Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006IP0436

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar standards ta' kontabilità użati minn emittenti ta' pajjiżi terzi u l-ekwivalenti tagħhom lill-IFRS kif imsemmija fl-abbozz tal-miżuri ta' implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Prospett u d-Direttiva dwar it-Trasparenza (abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 rigward l-istandards ta' kontabilità skond kif inhi mfassla l-informazzjoni storika li tinsab fil-prospetti, u l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu tat-titoli ta' l-informazzjoni minn emittenti tal-pajjiżi terzi ppreparati skond l-istandards ta' kontabilità aċċettati b'mod internazzjonali)

ĠU C 313E, 20.12.2006, pp. 116–118 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

52006IP0436

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar standards ta' kontabilità użati minn emittenti ta' pajjiżi terzi u l-ekwivalenti tagħhom lill-IFRS kif imsemmija fl-abbozz tal-miżuri ta' implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Prospett u d-Direttiva dwar it-Trasparenza (abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 rigward l-istandards ta' kontabilità skond kif inhi mfassla l-informazzjoni storika li tinsab fil-prospetti, u l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu tat-titoli ta' l-informazzjoni minn emittenti tal-pajjiżi terzi ppreparati skond l-istandards ta' kontabilità aċċettati b'mod internazzjonali)

Official Journal 313 E , 20/12/2006 P. 0116 - 0118


P6_TA(2006)0436

Miżuri ta' implimentazzjoni (livell 2) tad-Direttiva dwar il-Prospett

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar standards ta' kontabilità użati minn emittenti ta' pajjiżi terzi u l-ekwivalenti tagħhom lill-IFRS kif imsemmija fl-abbozz tal-miżuri ta' implimentazzjoni tad- Direttiva dwar il-Prospett u d-Direttiva dwar it-Trasparenza (abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 rigward l-istandards ta' kontabilità skond kif inhi mfassla l-informazzjoni storika li tinsab fil-prospetti, u l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu tat-titoli ta' l-informazzjoni minn emittenti tal-pajjiżi terzi ppreparati skond l-istandards ta' kontabilità aċċettati b'mod internazzjonali)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew huma ammessi għall-kummerċ [1], b'mod partikulari l-Artikolu 7(1),

- wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat [2], b'mod partikulari l- Artikolu 23(4) tagħha,

- wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-istandards internazzjonali ta' kontabilità [3],

- wara li kkunsidra l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 rigward l-istandards ta' kontabilità skond kif inhi mqassma l-informazzjoni storika li tinsab filprospetti,

- wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kummissjoni dwar l-użu ta' l-emittenti tat-titoli ta' informazzjoni talpajjiżi terzi ppreparati skond standards ta' kontabilità aċċettati b'mod internazzjonali,

- wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [4], kif emendat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas- 17 ta' Lulju 2006 [5]

- wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-President tal-Kummissjoni Romano Prodi lill-Parlament fil- 5 ta' Frar 2002,

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal- 5 ta' Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tasservizzi finanzjarji [6] fil-kuntest tar-Rapport Lamfalussy,

- Wara li kkunsidra l-modifikazzjonijiet proposti għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 u l-abbozz li jimplimenta d-deċiżjoni dwar l-użu minn emittenti minn pajjiżi terzi dwar it-titoli ta' l-informazzjoni skond l-istandards ta' kontabilità aċċettati internazzjonalment, adottati mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fl- 4 ta' Ottubru 2006,

- wara li kkunsidra t-tweġiba mill-Kummissjoni għal dawn il-modifiki proposti, li ngħatat lill-Parlament permezz ta' ittra fit- 18 ta' Ottubru 2006, indirizzata lir-rapporteur u liċ-chairwoman tal-Kumitat għall- Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji;

- wara li kkunsidra l-konklużjonijiet ta' l-ECOFIN tal- 5 ta' Mejju 2006, li jenfasizzaw l-importanza tassuperviżjoni, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fi ħdan l-UE,

- wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1. Jitlob lill-Kummissjoni li tqis ħafna l-limiti tas-setgħat mogħtija lilha permezz tad-Direttiva 2003/71/KE u d-Direttiva 2004/109/KE, skond id-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat, sabiex tiżgura ċertezza legali għall-partijiet konċernati fis-suq finanzjarju;

2. Jirrimarka li l-abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni huma s-soluzzjoni sabiex jinkisbu l-objettivi ta' kundizzjonijiet imtejba ta' operazzjoni għall-partijiet konċernati fis-suq finanzjarju kif ukoll tas-swieq finanzjarji effiċjenti, trasparenti u sikuri fl-Unjoni Ewropea;

3. Jisħaq li x-xogħol li twettaq mill-Parlament minn meta ġew ippubblikati l-miżuri ta' implimentazzjoni ġie stimulat peremzz tal-ħtieġa li jiġu rrispettati dawk id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi mmirati lejn il-kisba ta' riżultat bilanċjat bejn il-kompetizzjoni u t-trasparenza għas-swieq finanzjarji, partijiet interessati (azzjonisti, emittenti u utenti), awtoritajiet regulatorji u rappreżentanti eletti demokratikament;

4. Jilqa' l-ħeġġa li wriet il-Kummissjoni biex taħdem mal-Parlament sabiex jinkiseb l-aħjar riżultat possibbli għall-partijiet kollha konċernati; ifakkar il-ħtieġa li l-Parlament jiġi involut u infurmat mill-aktar stadji bikrija tax-xogħol preparatorju fuq il-miżuri kollha tal-livell 2;

5. Jinnota li l-proċedura li tirrigwarda l-ikkompletar ta' miżuri ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/71/KE u d-Direttiva 2004/109/KE hija kważi mingħajr preċedent fil-mod ta' kif tiżviluppa normalment illeġiżlazzjoni ta' l-UE; għaldaqstant jiġbed l-attenzjoni, għall-ħtieġa li jinkiseb riżultat li b'mod reċiproku li jkun sodisfaċenti għall-istituzzjonijiet kollha kkonċernati sabiex ir-relazzjoni interistituzzjonali tiżviluppa f'direzzjoni pożittiva;

6. Jistaqsi lill-Kummissjoni sabiex testendi l-mandat tiegħu tal- 25 ta' Ġunju 2004 lill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej (CESR), sabiex jippromwovi trattament armonjuż lill-pajjiżi terzi permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u jipprovdi parir tekniku dwar l-evalwazzjoni ta' l-ekwivalenza ta' l-istandards nazzjonali tal-pajjiżi terzi, barra l-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati ta' Kontabilità (GAAP) ta' l-Istati Uniti, ilĠappun u l-Kanada, ta' l-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) sakemm il-pajjiżi terzi involuti jingħataw il-possibilità li ma jerġgħux jiddikjaraw dikjarazzjonijiet finanzjarji mill- 1 ta' Jannar 2007 sa l- 1 ta' Jannar 2009;

7. Jirrimarka li l-perjodu mill- 1 ta' Jannar 2007 sa l- 1 ta' Jannar 2009 għandu jintuża mill-Kummissjoni sabiex tkompli fil-progress jew tidħol fin-negozjati għall-għan li tikseb konverġenza bejn l-IFRS u l-GAAP tal-pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta programm ta' ħidma li jindika lill-Kumitat tat- Titoli Ewropej (ESC) u lill-Parlament, in-negozjati ma' pajjiżi terzi rigward il-konverġenza bejn l-IFRS u l- GAAPs tal-pajjiżi terzi;

8. Jisħaq li l-evalwazzjoni tal-GAAP tal-pajjiżi terzi m'għandhiex tkun biss ta' natura teknika iżda li lkuntest ekonomiku u regolatorju għandu jiġi kkunsidrat;

9. Jistaqsi lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi definizzjoni ta' ekwivalenza li tinkludi l-applikazzjoni konsistenti ta' rekwiżiti ta' rikonċiljazzjoni applikati fil-pajjiżi terzi li jirrigwardaw l-emittenti Ewropej skond l-IFRS, u r-rekwiżiti kkunsidrati neċessarji permezz ta' analiżi objettiva u ddettaljata tad-differenzi bejn l-istandards ta' kontabilità tal-pajjiżi terzi u l-IFRS, sabiex jissalvagwardjaw il-protezzjoni ta' l-investituri;

10. Jikkunsidra li, fl-assenza tal-ftehima dwar l-ekwivalenza bejn l-IFRS u l-GAAP ta' l-Istati Uniti fl- 1 ta' Jannar 2009, din l-ekwivalenza li ġiet definita bħala ddikjarata f'paragrafu 9, negozji Amerikani stabbiliti fl- Ewropea għandhom jużaw b'mod sħiħ l-istandards ta' l-IFRS; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra ta' l- Unjoni sabiex jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom fuq dawn il-linji;

11. Jesprimi n-nuqqas ta' sodisfazzjon fl-inklużjoni ta' miżuri ġodda li jkomplu jeżentaw it-titoli professjonali għall-perjodu ta' sentejn fi stadju daqshekk tard fil-proċess u jikkunsidrah bħala mhux xieraq;

12. Jaċċetta l-miżuri ta' implimentazzjoni, dejjem jekk il-punti hawn fuq imsemmija jiġu kkunsidrati mill- Kummissjoni;

13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill- Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej.

[1] ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

[2] ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

[3] ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

[4] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[5] ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

[6] ĠU C 284 E, 21.11.2002, p.115.

--------------------------------------------------

Top