Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0713

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposti għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti gassijiet fluworinati li jwasslu għall-effett serra fl-atmosfera direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-emmissjonijiet tas-sistemi ta’ l-arja kkondizzjonata fil-vetturi bil-magni u li jemenda d-direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

/* KUMM/2005/0713 finali - COD 2003/0189A - COD 2003/0189B */

52005PC0713

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposti għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti gassijiet fluworinati li jwasslu għall-effett serra fl-atmosfera direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-emmissjonijiet tas-sistemi ta’ l-arja kkondizzjonata fil-vetturi bil-magni u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2005/0713 finali - COD 2003/0189A - COD 2003/0189B */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 23.12.2005

KUMM(2005) 713 finali

2003/0189A (COD)2003/0189B (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposti għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ċerti gassijiet fluworinati li jwasslu għall-effett serra fl-atmosfera DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL fir-rigward ta’ l-emmissjonijiet tas-sistemi ta’ l-arja kkondizzjonata fil-vetturi bil-magni u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE

JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

2003/0189A (COD)2003/0189B (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposti għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ċerti gassijiet fluworinati li jwasslu għall-effett serra fl-atmosfera DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL fir-rigward ta’ l-emmissjonijiet tas-sistemi ta’ l-arja kkondizzjonata fil-vetturi bil-magni u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE

1. Introduzzjoni

It-tielet sub-paragrafu, punt (c) ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni, hawn taħt, tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-emendi proposti mill-Parlament.

2. Sfond

Il-proposta COM (2003) 492 finali ntbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond il-proċedura tal-kodeċiżjoni tat-Trattat tal-Komunità Ewropea fil-11 ta’ Awissu 2003.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fit-28 ta' Jannar 2004.

Il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fil-31 ta' Marzu 2004.

Wara l-opinjoni tal-Parlament Ewropew u skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kunsill formalment adotta l-Pożizzjoni Komuni fil-21 ta' Ġunju 2005. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pożizzjoni Komuni ġiet adottata fl-1 ta' Lulju 2005 u l-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari fis-26 ta' Ottubru 2005.

3. GħAN TAL-PROPOSTI

Ir-Regolament u d-Direttiva proposti wasslu għal:

(i) qafas leġiżlattiv li għandu jagħti kontribut fit-tnaqqis ta’ l-emmissjonijiet tal-gassijiet fluworinati li jwasslu għall-effett serra koperti mill-Protokoll ta’ Kyoto u b’ hekk jagħtu kontribut għall-konformità mal-miri stipolati fi Kyoto ta’ l-UE u ta’ l-Istati Membri u iktar lil hinn minn hekk.

ii) qafas legali li jiffaċilita wkoll is-suq intern.

4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew

Fis-26 ta’ Ottubru 2005, il-Parlament Ewropew fir-rigward tar- Regolament adotta 26 minn 45 ta’ l-emendi li ġew inklużi f’ tabella. Mis-26 emenda adottata, il-Kummissjoni tista' taċċetta 4 emendi bis-sħiħ, 7 emendi parzjalment u 8 emendi oħra fil-prinċipju. 7 mill-emendi adottati mhumiex aċċettabbli għall-Kummissjoni. Fir-rigward tad- Direttiva l-Parlament Ewropew adotta emendament wieħed li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta.

4.1 Ir-Regolament

4.1.1 Emendi aċċettati mill-Kummissjoni

4.1.1.1 Emendi aċċettati bis-Sħiħ

L-emenda 10 tintroduċi l-element “tal-prevenzjoni” ta’ l-emmissjonijiet kif ukoll tat-tnaqqis ta’ l-emmissjonijiet tal-gassijiet fluworinati li jwasslu għall-effett serra li huwa diġà użat fir-rigward ta’ ħruġ ta’ gass fl-Artikolu 3. L-emenda 13 tiżviluppa iktar id-definizzjoni tas-sistemi li huma ssiġillati ermetikament u jsaħħaħ iċ-ċarezza. L-emenda 24 hija biss referenza għall-emenda 23 li l-Kummissjoni taċċetta l-prinċipju. L-emenda 29 tinkludi l-effiċenza ta’ l-enerġija bħala element li għandu jiġi kkunsidrat fil-valutazzjoni dwar jekk prodotti ġodda u tagħmir li fih dawn il-gassijiet għandhomx jiġu pprojbiti.Il-Kummissjoni tikkonsidra li dawn l-emendi huma konformi u jtejbu t-test kurrenti u se jiffaċilitaw l-implimentazzjoni u jikkontribwixxu fl-effettività tar-Regolament. Il-Kummissjoni għalhekk tista' taċċettahom.

4.1.1.2. Emendi Aċċettati Parzjalment

L-emenda 2 (premessa) jispeċifika li l-Istati Membri individwali minħabba li huma f’miri differenti skond il-ftehim dwar it-tqassim ta’ l-impenn skond il-Protokoll ta’ Kyoto għandhom ikollhom is-setgħa li jwettqu miżuri individwali sabiex jilħqu l-miri tagħhom. Madanakollu, mhux indikat li tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mat-Trattat u mar-Regolament. Il-premessa 3(a) il-ġdida hija aċċettabbli biss jekk tinqara’ hekk kif ġej:

“3(a) Anness II tad-Deċiżjoni 2002/358/KE jistipola miri ta’ tnaqqis differenti għall-Istati Membri individwali. L-Istati Membri jeħtieġu għalhekk li jieħu miżuri biex jilħqu l-miri ta’ Kyoto tagħhom bil-kondizzjoni li dawn ikunu kompatibbli mat-Trattat.”

L-emenda 11 tintroduċi fl-Artikolu 1 (ambitu) numru ta’ kjarifiki. Ħafna minn dawn il-bidliet jistgħu jiġu aċċettati iżda jkun iktar preferibbli li tiġi ppreżervata l-kelma spezzjoni milli “kontroll ta’ l-użu” kif inhu suġġerit. Test relatat ma’ din l-aħħar kwistjoni huwa propost fir-rigward ta' l-emenda 17.

L-emenda 16 tbiddel il-kelma spezzjoni fi “iċċekkjat” u tissostitwixxi “ circuits ” għal tagħmir fir-rigward tas-sistemi siġillati ermetikament. It-tieni parti hija aċċettabbli iżda l-Kummissjoni tista’ titlob li tinżamm “spezzjoni” milli “iċċekkjat”. It-test propost fir-rigward ta’ l-emenda 17 jista’ jipprovdi soluzzjoni għal din il-problema tad-definizzjoni.

L-emenda 17 tbiddel il-kliem “spezzjonat għall-ħruġ ta’ gass” bi “iċċekkjat għall-ħruġ ta’ gass” u jispeċifika l-lingwaġġ fir-rigward tal-metodi indiretti. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-ewwel element. Fir-rigward tat-tieni parti jista’ jkun possibbli li taċċetta xi tibdil fl-abbozz u t-test jista’ possibilment iwieġeb għad-dubji fir-rigward ta’ l-użu tal-kelma “spezzjoni”.

“Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “spezzjonat għall-ħruġ ta’ gass” tfisser li dak it-tagħmir jew dik is-sistema ġiet eżaminata primarjament għall-ħruġ permezz ta’ metodi diretti ta’ kejl b’enfażi fuq dawk il-partijiet tat-tagħmir jew tas-sistema fejn hemm l-iktar ċans ta’ ħruġjew b’metodi indiretti ta’ kejl li jiffukaw fuq il-parametri operattivi li jindikaw li hemm telf ta’ gass fluworinat li jwassal għall-effett serra. L-ispezzjoni għall-ħruġ ta’ gass tista’ ssir minn operatur li huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5.”

L-emenda 21 iżżid fid-dispożizzjoni ta’ rappurtaġġ “solventi u sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar” mal-kategorija prinċipali ta’ applikazzjonijiet li għandha tiggwida lill-produtturi u lill-importaturi fir-rappurtaġġ tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-inklużjoni tas-sistemi tal-protezzjoni kontra n-nar iżda ebda utent tas-solventi minħabba li hemm ħafna utenti u produtturi żgħar u l-importaturi jistgħu ikollhom diffikultà konsiderevoli fil-ġbir tad-data.

L-emenda 25 tintroduċi numru ta’ bidliet fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar, l-iktar l-indikazzjoni tal-potenzjal ta’ l-effett tas-sħana globali. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-prinċipju imma temmen li dan jista’ jsir l-aħjar permezz tal-komitoloġija. Suġġeriment għat-test jinsab hawn taħt:

“Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif l-aħjar isir it-tikkettar tat-tagħmir u tal-prodotti li fihom il-gassijiet fluworinati li jwasslu għall-effett serra sabiex ikun hemm kixfa sħiħa ambjentali, inkluża l-analiżi permezz taċ-ċikli tal-ħajja, għall-konsumaturi ta’ tali prodotti u tagħmir. Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jekk huwa xieraq il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tikketti li għandhom jintużaw fuq tali prodotti u tagħmir skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 11(2)”

Fl-emenda 44 , il-paragrafu 1 jisspeċifika li l-Istati Membri għandhom jippromwovu alternattivi, u jikkunsidraw il-gassijiet li għandhom GWP għoli u li l-Kummissjoni tista’ tiġi nnotifikata dwar l-abolizzjonijiet mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-ewwel parti tal-paragrafu 1 b’ċertu tibdil fil-kliem iżda ma temminx li n-notifikazzjoni hija meħtieġa. L-elenkar ta’ l-applikazzjonijiet li huma koperti fil-paragrafu 2 mhux meħtieġ u għandu, għalhekk, jitwaqqa’.

“Mingħajr preġudizzju għat-Trattat u b’ mod partikolari l-Artikolu 87 tiegħu, l-Istati Membri għandhom jipprovaw jippromwovu t-tqegħid fis-suq tat-tagħmir li fih il-gassijiet fluworinati li jwasslu għall-effett serra li huma huma iktar tajbin għall-ambjent u jikkunsidraw il-benefiċċji fl-effiċenza enerġetika ta’ ċerti gassijiet f’ ċerti applikazzjonijiet.

4.1.1.3. Emendi aċċettati fil-Prinċipju

L-emenda 3 hija premessa ġdida dwar il-potenzjal għoli ta’ sħana globali tal-gassijiet fluworinati li jwasslu għall-effett serra. Dan huwa skond ma hu indikat fl-Anness I tar-Regolament iżda partijiet mil-lingwaġġ jeħtieġu korrezzjoni u t-test li huwa xieraq hu dan li ġej:

“3(b) Ċerti gassijiet fluworinati li jwasslu għall-effett serra, kkontrollati mill-Protokoll ta’ Kyoto u minn dan ir-Regolament, għandhom GWP għoli u ħajja atmosferika twila.”

L-emenda 6 hija premessa ġdida li tispeċifika li l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament għandu jinkuraġġixxi l-innovazzjoni teknoloġika. Din l-emenda tista' tiġi aċċettata b’kemmxejn tibdil fl-abbozz tat-test bl-enfażi fuq l-innovazzjoni teknoloġika kif imniżżel hawn taħt:

“(6a) L-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament għandu jinkoraġġixxi l-innovazzjoni teknoloġika permezz ta’ l-iżvilupp kontinwu ta’ teknoloġiji alternattivi li jirrispettaw iktar l-ambjent."

L-emenda 7 hija premessa ġdida li tispeċifika li r-regolament m’għandux jimpedixxi lill-Istat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri ta’ protezzjoni iktar stretti. Din l-emenda hija simili għall-emenda 2 u t-test propost għal din l-emenda għandu jkun aċċettabbli gżall-emenda 7.

L-emenda 15 iżżid it-terminu circuits ma’ tagħmir. Circuit tkun tista’ tkopri l-elementi kollha fit-tagħmir fejn jintuża l-gass fluworinati li jwassal għall-effett serra u huwa t-terminu standard fid-dokumenti standard. F’dan il-kuntest, jaf ikun utli li tiżdied “ b’mod partikolari ” qabel circuits .

L-emenda 20 teħtieġ li l-kumpaniji u l-istaff involuti fil-manutenzjoni u l-installazzjoni tat-tagħmir koperti bir-Regolament għandhom ikunu koperti wkoll bir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni u taħriġ. Il-Kummissjoni tista’ taqbel fil-prinċipju ma’ l-għan li tkun koperta “installazzjoni” imma temmen li din mhix proporzjonata għall-plagg żgħira fl-oġġetti. Il-manutenzjoni hija kunċett wiesgħa u l-operazzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu koperti bit-terminu “ servicing”. Suġġeriment għat-test jista’ jkun

Kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-istaff rilevanti involuti fl-installazzjoni tat-tagħmir li ma jikkonnettjax ruħu ma' l-elettriku bi plagg imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 kif ukoll għal dawk involuti fis- servicing u li jagħmlu kontrolli ta' dan it-tagħmir għal ... ... ... ....

L-emenda 22 teħtieġ li kull propjetarju ta’ applikazzjonijiet stazzjonarji li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, paragrafu 2 (b) u (ċ) jikseb numru ta’ reġistrazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti rilevanti għal kull sistema installata. Ikun utli li jiġi indikat li dan in-numru għandu jintuża f’kull żamma ta’ rekords prevista fl-Artikolu 3 (6).

“Kull propjetarju ta’ applikazzjonijiet stazzjonarji li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(2) (b) u (ċ) għandu jikseb numru ta’ reġistrazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti rilevanti għal kull sistema installata. Dan in-numru għandu jintuża f’kull żamma ta’ rekords previsita fl-Artikolu 3(6)”

L-emenda 23 teħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jirrevedu kull sentejn kampjun rappreżentattiv tar-rekords li jirreferi għalihom l-Artikolu 3. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta jekk il-perjodu jiġi mtawwal sa tliet snin.

L-emenda 43 tipprevedi għal ftit dewmien fl-installazzjoni ta’ ditekters tal-ħruġ ta’ gass mas-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar. Il-Kummissjoni tista’ taċċettaha b’dewmien ta’ sentejn u mingħajr l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ sigurtà u assigurazzjoni peress li dawn huma impliċitament koperti u ma tixtieqx tara tali fatturi jdewmu iktar l-implimentazzjoni tar-Regolament.

4.1.2. Emendi rrifjutati mill-Kummissjoni

L-emenda 12 tipprevedi definizzjoni oħra għal ”tqegħid fis-suq” billi tbiddel produttur ma' manifattur. Id-definizzjoni eżistenti m’għandiex nuqqas ta’ ċarezza jew hi ambigwa għalhekk tista’ tinżamm.

L-emenda 14 tintroduċi definizzjoni ta’ applikazzjonijiet “stazzjonarji”. Il-Kummissjoni temmen li l-kliem ta’ din l-emenda jista' jwassal għall-konfużjoni u għandu jiġi mwarrab.

L-emenda 18 tbiddel il-kelma “spezzjonijiet” ma’ “miżuri ta’ kontroll”. It-twarrib ta' din l-emenda huwa konformi mal-pożizzjoni meħuda dwar l-istess kwistjoni fl-emendi 16 u 17.

L-emenda 19 tispeċifika li l-Istat Membru għandu jiffaċilita t-trasport bejn il-fruntieri ta’ gass fluworinat li jwassal għall-effett serra rkuprat għall-qerda jew għar-reklamazzjoni. Din l-emenda hija aċċettabbli fil-prinċipju imma peress li t-trasport bejn il-fruntieri tal-gassijiet F se jkun kopert mir-Regolament il-ġdid propost dwar "It-Trasport ta' Skart”. Il-Kummissjoni temmen li mhux meħtieġ li din tiġi inkluża f’dan ir-Regolament.

L-emenda 27 jeħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva sal-31 ta’ Diċembru 2008 rigward is-sistemi mobbli ta’ arja kkondizzjonata (MACs) fil-vetturi għajr karozzi u sistema ta’ tkessiħ fit-trasport. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dan għax ikollha tipproduċi proposti sa ċertu stat irrispettivament minn dak li joħroġ mill-valutazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi u dan jista’ jillimita bla bżonn d-dritt ta’ l-inizzjattiva tal-Kummissjoni.

L-emenda 42 għandha l-għan li tiffaċilita r-rwol tal-Kummissjoni u żżid t-trasparenza fir-rigward tal-miżuri nazzjonali dwar il-gassijiet F u tiżgura wkoll notifikazzjoni fil-ħin ta’ l-Istat Membru skond l-Artikolu 176. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-emenda, diġà hemm sistema ta’ notifikazzjoni tal-miżuri nazzjonali u din l-emenda ma żżid ebda valur.

L-emenda 45 tiddikkjara li r-Regolament m’għandux jimpedixxi lill-Istati Membri milli jżommu jew jieħdu miżuri protetivi iktar stretti. L-emenda 7 li tintroduċi l-istess idea fi premessa ġiet aċċettata fil-prinċipju. Madankollu, din l-emenda tirreferi għal artikolu fir-Regolament. Xi wħud mill-Istati Membri jistgħu jużawha bħala ġustifikazzjoni għal kwalunkwe miżura iktar stretta anke jekk din tista’ tkun ta’ detriment għas-suq intern. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat huma applikabbli direttament, għalhekk din l-emenda mhix aċċettabbli.

4.2 Id-Direttiva

4.2.1. Emendi aċċettati mill-Kummissjoni

4.2.1.1. Emendi aċċettati bis-Sħiħ

Xejn

4.2.1.2. Emendi Aċċettati Parzjalment

Xejn

4.21.3 Emendi aċċettati fil-Prinċipju

Xejn

4.2.2. Emendi rrifjutati mill-Kummissjoni

L-emenda 1 tista' tippermetti lill-Istati Membri jippromovu l-installazzjoni tas-sistemi ta' l-arja kkondizzjonata bl-użu ta' gass li huwa effiċjenti u li għandu potenzjal ta' sħana globali baxx bl-użu ta' inċentivi fiskali jew inċentivi oħrajn. Din l-emenda mhi żżid xejn mal-proposta. L-Istati Membri diġà għandhom permess biex jagħtu inċentivi fiskali basta dawn huma konformi mar-regoli ta' l-Għajnuna mill-Istat, partikolarment il-Linji Gwidi dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali kif ukoll l-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-Għajnuna mill-Istat għall-miżuri li għandhom x’jaqsmu mat-tassazzjoni tan-negozju diretta. Tali miżuri għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u evalwati fuq bażi ta’ każ b’każ.

5. KONKLUżJONI

Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif jidher hawn fuq. Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li, biex jingħata kontribut pożittiv lill-fażi ta' konċiljazzjoni, hi lesta li tħares lejn modi kif tiffaċilita soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet li jkun għad fadal.

Top