This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006DC0140
Communication from the Commission to the Council and the European Parliament on the implementation of the Energy Star programme in the European Community in the period 2001-2005
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-programm Energy Star fil-Komunità Ewropea matul il-perjodu 2001-2005
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-programm Energy Star fil-Komunità Ewropea matul il-perjodu 2001-2005
/* KUMM/2006/0140 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 27.3.2006 KUMM(2006) 140 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWROPEW dwar l-implimentazzjoni tal-programm ENERGY STAR fil-Komunità Ewropea matul il-perjodu 2001 - 2005 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWROPEW dwar l-implimentazzjoni tal-programm ENERGY STAR fil-Komunità Ewropea matul il-perjodu 2001 - 2005 1. Introduzzjoni It-tagħmir ta’ l-uffiċċju – i.e. komputers, printers, copiers, eċċ. – huma responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-konsum ta’ l-elettriku fis-setturi terzjarji u residenzjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Dan is-sehem qed jiżdied minħabba l-penetrazzjoni mgħaġġla tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni in ġenerali u t-tagħmir ta’ l-uffiċċju b’mod partikolari fis-setturi kollha tas-soċjetà u ż-żieda kontinwa fil-prestazzjoni ta' tagħmir bħal dan. Minħabba li t-tagħmir ta’ l-uffiċċju jinbiegħ mad-dinja kollha, f'Diċembru ta' l-2000 ġie ffirmat "Ftehim bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinament tal-programmi effiċjenti tat-tikketjar għat-tagħmir għall-uffiċċju”[1] L-għan kien li l-programmi tat-tikkettjar jiġu kkordinati għal tagħmir ta’ l-uffiċċju li jkun effiċjenti fl-enerġija fi tnejn mis-swieq ewlenin globali għal prodotti bħal dawn. Il-programm ENERGY STAR li jappartjeni għall-US EPA huwa implimentat ukoll fi sħab tal-kummerċ ewlenin oħra mad-dinja kollha. Il-Ftehim huwa maħsub biex jistimola l-kummerċ internazzjonali tat-tagħmir għall-uffiċċju billi jiffaċilità l-proċeduri tal-protagonisti tas-suq tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju biex jipparteċipaw fil-programm ENERGY STAR. Il-Ftehim jiskadi f’Ġunju ta' l-2006. Fuq is-sisien tal-Ftehim, l-Aġenzija għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent ta’ l-Istati Uniti (US EPA) u l-Kummissjoni Ewropea flimkien imexxu l-programm ENERGY STAR għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju. Dan il-programm twettaq mill-UE bid-“Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2003 dwar il-konklużjoni min-naħa tal-Komunità tal-Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinament tal-programmi tat-tikkettjar għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju effiċjenti fl-enerġija (2003/269/KE)[2], u bir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 programm Ewropew tat-tikkettjar effiċjenti fl-enerġija għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju” [3]. Il-programm ENERGY STAR jistabbilixxi programm ta’ qafas li jrawwem l-effiċjenza ta’ l-enerġija tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju permezz ta’ koordinament ta’ l-iskemi tat-tikkettjar għal dawk il-prodotti fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Unjoni Ewropea. Il-programm joffri l-possibilità lill-manifatturi tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju biex jirreġistraw fuq bażi volontarja dawk il-prodotti li jikkonformaw ma ċerti rekwiżiti għall-effiċjenza ta’ l-enerġija ddefiniti fil-qafas tal-programm, u biex isir użu mit-tikketta ENERGY STAR u/jew il-logo għal għanijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, jinħolqu u jiġu implimentati l-għodod għall-promozzjoni tat-tagħmir għall-uffiċċju li jkun effiċjenti fl-enerġija, għat-titjib fi-trasparenza fis-suq u biex jitjib l-għarfien ta’ l-utenti għall-effiċjenza ta’ l-enerġija. L-għan aħħari huwa li l-prokuraturi u l-konsumaturi jitħeġġu jixtru tagħmir li jkun effiċjenti f’dik li hija enerġija u biex jużaw t-tagħmir b’mod effiċjenti. Il-Kummissjoni ingħatat l-inkarigu biex timplimenta l-programm bħala entità maniġerjali bl-appoġġ ta’ korp konsultattiv, il-Bord ta’ l-Energy Star tal-KE (ECESB; “Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-11 ta' Marzu 2003 li tistabbilixxi l-Bord ta' l-Energy Star tal-Komunità Ewropea”[4] F’kooperazzjoni ma’ l-ECESB, il-Kummissjoni wettqet attivitajiet biex iġġedded l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-prodotti li jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR, prodotti rreġistrat u ppromwoviet informazzjoni għall-pubbliku dwar l-użu effiċjenti tat-tagħmir għall-uffiċċju. Fir-rapport li ġej hija ppreżentata ħarsa ġenerali ta’ dawn l-attivitajiet: - il-qagħda ġenerali attwali ta’ l-isforzi biex jiġġeddu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi hija ippreżentata fit-taqsima 2; - ħarsa ġenerali ta’ attivitajiet li jippromwovu l-programm ENERGY STAR hija pprovduta fit-taqsima 3; - sommarju tar-riżultati tad-diskussjonijiet ta’ l-ECESB u l-esperjenzi miksuba waqt l-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-ENERGY STAR fil-UE waqt is-snin 2001-2005 hija ppreżentata fit-taqsima 4; - il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni għal tiġdid possibbli tal-Ftehim wara l-konsultazzjonijiet ma' l-ECESB u mal- US EPA huma ppreżentati fit-taqsima 5. 2. IL-QAGĦDA ATTWALI TAR-REVIŻJONI TA’ L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI Il-programm ta’ l-ENERGY STAR għandu l-għan li juża fl-aħjar mod l-enerġija tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju. Sabiex jintlaħaq dan il-għan l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-prodotti kkwalifikati ta’ l-ENERGY STAR għandhom ikunu ta’ natura dinamika, biex isegwu kemm l-evoluzzjoni mgħaġġla teknoloġika u kemm it-trasformazzjoni tas-suq ikkawżata mill-programm ta' l-ENERGY STAR innifsu. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif qegħdin fil-Ftehim kienu qed jiffukaw fuq ir-rekwiżiti dwar is- sleep mode , i.e. mode b’inqas konsum ta’ enerġja li t-tagħmir “ enabled ” jiswiċċja awtomatikament fuqha wara ċertu perjodu ta’ inattività. Rekwiżiti bħal dawn, għalkemm huma meħtieġa, jindirizzaw parti waħda tal-konsum ta’ l-enerġija tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju. Il-konsum ta’ l-enerġija meta jkun fuq l- on mode (il-mod attiv) dejjem qed isir iżjed importanti minħabba t-tagħmir iktar b'saħħtu li twassal fis-suq. Barra minn hekk, iktar użu ta' per eżempju l-internet jew l-applikazzjonijiet ta' komunikazzjoni jistgħu jimplikaw li t-tagħmir jibqa fuq on mode għal perjodi itwal. Dawn l-aspetti jwasslu għal iktar importanza ta' l-istatus on mode fil-konsum totali ta’ l-enerġija. Sabiex jiġu addottati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi assoluti li jinsabu fil-Ftehim għall-iżviluppi teknoloġiċi riċenti u t-tibdil fit-tendenzi ta’ użu, il-Kummissjoni, bl-assistenza ta’ xi Stati Membri u partijiet interessati, tat kontribut attiv għar-reviżjoni ta’ l-ispeċifikazzjoni teknika għall-monitors tal-kompjuter, il-kompjuters u t-tagħmir ta’ l-immaġini. Għal dan il-għan, ġew organizzati ħafna laqgħat ta’ l-ECESB u s-subgrupp tiegħu ta’ esperti tekniċi. Ir-riżultati ġew approvati u użati mill-entitajiet maniġerjali. Il-Kummissjoni temmen li l-input ta’ l-esperti Ewropej huwa importanti għall-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi esiġenti u konsistenti. Monitors tal-kompjuter Ir-reviżjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-monitors tal-kompjuter tlestiet fl-2004. L-imsieħba tal-programm Ewropej taw kontribut siewi għall-proċess ta’ reviżjoni. l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-monitors tal-kompjuter fihom – f’kuntrast ma’ l-ispeċifikazzjoni teknika li kiem hemm fis-seħħ qabel – dispożizzjonijiet dwar il-konsum ta’ l-enerġija fuq l- on-mode , u ma jħallux spazju għal klawsola li teżenta drittijiet akkwistati retroattivament . Ir-rekwiżiti għall-pilastru 1 qegħdin fis-seħħ sa mill-1 ta’ Jannar 2005. Ir-rekwiżiti iktar stretti tal-pilastru 2 huma applikabbli sa mill-1 ta’ Jannar 2006. Il-Kompjuters Bħalissa għaddej il-proċess għar-reviżjoni ta' l-ispeċifikazzjoni teknika għall- kompjuters. Waqt il-laqgħat tas-subgrupp tekniku ta' l-ECESB fil-15 ta' Frar u s-26 ta' Mejju 2005, l-esperti u l-partijiet interessati tal-KE ddiskutu r-rotta ’l quddiem għat-tiġdid mill-ġdid għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kompjuters. L-esperti tal-KE appoġġjaw l-EPA fit-twaqqif ta’ dokument ta'-ħidma ta' qafas li tiddefinixxi l-iskop għal speċifikazzjonijiet tekniċi rreveduti. Il-pass li jmiss huwa d-definizzjoni tal-livelli tal-konsum. Bħalissa qed tinġabar id-dejta u tiġi analizzata, b’mod partikolari dwar id-definizzjoni tal-livelli ta’ konsum ta’ enerġija fil-modi varji. Huwa previst li tiġi ffinaliżżata r-reviżjoni ta’ l-ispeċifikazzjoni teknika fit-tieni kwart ta’ l-2006. L-ewwel pilastru ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kompjuters huwa skedat li jibda jaħdem mill-1 ta' Jannar 2007. It-tagħmir ta’ l-immaġini Ir-reviżjoni ta’ l-ispeċifikazzjoni teknika għat-tagħmir ta’ l-immaġini ( copiers , printers, tagħmir multifunzjonali, eċċ.) qed timxi ’lquddiem. Is-subgrupp tekniku ta’ l-ECESB iltaqgħa fil-15 ta’ Frar u s-26 ta’ Mejju, 2005. L-esperti tal-KE għenu lill-EPA fit-twaqqif tal-proċeduri għat-testijiet tal-“mod operattiv" (OM) u "il-konsum tipiku ta’ l-enerġija” (TEC) li sejrin jintużaw biex jiġi stabbilit il-konsum ta’ l-enerġija ta' tagħmir partikolari. Il-kundizzjonjiet tat-testijiet tfasslu. Bħalissa qed tinġabar u tiġi analizzata d-dejta sabiex il-kriterji għall-enerġija jiġu ddefiniti permezz ta’ l-applikazzjon ta’ kundizzjonijiet ġodda għat-testijiet. Huwa previst li fit-tieni kwart ta’ l-2006 tiġi ffinalizzata r-reviżjoni ta’ l-ispeċifikazzjoni teknika. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rreveduti għat-tagħmir ta’ l-immaġini huma skedati li jibdew jaħdmu sa mill-1 ta’ Jannar 2007. 3. IL-PROMOZZJONI U R-REġISTRAZZJONI TA’ PRODOTTI Il-Kumissjoni ħolqot il-portal ta’ l-internet www.eu-energystar.org li ilu online sa mill-ħarifa ta’ l-2003. Dan is-sit jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni relevanti mfassla għall-atturi relevanti, li jinkludu p.eż. il-linjigwida għall-parteċipazzjoni fil-programm għall-manifatturi, searchable interface għad-dejtabejż ta’ l-ENERGY STAR irreġistrat prodotti disponibbli fuq is-suq tal-KE (ara hawn taħt), informazzjoni dwar żviluppi ġodda dwar il-programm ENERGY STAR, jagħtu parir fuq il-konfigurazzjoni proprja u l-użu ta' l-immaniġġjar ta' l-enerġija, il-każi tat-testijiet dwar il-konservazzjoni profitabbli ta’ l-enerġija, għodda ta’ kalkolu għall-konservazzjoni ta’ l-enerġija, l-informazzjoni teknika dwar l-imġiba speċifika u l-operat ta’ l-immaniġġjar ta’ l-enerġija fis-sistemi differenti operattivi, eċċ. Il-portal huwa wkoll l-istrument ewlieni għall-aċċess pubbliku biex jiżgura t-trasparenza fl-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta’ ħidma tal-Programm, li tinkudi informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ l-ECESB, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rreveduti u l-aġġornamenti regolari tal-pjan ta’ ħidma annwali. Il-portal se jinżamm u jiġi żviluppat iktar fil-fond. Xi partijiet tal-portal huma disponibbli fi 11-il lingwa Komunitarja, li jiġbor madwar 10,000 ħit u 600 viżitatur kull ġurnata (statistiċi għat-tieni kwart ta' l-2005). Bil-ħsieb għar-rekwiżiti dwar ir-rapportaġġ dwar il-penetrazzjoni tas-suq ta’ prodotti li għandhom il-logo ENERGY STAR, l-EICTA pprovdiet dejta ta’ ħames kumpaniji dwar Dejta 1. il-persentaġġ tal-mudelli rreġistrati bħala proporzjon tan-numru ta’ mudelli fis-suq inkluża l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, Dejta 2. il-persentaġġ tal-mudelli kolha rreġistrati fis-suq ta’ l-UE bħala proporzjon tan-numru ta’ mudelli fis-suq ta’ l-UE , Dejta 3 persentaġġ ta’ mudelli rreġistrati mill-UE bħala proporzjon tan-numru tal-mudelli kollha rreġistrati Dejta 4. unità ta’ trasport bil-baħar (in-numru totali tat-tagħmir kkwalifikat)/persentaġġ tat-trasport bil-baħar ta’ unità li jikkwalifikaw: Kumpanija | Dejta 1. | Dejta 2. | Dejta 3. | Dejta 4. | 1 | 98.20% | 100% | 96.30% | 127288 | 2 | 100% | 100% | 100% | /100% | 3 | 96% | 96% | 0 | 5488253/100% | 4 | 99.50% | 99.50% | 881764/ | 5 | 60% | 60% | /80% | (Status: Ġunju 2005) Jista’ jiġi konkluż mid-dejta disponibbli li l-ispeċifikazzjonjiet ta’ l-ENERGY STAR s’issa qed jiġu ssodisfati minn kważi l-mudelli kollha ta’ dawk il-kumpaniji li ppreżentaw id-dejta. Dan juri l-ħtieġa għal tiġdid rapidu ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Min-naħa l-oħra, wieħed jista' jistenna li wara ċertu perjodu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mġedda esiġenti se jiġu ssodisfati minn parti kbira tas-suq. Dan huwa minnu l-iktar minħabba l-fatt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ l-ENERGY STAR jintużaw bħala rekwiżit għal prokura pubblika fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Għalhekk, id-definizzjoni ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi esiġenti jistgħu jiġu mistennija li jwasslu għal konservazzjoni sostanzjali ta’ enerġija. Id-dejtabejż ta’ l-ENERGY STAR Il-Kummissjoni kontinwament rreġistrat prodotti kkwalifikati mibjugħa fuq is-suq Ewropew (ŻEE). Din hija parti mir-responsabbilità tal-Kummissjoni bħala “entità maniġerjali” għall-KE, li hija aċċettat li testendi liż-ŻEE wara l-ftehim mall-pajjiżi ta' l-EFTA u l-US EPA. L-utenti jistgħu jaċċessaw id-dejtabejż tal-prodotti rreġistrati u l-manifatturi permezz tal-websajt. Minbarra l-prodotti rreġistrati tal-KE, il-prodotti li ġew irreġistrati mill-EPA għal bejgħ fuq is-suq tal-KE huma inklużi fid-dejtabejż ukoll. Għal dan il-għan, id-dejta dwar il-mudelli rreġistrati ma’ l-EPA qed tiġi ttrasferita, evalwata u – jekk il-mudelli huma għal bejgħ fil-KE – ppubblikata fil-websajt tal-KE. Id-dejtabejż tal-websajt ta’ l-ENERGY STAR tal-KE u l-lista ta’ kumpaniji u l-prodotti rreġistrati huma aġġornati skond dan fuq bażi permanenti. Attwalment qed jinżammu madwar 10,000 mudell. Id-dejtabejż ġie rikonoxxut mill-ECESB bħala għodda siewja biex titrawwem it-trasparenza fis-suq. Minħabba li d-dejta hija dominju pubbliku, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-dejtabejż ta’ l-ENERGY STAR bħala bażi għall-għodod li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ prodotti partikolarment effiċjenti fl-enerġija. 4. TAGħLIMIET MIKSUBA MATUL IL-PERJODU 2001 SA L-2005 Kif meħtieġ, il-Kumissjoni ħolqot l-EC Energy Star Board (ECESB) biex jikkonsulta regolarment ir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u l-partijiet interessati bħall-manifatturi u l-assoċjazzjonijiet tat-tagħmir ta' l-uffiċċju, l-esperti dwar it-trasformazzjoni tas-suq (aġenziji ta’ l-enerġija mill-Istati Membri), NGOs ambjentali (p.eż. il-WWF) u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur (ANEC). L-ECESB tat kontribut attiv għar-reviżjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (ara fuq). Il-Kummissjoni organizzat workshop ddedikat li għalih attendew il-partijiet interessati kbar kollha minn madwar id-dinja fejn ġiet diskussa l-linjabażi ġenerali tal-Programm ta' l-ENERGY STAR għat-tagħmir ta' l-uffiċċju (Frankfurt am Main, April 2004). Il-konklużjonijiet ewlenin huma dawn li ġejjin: - Hemm appoġġ għall-Partijiet Interessati għal Ftehim ġdid ta’ l-Energy Star ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bit-talba li l-programm jiġi implimentat b'iktar effikaċja fl-UE. B’mod partikolari, il-proċedura għall-aġġornament ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandha titqassar. Dan huwa meħtieġ sabiex tlaħħaq mal-karattru ferm innovattiv u ċ-ċikli mgħaġġla ta' żvilupp tal-prodott fit-tagħmir ta’ l-uffiċċju. - Ikun meħtieġ koordinament aħjar bejn il-US EPA u l-Kummissjoni tal-KE meta ssir il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati fuq ir-reviżjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ġodda. Jinħtieġ ir-rinforz tar-riżorsi umani għall-gwida tal-proċess ta’ reviżjoni. - L-effikaċja u l-kredibbilità tal-programm jiddependu l-biċċa l-kbira fuq il-livell ta’ ambizzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-prodotti li jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR. Għalhekk il-partijiet interessati jikkunsidraw li fil-prinċipju l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu stabbiliti sabiex fl-istess waqt tad-definizzjoni tal-kriterji madwar 25% tal-mudelli disponibbli fis-suq ikunu jikkwalifikaw li jingħataw it-tikketta. - Il-Kummissjoni ilha tħares lejn xi modi kif tista tissimplifika/tqassar il-proċess sabiex l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rreveduti jinħadmu u jiġu miftehma. Għal raġunijiet fundamentali, għandha tissokta t-traduzzjoni fil-lingwi Komunitarji u l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Is-simplifikazzjoni ewlenija ssuġġeriet li l-kumitat speċjali “133” tal-Kunsill mhemmx għalfejn jiġi kkonsultat fuq l-aġġornament ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, meta jiġi kkunsidrat li d-delegazzjonijiet ta’ l-Istati Membri diġà ġew ikkonsultati madwar l-ECESB u fil-prattika il-kumitat speċjali “133” purament japprova il-fehmiet tar-rappreżentatnti tagħhom fil-Bord ta’ l-Energy Star. Min-naħa l-oħra, huwa ssuġġerit li bosta dazji ta’ rappurtaġġ inklużi fir-Regolament attwali li huma kkunsidrati tqal b’mod disproporzjonat meta mqabbla ma’ l-għan ta’ din l-iskema volontarja jistgħu jiġu rrevokati. - Bil-ħsieb li jassiguraw l-Istati Membri li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rreveduti huma esiġenti, se tkun inkluża dispożiżżjoni fi ftehim ġdid possibbli li timponi fuq iż-żewġ entitajiet maniġerjali (il-Kummissjoni u l-EPA) li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ikunu definiti b’mod li fil-waqt li jiġu stabbiliti l-kriterji, madwar 25% biss tal-prodotti fuq is-suq jkunu jistgħu jilħqu l-kriterji. Bl-inklużjoni ta’ dispożizzjoni bħal din, il-Kunsill għandu jipprovdi mandat ċar lill-Kummissjoni għar-reviżjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, li jiġġustifika iktar il-bżonn biex jiġi kkonsultat il-kumitat speċjali “133". - Huwa propost li ma jeħtieġx li l-Istati Membri jippromwovu t-tagħmir bit-tikketta ENERGY STAR. Dan huwa minħabba l-fatt li t-tikketta ENERGY STAR hija għodda għall-manifatturi biex jippromwuovu t-tagħmir bit-tikketta. Għalhekk l-attivitajiet li jippromwovu t-tikketta għandhom isiru u jitħallsu mill-manifatturi. - Id-dejtabejż pubblika ENERGY STAR tista’ tgħin lill-konsumaturi u l-awtoritajiet pubbliċi biex jiddefinixxu l-aħjar livelli ta’ prestazzjoni ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija għall-prestazzjoni funzjonali mixtieqa, b’mod partikolari għall-għan ta' prokura pubblika. 5. Konklużjoni: suġġeriment għal tiġdid tal-ftehim Il-Ftehim attwalment fis-seħħ jiskadi f’Ġunju ta' l-2006. Ir-raġunament biex jiġi konkluż Ftehim ma’ l-Istati Uniti lura fl-aħħar tad-disgħinijiet huwa iktar b’saħħtu issa. Waqt li jitqiesu l-esperjenzi miksuba waqt l-ewwel perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm ENERGY STAR fl-UE, huwa ssuġġerit li titkompla l-parteċipazzjoni tal-KE fil-programm ENERGY STAR għat-tieni perjodu ta’ ħames snin minħabba r-raġunijiet li ġejjin: - L-użu effiċjenti ta’ l-enerġija huwa wieħed mill-pilastri ewlenin għal enerġija sostenibbli fil-Komunità. Il- Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija tidentifika il-benefiċċji li ġejjin ta' l-użu effiċjenti ta' l-enerġija: l-assigurazzjoni tal-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea li tibbeneifika minn inqas infiq fuq l-enerġija, il-protezzjoni ambjentali minħabba t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju kkawżati permezz ta’ l-użu ta’ l-enerġija, is-sigurtà tal-forniment ta’ l-enerġija minħabba t-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija u għalhekk it-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjonijiet ta’ l-enerġija. - Il-konsum tat-tagħmir ta' l-uffiċċju għandu sehem importanti mill-konsum ta' l-elettriku fil-KE. Dan jista’ jiżdied p.eż. minħabba funzjonalità u prestazzjoni aħjar (p.eż l-ipproċessar tal-veloċità ta’ kompjuter) u minħabba iżjed stokk fl-użu privat u għan-negozju. Għalhekk il-prestazzjoni ta’ l-enerġija tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju għandha tittejjeb aktar. - Il-programm ta’ l-ENERGY STAR tal-KE jipprovdi il-ħidma ta’ qafas għall-koordinament ta’ l-Istati Membri u l-isforzi tal-Komunità biex ittejjeb l-effiċjenza ta’ l-enerġija tat-tagħmir għall-uffiċċju. Huwa meħtieġ approċċ ikkoordinat sabiex jitnaqqas l-impatt ħażin fuq l-industrija u l-kummerċ minħabba li r-rekwiżiti nazzjonali mhux koordinati jistgħu jimponu spejjeż żejda fuq il-manifatturi, il-kummerċ u b’konsegwenza x-xerrejja u l-utenti tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju. - Minħabba li t-tagħmir ta’ l-uffiċċju jinbiegħ mad-dinja kollha, miżuri biex tittejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija għandhom jiġu implimentati flimkien mas-sħab globali u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Il-programm ENERGY STAR jipprovdi ħidma ta' qafas għall-koordinament ta’ l-azzjonijiet bil-għan tat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija tat-tagħmir ta' l-uffiċċju ma' l-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Korea u swieq oħra ewlenin. - Il-Programm ENERGY STAR huwa aċċettat mill-biċċa l-kbira tal-manifatturi. Barra minn hekk, fl-Istati Uniti huwa importanti għall-prokura pubblika, minħabba li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu rrispettati mill-attivitajiet ta’ prokura pubblika, li jtejbu b’mod sinifikanti l-impatt tal-programm. Jekk l-awtoritajiet pubbliċi fil-Komunità jeħtieġu jixtru t-tagħmir li huwa effiċjenti fl-enerġija għallinqas kif stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Programm ta’ l-ENERGY STAR, dan imexxi iktar lis-suq lejn tagħmir iktar effiċjenti. Dan idealment ikollu l-effett li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ l-ENERGY STAR jistgħu – wara ċertu perjodu – jiġu sodisfatti b’sehem kbir ta’ tagħmir disponibbli fuq is-suq. Għalhekk tista' tiġi ffrankata ħafna enerġija sakemm l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkunu esiġenti (p.eż. li jkopru 25% tal-mudelli kif issuġġerit fl-abbozz tal-Ftehim ġdid) fl-istess waqt tad-definizzjoni tal-kriterji. - Il-Kummissjoni temmen li l-input ta’ l-esperti tal-KE huwa importanti u jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi esiġenti u konsistenti. Minħabba li x'aktarx il-biċċa l-kbira tas-suq se tikkonforma wara ċertu perjodu ta' żmien ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' l-ENERGY STAR, id-definizzjoni tar-rekwiżiti esiġenti tista twassal għal titjib sinifikanti tal-konsum ta’ l-enerġija tas-settur tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju. - Għalkemm mhuwiex possibbli li jiġi kkwantifikat sa fejn is-servizzi tal-Kummissjoni jikkunsidraw li l-Programm ta' l-ENERG STAR għat-tagħmir ta' l-uffiċċju kkontribwixxa għal titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija għat-tagħmir ta' l-uffiċċju. Min-naħa l-oħra, għadhom jeżistu potenzjali sinifikanti biex titjieb il-prestazzjoni ta' l-enerġija tat-tagħmir ta' l-uffiċċju b'mod ekonomikament effikaċi. - Ir-rapidità ta’ l-innovazzjoni u taċ-ċikli ta’ żvilupp tal-prodotti jeħtieġu strumenti partikolarment flessibbli, bħal per eżempju programmi ta’ tikkettjar volontarji li jistgħu jiġu adattati iktar rapidament għall-iżviluppi tas-suq biex titjieb l-effiċjenza ta’ l-enerġija tat-tagħmir għall-uffiċċju. Il-Programm ENERGY STAR huwa kkunsidrat strument ta’ politika iktar adattat biex il-Komunità tisfrutta l-potenzjal ta’ konservazzjoni ta' l- enerġija meta mqabbel mat-tikkettjar obbligatorju ta’ l-enerġija skond il-ħidma ta’ qafas tad-Direttiva 92/75 KE. Huwa wkoll komplimentarju għad-Direttiva 2005/32/KE għat-twaqqif tar-rekwiżiti ta’ l-ekodisinn. - Il-Programm ta’ l-Energy Star - b’mod partikolari d-dejtabejż tagħha mmaniġjata mill-Kummissjoni u mill-EPA – tista’ tintuża bħala bażi għal attivitajiet ta’ l-awtoritajiet nazzjonali, reġjunali u lokali biex jippromwovu b’mod partikolari t-tagħmir ta’ l-uffiċċju effiċjenti fl-enerġija. Il-Programm itejjeb it-trasparenza tas-suq fis-settur tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju, b’mod partikolari dwar il-prestazzjoni ta’ l-enerġija tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju. Dan huwa prerekwiżit għal attivitajiet li jimmiraw kemm biex jimmotivaw il-konsumaturi kif ukoll l-awtoritajiet terzjarji u tal-prokura pubblika sabiex jinkludu l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-ispejjez totali tas-sjieda li jinkludu l-ispejjeż għall-konsum ta' l-elettriku fid-deċiżjoni tax-xiri. Waqt il-laqgħa tat-2 ta’ Diċembru 2005, il-partijiet fi ħdan l-ECESB appoġġjaw din l-evalwazzjoni u approvaw il-prinċipju għall-konklużjoni ta' ftehim ġdid ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika bil-modifiki li ġejjin mill-esperjenza miksuba mill-ewwel perjodu. [1] ĠU L 172, 26.06.2001, p. 3 [2] ĠU L 99, 17.4.2003, p. 47. [3] ĠU L 332, 15.12.2001, p. 1. [4] ĠU L 67, 12.3.2003, p. 22.