Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.
Dokument 52006PC0001
Communication from the Commission to the European Parliament pursuant to the second subparagraph of Article 251 (2) of the EC Treaty concerning the common position of the Council on the adoption of a Regulation of the European Parliament and of the Council on the addition of vitamins and minerals and of certain other substances to foods
Komunikazzjoni mill-Kumissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward l-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra
Komunikazzjoni mill-Kumissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward l-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra
/* KUMM/2006/0001 finali - COD 2003/0262 */
Komunikazzjoni mill-Kumissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward l-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra /* KUMM/2006/0001 finali - COD 2003/0262 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 13.1.2006 KUMM(2006) 1 finali 2003/0262 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra 2003/0262 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra 1- SFOND Data tat-tressiq tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (dokument COM(2003) 671 finali – 2003/0262 (COD): | 10 ta’ Novembru 2003 | Data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 31 ta’ Marzu 2004 | Data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 26 ta’ Mejju 2005 | Data ta' l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 8 ta’ Diċembru 2005. | 2- GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Ir-Regolament propost ikopri iż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra. L-għanijiet ewlenin tal-proposta huma: - biex jittejjeb il-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern - biex tikkontribwixxu lejn livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem - biex iżżid is-sigurtà legali għall-operaturi u, permezz ta’ miżuri proporzjonati, tippromwovi l-innovazzjoni - biex tiżgura l-kompetizzjoni ġusta fil-qasam ta’ l-ikel. Ir-Regolament propost: - fl-Anness I jelenka l-vitamini u l-minerali li jistgħu jiżdiedu u fl-Anness II jelenka l-preparazzjonijiet ta' vitamini u mluħ minerali li jistgħu jintużaw - jipprevedi ċerti restrizzjonijiet dwar it-tipi ta’ ikel differenti li jistgħu jiżdidulhom il-vitamini u l-minerali - jistipula l-kriterji għall-istabbiliment ta’ livelli massimi ta’ vitamini u minerali fl-ikel permezz tal-proċedura tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali - jipprevedi għall-istabbiliment ta’ livelli minimi ta’ vitamini u minerali permezz tal-proċedura tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali - jipprevedi għal regoli speċifiċi xierqa dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' prodotti li għandhom vitamini u minerali miżjuda minbarra, jew b’deroga għal, regoli orizzontali oħra applikabbli għat-tipi kollha ta’ ikel - jippermetti lill-Istati Membri li jesiġu li t-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti jiġi nnotifikat sabiex tkun iffaċilitata s-sorveljanza tagħhom - jipprovdi l-bażi għall-iskrutinju u, kulfejn meħtieġ, ir-regolazzjoni taż-żieda fl-ikel ta’ ċerti sustanzi li mhumiex vitamini jew minerali. 3- KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI 3.1 SOMMARJU TAL-POżIZZJONI TAL-KUMMISSJONI Il-Kummissjoni tappoġġa l-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata. din hija konformi ma’ l-għanijiet u l-approċċ meħud mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni u tqis l-emendi diversi proposti mill-Parlament Ewropew. 3.2 EMENDI LI SARU MILL-PARLAMENT EWROPEW FL-EWWEL QARI LI ġEW AċċETTATI MILL-KUMMISSJONI U MDAħħLA FIL-POżIZZJONI KOMUNI Il-pożizzjoni komuni tirrifletti l-ispirtu tas-17-il emenda kollha, jew ta' parti minnhom, li ġew aċċettati mill-Kummissjoni bis-sħiħ, parzjalment, fil-prinċipju jew soġġetti għal tibdiliet fid-diċitura, u 3 emendi li l-Kummissjoni oriġinalment kienet uriet li ma setgħetx taċċetta. Restrizzjoni fuq iż-żieda ta’ vitamini u minerali Il-pożizzjoni komuni tinkludi fl-Artikolu 4 l- Emendi 49/rev u 54/rev , u b’hekk tintroduċi deroga għaż-żieda ta’ vitamini u minerali f'xarbiet alkoħoliċi tradizzjonali speċifikati sewwa li fihom iktar minn 1.2% ta’ alkoħol bil-volum. Sustanzi oħrajn Il-pożizzjoni komuni għaqqdet l-Artikolu 10 u 11 tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni dwar iż-żieda ta’ ċerti sustanzi oħrajn fl-ikel fl-Artikolu 8 filwaqt li ssimplifikat it-test u speċifikat il-proċedura għall-evalwazzjoni ta’ dawk is-sustanzi skond it-talbiet ta’ l- Emendi 34, 35 u 55 . Anness II Il-pożizzjoni komuni żiedet is-sulfat tal-kalċju ma’ l-Anness II tar-Regolament, bħal sors permissibbli ta’ minerali, filwaqt li qieset l- Emenda 44 . Barra minn hekk, fl-istess Anness żammet l-imluħ tas-sodju u l-potassju ta’ l-aċidu ortofosforiku u l- pyridoxine dipalmitate bħala sors tal-vitamina B6. Iż-żamma tagħhom għandha l-istess effett ta' l- Emendi 45 u 46 . Oħrajn L- Emenda 1 (l-aħħar parti) tqieset fid-diċitura l-ġdida tal-premessa 8 tal-pożizzjoni komuni. Il-Kummissjoni, anki jekk oriġinarjament indikat li ma tistax taċċetta l-Emenda 1, lesta li tappoġġa dan l-abbozzar mill-ġdid marbut ma’ l-isforz ta’ simplifikazzjoni tat-test ta’ l-Artikoli 2 u 3 (it-tneħħija tal-kunċetti ta’ “restorazzjoni”, “ikel sostitut” u “ekwivalenza nutrittiva”). L-Emenda 2 (l-ewwel parti) ddaħħlet fil-pożizzjoni komuni fil-premessa 10. L- Emenda 3 ddaħħlet parzjalment u fil-prinċipju fil-Premessa 2 u fl-Artikolu 11, paragrafu 2, it-tieni parti. L- Emenda 5 u l-Emenda 25 iddaħħlu fil-prinċipju bit-tibdil fid-diċitura ta’ l-Artikolu 6, paragrafu 6. Il-Kummissjoni għarfet li l-Anness tad-Direttiva 90/496/KEE dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel mhuwiex komplut u għalhekk tista' tappoġġa dan l-abbozzar mill-ġdid u impenjat ruħha permezz ta' Dikjarazzjoni sabiex tirrifletti dwar modifiki li jistgħu jiġu adottati f'reviżjoni futura tad-Direttiva msemmija hawn fuq fir-Regolament dwar iż-żieda fl-ikel ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra. L- Emendi 13 u 41 ġew riflessi parzjalment fl-Artikolu 3, paragrafu 3 li jindika li l-modifika lill-Annessi I u II se jiġu adottati filwaqt li titqies l-opinjoni ta’ l-Awtorità. L- Emenda 16 hija riflessa parzjalment fl-Artikolu 17, paragrafu 1(b) u fl-Artikolu 9, paragrafu 20(d); skond dawn waqt il-perjodu tranżizzjonali tal-bidu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu, fit-territorju tagħhom, vitamini u minerali mhux imniżżla fl-annessi tar-Regolament sakemm id-dokumentazzjoni titressaq lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ dawn is-sustanzi għandha mbagħad tiġi ppubblikata fir-reġistru Komunitarju li għandu jsir disponibbli għall-pubbliku. L- Emenda 17 (l-ewwel parti) iddaħħlet fil-pożizzjoni komuni fil-premess 17, paragrafu 2. L- Emenda 31 hija indirizzata mill-Artikolu 9, paragrafu 2(d) dwar il-pubblikazzjoni fir-Reġistru Komunitarju ta’ tagħrif dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq iż-żieda obbligatorja ta’ vitamini u minerali. L- Emenda 38 (l-ewwel parti) tqieset parzjalment fl-Artikolu 9, paragrafu 2(d) tal-pożizzjoni komuni. Fil-fatt, tagħrif dwar iż-żieda obbligatorja ta' vitamini u minerali għandha tiġi inkluża fir-Reġistru Komunitarju. L- Emenda 39 tqieset parzjalment fl-Artikolu 11, paragrafu 2(b) tal-pożizzjoni komuni dwar in-notifika ta' projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet nazzjonali ta’ l-użu ta' ċerti sustanzi oħrajn. 3.3 EMENDI LI SARU MILL-PARLAMENT EWROPEW FL-EWWEL QARI LI ġEW AċċETTATI MILL-KUMMISSJONI IżDA MHUX IMDAħħLA FIL-POżIZZJONI KOMUNI Fid-dawl tal-livell sinifikanti ta’ qbil bejn l-Emendi tal-Parlament Ewropew aċċettabbli għall-Kummissjoni u l-pożizzjoni komuni, il-Kummissjoni aċċettat kompromess li ma jinkludix għadd żgħir ta' emendi li setgħet aċċettathom għallinqas parzjalment, ( l-Emenda 11 dwar il-bijodisponibbiltà ta' vitamini u minerali miżjuda, l-Emendi 12 u 28 dwar il-ħtieġa li t-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ma jqarrqux bil-konsumaturi, l-Emenda 22 li tipproponi li l-konsum ta’ vitamini u minerali minn supplimenti ta’ l-ikel jitqies meta jiġu ffissati l-livelli massimi, l-Emenda 40 li tesiġi l-konsultazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali meta l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet ġodda u l-Emenda 42 li tipproponi l-komunikazzjoni lill-Kummissjoni u l-publikazzjoni ta’ notifiki tat-tqegħid fis-suq ta’ ikel kopert mir-Regolament ). Il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li punti ta’ tħassib espressi fi wħud minn dawn l-Emendi huma indirizzati impliċitament mill-pożizzjoni komuni u speċifikament fil-premessa 10 għall-Emenda 11, fl-Artikolu 7, paragrafu 2 għall-Emendi 12 u 28 u fil-premess 15 u fl-Artikolu 6, paragrafu 3(b) għall-Emenda 22. Il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni wkoll lejn il-fatt li, dwar il-modifika ta’ l-elementi obbligatorji tat-tikkettar tan-nutrijenti, il-pożizzjoni komuni tagħmel referenza impliċita fl-Artikolu 6, paragrafu 6 dwar l-inkompletezza ta’ l-Anness tad-Direttiva 90/496/KEE. Barra minn hekk, tinkludi dikjarazzjoni mill-Kummissjoni li tindika l-ħsieb tagħha li tirrevedi l-Anness tad-Direttiva 90/496/KEE dwar it-tikkettar tan-nutrijenti u konsegwentement li dawn il-modifiki jiġu riflessi fir-Regolament dwar iż-żieda fl-ikel ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħrajn. Il-Kummissjoni timpenja ruħha wkoll biex fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tar-Regolament tressaq proposta għall-istabbiliment ta’ ammonti massimi/minimi ta’ vitamini u minerali u ta’ kull kundizzjoni relatata. Fil-fehma tal-Kummissjoni dan jirrispondi bi prinċipju għall-għan ta’ l- Emendi 21, 26 u 30 . 3.4 DISPOżIZZJONIJIET ġODDA MDAħħLA FIL-POżIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL Il-pożizzjoni komuni ħassret, fl-Artikolu 2, il-kunċetti ta’ “restorazzjoni”, “ikel sostitut” u “ekwivalenza nutrittiva” bħala skopijiet għaż-żieda f’oġġetti ta' l-ikel ta' vitamini u minerali u konsegwentement ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għaż-żieda ta' vitamini u minerali fl-ikel fl-Artikoli 3 u 6. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta dawn it-tibdiliet fil-kuntest ta’ sforz ta’ simplifikazzjoni. Għal skopijiet ta’ ċarezza il-Kummissjoni hija lesta li taċċetta li l-miżuri tranżizzjonali kollha jinġabru flimkien fl-Artikolu 17-il ġdid, bit-tneħħija konsegwenti ta’ l-Artikolu 4 tal-proposta oriġinali dwar il-miżuri tranżizzjonali għaż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali. Sabiex tkun iffaċilitata s-sorveljanza tas-suq tagħhom, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-Istati Membri jesiġu in-notifika kemm għat-tqegħid fis-suq tagħhom kif ukoll għall-irtirar minnu ta’ prodotti b’vitamini u minerali miżjuda (l-Artikolu 15). Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tappoġġa t-tneħħija tal-klorur tas-sodju mill-Anness II flimkien mal-kjarifika fil-premessa 10 li din is-sustanza tista' tkompli tiġi użata bħala ingredjent fit-tħejjija ta’ oġġetti ta’ l-ikel. 4- KONKLUŻJONI Fid-dawl tal-kummenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni taqbel mal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb ta’ adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fl-ikel ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra. 5- DIKJARAZZJONIJIET Id-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-minuti tal-Kunsill huma mehmuża ma’ l-Anness għal din il-komunikazzjoni. ANNESS DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni u l-Kunsill “Il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li kull stqarrija (messaġġ jew rappreżentazzjoni, li mhijiex obbligatorja taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew dik nazzjonali, inklużi rappreżentazzjonijiet bl-istampi, grafiċi jew simboliċi) marbuta maż-żieda ta' vitamini u minerali bħal: “bi...”, “irrestawrat fi...", "...miżjud", "arrikit..." għandhom jitqiesu daqslikieku għandhom l-istess tifsira għall-konsumaturi bħall-istqarrija "sors ta’...” kif definit fl-Anness tar-Regolament dwar in-nutrizzjoni u d-dikjarazzjonijiet tas-saħħa fuq oġġetti ta’ l-ikel.” Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni “Fil-qafas ta’ l-Artikolu 4 dwar ir-Restrizzjonijiet fuq iż-żieda ta’ vitamini u minerali (it-tieni inċiż) il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà taż-żieda ta’ kategoriji ta’ l-ikel, bħall-ħlewwiet.” Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni “Fil-qafas tar-riflessjoni tagħha dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 90/496/KEE dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel, il-Kummissjoni biħsiebha tqis l-elementi li ġejjin f'rabta mal-vitamini u l-minerali: - ir-reviżjoni/l-aġġornar tal-valuri ta’ referenza inklużi fl-Anness tad-Direttiva 90/496/KEE u l-livelli li jistgħu jitqiesu bħala ammonti sinifikanti. - l-istabbiliment ta’ livelli ta’ tolleranza għal varjazzjoni aċċettabbli mill-valur iddikjarat ta’ vitamini u minerali fuq it-tikketta tan-nutrizzjoni Kull modifika lill-elementi obbligatorji ta’ tikkettar nutrizzjonali li jista’ jiġi adattat fir-reviżjoni futura tad-Direttiva dwar it-tikkettar nutrizzjonali għandu, konsegwenement, jiġi rifless fl-Artikolu 7, paragrafu 3 tar-Regolament dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra fl-ikel. Il-Kummissjoni biħsiebha tressaq, malajr kemm jista’ jkun, u jkun xi jkun il-każ, fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tar-Regolament, proposta għall-istabbiliment ta’ ammonti massimi/minimi ta’ vitamini u minerali u kull kundizzjoni għaż-żieda tagħhom fl-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 6, paragrafu 2.” Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni “Il-Kummissjoni tikkonferma li kliem addizzjonali għat-tikkettar, maħsub biex jiġbed l-attenzjoni ta’ kategoriji partikolari ta’ konsumatur lejn ir-riskji speċifiċi li ċerti sustanzi jistgħu jippreċentawlhom, jista’ jiġi previst bħala kundizzjoni meta l-kontenut massimu għal ċerti sustanzi mniżżla fl-Anness I jiġi ffissat, sakemm kliem bħal dan ikun ġustifikat minn kunsiderazzjonijiet ta' ħarsien tas-saħħa pubblika."