniformi S EZZJONI 1 REGOLI APPLIKABBLI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI LI JIDDERIVAW MINN DELITT LIBERTÀ TA’ GħAżLA L-Artikolu 3 – Regola ġenerali L-Artikolu 4 – Libertà ta’ għażla 1. Il- Il-partijiet jistgħu jiltaqgħu, wara konvenzjoni li ssir wara l-bidu tad-diverġenza tagħhom, biex jissottomettu l-obbligu mhux kuntrattwali għal-liġi li huma jagħżlu. Din l-għażla trid tiġi mfissra jew tirriżulta b’mod ċert miċ-ċirkostanzi tal-kawża. M’għandhiex iddgħajjef id-drittijiet tat-terzi. 2. Meta l-partijiet kollha jeżerċitaw attività kummerċjali, tali għażla tista’ wkoll tiġi inkluża f’kuntratt negozjat liberament qabel is-seħħ ta’ l-att li jikkawża d-dannu. 3. L-għażla ta’ liġi mill-partijiet, meta l-elementi l-oħrajn kollha tas-sitwazzjoni, fil-mument tas-seħħ tad-dannu, ikunu qegħdin f’pajjiż ieħor ħlief għal dak li tiegħu ġiet magħżula l-liġi, ma tistax iddgħajjef l-applikazzjoni tal-miżuri li għalihom il-liġi ta’ dak il-pajjiż ma tippermettix li tidderoga b’mod konvenzjonali, minn issa ’l quddiem imsejħa “miżuri mandatarji”. 4. L-għażla tal-liġi ta’ pajjiż terz mill-partijiet, meta l-elementi kollha tas-sitwazzjoni, fil-mument tas-seħħ tad-dannu, kienu qegħdin f’wieħed jew f’għadd ta’ Stati Membri, ma tistax iddgħajjef l-applikazzjoni tal-miżuri tal-liġi Komunitarja. SEZZJONI 2REGOLA ġENERALI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI B’RIżULTAT TA’ DELITT L-Artikolu 5 – Regola ġenerali 1. Fin-nuqqas ta’ għażla ta’ liġi skond l-Artikolu 4, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali hija dik tal-pajjiż fejn iseħħ jew jhedded li jseħħ id-dannu, ikun xi jkun il-pajjiż fejn ġara l-att li kkawża d-dannu u jkun xi jkun il-pajjiż jew il-pajjiżi fejn iseħħ(u) konsegwenzi indiretti tad-dannu. 2. Madankollu, meta l-persuna li titgħabba bir-responsabbiltà u l-persuna li ġarrbet id-dannu jkunu joqogħdu abitwalment fl-istess pajjiż fil-mument tas-seħħ tad-dannu, l-obbligu mhux kuntrattwali titmexxa mil-liġi ta’ dak il-pajjiż. 3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, jekk jirriżulta mill-ġabra taċ-ċirkostanzi li l-obbligu mhux kuntrattwali tippreżenta rabtiet ovvjament aktar stretti mal-pajjiż l-ieħor, il-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor tiġi applikata. Rabta ovvjament aktar stretta ma’ pajjiż ieħor tista’ tkun ibbażata notevolment fuq relazzjoni preeżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt li jippreżenta rabta stretta ma’ l-obbligu mhux kuntrattwali inkwistjoni. Waqt il-valutazzjoni ta’ l-eżistenza ta’ rabtiet ovvjament aktar stretti ma’ pajjiż ieħor, għandhom jiġi kkunsidrati notevolment it-tamiet tal-partijiet fir-rigward tad-dritt applikabbli. SEZZJONI 3REGOLI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI B’RIżULTAT TA’ ċERTI DELITTI SPEċJALI L-Artikolu 6 – Responsabbiltà għall-prodotti difettużi Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 5, il-paragrafi 2 u 3, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali f’każ ta’ dannu jew ta’ riskju ta’ dannu kkawżat minn prodott difettuż hija dik tal-pajjiż fejn il-persuna li ġarrbet id-dannu toqgħod abitwalment fil-mument tas-seħħ ta’ dan id-dannu, sakemm il-persuna li titgħabba bir-responsabbiltà ma tagħtix prova li l-prodott kien innegozjat f’dak il-pajjiż mingħajr il-kunsens tagħha, f’liema każ il-liġi applikabbli hija dik tal-pajjiż fejn il-persuna li titgħabba bir-responsabbiltà hija abitwalment residenti. L-Artikolu 5 – Konkorrenza żleali L-Artikolu 7 – Prassi kummerċjali żleali 1. Il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali li tirriżulta minn att ta’ konkorrenza minn prassi kummerċjali żleali hija dik tal-pajjiż speċifikata mill-Artikolu 5, il-paragrafu 1. Il-pajjiż fejn seħħ jew jhedded li jseħħ id-dannu huwa dak fuq it-territorju ta’ liema r-relazzjonijiet ta’ konkorrenza jew ta’ l-interessi kollettivi tal-konsumaturi huma affettwati jew hemm riskju li jkunu affettwati b’mod dirett u sostanzjali. 2. Meta att ta’ konkorrenza żleali jaffettwa esklussivament l-interessi ta’ rivali definit, l-Artikolu 3 5, il-paragrafi 2 u 3, huwa ugwalment applikabbli. L-Artikolu 7 –Vjolazzjoni fl-ambjent L-Artikolu 8 – Ħsara għall-ambjent Il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali b’riżultat ta’ vjolazzjoni ta’ ħsara għall-ambjent jew għall-ħsarat ikkawżati minn persuni jew għall-beni b’riżultat ta’ tali ħsara, hija dik li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 35, il-paragrafu 1, sakemm il-persuna li ġarrbet id-dannu m’għażlitx li tibbaża l-pretensjonijiet tagħha fuq il-liġi tal-pajjiż fejn sar l-att li kkawża d-dannu. L-Artikolu 89 – Vjolazzjoni tad-drittijiet għall-proprjetà intellettwali 1. Il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali li rriżulta minn vjolazzjoni għal dritt ta’ proprjetà intellettwali hija dik tal-pajjiż li għalih hemm talba għall-protezzjoni. 2. F’każ ta’ obbligu mhux kuntrattwali li rriżulta minn vjolazzjoni għal dritt ta’ proprjetà industrijali Komunitarja ta’ karattru unitarju, ir-Regolament Komunitarju relevanti huwa applikabbli. Għal kull kwistjoni li ma taqax taħt dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli hija dik ta’ l-Istat Membru fejn saret vjolazzjoni għal dan id-dritt. 3. Minkejja s-sezzjonijiet 1, 2 u 4, l-Artikolu preżenti jmexxi l-obbligi mhux kuntrattwali kollha li rriżultaw minn vjolazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. SEZZJONI 2 REGOLI APPLIKABBLI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI LI ġEJJIN MINN ATT IEħOR LI M’HUX DELITT L-ARTIKOLU 9 – DETERMINAZZJONI TAL-LIġI APPLIKABBLI SEZZJONI 4REGOLI SPEċJALI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI LI ġEJJIN MILL-ARRIKKIMENT INġUST U AZZJONIJIET LI SARU MINGħAJR ID-DEBITA AWTORIZZAZZJONI L-Artikolu 10– Arrikkiment inġust 1. Meta obbligu mhux kuntrattwali li ġej minn att li m’hux delitt bbażata fuq arrikkiment inġust, inkluż il-ħlas ta’ ammonti mhux ġustifikati, jintrabat ma’ relazzjoni preeżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt jew delitt skond is-sezzjonijiet 2 u 3, li jippreżenta rabta stretta ma’ l-obbligu mhux kuntrattwali, il-liġi applikabbli hija dik li tmexxi din ir-relazzjoni. 2. Mingħajr preġudizzju għal Meta l-paragrafu 1, ma jippermettix li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli u meta l-partijiet għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż fil-mument meta seħħ id-dannu fejn qiegħed dak li kkawża l-arrikkiment inġust, il-liġi applikabbli għall-obbligu kuntrattwali hija dik ta’ dak il-pajjiż. 3. Mingħajr preġudizzju għal Meta l-paragrafi 1 u 2 ma jippermettux li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali bbażata fuq arrikkiment inġust hija dik tal-pajjiż li fih seħħ l-arrikkiment l-att li kkawża l-arrikkiment seħħ prinċipalment. 4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali li rriżultat minn azzjoni li saret mingħajr id-debita awtorizzazzjoni hija dik tal-pajjiż fejn il-benefiċjarju għandu r-residenza abitwali tiegħu fil-mument ta’ l-azzjoni. Madankollu, meta obbligu mhux kuntrattwali li tirriżulta minn azzjonijiet li saru mingħajr id-debita awtorizzazzjoni huwa relatat mal-protezzjoni fiżika ta’ persuna jew għall-ħarsien ta’ beni korporali definiti, il-liġi applikabbli hija dik tal-pajjiż fejn kienu l-persuna jew il-beni fil-mument ta’ l-azzjoni. 5. Minkejja l-paragrafi 1, 2, 3 u 4, jekk jirriżulta mill-ġabra taċ-ċirkostanzi li l-obbligu mhux kuntrattwali jippreżentaw rabtiet ovvjament aktar stretti ma’ pajjiż ieħor, tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor. 6. Minkejja l-Artikolu preżenti, l-obbligi mhux kuntrattwali kollha fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali huma mmexxija skond l-Artikolu 8. 4. Meta jirriżulta mill-ġabra taċ-ċirkostanzi li l-obbligu mhux kuntrattwali jippreżentaw rabta ovvjament aktar stretta ma’ pajjiż ieħor li mhux dak ta’ liema ġiet imsemmija l-liġi skond il-paragrafi 1 sa 3, tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor. L-Artikolu 1 1– Azzjonijiet li saru mingħajr id-debita awtorizzazzjoni 1. Meta obbligu mhux kuntrattwali li tirriżulta minn azzjoni mingħajr awtorità tintrabat ma’ relazzjoni preeżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt jew delitt skond is-sezzjonijiet 2 u 3, li tippreżenta rabta stretta ma’ l-obbligu mhux kuntrattwali, il-liġi applikabbli hija dik li tmexxi din ir-relazzjoni. 2. Meta l-paragrafu 1 ma jippermettix li tiġi determinata l-liġi applikabbli u meta l-partijiet għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż fil-mument meta jseħħ id-dannu, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali hija dik ta’ dak il-pajjiż. 3. Meta l-paragrafi 1 u 2 ma jippermettux li tiġi determinata l-liġi applikabbli, il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali bbażata fuq l-azzjoni mingħajr awtorità hija dik tal-pajjiż fejn il-persuna li mexxiet l-azzjoni aġixxiet. 4. Meta jirriżulta mill-ġabra taċ-ċirkostanzi li l-obbligu mhux kuntrattwali tippreżenta rabta ovvjament aktar stretta ma’ pajjiż ieħor li m’hux dak fejn il-liġi ġiet definita mill-paragrafi 1 sa 3, tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor. SEZZJONI 3 REGOLI KOMUNI GħALL-OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI LI ġEJJIN MINN DELITT U MINN ATT IEħOR LI M’HUX DELITT L-ARTIKOLU 10 – LIBERTÀ TA’ GħAżLA 1. Ħlief għall-obbligi mhux kuntrattwali mmexxija mill-Artikolu 8, il-partijiet jistgħu jiftiehmu, permezz ta’ ftehim li jsir wara l-bidu ta’ diverġenza tagħhom, li jissottomettu l-obbligu mhux kuntrattwali għal-liġi li huma jagħżlu. Din l-għażla trid tiġi mfissra jew trid tirriżulta b’mod ċert miċ-ċirkostanzi tal-kawża. M’għandhiex iddgħajjef id-drittijiet tat-terzi. 2. L-għażla ta’ liġi mill-partijiet, meta l-elementi l-oħrajn kollha tas-sitwazzjoni, fil-mument tas-seħħ tad-dannu, ikunu qegħdin f’pajjiż ieħor ħlief dak fejn ġiet magħżula l-liġi, ma tistax iddgħajjef l-applikazzjoni tal-miżuri għal-liema l-liġi ta’ dak il-pajjiż ma tippermettix li jidderoga b’mod konvenzjonali. 3. L-għażla tal-liġi ta’ pajjiż terz mill-partijiet, meta l-elementi l-oħrajn kollha tas-sitwazzjoni, fil-mument tas-seħħ tad-dannu, ikunu qegħdin f’wieħed jew f’għadd ta’ Stati Membri tal-Komunità Ewropea, ma tistax iddgħajjef l-applikazzjoni tal-miżuri tal-liġi Komunitarja. SEZZJONI 5REGOLI KOMUNI L-Artikolu 11 12 – Skop tal-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali Il-liġi applikabbli għall- obbligu mhux kuntrattwali skond l-Artikoli 3 4 sa 1011 tar-Regolament preżenti tieħu ħsieb notevolment: a) il-kundizzjonijiet u l-firxa tar-responsabbiltà, inkluża d-deċiżjoni dwar il-persuni li jistgħu jkunu responsabbli għall-atti li kkommettew; b) il-kawżi ta’ eżenzjoni, kif ukoll ir-restrizzjonijiet kollha u t-tqassim kollu ta’ responsabbiltà; c) l-eżistenza u n-natura tad-danni li jistgħu jkunu eliġibbli għal kumpens; d) fil-limiti tal-poteri mgħotija lill-qorti mil-liġi ta’ proċedura tagħha, il-miżuri li l-imħallef jista’ jieħu biex jiżgura l-prevenzjoni, it-twaqqif tad-danni jew il-kumpens tagħhom; e) l-evalwazzjoni tad-dannu sakemm ir-regoli tal-liġi jmexxuha; f) it-trasferibbiltà tad-dritt għal kumpens;, notevolment permezz ta’ ċessjoni jew suċċessjoni; g) il-persuni li għandhom dritt għal kumpens għad-dannu li jkunu ġarrbu personalment; h) ir-responsabbiltà għall-atti ta’ persuna oħra; i) il-modi diversi ta’ trażżin ta’ l-obbligi kif ukoll il-preskrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ibbażati fuq l-għeluq ta’ limitu ta’ żmien, inkluż il-punt tal-bidu, l-interruzzjoni u s-sospensjoni tal-limiti ta’ żmien. L-Artikolu 12 13 – Regoli mandatarji 21. Il-miżuri tar-Regolament preżenti ma jdgħajfux l-applikazzjoni tar-regoli tal-qrati tal-liġi tal-pajjiż li jmexxu b’mod awtoritarju s-sitwazzjoni tkun xi tkun il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali. 1.2. Meta tiġi applikata, skond ir-Regolament preżenti, il-liġi ta’ pajjiż definit, jista’ jingħata effett lir-regoli mandatarji tal-liġi ta’ pajjiż ieħor li mas-sitwazzjoni għandha rabta stretta, jekk u sakemm, skond il-liġi ta’ dan il-pajjiż ta’ l-aħħar, dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati tkun xi tkun il-liġi li tapplika għall-obbligu mhux kuntrattwali. Sabiex tiddeċiedi jekk għandux jingħata effett lil dawn ir-regoli mandatorji, għandhom jiġu kkunsidrati n-natura u l-għan tagħhom, kif ukoll il-konsegwenzi li jistgħu jsegwu kemm jekk jiġu applikati jew le. L-Artikolu 1314 – Regoli ta’ sikurezza u ta’ mġiba Tkun xi tkun il-liġi applikabbli, waqt li tkun qiegħda tiġi determinata r-responsabbiltà, iridu jiġu kkunsidrati, bħala element ta’ fatt, ir-regoli ta’ sikurezza u ta’ mġieba fis-seħħ fil-post u fil-mument tas-seħħ ta’ l-att li kkawża d-dannu., sakemm dan ikun adattat. L-Artikolu 1415 – Azzjoni diretta kontra l-aġent ta’ l-assigurazzjoni tal-persuna responsabbli Id-dritt tal- Il-persuna li ġarrbet id-dannu litista’ tieħu passi direttament kontra l-aġent ta’ l-assigurazzjoni tal-persuna kkunsidrata responsabbli meta tali azzjoni hija mmexxija prevista, kemm mil-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, sakemm il-persuna li ġarrbet id-dannu m’għażlitx li tibbaża l-pretensjonijiet tagħha fuq kemm mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni. L-Artikolu 1516 - Surroga legaliu pluralità ta’ awturi 1. Meta persuna, il-kreditur, skond obbligu mhux kuntrattwali, għandha drittijiet fir-rigward ta’ persuna oħra, id-debitur, u terza persuna għandha l-obbligu li tħallas lill-kreditur jew inkella t-terza persuna ħallset lill-kreditur biex teħles minn dan l-obbligu, l-liġi applikabbli għal dan l-obbligu tat-terza persuna tiddetermina jekk dan għandux jeżerċita bis-sħiħ jew parzjalment id-drittijiet li kellu l-kreditur kontra d-debitur skond il-liġi li tmexxi ir-relazzjonijiet tagħhom. 2. L-istess regola tapplika fejn diversi persuni għandhom l-istess obbligu u l-kreditur ġie mħallas minn waħda minnhom. Meta terza persuna, pereżempju aġent ta’ l-assigurazzjoni, għandha l-obbligu li tħallas persuna bi kreditu ta’ obbligu mhux kuntrattwali, id-dritt ta’ appell ta’ din il- persuna terza kontra d-debitur ta’ l-obbligu mhux kuntrattwali huwa mmexxi mil-liġi applikabbli għall-obbligu li titħallas din il-persuna terza li jirriżulta minn, pereżempju, kuntratt ta’ assigurazzjoni. L-Artikolu 1617 – Pluralità ta’ awturi Meta kreditur għandu drittijiet fir-rigward ta’ diversi debituri li huma responsabbli b’mod konġunt, u meta wieħed minn dawn id-debituri diġà ħallas lill-kreditur, id-dritt ta’ dan id-debitur li jmur kontra d-debituri l-oħrajn huwa mmexxi mil-liġi applikabbli għall-obbligu ta’ dan id-debitur lejn il-kreditur. L-Artikolu 1 8 – Validità formali Att ġuridiku unilaterali relatat ma’ l-obbligu mhux kuntrattwali huwa validu formalment jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet formali tal-liġi li tmexxi l-obbligu mhux kuntrattwali ikkonċernat jew tal-liġi tal-pajjiż fejn seħħ dan l-att. L-Artikolu 17 19 – Prova 1. Il-liġi li tmexxi l-obbligi mhux kuntrattwali fir-rigward tar-Regolament preżenti tapplika sakemm, fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali, hija tistabbilixxi presupposti legali jew tqassam il-piż tal-prova. 2. L-atti ġuridiċi jistgħu jiġu ppruvati permezz ta’ kull tip ta’ prova ammessa kemm mil-liġi tal-qrati, kemm minn waħda mil-liġijiet speċifikati mill-Artikolu 1618, skond liema l-att ikun validu formalment, sakemm il-prova tista’ tiġi amministrata b’dan il-mod quddiem il-qorti appuntata. Il-Kapitolu III – Miżuri oħrajn L-Artikolu18 – Assimilazzjoni mat-territorju ta’ Stat Għall-applikazzjoni tar-Regolament preżenti jiġu assimilati mat-territorju ta’ l-Istat: a) l-installazzjonijiet u tagħmir ieħor iddestinati għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament ta’ riżorsi naturali li jinsabu ġo, fuq jew taħt il-parti tal-qiegħ il-baħar li qiegħda barra mill-ibħra territorjali ta’ dan l-Istat, sakemm dan l-Istat m’għandux il-ħila li jeżerċita, skond il-liġi internazzjonali, drittijiet sovrani għall-finijiet ta’ l-esplorazzjoni u ta’ l-isfruttament ta’ riżorsi naturali; b) bastiment li jinsab f’baħar miftuħ, reġistrat jew mgħammar bil-permessi ta’ l-ivvjaġġar jew ta’ dokument simili, minn dan l-Istat jew f’ismu, jew li, fin-nuqqas ta’ reġistrazzjoni, ta’ permessi ta’ l-ivvjaġġar jew ta’ dokument simili, jappartjeni għal ċittadin ta’ dak l-Istat; c) ajruplan li jinsab fl-ispazju ta’ l-ajru, li hu reġistrat minn dak l-Istat jew f’ismu jew li huwa mniżżel fir-reġistru ta’ nazzjonalità ta’ dak l-Istat, jew li, f’nuqqas ta’ reġistrazzjoni jew ta’ iskrizzjoni fir-reġistru ta’ nazzjonalità, jappartjeni għal ċittadin ta’ dak l-Istat. L-Artikolu 1920 – Assimilazzjoni għar-residenza abitwali 1. L-istabbiliment prinċipali ta’ kumpanija, assoċjazzjoni jew entità legali jkun il-post ta’ residenza abitwali. Madankollu, meta l-att li kkawża d-dannu jkun seħħ jew id-dannu jkun ikkawżat waqt li tkun qiegħda tintuża kumpanija sussidjarja, aġenzija jew kull tip ieħor ta’ stabbiliment, dan l-istabbiliment ikun il-post ta’ residenza abitwali. 2. Meta l-att li kkawża d-dannu jkun seħħ jew id-dannu jkun ikkawżat matul l-attività professjonali ta’ persuna fiżika, l-istabbiliment prinċipali professjonali tagħha jkun il-post ta’ residenza abitwali. L-Artikolu 2021 – Esklużjoni ta’ dritt ta’ għażla Meta r-Regolament preżenti jippreskrivi l-applikazzjoni tal-liġi ta’ pajjiż, dan ifisser ir-regoli tal-liġi fis-seħħ f’dak il-pajjiż ħlief għar-regoli tal-liġi privata internazzjonali. L-Artikolu 2122 – Sistemi mhux unifikati 1. Meta Stat għandu diversi unitajiet territorjali fejn kull waħda għandha r-regoli proprji tagħha fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali, kull unità territorjali tkun ikkunsidrata bħala pajjiż għall-finijiet tad-deċiżjoni tal-liġi applikabbli skond dan ir-Regolament. 2. Stat fejn unitajiet territorjali differenti għandhom ir-regoli proprji tagħhom tal-liġi fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali ma jkunux marbuta li japplikaw ir-Regolament preżenti għall-konflitti ta’ liġijiet li għandhom x’jaqsmu biss ma’ dawn l-unitajiet territorjali. L-Artikolu 2223 – Politika pubblika tal-qrati L-applikazzjoni ta’ miżura tal-liġi speċifikata mir-Regolament preżenti ma tistax titwarrab sakemm din l-applikazzjoni m’hijiex ovvjament inkompatibbli mal-politika pubblika tal-qrati. Tista’ tiġi kkunsidrata inkompatibbli mal-politika pubblika tal-qrati, fir-rigward ta’ r-Regolament preżenti, l-applikazzjoni ta’ liġi li twassal għall-attribuzzjoni ta’ danni li ma jistgħux jiġu kkumpensati li tagħhom l-ammont ikun eċċessiv. L-Artikolu 2324 – Relazzjoni ma’ miżuri oħrajn tal-liġi Komunitarja l-ftehimiet internazzjonali 1. Ir-Regolament preżenti ma jaffettwax l-applikazzjoni tal-miżuri inklużi fit-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej jew fl-Atti li joħorġu mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej u li: Ir-Regolament preżenti ma jdgħajjifx l-applikazzjoni ta’ ftehimiet multilaterali internazzjonali li għalihom l-Istati Membri huma Partijiet fil-mument ta’ l-adozzjoni tar-Regolament preżenti, u li, f’oqsma partikulari, imexxu l-konflitti ta’ liġijiet fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali u li kienu notifikati lill-Kummissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 25. - f’oqsma partikulari, imexxu l-konflitti ta’ liġijiet fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali, jew - jordnaw regoli li japplikaw tkun xi tkun il-liġi nazzjonali li tmexxi, fir-rigward tar-Regolament preżenti, l-obbligu mhux kuntrattwali inkwistjoni, jew - jopponu l-applikazzjoni ta’ miżura jew ta’ miżuri tal-liġi tal-qrati jew tal-liġi speċifikata mir-Regolament preżenti. 2. Ir-Regolament preżenti ma jaffettwax l-istrumenti Komunitarji li, f’oqsma partikulari, u fil-kamp ikkoordinat mill-istrumenti msemmija, jissottomettu l-forniment ta’ servizzi u ta’ prodotti għall-miżuri nazzjonali applikabbli fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn il-fornitur huwa stabbilit u li, fil-kamp ikkoordinat, ma jippermettux li jirrestrinġu ċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi jew tal-prodotti li ġejjin minn Stat Membru ieħor ħlief, jekk jinqala’ l-każ, taħt ċerti kundizzjonijiet. L-Artikolu 24 – Danni li ma jistgħux jiġu kkumpensati L-applikazzjoni ta’ miżura tal-liġi speċifikata mir-Regolament preżenti li twassal għall-attribuzzjoni ta’ danni li ma jistgħux jiġu kkumpensati, bħad-danni eżemplari jew punittivi, hija kontra l-politika pubblika Komunitarja. L-Artikolu 25 – Relazzjoni ma’ ftehimiet internazzjonali eżistenti Ir-Regolament preżenti ma jaffettwax l-applikazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Istati Membri huma parti fil-mument ta’ l-adozzjoni tar-Regolament preżenti, u li, f’oqsma partikulari, imexxu l-konflitti ta’ liġijiet fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali. 2. Madankollu, meta l-elementi kollha relatati mas-sitwazzjoni, fil-ħin tas-seħħ tad-dannu, ikunu qegħdin f’wieħed jew għadd ta’ Stati Membri, ir-Regolament preżenti jegħleb il-konvenzjonijiet li ġejjin: - il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-4 ta’ Mejju 1971 dwar l-inċidenti taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku; - il-Konvenzjoni ta’ L-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar il-liġi applikabbli għar-responsabbiltà għal prodotti difettużi. Il-Kapitolu IV – Dispożizzjonijiet finali L-Artikolu 25 – Lista ta’ konvenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 24 1. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn t-30 ta’ Ġunju 2004…., il-lista ta’ konvenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 24. Wara din id-data, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull denunzja ta’ dawn il-konvenzjonijiet. 2. Il-Kummissjoni tippubblika fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea l-lista ta’ konvenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet il-din il-lista kompleta. L-Artikolu 2 6 – Rapport ta’ applikazzjoni Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti, il-Kummissjoni tippreżenta rapport relatat ma’ l-applikazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. Ma’ dan ir-rapport, jekk jinqala’ l-każ, irid ikun hemm mehmużin proposti biex jadattaw ir-Regolament. Waqt l-abbozzar tar-rapport tagħha, il-Kummissjoni trid toqgħod attenta partikularment għall-mod kif, fil-prattika, il-liġi barranija tiġi milqugħa quddiem il-ġurisdizzjonijiet ta’ l-Istati Membri differenti. Jekk jinqala’ l-każ, ir-rapport jinkludi rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ l-opportunità għal avviċinament komuni dwar l-applikazzjoni tal-liġi barranija. Ir-rapport jeżamina wkoll il-kwistjoni ta’ l-opportunità għal leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja fil-qasam ta’ liġi applikabbli għall-inċidenti tat-traffiku. L-Artikolu 2 7 – Dħul fis-seħħ u applikazzjoni fil-ħin Ir-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2005….. Huwa japplika għall-obbligi mhux kuntrattwali li ġejjin minn atti li ġraw wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Ir-Regolament preżenti huwa obbligatorju fl-elementi kollha tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri konformi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Magħmul fi Brussell, il- Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] KUMM (2003) 427 finali – 2003/0168 (COD); għadu ma ġiex ippubblikat fil-ĠU. [2] ĠU C 241, tat-28.9.2004, p. 1. [3] A6-0211/2005. [4] ĠU C tal-, p. Għadha m’hix ippubblikata fil-ĠU [5] ĠU C 241 tat-28.9.2004, p.1. [6] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal- […] (ĠU C […] tas- […], […] 6 ta’ Lulju 2005. [7] Pjan ta’ azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-aħjar modi ta’ attwazzjoni tal-miżuri tat-Trattat ta’ Amsterdam relatati mat-twaqqif ta’ spazju ta’ libertà, ta’ sikurezza u ta’ ġustizzja, ĠU C 19 tat- 23.1.1999, p. 1. [8] Konklużjonijiet tal-Presidenza tas-16 ta’ Ottubru 1999, il-punti 28 sa 39. [9] ĠU C 12 tal-15.1.2001, p.1. [10] ĠU L 12 tas-16.1.2001, p. 1. [11] ĠU L 12 tas-16.1.2001, p.1 [12] Għat-test tal-Konvenzjoni kif ġie emendat mill-konvenzjonijiet differenti ta’ adeżjoni, id-dikjarazzjonijiet u l-protokolli annessi, ara l-verżjoni sħiħa ppubblikata fil-ĠU nru C 27 tas-26.1.1998, p. 34. [13] Għat-test tal-Konvenzjoni kif ġie emendat mill-konvenzjonijiet differenti ta’ adeżjoni, id-dikjarazzjonijiet u l-protokolli annessi, ara l-verżjoni sħiħa ppubblikata fil-ĠU nru C 27 tas-26.1.1998, p. 34. [14] ĠU L 210 tas-7.8.1985, p. 29, kif emendata mid-Direttiva 34/1999/KE ta’ l-10 ta’ Mejju 1999, ĠU L 141 ta’ l-4.6.1999, p. 20. [15] ĠU L 149 tal-11.6.2005, p. 22. [16] ĠU L 143 tat-30.4.2004, p. 56.