Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0501

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li timponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ħbula ta’ l-azzar u kejbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

    /* KUMM/2005/0501 finali */

    52005PC0501

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li timponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ħbula ta’ l-azzar u kejbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 /* KUMM/2005/0501 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 14.10.2005

    KUMM(2005) 501 finali

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li timponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ħbula ta’ l-azzar u kejbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    Raġunijiet u obbjettivi tal-proposta Il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta’ Marzu 2004 (“ir-Regolament bażiku”) fil-proċediment li jikkonċerna l-importazzjoni ta’ ħbula ta’ l-azzar u kejbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96. |

    Kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ stħarriġ li twettaq bi qbil mal-ħtiġijiet sostantivi u proċedurali mfassla fir-Regolament bażiku. |

    Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ma hemm ebda dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta |

    Konsistenza ma’ politika oħra u għanijiet ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. |

    KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U ASSESSJAR TA’ L-IMPATT |

    Konsultazzjonijiet ta’ partijiet interessati |

    Partijiet interessati kkonċernati bil-proċediment diġà kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-istħarriġ, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

    Ġbir u użu ta’ kompetenzi |

    Ma kien hemm ebda bżonn li jiġu kkonsultati esperti esterni. |

    Valutazzjoni ta’ l-impatt Din il-proposta hi r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix evalwazzjoni ġenerali ta’ l-impatt imma fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu evalwati. |

    ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

    L-azzjoni proposta fil-qosor Fis-17 ta’ Awwissu 2004, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni ta’ l-iskadenza tal-miżuri ta’ l-anti-dumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ l-azzar u kejbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrtika t’Isfel u l-Ukraina. L-istħarriġ tar-reviżjoni sab dumping persistenti tal-prodott ikkonċernat, li, kieku jitneħħew il-miżuri, jirriżultaw fir-rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija Komunitarja. Barra minn hekk ġie stabbilit li l-iskadenza tal-miżuri ma tkunx fl-interess tal-Komunità. Għalhekk, ġie ssuġġerit li l-Kunsill jadotta l-proposta għal Regolament mehmuża sabiex jittawlu l-miżuri eżistenti. |

    Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet taħt il-prezz minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta’ Marzu 2004. |

    Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

    Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

    Il-forma ta’ azzjoni hija deskritta fir-Regolament imsemmi hawn fuq u ma tħalli ebda skop għal deċiżjoni nazzjonali. |

    Indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa mminimizzat u proporzjonat ma’ l-għan tal-proposta, ma japplikax. |

    Għażla ta’ l-istrumenti |

    Għodda proposti: regolament. |

    Mezzi oħrajn ma jkunux xierqa għar-raġuni li ġejja: Mezzi oħrajn mhux se jkunu xierqa għax ir-Regolament bażiku ma jaħsibx għal għażliet alternattivi. |

    IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

    Il-proposta m’għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

    1. Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li timponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ħbula ta’ l-azzar u kejbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (‘ir-Regolament bażiku’)[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    1. Proċedura

    1.1 Il-miżuri fis-seħħ

    (1) F’Awwissu 1999, bir-Regolament (KE) Nru 1796/1999[2] (‘ir-Regolament oriġinali’), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ l-azzar u kejbils (‘SWR’) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (‘ir-RPĊ’), l-Ungerija, l-Indja, il-Messiku, il-Polonja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina. L-istħarriġ li wassal għal dawn il-miżuri se jiġi riferut bħala ‘l-istħarriġ oriġinali’.

    (2) Il-miżuri li japplikaw għal dawn l-importazzjonijiet kienu jikkonsistu f’dazju ad valorem , ħlief għal importazzjonijiet minn produttur esportatur wieħed Indjan, ieħor Messikan, ieħor Sudafrikan u ieħor Ukrain li minnhom ġew aċċettati impenji permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/572/KE[3]. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1678/2003[4], il-Kummissjoni rtirat l-impenn offrut mill-produttur esportatur Ukrain t’hawn fuq, u permezz tar-Regolament (KE) Nru 1674/2003[5], il-Kunsill reġa’ impona d-dazju anti-dumping ad valorem korrispondenti fuq dan l-esportatur.

    (3) Minn hemm ’il quddiem, instab li l-evażjonijiet mill-miżuri oriġinali fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukraina u r-RPĊ saru permezz tal-Moldova u l-Marokk rispettivament wara stħarriġ li sar skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, id-dazju anti-dumping definittiv imponut fuq importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ukraina ġie estiż għall-importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Moldova[6]. Bl-istess mod, id-dazju anti-dumping imponut fuq importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ ġie estiż għall-importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Marokk[7], minbarra dawk prodotti minn produttur ġenwin Marokkin.

    1.2 Stħarriġ li jikkonċerna pajjiż ieħor

    (4) Fl-20 ta’ Novembru 2004, il-Kummissjoni bdiet proċediment anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ l-istess prodott li joriġina mir-Repubblika tal-Korea, wara lment ippreżentat mill-industrija Komunitarja li kienet tagħti evidenza prima facie li dawn l-importazzjonijiet qegħdin jiġu ddampjati u għalhekk qegħdin jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja[8]. L-istħarriġ intemm bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni KE/DAĦĦAL/2005[9] mingħajr ma ġew imponuti miżuri.

    1.3 Talba għal reviżjoni

    (5) Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ ta’ l-SWR li joriġinaw mir-RPĊ, l-Ungerija, l-Indja, il-Messiku, il-Polonja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina[10], il-Kummissjoni rċeviet, fis-17 ta’ Mejju 2004, talba biex tirrivedi dawn il-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    (6) It-talba intefgħet mill-Kumitat ta’ Kollegament ta’ l-Industriji tal-Wajers u Ħbula ta’ l-Unjoni Ewropea (l-EWRIS) (‘ir-rikorrent’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw l-ikbar proporzjon, f’dan il-każ iktar minn 50%, tat-total tal-produzzjoni Komunitarja tas-SWR. It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment jirriżultaw fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija Komunitarja.

    (7) Fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ din ix-xorta dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Messiku, ir-rikorrent ma talabx il-bidu ta’ reviżjoni ta’ l-iskadenza għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Messiku. Għaldaqstant, il-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Messiku skadew fit-18 ta’ Awissu 2004[11].

    (8) Billi ġie ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, illi teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kumissjoni bdiet reviżjoni[12].

    1.4 Stħarriġ

    (9) Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti kkonċernati magħrufin u lill-assoċjazzjoniiet tagħhom, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u lill-produtturi Komunitarji bil-bidu tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jwasslu l-fehmiet taghħom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ ftuħ.

    (10) Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi Komunitarji u ta’ importaturi fil-Komunità li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ produttur esportatur f’wieħed mill-pajjiżi kkonċernati, dehret ħaġa sew, skond l-Artikoli 17 tar-Regolament bażiku, li tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ l-użu tal-kampuni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx fil-fatt hemm bżonn ta’ l-użu ta’ kampjuni u, jekk hu hekk, biex tagħżel kampjun, il-partijiet ta’ hawn fuq intalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, biex jiddikjaraw lilhom infushom fi żmien ġimagħtejn mill-bidu tal-proċediment u biex jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif mitlub fl-avviż ta’ ftuħ.

    (11) Sbatax-il produttur Komunitarju mlew il-formola tal-kampjuni kif suppost sad-data ta’ l-iskadenza u ftiehmu formalment li jikkooperaw iżjed fl-istħarriġ. Il-formola tal-kampjuni kienet titlob inter alia tagħrif dwar l-iżvilupp ta’ ċerti indikaturi ta’ ħsara "makro", jiġifieri kapaċità ta’ produzzjoni, volum ta’ produzzjoni, stokks, volumi ta’ bejgħ u impiegi.

    (12) Mis-sbatax-il produttur ta’ hawn fuq, ħames kumpaniji, li nstab li kienu rappreżentattivi ta’ l-industrija Komunitarja f’dak li hu volum ta’ produzzjoni u bejgħ tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità, intgħażlu għall-kampjun.

    (13) Importatur wieħed biss ipprovda t-tagħrif mitlub fl-avviż ta’ ftuħ u esprima r-rieda li jikkoopera iżjed mas-servizzi tal-Kummissjoni. Minħabba din is-sitwazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni iddeċidew li ma japplikawx it-teħid ta’ kampjuni fil-każ ta’ l-importaturi mhux relatati, imma li jibagħtu kwestjonarju lill-importatur diġà msemmi. Imbagħad, l-imsemmi importatur naqas li jimla l-kwestjonarju. Għalhekk tqies li l-ebda kooperazzjoni ma setgħet tittieħed mill-importaturi mhux relatati. L-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-interessi ta’ l-importaturi (‘l-EWRIA’) għamlet kummenti ta’ natura ġenerali, notevolment dwar id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott li jixxiebah. Dawn il-kummenti huma kkunsidrati fil-premessi (19) u (20) hawn taħt.

    (14) Kwestjonarji ntbagħtu għalhekk lill-ħames produtturi Komunitarji fil-kampjun u lill-produtturi esportaturi kollha magħrufa. Barra minn hekk, produttur wieħed fit-Turkija (‘il-pajjiż analogu’) kien ikkuntattjat u rċieva kwestjonarju.

    (15) Tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mill-ħames produtturi Komunitarji fil-kampjun u tliet produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll minn żewġ importaturi relatati u produttur wieħed fil-pajjiż analogu.

    (16) Saru żjarat ta’ verifikazzjoni fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

    Produtturi Komunitarji fil-kampjun:

    - BTS Drahtseile GmbH (il-Ġermanja),

    - Cables y Alambres especiales, SA (Spanja),

    - CASAR Drahtseilwerk Saar GmbH (il-Ġermanja),

    - Manuel Rodrigues de Oliveira Sa & Filhos, SA (il-Portugall),

    - Trefileurope (Franza).

    Produtturi fil-pajjiż esportatur:

    - Usha Martin Ltd. (L-Indja).

    Importaturi relatati fil-Komunità:

    - Usha Martin UK (ir-Renju Unit),

    - Usha Martin Scandinavia (id-Danimarka).

    Produtturi fil-pajjiż analogu:

    - Celik Halat (it-Turkija).

    (17) L-istħarriġ rigward it-tkomplija u/jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2003 sat-30 ta’ Ġunju 2004 (‘perjodu ta’ stħarriġ’ jew ‘l-IP’). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2001 sa l-aħħar ta’ l-IP (‘il-perjodu kkonċernat’).

    2. Prodott ikkonċernat u prodott li jixxiebah

    2.1 Prodott ikkonċernat

    (18) Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess wieħed ta’ l-istħarriġ oriġinali li wassal għall-impożizzjoni tal-miżuri attwalment fis-seħħ, jiġifieri ħbula u kejbils, inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils ta’ l- istainless steel , li għandhom dimensjoni massima ta’ wisgħa trasversali li tiskorri it-3 mm. Bħalissa huma klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7312 10 82, ex 7312 10 84, ex 7312 10 86, ex 7312 10 88 u ex 7312 10 99.

    2.2 Prodott li jixxiebah

    (19) Kif stabbilit fl-istħarriġ oriġinali, dan l-istħarriġ tar-reviżjoni kkonferma li l-prodott ikkonċernat u l-prodotti mmanufatturati u mibjugħa mill-produtturi esportaturi fis-suq lokali, kif ukoll dawk immanufatturati u mibjugħa mill-produtturi Komunitarji fis-suq Komunitarju u mill-produttur fil-pajjiż analogu fis-suq lokali tal-pajjiż analogu għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u użu aħħari u huma għalhekk ikkunsidrati bħala prodotti li jixxiebhu skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    (20) L-EWRIA tenniet l-argument li kien tqajjem fl-istħarriġ oriġinali li l-prodott ikkonċernat ivarja sostanzjalment mill-prodotti mmanufatturati u mibjugħa fil-Komunità, u m’għandhomx jitqabblu ma’ xulxin. L-argument ġie indirizzat fil-fond fir-Regolamenti oriġinali li jimponu miżuri proviżorji u definittivi fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u nstab li l-prodott tal-Komunità u l-SWR importat kienu bħal xulxin. Peress li l-EWRIA ma tellgħu ebda element ġdid li juri illi l-bażi li fuqhom saru s-sejbiet oriġinali nbidlu, il-konklużjonijiet milħuqa fir-Regolament definittiv oriġinali qegħdin jiġu kkonfermati.

    3. Probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping

    (21) Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, kien mistħarreġ jekk kienx qiegħed iseħħ dumping , u jekk inhu hekk, jekk l-iskadenza tal-miżuri hix probabbli li twassal għat-tkomplija ta’ dumping .

    3.1 Rimarki preliminari

    (22) Waqt l-IP, il-volum totali ta’ l-importazzjoni, kif irreġistrat mill-Eurostat, tal-ħbula tal-wajer ta’ l-azzar mir-RPĊ, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina (‘il-pajjiżi kkonċernati’) ammontaw għal 7,784 tunnellata li jirrappreżentaw l-4.4% tas-sehem fis-suq Komunitarju.

    (23) Il-perjodu ta’ stħarriġ ta’ l-istħarriġ oriġinali kopra 15-il xahar (mill-1 ta’ Jannar 1997 sal-31 ta’ Marzu 1998) u kopra biss l-importazzjonijiet għal ġol-Komunità ta’ qabel it-Tkabbir. Għalhekk il-figuri ta’ l-importazzjoni fil-perjodu ta’ l-istħarriġ oriġinali u l-IP mhumiex direttament komparabbli. Fi kwalunkwe każ, it-total ta’ l-importazzjonijiet fl-UE-15 mill-pajjiżi kkonċernati fil-perjodu ta’ l-istħarriġ oriġinali ammontaw għal 21,102 tunnellati li jirrappreżentaw l-14.3% tas-sehem fis-suq Komunitarju.

    (24) Fl-Indja produttur esportatur wieħed ikkoopera biex ikopri 75% tal-volumi ta’ esportazzjoni rreġistrati mill-Eurostat. Fl-Afrika t’ Isfel, l-uniku produttur esportatur magħruf bagħat tagħrif fuq il-bejgħ mill-esportazzjoni tiegħu lill-Komunità matul l-IP, li rrappreżenta l-bejgħ kollu ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Afrika t’Isfel lill-Komunità matul l-istess żmien. Fir-rigward tar-RPĊ, eportatur produttur wieħed ikkoopera li rrappreżenta 75% tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lill-Komunità. Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ l-Ukraina, l-ebda wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi magħrufa ma kkoopera fl-istħarriġ preżenti.

    3.2 Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ stħarriġ.

    (25) Skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, intużat l-istess metodoloġija ta’ l-istħarriġ oriġinali, kull darba li ma nbidlux iċ-ċirkostanzi.

    3.2.1 L-Indja

    (26) Matul l-IP, il-volum totali ta’ l-importazzjoni, kif irreġistrat mill-Eurostat, ta’ l-SWR mill-Indja ammontaw għal 3,869 tunnellata, li jirrappreżentaw it-2.2% tas-sehem fis-suq Komunitarju.

    3.2.1.1 Il-valur normali

    (27) Safejn għandu x’jaqsam il-kalkolu tal-valur normali, l-ewwel ġie stabbilit, għall-produttur esportatur Indjan li kkoopera, jekk it-total tal-bejgħ lokali tiegħu tal-prodott li jixxiebah kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ jirrappreżentax ta’ l-inqas il-5% tal-volum totali ta’ bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità. Dan instab li kien il-każ skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku.

    (28) Minbarra dan it-tagħrif, il-produttur esportatur Indjan li kkoopera oġġezzjona għall-metodu użat mill-Kummissjoni. Huwa argumenta li għat-test tar-rappreżentanza, kellu jintuża l-volum ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità u mhux il-bejgħ lill-importatur relatat fil-Komunità. Madankollu, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku jipprovdi li għad-determinazzjoni ta’ jekk il-bejgħ lokali tal-prodott li jixxiebah kienx rappreżentattiv, il-volum tal-bejgħ lokali għandu jitqabbel mal-volum tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità, mingħajr ebda speċifikazzjoni dwar jekk għandhiex titqies l-esportazzjoni lill-ewwel klijent indipendenti inkella l-bejgħ mill-esportazzjoni lill-importatur relatat. Għaldaqstant, il-metodu użat mill-Kummissjoni nstab li kien raġjonevoli u konformi mar-Regolament bażiku. Għalhekk din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

    (29) Il-Kummissjoni mbagħad identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti, mibjugħa lokalment mill-kumpanija kkonċernata, li kienu identiċi jew komparabbli direttament mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

    (30) Għal kull tip mibjugħ mill-produttur esportatur fis-suq lokali tiegħu u misjub li huwa komparabbli direttament mat-tipi ta’ SWR mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ lokali kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ lokali ta’ tip partikolari ta’ SWR tqies li kien rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali tal-bejgħ lokali ta’ dak it-tip matul l-IP irrappreżenta il-5% jew iktar tat-total tal-volum tal-bejgħ tat-tip komparabbli ta’ SWR esportat lejn il-Komunità. Dan kien il-każ f’31% tat-tipi kollha esportati lejn il-Komunità.

    (31) Sar ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ lokali ta’ kull tip ta’ prodott, mibjugħ lokalment fi kwantitajiet rappreżentattivi jistax jitqies bħala li sar fl-andament regolari tal-kummerċ, billi jiġi stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti tat-tip ta’ prodott in kwistjoni. F’każijiet meta l-volum ta’ bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz nett tal-bejgħ li huwa daqs jew iktar mill-ispejjeż tal-produzzjoni kif ikkalkulati, irrappreżenta iktar minn 80% tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju mwieżen ta’ dak it-tip kien daqs jew iktar mill-ispejjeż tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz lokali effettiv, ikkalkulat bil-medja tal-prezzijiet imwieżna tal-bejgħ lokali kollu ta’ dak it-tip magħmul waqt l-IP, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ għamilx profitti jew le. F’każijiet meta l-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott, irrappreżenta t-80% jew inqas tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju mwieżen ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz lokali effettiv, ikkalkulat bil-medja mwieżna tal-bejgħ bi profitt ta’ dak it-tip biss, sakemm dan il-bejgħ irrappreżenta l-10% jew iktar tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip.

    (32) Fil-każijiet fejn il-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ kwalunkwe prodott irrappreżenta inqas minn 10% tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, dan it-tip partikolari tqies li nbiegħ fi kwantitajiet insuffiċjenti għall-prezz lokali biex jipprovdi bażi adatta biex jiġi stabbilit il-valur normali.

    (33) Kull meta l-prezzijiet lokali ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur esportatur ma setax jintuża biex jiġi stabbilit il-valur normali jew għax ma kinux nbiegħu fis-suq lokali jew għax mhux fl-andament normali tal-kummerċ, metodu ieħor kellu jiġi applikat. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe metodu raġjonevoli ieħor, inħadem u ntuża valur normali.

    (34) Fil-każijiet kollha fejn inħadem u ntuża l-valur normali u skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nħadem biż-żieda ma’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati, ta’ persentaġġ raġjonevoli għall-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ (‘SG&A’) u marġini raġjonevoli ta’ profitt. F’dan ir-rigward u skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-SG&A u l-profitti kienu bbażati fuq data effettiva tal-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott li jixxiebah fis-suq lokali.

    (35) Minbarra dan it-tagħrif il-produttur esportatur Indjan li kkoopera argumenta li meta ġie kkalkulat il-marġini tal-profitt lokali skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni b’mod ħażin inkludiet il-bejgħ lokali tal-prodott barra mis-suġġett ta’ l-istħarriġ, jiġifieri ħbula tal-wajer bil-koljatura maqfula. Madankollu, kif indikat fil-premessa 0, ħbula bil-koljatura maqfula huma espressament inklużi fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat mhux biss fl-istħarriġ preżenti iżda kienu inklużi wkoll fl-istħarriġ oriġinali. Għalhekk din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

    (36) Il-produttur esportatur Indjan sostna li l-valur normali użat għall-kalkolu tal-marġini ta’ dumping matul l-IP ma kienx se jirrifletti raġjonevolment il-prezzijiet u l-ispejjeż lokali, peress li ġie ddeterminat fuq bażi mhux rappreżentattiva, jiġifieri fuq il-bażi ta’ 4 xhur ta’ l-IP minflok 12. Tajjeb li wieħed jinnota li fil-qafas ta’ reviżjoni ta’ l-iskadenza u skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jiġi eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri twassalx x’ aktarx għall-issoktar jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Ir-riżultat hu li dazji anti-dumping definittivi jkunu jew ikkonfermati jew irrevokati, filwaqt li rati individwali tad-dazju fihom innifishom ma jistgħux jiġu emendati. Peress illi l-kalkolu ta’ marġini ta’ dumping preċiżi fil-qafas ta’ reviżjoni ta’ l-iskadenza huwa għalhekk mhux neċessarju, l-eżami ta’ l-issoktar tad- dumping huwa bbażat fuq sett ta’ data rappreżentattiva matul l-IP. Fil-proċediment preżenti, intalbet id- data għax-xhur fi tmiem kull tliet xhur u l-produtturi esportaturi ġew mistiedna biex jikkummentaw fuq ir-rappreżentattività tagħhom. Il-produttur esportatur m’ oġġezzjonax għal dan il-metodu qabel l-iskadenza mitluba, imma kien biss wara ż-żjara għal stħarriġ fuq il-post li oġġezzjona, jiġifieri meta l-verifikazzjoni ta’ sett ta’ data differenti ma kinitx għadha possibbli. Barra minn hekk, il-produttur esportatur la spjega u lanqas ma pprovda evidenza għaliex, f’dan il-każ speċifiku, il-perjodi magħżula m’għandhomx ikunu rappreżentattivi. Din l-asserzjoni kellha għalhekk tiġi rifjutata.

    3.2.1.2 Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

    (37) Peress li l-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat għall-Komunità saru għall-kumpaniji relatati fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni nħadem skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku skond il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati reġgħu nbiegħu għall-ewwel darba lil xerrej indipendenti. Aġġustamenti għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u għall-profitti li akkumulaw, saru sabiex jiġi stabbiliti prezz għall-esportazzjoni affidabbli, fil-livell tal-fruntieri Komunitarji. F’dan ir-rigward, l-SG&A ta’ l-importatur relatat tnaqqsu mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fil-Komunità. Fejn jidħol il-marġini tal-profitt u peress li ma kienx hemm kooperazzjoni minn importaturi mhux relatati, tqies li fin-nuqqas ta’ tagħrif ieħor iktar affidabbli, l-istess marġini ta’ profitt li ntużaw fl-istħarriġ oriġinali, jiġifieri 5%, għandhom jintużaw. L-ebda tagħrif ma kien disponibbli li juri li dan ma kienx marġini ta’ min joqgħod fuqu.

    3.2.1.3 Tqabbil

    (38) Għall-għan li jsir tqabbil ġust skond it-tip tal-prodott, fuq il-bażi tal-fatturi ta’ qabel u fl-istess livell ta’ kummerċ, ittieħed kont xieraq tad-differenzi li kienu rreklamati u murija li jaffettwaw it-tqabbil tal-prezzijiet. Dawn l-aġġustamenti saru fir-rigward ta’ l-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, spejjeż bankarji u ta’ kreditu skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

    3.2.1.4 Il-marġini tad- dumping

    (39) Sabiex jiġi kkalkulat il-marġini tad- dumping , il-valur normali medju mwieżen tqabbel mal-prezz medju mwieżen ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità għal kull tip ta’ prodott. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping sinjifikanti għall-produttur esportatur ikkonċernat, fil-livell ta’ iktar minn 10%. Dan jaqbel ma’ marġini ta’ dumping ta’ 39.8% misjub fl-istħarriġ oriġinali. Għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, eżami tal-livell ta’ dumping sar ibbażat fuq data relatata mal-valur normali u mal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, kif provdut mir-rikorrent fit-talba għar-reviżjoni. Din weriet marġini ta’ dumping ta’ iktar minn 20% wkoll.

    3.2.2 Ir-RPĊ

    (40) Matul l-IP, il-volum totali ta’ l-importazzjonijiet, kif irreġistrati mill-Eurostat, tal-ħbula tal-wajer ta’ l-azzar mir-RPĊ ammontaw għal 1,942 tunnellata, li jirrappreżentaw il-1.1% tas-sehem fis-suq Komunitarju. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (24), l-uniku produttur esportatur li kkoopera rrappreżenta l-75% tat-total ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi.

    (41) Fl-istħarriġ oriġinali erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi kkooperaw, madankollu l-ebda wieħed minnhom ma ngħata l-istatus ta’ l-ekonomija tas-suq jew trattament individwali.

    3.2.2.1 Pajjiż analogu

    (42) Peress li r-RPĊ hija ekonomija fi tranżizzjoni, il-valur normali kellu jiġi bbażat fuq tagħrif miksub f’suq ekonomiku ta’ pajjiz terz xieraq skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

    (43) Fl-istħarriġ oriġinali, il-Polonja ntużat bħala pajjjiż analogu sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. Peress li l-Polonja ilha membru ta’ l-Unjoni Ewropea sa mill-1 ta’ Mejju 2004, ma tistax tintuża aktar bħala pajjiż analogu għall-għanijiet ta’ stħarriġ ta’ l- anti-dumping . Għall-istħarriġ preżenti r-rikorrent ippropona l-Istati Uniti ta’ l-Amerka (‘il-USA’) bħala pajjiż analogu.

    (44) Assoċjazzjoni partikolari ta’ l-importaturi oġġezzjonat għall-għażla tal-USA u ppropona il-Korea t’Isfel bħala pajjiż analogu xieraq. Madankollu, l-ebda wieħed mill-produtturi fil-USA u fil-Korea t’Isfel ma kienu lesti li jikkooperaw fir-reviżjoni preżenti ta’ l-iskadenza.

    (45) Is-servizzi tal-Kummissjoni għalhekk esploraw il-possibbiltà ta’ pajjiżi analogi oħra fosthom in-Norveġja, it-Tajlandja, l-Indja u t-Turkija. Fil-każ tan-Norveġja u t-Tajlandja, bl-istess mod, l-ebda wieħed mill-produtturi f’ dawn il-pajjiżi ma kien lest li jikkoopera.

    (46) Produttur wieħed biss ta’ l-SWR fit-Turkija kkoopera ma’ l-istħarriġ billi wieġeb il-kwestjonarju u aċċetta li ssirlu żjara għall-verifika fuq il-post. L-istħarriġ wera li t-Turkija għandha suq kompetittiv ta’ l-SWR b’żewġ produtturi lokali li jfornu madwar 83% tas-suq u kompetizzjoni minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra. Dazji ta’ l-importazzjoni mit-Turkija huma baxxi u m’hemmx restrizzjonijiet oħra fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR għal ġot-Turkija. Il-volum ta’ produzzjoni fit-Turkija kien ħames darbiet il-volum ta’ esportazzjonijiet Ċiniż tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Is-suq Tork kien għalhekk meqjus bħala rappreżentattiv biżżejjed sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali tar-RPĊ. Fl-aħħar nett, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (19), l-oġġett prodott u mibjugħ fis-suq lokali Tork kien jixbah il-prodott esportat mill-produttur esportatur Ċiniż lejn il-Komunità.

    (47) Wara dan it-tagħrif assoċjazzjoni partikolari ta’ l-importaturi oġġezzjonat għall-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu. Madankollu, din l-asserzjoni ma kinitx sostanzjata u kellha għalhekk tiġi rifjutata.

    (48) Għalhekk il-konklużjoni kienet li t-Turkija tikkostitwixxi pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

    3.2.2.2 Il-valur normali

    (49) Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi ta’ tagħrif ivverifikat irċevut mill-produttur fil-pajjiż analogu li kkoopera, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew li għandu jitħallas fis-suq lokali tat-Turkija mill-konsumaturi li mhumiex relatati, peress li dan il-bejgħ instab li jsir fl-andament normali tan-negozju.

    (50) Bħala riżultat, il-valur normali kien stabbilit bħala l-medja mwieżna tal-prezzijiet tal-bejgħ lokali lil konsumaturi li mhumiex relatati mill-produttur li kkoopera fit-Turkija.

    3.2.2.3 Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

    (51) Ġaladarba l-bejgħ mill-esportazzjonijiet ta’ l-esportatur li kkoopera rrappreżenta l-75% ta’ l-importazzjonijiet tal-KE tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fl-IP, id-determinazzjoni tal-prezz ta’ l-esportazzjoni kien ibbażat fuq it-tagħrif ipprovdut mill-produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ. Peress li l-bejgħ kollu mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat sar direttament lill-konsumaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku skond il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li suppost jitħallsu.

    3.2.2.4 Tqabbil

    (52) Għall-għan li jsir tqabbil ġust skond it-tip tal-prodott, fuq il-bażi tal-fatturi ta’ qabel u fl-istess livell ta’ kummerċ, ittieħed kont xieraq tad-differenzi li kienu kklejmjati u murija li jaffettwaw it-tqabbil tal-prezzijiet. Dawn l-aġġustamenti saru fir-rigward ta’ l-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, spejjeż bankarji u ta’ kreditu skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

    (53) Għal ċerti tipi ta’ prodotti mibjugħa fis-suq lokali fit-Turkija, kellhom isiru xi aġġustamenti sabiex isiru komparabbli mat-tipi esportati Ċiniżi. Saru aġġustamenti sabiex jiġu kkunsidrati id-differenzi fiżiċi skond l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku bħalma huma id-dijametru, is-saħħa tensili u l-qalba. L-aġġustamenti kienu bbażati fuq id-differenzi fil-prezzijiet tat-tipi in kwistjoni fis-suq Tork.

    3.2.2.5 Il-marġini tad- dumping

    (54) Sabiex jiġi kkalkulat il-marġini tad- dumping , il-valur normali medju mwieżen tqabbel mal-prezz medju mwieżen ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità għal kull tip ta’ prodott. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping sinjifikanti ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-esportatur li kkoopera, fil-livell ta’ iktar minn 65%. Dan jaqbel ma’ marġini ta’ dumping ta’ 60.4% misjub fl-istħarriġ oriġinali.

    3.2.3 L-Afrika ta’ Isfel

    (55) Matul l-IP, il-volum totali ta’ l-importazzjonijiet, kif irreġistrat mill-Eurostat, ta’ l-SWR mill-Afrika t’Isfel ammonta għal 278 tunnellata, li jirrappreżenta 0.1% tas-sehem fis-suq Komunitarju, jiġifieri fil-livell de minimis . L-uniku produttur esportatur magħruf irrappreżenta 100% ta’ dawn l-esportazzjonijiet.

    (56) Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni sħiħa mill-produttur esportatur ta’ l-Afrika t’Isfel kif muri hawn isfel fil-premessa (57), kellha ssir referenza għall-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    (57) Kien biss l-uniku produttur esportatur magħruf li ressaq tagħrif rigward bejgħ mill-esportazzjonijiet lejn il-Komunità, iżda dan ma pprovda ebda tagħrif fir-rigward ta’ spejjeż u prezzijiet tal-prodott li jixxiebah fis-suq lokali. Għalhekk, l-ebda valur normali ma seta’ jiġi stabbilit għall-IP. Madanakollu, il-produttur esportatur ammetta li d- dumping kien għadu jseħħ matul l-IP. Abbażi ta’ dan u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tagħrif ieħor li huwa iktar affidabbli, il-konlużjoni kienet li d- dumping kompla f’livelli sinjifikanti matul l-IP.

    3.2.4 L-Ukraina

    (58) Matul l-IP, il-volum totali ta’ l-importazzjonijiet, kif irreġistrat mill-Eurostat, ta’ l-SWR mill-Ukraina ammonta għal 1,695 tunnellata, li jirrappreżenta l-1% tas-sehem fis-suq Komunitarju, li tqies bħala sehem de minimis tas-suq.

    (59) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-Ukraina, kellha ssir referenza għall-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan il-valur normali kif stabbilit għall-pajjiż analogu tqabbel mal-prezz ta’ l-esportazzjoni kif jinsab fid-domanda tar-rikorrent għal reviżjoni. Ir-riżultat kien li ġie stabbilit marġini ta’ dumping ta’ iktar minn 65% għall-IP.

    3.3 L-iżviluppi fl-importazzjonijiet kieku l-miżuri kellhom jiġu rrevokati

    3.3.1 Rimarki preliminari

    (60) Mit-tmien produtturi esportaturi Indjani msemmija fl-ilment, wieħed ikkoopera fl-istħarriġ. Miż-żewġ produtturi esportaturi Sudafrikani msemmija fl-ilment, wieħed biss ikkoopera parzjalment. M’hemmx produtturi oħra magħrufa fl-Afrika t’Isfel. Fejn tidħol l-Ukraina, l-ebda wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi magħrufa ma kkoopera u bl-istess mod, m’ hu magħruf l-ebda produttur ieħor fl-Ukraina. Minn disa’ produtturi esportaturi Ċiniżi, wieħed biss ikkoopera ma’ l-istħarriġ.

    3.3.2 L-Indja

    3.3.2.1 Rimarki preliminari

    (61) Seba’ mit-tmien produtturi magħrufa fl-Indja ma kkooperawx matul ir-reviżjoni preżenti ta’ l-iskadenza. Ta’ min jinnota li fl-istħarriġ oriġinali, sitta minn dawn il-produtturi kienu qegħdin ibigħu l-SWR fis-suq lokali tagħhom biss jew fi swieq ta’ pajjiżi terzi u għalhekk ma kinux soġġetti għall-istħarriġ oriġinali. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tagħhom fl-istħarriġ preżenti, ebda tagħrif ma kien disponibbli dwar il-kapaċità u volum tal-produzzjoni tagħhom, stokks u bejgħ fi swieq barra mill-Komunità. L-eżaminazzjoni ta’ jekk ikunx probabbli li d- dumping ikompli jekk il-miżuri jitneħħew kienet għalhekk ibbażata fuq it-tagħrif disponibbli, jiġifieri t-tagħrif ipprovdut mill-produttur esportatur li kkoopera. Tagħrif relatat mal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni minn esportaturi minbarra l-esportaturi li kkooperaw, iddeterminati skond il-bażi tal-Eurostat, ġew eżaminati wkoll. Sabiex jiġi stabbilit jekk id- dumping ikunx probabbli li jkompli jekk il-miżuri jitneħħew, ġew eżaminati l-aġir tal-prezzijiet tal-produttur esportatur li koopera fi swieq ta’ esportazzjoni oħra, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tiegħu lejn il-Komunità, il-kapaċità ta’ produzzjoni tiegħu u l-istokks. Hekk ukoll, ġie assessjat l-effett probabbli tat-tneħħija tal-miżuri fuq il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet l-oħra.

    3.3.2.2 Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità.

    (62) Instab li prezz medju ta’ l-esportazzjoni tal-bejgħ lill-pajjiżi li m’humiex fl-UE kien b’mod sinjifikanti anqas mill-prezz medju ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità kif ukoll anqas mill-prezzijiet fis-suq lokali, li indika li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi mhux ta’ l-UE kienu x’ aktarx iddampjati f’livelli saħansitra ogħla mill-bejgħ ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Ta’ min jinnota, madankollu, li matul l-IP kien hemm fis-seħħ impenn għal prezz minimu li kien jirrikjedi li l-produttur esportatur ikkonċernat jirrispetta ċertu livell ta’ prezz għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Xi prezzijiet instabu li kienu kemm kemm ogħla mil-livell ta’ l-impenn, iżda l-maġġoranza tal-bejgħ kienu fil-livell ta’ l-impenn. Il-bejgħ ta’ l-esportatur lejn pajjiżi mhux ta’ l-UE saru fi kwantitajiet sinjifikanti, li kienu jkopru s-86% tal-bejgħ totali mill-esportazzjoni,. Għalhekk, tqies li l-livell tal-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra jista’ jidher bħala indikatur tal-livell tal-prezz probabbli għall-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jekk jitneħħew il-miżuri. Fuq din il-bażi, u wara li tqiesu l-livelli baxxi tal-prezzijiet tas-swieq ta’ pajjiżi terzi, il-konklużjoni kienet li hemm possibbiltà li l-esportatur li kkoopera jnaqqas il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità, li minħabba f’hekk iżid ukoll il-livell ta’ dumping .

    (63) Ta’ min jinnota li l-marġini ta’ dumping misjub fl-IP kien sinjifikanti. Abbażi ta’ dan, wieħed jassumi li anke jekk il-livelli tal-prezzijiet għall-Komunità jibqgħu l-istess jew jiżdiedu, hija probabbli ħafna li d- dumping ikompli xorta waħda jekk jitneħħew il-miżuri fis-seħħ. Minħabba l-aġir tal-kumpanija fl-esportazzjoni lejn il-Komunità fil-passat (jiġifieri fl-istħarriġ oriġinali, instab illi l-kumpanija esportat kwantitajiet kbar lejn l-UE f’livelli ta’ dumping ), kif ukoll l-istrateġiji tal-prezzijiet fir-rigward ta’ l-esportazzjonijiet lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħra, hija iktar probabbli li iktar esportazzjonijiet lejn il-Komunità jsiru f’livelli tal-prezzijiet aktar baxxi, u għaldaqstant iddampjati.

    3.3.2.3 Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

    (64) Ta’ min jinnota wkoll li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi nstabu li bħala medja kienu inqas mill-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fil-Komunità, li jfisser li l-livell tal-prezzijiet li jipprevali għall-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju jagħmel lis-suq Komunitarju wieħed attraenti ħafna għall-esportaturi fl-Indja. Fuq din il-bażi, tqies illi hemm fil-fatt inċentiv ekonomiku sabiex wieħed idawwar l-esportazzjonijiet minn pajjiżi mhux fl-UE lejn is-suq Komunitarju li jħalli iktar profitti fil-każ ta’ tneħħija tal-miżuri fis-seħħ.

    3.3.2.4 Il-prezzijiet ta’ l-esportaturi li ma kkooperawx

    (65) Il-prezzijiet tal-Eurostat ta’ l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat, esklużi dawk ta’ l-esportatur li kkoopera, huma b’mod sinjifikanti anqas minn dawk ta’ l-esportatur li kkoopera. Fin-nuqqas ta’ tagħrif ieħor, ibbażat fuq il-valur normali ta’ l-esportatur li kkoopera, dawn l-importazzjonijiet ikunu ddampjati f’livelli b’mod sinjifikanti ogħla. Fin-nuqqas ta’ miżuri, ma teżisti l-ebda raġuni biex jitqies li dawn l-importazzjonijiet ma jsirux fi prezzijiet iddampjati simili imma fi kwantitajiet akbar.

    3.3.2.5 Kapaċità mhux użata u stokks

    (66) Il-produttur Indjan li kkoopera, minkejja li żied l-utilizzazzjoni tal-kapaċità f’dawn l-aħħar snin, xorta waħda għandu kapaċitajiet sinjifikanti żejda li jirrappreżentaw kważi ħames darbiet il-kwantità ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità matul l-IP. Barra minn hekk, l-istokks - għalkemm qed jonqsu f’termini ta’ volum - huma sinjifikanti u, fl-aħħar ta’ l-IP, irrappreżentaw parti maġġuri tal-volum esportat lejn il-Komunità. Għaldaqstant, il-kapaċità biex jiżdiedu b’mod sinjifikanti l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-KE teżisti, b’mod partikolari minħabba li m’hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq lokali jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li huwa improbabbli ħafna li s-suq lokali fl-Indja, minħabba il-preżenza ta’ tmien produtturi jikkompetu, ser ikun kapaċi li jassorbi l-kapaċità żejda kollha ta’ dan il-produttur esportatur. Fil-fatt, skond it-talba tar-reviżjoni, il-kapaċitajiet żejda tal-produtturi Indjani kollha kienu stmati għal 35,000 tunnellata, li jirrappreżentaw kważi 20% tal-konsum tal-Komunità.

    3.3.3 RPĊ

    3.3.3.1 Rimarki Preliminari

    (67) Kif ingħad hawn fuq fil-premessa (41), l-ebda kumpanija Ċiniża ma ngħatat l-istatus ta’ l-ekonomija tas-suq jew trattament individwali fl-istħarriġ oriġinali, jiġifieri l-kumpaniji kollha huma suġġetti għad-dazju anti-dumping uniku mal-pajjiż kollu bir-rata ta’ 60.4%. Il-volumi ta’ l-importazzjoni mir-RPĊ naqsu b’ mod sinjifikanti, jiġifieri 11,484 tunnellata matul l-IP ta’ l-istħarriġ oriġinali (l-UE15) għal 1,942 tunnellata matul l-IP (l-UE25). Is-sehem fis-suq attwali tar-RPĊ huwa kemm kemm ’il fuq mid- de minimis , jiġifieri 1.1%. Ta’ min, madankollu, jinnota li l-importazzjonijiet Ċiniżi, mill-2001, kellhom tendenza li jiżdiedu. L-esportazzjonijiet lejn il-KE ta’ l-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera rrappreżentat 75% tat-total ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi, li jammontaw għal 1,456 tunnellata matul l-IP. Hemm seba’ produtturi esportaturi oħra li esportaw kwantitajiet żgħar biss lejn il-Komunità matul l-IP.

    (68) Sabiex jiġi stabbilit jekk id- dumping ikunx probabbli li jkompli jekk il-miżuri jitneħħew, ġew eżaminati l-aġir tal-prezzijiet tal-produttur esportatur li kkoopera fi swieq ta’ esportazzjoni oħra, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tiegħu lejn il-Komunità, l-effett probabbli tiegħu fuq il-prezzijiet ta’ importazzjonijiet oħra, il-kapaċità ta’ produzzjoni tiegħu u l-istokks. Tagħrif li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni minn esportaturi barra mill-esportatur li kkoopera kienu ddeterminati skond il-bażi tal-Eurostat.

    3.3.3.2 Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità

    (69) Prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-USA, waħda mis-swieq ta’ l-esportazzjoni ewlenin tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u suq fejn ma hemm l-ebda miżuri fis-seħħ, kienu, fil-medja, b’mod sinjifikanti taħt il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Peress, kif irriżulta fil-premessa (54), il-bejgħ mill-esportazzjoni mir-RPĊ lejn il-Komunità saru f’livelli ta’ dumping , dan indika li l-esportazzjonijiet lejn l-USA u swieq oħra ta’ pajjiżi terzi kienu x’aktarx iddampjati f’’ livelli terġa’ ogħla mill-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità. Tqies ukoll li l-livell tal-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn l-USA u lejn pajjiżi terzi oħra jista’ jidher bħala indikatur tal-livell tal-prezz probabbli għall-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jekk jitneħħew il-miżuri. Abbażi ta’ dan, u wara li tqiesu l-livelli baxxi tal-prezzijiet tas-swieq ta’ pajjiżi terzi l-konklużjoni kienet li hemm marġini kosiderevoli biex jitnaqqsu il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità, li minħabba f’hekk iżid ukoll id- dumping .

    3.3.3.3 Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

    (70) Instab ukoll li l-livell tal-prezz tal-bejgħ mill-industrija Komunitarja fil-Komunità kien bħala medja konsiderevolment ogħla mil-livell tal-prezz ta’ l-esportazzjoni ta’ l-esportatur Ċiniż li kkoopera fis-swieq ta’ pajjiżi terzi oħra. Kif diġà ġie indikat hawn fuq fil-premessa (64) għall-Indja, il-fatt li l-livell tal-prezz għall-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju jagħmel lis-suq Komunitarju wieħed attraenti ħafna, japplika wkoll għar-RPĊ. Il-livell ogħla tal-prezz fis-suq Komunitarju huwa inċentiv biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità.

    3.3.3.4 Il-prezzijiet ta’ l-esportaturi li ma kkooperawx

    (71) Il-prezzijiet tal-Eurostat ta’ l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat, esklużi dawk ta’ l-esportatur li kkoopera, huma anqas minn dawk ta’ l-esportatur li kkoopera. Ibbażat fuq il-valur normali kkalkulat għall-pajjiż analogu, dawn l-importazzjonijiet ikunu ddampjati f’livelli b’mod sinjifikanti ogħla. Fin-nuqqas ta’ miżuri, ma teżisti l-ebda raġuni biex jitqies li dawn l-importazzjonijiet ma jsirux bi prezzijiet iddampjati simili imma fi kwantitajiet akbar.

    3.3.3.5 Kapaċità mhux użata u stokks

    (72) Il-produttur Ċiniż li kkoopera, minkejja li żied kemm kemm l-utilizzazzjoni tal-kapaċità f’dawn l-aħħar snin, xorta waħda għandu kapaċitajiet sinjifikanti żejda li jirrappreżentaw kważi 4 darbiet il-kwantità ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità matul l-IP. Skond it-talba tar-reviżjoni, il-kapaċitajiet żejda tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ ġew stmati għal 270,000 tunnellata. Għalhekk, il-kapaċità biex jiżdiedu l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità teżisti, b’mod partikolari minħabba li m’hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq lokali jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li hija improbabbli ħafna li s-suq lokali fir-RPĊ, minħabba il-preżenza ta’ numru konsiderevoli ta’ produtturi jikkompetu, ser ikun kapaċi li jassorbi kwalunkwe kapaċità żejda.

    3.3.3.6 Prattiċi ta’ evażjoni

    (73) Ta’ min jinnota li l-miżuri fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ nstab li ġew evażi permezz ta’ importazzjonijiet trasbordati mill-Marokk. Dan jindika l-interess ċar fis-suq Komunitarju tal-bejjiegħa ta’ l-SWR Ċiniż u l-inkapaċità tagħhom li jikkompetu fis-suq Komunitarju f’livell mhux iddampjati. Dan tqies bħala iżjed indikazzjoni li l-esportazzjonijiet Ċiniżi x’aktarx se jiżdiedu fil-volum u jidħlu is-suq Komunitarju bi prezzijiet iddampjati jekk il-miżuri jitneħħew.

    3.3.4 L-Afrika ta’ Isfel

    3.3.4.1 Rimarki preliminari

    (74) Hemm biss produttur wieħed magħruf fl-Afrika t’Isfel. Dan il-produttur ikkoopera parzjalment f’dan l-istħarriġ tar-reviżjoni.

    (75) Importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel niżlu konsiderevolment mill-impożizzjoni tal-miżuri definittivi. Is-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel kien taħt il-limitu de minimis (1%) matul l-IP. Għalhekk, l-esportazzjonijiet totali mill-Afrika t’ Isfel matul l-IP ammontaw għal 278 tunnellata bi kwantitajiet kbar mibgħuta f’ depost doganali f’Rotterdam, fejn dawn il-prodotti kienu eventwalment reġgħu ġew esportati mill-ġdid u mhux rilaxxati mid-dwana fl-UE. Kwantitajiet żgħar biss tal-prodott ikkonċernat ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-UE.

    (76) Kif imsemmi hawn fuq fil-premessi (57) u (60), kellha ssir referenza għall-fatti disponibbli, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-sitwazzjoni tas-suq lokali Sudafrikan. Peress li ftit huwa magħruf dwar l-industrija Sudafrikana, il-konklużjonijiet li ġejjin jiddependu fuq it-tagħrif li jinsab fit-talba tar-reviżjoni tar-rikorrent u statistiki tal-kummerċ mill-esportazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

    (77) Sabiex jiġi stabbilit jekk id- dumping ikunx probabbli li jerġa’ jsir jekk il-miżuri jitneħħew kien eżaminat it-tagħrif ipprovdut mill-esportatur li kkoopera rigward il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità u lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità mhux użata u l-istokks.

    3.3.4.2 Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur.

    (78) Kif diġà mfisser fil-premessa (76), ma ġie pprovdut l-ebda tagħrif dwar il-prezzijiet lokali. Għalhekk, intuża t-tagħrif dwar il-prezzijiet lokali kif jinsab fit-talba. Fejn jidħlu l-prezzijiet fis-swieq ta’ esportazzjoni barra mill-Komunità, ġew analizzati ħames destinazzjonijiet ewlenin għall-esportazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kienu anqas mill-prezzijiet lokali. Jekk nassumu li dawn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni se jservu bħala l-prezzijiet minimi li l-esportatur jista’ jkun li jaċċetta meta jiġi lura għas-suq Komunitarju, tidher ċara li dawn l-esportazzjonijiet x’ aktarx ikomplu jkunu bi prezzijiet dumped .

    3.3.4.3 Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità

    (79) Eżami tal-prezzijiet medji tal-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-ħamest iswieq ewlenin ta’ l-esportazzjoni minbarra dak tal-Komunità wera li dan il-bejgħ sar bi prezzijiet b’mod sinjifikanti inqas mill-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Bħal fil-każ ta’ l-Indja, dan hu, ta’ l-inqas parti minnu, minħabba l-fatt li matul l-IP kien hemm fis-seħħ impenn għal prezz minimu li kien jitlob li l-produttur esportatur ikkonċernat jirrispetta ċertu livell ta’ prezz għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Il-prezzijiet kollha nstabu li kienu kemm kemm ogħla mil-livell ta’ l-impenn.

    (80) Għalhekk, tqies li l-livell tal-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn dawn il-ħamest iswieq ta’ esportazzjoni barra mill-Komunità jistgħu jkunu indikatur tal-livell tal-prezz probabbli għall-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jekk jitneħħew il-miżuri. Abbażi ta’ dan, il-konklużjoni kienet li hemm marġini kosiderevoli għall-uniku esportatur mill-Afrika t’Isfel biex inaqqas il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità, u minħabba f’hekk iżid ukoll il-livell ta’ dumping .

    3.3.4.4 Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

    (81) Barra minn hekk instab li l-prezzijiet fis-suq Komunitarji kienu bħala medja sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-ħames pajjiżi esportaturi ewlenin barra mill-Komunità. Kif diġà ġie indikat hawn fuq fil-premessa (64) għall-Indja u l-premessa (70) għar-RPĊ, dan jagħmel lis-suq Komunitarju wieħed attraenti ħafna għall-ġejjieni jekk jitneħħew il-miżuri. F’dan ir-rigward tqies li l-livell ogħla tal-prezz fis-suq Komunitarju huwa inċentiv biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn is-suq Komunitarju.

    3.3.4.5 Kapaċità mhux użata u stokks

    (82) Mindu ddaħħlet l-impożizzjoni tad-dazju definittiv, il-produttur esportatur li kkoopera parzjalment akkumula numru sinjifikanti ta’ stokks u kapaċitajiet żejda, dan ta’ l-aħħar ta’ aktar minn 40% tal-livell ta’ kapaċità installata. Skond it-talba, kapaċitajiet żejda ġew stmati għal 23,000 tunnellata sa 25,000 tunnellata. Għalhekk, il-kapaċità biex jiżdiedu l-kwantitajiet esportati lejn il-Komunità teżisti, b’mod partikolari minħabba li m’hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq lokali jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali

    3.3.5 L-Ukraina

    3.3.5.1 Rimarki preliminari

    (83) Peress li kien hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni miż-żewġ produtturi esportaturi Ukraini, is-sejbiet kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Peress li ftit huwa magħruf dwar l-industrija Ukraina, il-konklużjonijiet li ġejjin jiddependu fuq it-tagħrif li jinsab fit-talba tar-reviżjoni tar-rikorrent u fuq statistiki tal-kummerċ disponibbli għall-pubbliku. Ta’ min jinnota li m’hemm l-ebda produttur magħruf ieħor fl-Ukraina u li l-konsiderazzjonijiet li ġejjin b’mod partikolari dwar il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni, għandhom x’jaqsmu maż-żewġ esportaturi produtturi magħrufa.

    (84) Sabiex jiġi stabbilit jekk id- dumping ikunx probabbli li jerġa’ jsir jekk il-miżuri jitneħħew, ġew eżaminati l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità mhux użata u l-istokks.

    3.3.5.2 Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità

    (85) Fin-nuqqas ta’ tagħrif ieħor li iktar tista’ toqgħod fuqu, ittieħed in konsiderazzjoni it-tagħrif ipprovdut fit-talba dwar l-esportazzjonijiet lejn ir-Russja u l-USA, li kien ibbażat fuq statistiki diponibbli għall-pubbliku. Reviżjoni tal-figuri disponibbli wrew li l-prezzijiet medji ta’ l-esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi kienu b’mod sinjifikanti anqas mill-prezzijiet medji ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Kif diġà tfisser hawn fuq fil-każ ta’ l-Indja, ir-RPĊ u l-Afrika t’Isfel, il-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi tqies bħala indikatur tal-livell tal-prezz probabbli għall-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jekk jitneħħew il-miżuri. Abbażi ta’ dan il-konklużjoni kienet li hemm marġini konsiderevoli biex jitbaxxew il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità, u bi probabbilità kbira f’livelli ddampjati.

    3.3.5.3 Kapaċità mhux użata

    (86) Skond l-evidenza disponibbli fit-talba, il-kapaċità ta’ produzzjoni stmata fl-Ukraina tammonta għal 100,000 tunnellata, b’50% biss minnhom jintużaw għall-produzzjoni attwali. Kapaċità żejda ta’ 50,000 tunnellata kellha tirrapreżenta l-ogħla kapaċità żejda tal-pajjiżi kkonċernati kollha u jammontaw għal aktar minn terz tal-konsum tal-Komunità. Għaldaqstant, il-kapaċità biex jiżdiedu l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità hija, fil-każ ta’ l-Ukraina hija bil-bosta l-iktar waħda imminenti fost il-pajjiżi kollha kkonċernati, b’ mod partikolari minħabba li m’hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq lokali jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali.

    3.3.5.4 Vjolazzjoni ta’ impenn u evażjoni mill-miżuri

    (87) Fl-1999, fil-qafas ta’ l-istħarriġ oriġinali, il-Kummissjoni aċċettat impenn offrut minn wieħed mill-esportaturi Ukraini. Imbagħad, il-Kummissjoni sabet vjolazzjoni ta’ dan l-impenn f’żewġ aspetti. L-ewwelnett, l-esportatur Ukrain ikkonċernat ipprovda dikjarazzjonijiet ta’ l-oriġini qerrieqa u t-tieni, l-esportatur ħareġ fatturi taħt l-impenn għal tipi ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-għanijiet ta’ l-impenn, għaldaqstant ibbenefika mingħajr ma ħaqqu mill-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju ta’ l- anti-dumping . Għaldaqstant, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni 1678/2003[13], il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tagħha ta’ l-impenn.

    (88) Barra minn hekk, wara l-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR mill-Ukraina, instab li dawn il-miżuri kienu qegħdin jiġu evażi mill-importazzjonijiet tas-SWR mill-Moldova. Kif ingħad hawn fuq fil-premessa (3), il-miżuri eżistenti ġew għalhekk estiżi għall-importazzjonijiet tas-SWR konsenjati mill-Moldova.

    (89) Minkejja li l-vjolazzjoni ta’ impenn jew prattiki ta’ evażjoni fil-passat ma jiġġustifikawx per se l-konklużjoni ta’ prattiki ta’ dumping fil-ġejjieni, tqies li f’dan il-każ prattiki ta’ dan it-tip kienu fatturi addizzjonali li jindikaw l-interess ta’ l-esportaturi li jidħlu fis-suq Komunitarju u l-inkapaċità tagħhom li jikkompetu fis-suq Komunitarju f’livelli mhux ta’ dumping .

    3.4 Il-konklużjoni

    (90) It-tkomplija ta’ dumping sinjifikanti nstabet fil-każijiet kollha, għalkemm il-volumi ta’ l-importazzjonijiet għall-Afrika t’Isfel u l-Ukraina kienu fil-livelli de minimis .

    (91) Sabiex ikun eżaminat jekk hux probabbli li dumping ikompli jew jerġa’ jseħħ f’każ li l-miżuri anti-dumping jitneħħew, ġew analizzati il-kapaċitajiet żejda u l-istokks mhux użati kif ukoll l-iffissar tal-prezzijiet u l-istrateġiji ta’ l-esportazzjoni fi swieq differenti. Dan l-eżami wera li kien hemm kapaċitajiet żejda u stokks akkumulati importanti fil-pajjiżi esportaturi kkonċernati kollha. Barra minn hekk instab li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu ġeneralment ta’ livell b’mod sinjifikanti inqas minn dawk tas-suq Komunitarju u għalhekk il-Komunità baqgħet suq attraenti għall-produtturi esportaturi tal-pajjiżi kkonċernati kollha. Għalhekk, il-konklużjoni kienet li l-esportazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn pajjiżi terzi x’aktarx jiddawru lejn il-Komunità jekk l-aċċess għas-suq Komunitarju jkun mingħajr il-miżuri anti-dumping . Il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni żejda disponibbli wkoll x’aktarx iwasslu għal iktar importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha kkonċernati.

    (92) Reviżjoni ta’ l-istrateġiji tal-prezzijiet tal-pajjiżi kollha kkonċernati wrew iktar minn hekk, li dawn l-esportazzjonijiet x’aktarx isiru bi prezzijiet iddampjati . Fil-każ tar-RPĊ u l-Ukraina, dawn il-konklużjonijiet issaħħu bil-fatt li l-miżuri eżistenti nstabu li ġew evażi permezz ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra li indikaw li pajjiżi esportaturi ma kinux kapaċi jikkompetu fis-suq Komunitarju bi prezzijiet ġusti.

    (93) Wara kien ikkusidrat dak li ntqal, ġie stabbilit għall-pajjiżi kollha kkonċernati li d- dumping x’aktarx ikompli jew jerġa’ jseħħ fi kwantitajiet sinjifikanti jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    4. Definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

    4.1 Produzzjoni Komunitarja

    (94) Fil-Komunità, il-prodott ikkonċernat huwa mmanufatturat minn 30 produttur li jikkostitwixxu l-produzzjoni Komunitarja totali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    4.2 L-industrija Komunitarja

    (95) Ta’ min jinnota li fl-istħarriġ oriġinali l-industrija Komunitarja kienet tikkonsisti minn 20 produttur. Disgħa minn dawn il-kumpaniji ma kkooperawx fl-istħarriġ għar-reviżjoni. Mill-banda l-oħra, sitt kumpaniji li ma kinux jifformaw parti mill-industrija Komunitarja fl-istħarriġ oriġinali, appoġġaw it-talba għal reviżjoni kif ukoll qablu li jikkooperaw fl-istħarriġ għar-reviżjoni. Għaldaqstant, is-17-il produttur li ġejjin appoġġaw l-ilment u qablu li jikkooperaw:

    - Bridon International Ltd (ir-Renju Unit),

    - BTS Drahtseile GmbH (il-Ġermanja),

    - Cables y Alambres especiales, SA (Spanja),

    - CASAR Drahtseilwerk Saar GmbH (il-Ġermanja),

    - D. Koronakis SA (Il-Greċja),

    - Drahtseilwerk GmbH (il-Ġermanja),

    - Drahtseilwerk Hemer GmbH and Co. KG (il-Ġermanja),

    - Drahtseilerei Gustav Kocks GmbH (il-Ġermanja),

    - Drumet SA (il-Polonja),

    - Hamburger Drahtseilerei A. Steppuhn GmbH (il-Ġermanja),

    - Iscar Funi Metalliche Srl (l-Italja),

    - Manuel Rodrigues de Oliveira Sa & Filhos, SA (il-Portugall),

    - Metalcavi wire ropes Srl (l-Italja),

    - Metal Press Srl (l-Italja),

    - Trefileurope (Franza),

    - WADRA GmbH (il-Ġermanja),

    - Westfälische Drahtindustrie GmbH (il-Ġermanja).

    Kif indikat hawn fuq fil-premessa (12), intgħażel kampjun li jikkonsisti minn ħames kumpaniji.

    (96) Dawn il-kumpaniji kkooperaw bis-sħiħ f’dan l-istħarriġ. Il-ħames produtturi Komunitarji fil-kampjun kienu jirrappreżentaw it-30% tal-produzzjoni Komunitarja totali matul l-IP, filwaqt li s-17-il produttur Komunitarju ta’ hawn fuq kienu jirrappreżentaw it-68% tal-produzzjoni Komunitarja matul l-IP.

    (97) Għalhekk, is-17-il produttur Komunitarju ta’ hawn fuq jitqiesu li jirrappreżentaw l-parti ewlenija tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott li jixxiebah. Is-17-il produttur Komunitarju ta’ hawn fuq huma għalhekk meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn issa ’l quddiem imsejħa ‘l-industrija Komunitarja’.

    5. Is-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju

    5.1 Il-konsum fis-suq Komunitarju

    (98) Il-konsum Komunitarju kien stabbilit fuq il-bażi tal-volumi ta’ bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju, il-volumi ta’ bejgħ tal-produtturi Komunitarji l-oħra fis-suq Komunitarju, u d- data tal-Eurostat għall-importazzjonijiet kollha ta’ l-UE.

    (99) Bejn l-2001 u l-IP, il-konsum Komunitarju naqas b’ 9%. Speċifikament, naqas bi 3% bejn l-2001 u l-2002, u b’ 6% oħra bejn l-2002 u l-2003. Imbagħad baqa’ ġeneralment stabbli f’dan il-livell fl-IP

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Total tal-konsum Komunitarju (tunnellati) | 194 547 | 187 845 | 176 438 | 177 825 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 97 | 91 | 91 |

    5.2 Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

    5.2.1 Akkumulazzjoni

    (100) Fl-istħarriġ oriġinali importazzjonijiet ta’ l-SWR oriġinarji tar-RPĊ, l-Indja, l-Afrika t’ Isfel u l-Ukraina kienu evalwati b’ mod kumulattiv skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Ġie eżaminat jekk evalwazzjoni b’mod kumulattiv kinitx ukoll xierqa fl-istħarriġ kurrenti.

    (101) F’dan ir-rispett, instab illi l-marġini ta’ dumping stabbilit fil-kuntest ta’ l-importazzjonijiet minn kull pajjiż kien ’il fuq mil-livell de minimis . Fir-rigward tal-kwantitajiet esportati minn kull wieħed mill-erbgħa pajjiżi kkonċernati, kif ingħad fil-premessi (22) sa (24), tqies illi, jekk il-miżuri jitneħħew, l-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati x’aktarx tiżdied għal-livelli b’mod sinifjikanti ogħla minn dawk milħuqa fl-IP u ċertament jaqbżu l-limitu negliġibbli.

    (102) Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, l-istħarriġ sab li l-SWR importat mill-pajjiżi kkonċernati, meqjusa tip tip, kienu jixxiebhu fil-karatteristiki fiżiċi u tekniċi essenzjali kollha tagħhom. Barra minn hekk, dawn it-tipi ta’ SWR kienu jitpartu ma’ tipi oħra importati mill-pajjiżi kkonċernati u dawk prodotti fil-Komunità u kienu kkummerċjalizzati fil-Komunità matul l-istess perjodu, permezz ta’ mezzi komparabbli ta’ bejgħ taħt kundizzjonijiet kummerċjali simili. L-SWR impurtat għalhekk tqiesu li jikkompetu ma’ xulxin u ma’ l-SWR iffabbrikati fil-Komunità.

    (103) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, tqies li ntlaħqu l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. L-importazzjonijiet mill-erba’ pajjiżi kkonċernati għalhekk ġew eżaminati b’mod kumulattiv.

    5.2.2 Il-volum, is-sehem fis-suq u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet

    (104) Fir-rigward ta’ l-erba’ pajjiżi kkonċernati, il-volumi ta’ l-importazzjoni, l-ishma fis-suq u l-medja tal-prezzijiet żviluppaw kif stabbilit hawn taħt. It-tendenzi tal-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni tal-Eurostat u jinkludu dazji ta’ l- anti-dumping u stimi ta’ l-ispejjjeż ta’ wara l-importazzjoni.

    (105) Il-volum ta’ importazzjonijiet li oriġinaw mill-erbgħa pajjiżi kkonċernati l-ewwel żdiedu u laħqu livell ta’ 9,153 tunnellata fl-2002, li jikkorrispondi għal sehem fis-suq ta’ 4.9%, imbagħad niżlu għal 7,784 tunnellata matul l-IP, li jikkorrispondi għal suq ta’ 4.4%. Matul l-IP ta’ l-istħarriġ oriġinali, is-sehem akkumulat fis-suq ta’ l-erba’ pajjiżi kkonċernati kien ta’ 14.3%.

    (106) Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-erba’ pajjiżi kkonċernati naqsu b’medja ta’ 1,364 EUR/tunnelata fl-2001 għal 1,296 EUR/tunnellata fl-IP.

    (107) L-istħarriġ wera li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu qegħdin inaqqsu dawk ta’ l-industrija Komunitarja b’36 sa 68% fl-IP.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Volum ta’ importazzjonijiet mill-4 pajjiżi kkonċernati (tunnellati) | 7 951 | 9 153 | 7 168 | 7 784 |

    Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-4 pajjiżi kkonċernati | 4,1% | 4,9% | 4,1% | 4,4% |

    Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-4 pajjiżi kkonċernati (EUR/tunnellata) | 1 364 | 1 450 | 1 331 | 1 296 |

    5.3 Importazzjonijiet misjuba li kienu qed jevadu

    (108) Kif ingħad fil-premessa (3) hawn fuq, instab ukoll li l-evażjoni mill-miżuri oriġinali li jikkonċernaw l-Ukraina u r-RPĊ saru rispettivament permezz tal- Moldova u l-Marokk. Għaldaqstant, id-dazju anti-dumping imponut fuq importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ ġie estiż għall-importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Marokk, minbarra dawk prodotti minn produttur ġenwin Marokkin. Bl-istess mod, id-dazju anti-dumping definittiv imponut fuq importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ukraina ġie estiż għall-importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Moldova.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Volum ta’ importazzjonijiet mill-Moldova (tunnellati) | 1 054 | 1 816 | 0 | 0 |

    Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Moldova (tunnellati) | 0,5% | 1,0% | 0,0% | 0,0% |

    Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Moldova (EUR/tunnellata) | 899 | 843 | 0 | 0 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 94 | 0 | 0 |

    Volum ta’ importazzjonijiet mill-Marokk (tunnellati) | 231 | 1 435 | 2 411 | 1 904 |

    Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Marokk | 0,1% | 0,8% | 1,4% | 1,1% |

    Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Marokk (EUR/tunnellata) | 963 | 955 | 1 000 | 1 009 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 99 | 104 | 105 |

    (109) Filwaqt li l-volum ta’ importazzjonijiet mill-Moldova kien ta’ żero fis-snin ta’ qabel l-2000, dan żdiet f’ daqqa għal 1,816 tunellata fl-2002. Imbagħad, reġa’ waqa’ għal żero, probabbilment bħala konsegwenza tal-ftuħ ta’ l-istħarriġ imsemmi hawn fuq kontra l-evażjoni matul l-2003. L-importazzjonijiet mill-Moldova saru bi prezzijiet baxxi ħafna fl-2001 u l-2002, jiġifieri 899 EUR/tunnellata fl-2001 u 843 EUR/tunnellata fl-2002.

    (110) Matul il-perjodu ta’ l-istħarriġ ta’ l-istħarriġ oriġinali, is-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Marokk kien ta’ 0%. Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-Marokk żdied f’daqqa minn 231 tunnellata fl-2001 għal 2,411-il tunnellata fl-2003. Niżlet għal 1,904 tunnellati matul l-IP. L-istħarriġ ta’ kontra l-evażjoni msemmi hawn fuq ta prova li volum limitat ta’ importazzjonijiet mill-Marokk (madwar 100 tunnellata) kien attribbwit fl-2003 għal produttur ġenwin Marokkin. Importazzjonijiet mill-Marokk saru bi prezzijiet baxxi ħafna bejn l-2001 u l-IP, jiġifieri madwar 1,000 EUR/tunnellata.

    5.4 Importazzjoni minn pajjiżi oħra

    5.4.1 Ir-Repubblika tal-Korea (il-Korea t’Isfel)

    (111) Fl-20 ta’ Novembru 2004[14], il-Kummissjoni bdiet proċediment anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ l-istess prodott li joriġina mir-Repubblika tal-Korea, wara lment ippreżentat mill-industrija Komunitarja li kien jagħti evidenza prima facie li dawn l-importazzjonijiet qegħdin jiġu ddampjati u għalhekk qegħdin jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

    (112) L-evoluzzjoni ta’ l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea hija kif ġej:

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Volum ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea (tunnellati) | 13 582 | 16 403 | 22 400 | 25 835 |

    Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea | 7.0% | 8.7% | 12.7% | 14.5% |

    Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea (EUR/tunnellati) | 1 366 | 1 256 | 1 187 | 1 123 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 92 | 87 | 82 |

    (113) Il-volum ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea tela’ minn 13,582 tunnellata fl-2001, li jikkorrispondi għal sehem fis-suq ta’ 7%, għal 25,835 tunnellata matul l-IP, li jikkorrispondi għal sehem fis-suq ta’ 14.5%. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Korea naqsu bi 18% bejn l-2001 u l-IP, jiġifieri minn 1,366 EUR/tunnelata għal 1,123 EUR/tunnellata. Peress li ma ġie evidenzjat l-ebda dumping fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea, dan il-proċediment intemm (ara l-premessa (4) hawn fuq).

    5.4.2 Il-Messiku

    (114) Kif indikat hawn fuq fil-premessa (7), il-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Messiku bir-Regolament definittiv oriġinali skadew fit-18 ta’ Awwissu 2004. Il-volum ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mill-Messiku baqgħu limitati ħafna mill-2001 sa matul l-IP. Kien xejn fl-2001 u matul l-IP, u laħaq livell annwali li jvarja minn madwar 700 għal 400 tunnellata fl-2002 u l-2003, li rispettivament jikkorrispondi għal sehem fis-suq ta’ 0.4% u 0.2% .

    (115) Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Messiku laħqu madwar 2,400 EUR/tunnellata fl-2002 u fl-2003.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Volum ta’ importazzjonijiet mill-Messiku (tunnellati) | 0 | 669 | 433 | 0 |

    Sehem fi-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Messiku | 0.0% | 0.4% | 0.2% | 0.0% |

    Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Messiku (EUR/tunnellata) | m/a | 2 358 | 2 434 | m/a |

    Indiċi (2001 = 100) | m/a | 100 | 103 | m/a |

    5.4.3 Pajjiżi oħra kkonċernati mill-miżuri anti-dumping

    (116) Bir-Regolament (KE) Nru 1601/2001[15], miżuri anti-dumping kienu imposti fuq importazzjonijiet ta’ prodotti simili li oriġinaw mir-Russja, it-Tajlandja u t-Turkija.

    (117) Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-importazzjonijiet mir-Russja jvarjaw bejn is-36.1% u l-50.7%, minbarra għall-importazzjonijiet minn esportatur wieħed Russu li ġie aċċettat mingħandu impenn għall-prezz. Il-volum ta’ importazzjonijiet mir-Russja niżel minn 3,630 tunnellata fl-2001, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 1.9%, għal 2,101 tunnellata matul l-IP, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 1.2%. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja baqgħu relattivament stabbli bejn l-2001 u l-IP, f’ madwar 1,000 EUR/tunnellata.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Volum ta’ importazzjonijiet mir-Russja (tunnellati) | 3 630 | 2 557 | 2 198 | 2 101 |

    Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja | 1.9% | 1.4% | 1.2% | 1.2% |

    Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja (EUR/tunnellata) | 1 038 | 997 | 980 | 1 046 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 96 | 94 | 101 |

    (118) Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-importazzjonijiet mit-Tajlandja jvarjaw bejn l-24.8% u t-42.8%, minbarra dawk l-importazzjonijiet ta’ esportatur wieħed li ġie aċċettat impenn għall-prezz mingħandu. Il-volum ta’ importazzjonijiet mit-Tajlandja niżel minn 1,039 tunnellata fl-2001, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 0.5%, għal 277 tunnellata matul l-IP, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 0.2%. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni mit-Tajlandja żdiedu minn madwar 1,335 EUR/tunnelata fl-2001 għal 1,722 EUR/tunnellata fl-IP.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Volum ta’ importazzjonijiet mit-Tajlandja (tunnellati) | 1 039 | 1 002 | 368 | 277 |

    Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mit-Tajlandja | 0.5% | 0,5% | 0.2% | 0.2% |

    Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mit-Tajlandja (EUR/tunnellata) | 1 335 | 1 433 | 1 593 | 1 722 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 107 | 119 | 129 |

    (119) Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-importazzjonijiet mit-Turkija matul il-perjodu kkonċernat jvarjaw bejn is-17.8% u l-31%, minbarra għall-importazzjonijiet minn żewġ esportaturi Torok li ġie aċċettat impenn fil-prezzijiet mingħandhom fl-2001 u li mbagħad ġie rtirat fl-2003. Il-volum ta’ importazzjonijiet mit-Turkija niżel minn 4,354 tunnellata fl-2001, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 2.2%, għal 1,457 tunnellata matul l-IP, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 0.8%. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni mit-Turkija naqsu minn 1,448 EUR/tunnellata fl-2001 għal 1,302 EUR/tunnellata fl-IP.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Volum ta’ importazzjonijiet mit-Turkija (tunnellati) | 4 354 | 4 448 | 2 248 | 1 457 |

    Sehem fi-suq ta’ l-importazzjonijiet mit-Turkija | 2.2% | 2.4% | 1.3% | 0.8% |

    Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mit-Turkija (EUR/tunnellata) | 1 448 | 1 414 | 1 376 | 1 302 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 98 | 95 | 90 |

    5.4.4 Pajjiżi terzi oħra mhux imsemmija hawn fuq

    (120) Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mhux imsemmija hawn fuq niżel minn madwar 23,000 tunnellata fl-2001, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 12%, għal madwar 19,000 tunnellata fl-IP, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 10.5%. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra mhux imsemmija hawn fuq żdiedu minn madwar 1,500 EUR/tunnelata fl-2001 għal madwar 1,900 EUR/tunnellata fl-2003, qabel ma reġgħu naqsu għal madwar 1,500 EUR/tunnellata fl-IP.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Volum ta’ importazzjonijiet mill-Pajjiżi mhux imsemmija hawn fuq (tunnellati) | 23 321 | 14 924 | 17 227 | 18 741 |

    Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Pajjiżi mhux imsemmija hawn fuq | 12.0% | 7.9% | 9.8% | 10.5% |

    Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Pajjiżi mhux imsemmija hawn fuq (EUR/tunnellata) | 1 472 | 1 749 | 1 895 | 1 497 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 119 | 129 | 102 |

    6. Il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

    (121) Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

    6.1 Rimarki preliminari

    (122) Minħabba l-fatt li kien intuża t-teħid tal-kampjuni fir-rigwar ta’ l-industrija Komunitarja, il-ħsara ġiet evalwata kemm skond il-bażi tat-tagħrif miġbur fil-livell ta’ l-industrija Komunitarja kollha (‘is-C.I.’ fit-tabelli mehmuża) u skond il-bażi ta’ tagħrif miġbur fil-livell tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun (‘l-S.P.’ fit-tabelli mehmuża).

    (123) Meta ssir referenza għat-teħid ta’ kampjuni, skond il-prezzijiet stabbiliti, ċerti indikaturi ta’ ħsara (il-produzzjoni, il-kapaċità, il-produttività, l-istokks, il-bejgħ, is-sehem fis-suq, it-tkabbir u l-impiegi) jiġu analizzati għall-industrija Komunitarja kollha kemm hi, filwaqt li dawk l-indikaturi ta’ ħsara li għandhom x’jaqsmu mar-rendiment ta’ kumpaniji individwali, jiġifieri l-prezzijiet, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-profittabilità, il-pagi, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-likwidità, l-abbiltà li tgħolli l-kapital ġew eżaminati skond il-bażi tat-tagħrif miġbur fil-livell tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun.

    6.2 Data relatata ma’ l-industrija Komunitarja kollha kemm hi

    (a) Il-produzzjoni

    (124) Il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja naqset b’10% bejn l-2001 u l-IP, jiġifieri minn livell ta’ madwar 125,000 tunnellata fl-2001 għal livell ta’ madwar 112,000 tunnellata fl-IP. Speċifikament, il-produzzjoni żdiedet bi 2% fl-2002, qabel niżlet b’5 punti perċentwali fl-2003 u b’7 punti perċentwali oħra fl-IP.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Produzzjoni tas-C.I. (tunnellati) | 124 549 | 127 118 | 121 065 | 111 765 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 102 | 97 | 90 |

    (b) Kapaċità u rati ta’ kapaċità ta’ utilizzazzjoni

    (125) Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet marġinalment (bi 2%) bejn l-2001 u l-IP. Hekk kif naqset il-produzzjoni, filwaqt li fl-istess ħin il-kapaċità żdiedet kemm kemm, il-kapaċità ta’ utilizzazzjoni li rriżultat niżlet, minn livell ta’ 67% fl-2001 għal livell ta’ 59% fl-IP.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Kapaċità ta’ produzzjoni tas-C.I. (tunnellati) | 184 690 | 185 360 | 188 430 | 189 150 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 100 | 102 | 102 |

    Utilizzazzjoni ta’ Produzzjoni tas-C.I. | 67% | 69% | 64% | 59% |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 102 | 95 | 88 |

    (c) L-istokks

    (126) Il-livell ta’ stokks ta’ l-għeluq ta’ l-industrija Komunitarja naqas progressivament matul il-perjodu kkonċernat. Fl-IP, il-livell ta’ stokks kien ta’ 14% inqas minn fl-2001.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Stokks ta’ l-għeluq tas-C.I. (tunnellati) | 31 459 | 30 222 | 29 336 | 26 911 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 96 | 93 | 86 |

    (d) Volum ta’ bejgħ

    (127) Il-bejgħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas b’10% bejn l-2001 u l-IP. Dan l-iżvilupp jaqbel ma’ l-evoluzzjoni tas-suq Komunitarju, li naqas b’ 9% bejn l-2001 u l-IP.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Volum ta’ bejgħ mis-C.I. fil-KE lil konsumaturi mhux relatati (tunnellati) | 80 019 | 79 089 | 73 636 | 72 072 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 99 | 92 | 90 |

    (e) Is-sehem fis-suq

    (128) Is-sehem fis-suq miżmum mill-industrija Komunitarja naqas b’punt ta’ perċentwali wieħed bejn l-2001 u l-IP. Speċifikament, żdied b’ 0.5 ta’ punt perċentwali fl-2002, niżel b’0.3 ta’ punt perċentwali fl-2003 u finalment b’1.2 ta’ punt perċentwali fl-IP.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Sehem fis-suq ta’ l-Industrija Komunitarja | 42,8% | 43,3% | 43,0% | 41,8% |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 101 | 101 | 98 |

    Sehem fis-suq ta’ l-4 pajjiżi kkonċernati | 4.1% | 4.9% | 4.1% | 4.4% |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 119 | 99 | 107 |

    (f) It-tkabbir

    (129) Bejn l-2001 u l-IP, meta l-konsum Komunitarju naqas b’9%, il-volum ta’ bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’10%. L-industrija Komunitarja għalhekk tilfet parti mis-sehem tagħha fis-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet ikkonċernati gwadanjaw 0.3 ta’ punt perċentwali matul l-istess perjodu.

    (g) L-impiegi

    (130) Il-livell ta’ impiegi ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’4% bejn l-2001 u l-IP.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Prodott ta’ l-impiegi tas-C.I. | 2 049 | 2 028 | 1 975 | 1 975 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 99 | 96 | 96 |

    (h) Il-produttività

    (131) Il-produttività tal-ħaddiema ta’ industrija Komunitarja, imkejjel fi produzzjoni għal kull persuna fis-sena, baqa’ pjuttost stabbli bejn l-2001 ul-2003. Fl-IP, hekk kif il-volum ta’ produzzjoni waqa’ filwaqt li l-impiegi baqgħu l-istess, il-produttività naqset bi 8%.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Produttività tas-C.I. (tunnellati għal kull impjegat) | 61 | 63 | 61 | 57 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 103 | 101 | 93 |

    (i) Kobor tal-marġini ta’ dumping

    (132) Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-kobor tal-marġini effettiv ta’ dumping , jekk tara l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, dan l-impatt ma jistax jitqies negliġibbli, speċjalment fi swieq li huma trasparenti u għalhekk sensittivi ħafna għall-prezzijiet bħal dak tal-prodott ikkonċernat.

    (j) Irkupru mill-effetti ta’ dumping ta’ l-imgħoddi

    (133) Filwaqt li l-indikaturi eżaminati hawn fuq u hawn taħt juru xi titjib fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja, barra mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fl-1999, taw prova wkoll li l-Komunità għadha f’qagħda fraġli u vulnerabbli.

    6.3 Data relatata mal-produtturi Komunitarji fil-kampjun

    (a) Il-prezzijiet ta’ bejgħ u l- fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet lokali

    (134) Il-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ unità ta’ l-industrija Komunitarja baqgħu relattivament stabbli bejn l-2001 u l-IP, u esperjenzaw żieda limitata ħafna lejn l-aħħar tal-perjodu kkonċernat. Dan l-iżvilupp fil-prezzijiet ġeneralment jaqbel ma’ dak tal-materja prima ewlenija, li wkoll uriet żieda fl-aħħar tal-perjodu kkonċernat.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Prezz ta’ unità fis suq tal-KE mis-S.P. (EUR/tunnellata) | 2 195 | 2 171 | 2 224 | 2 227 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 99 | 101 | 101 |

    (b) Il-pagi

    (135) Bejn l-2001 u l-IP, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b’5%, figura moderata meta mqabbla mar-rata ta’ żieda ta’ l-ispejjeż tax-xogħol ta’ l-unità nominali medja (6%) osservata matul l-istess perjodu fl-ekonomija Komunitarja inġenerali.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Spejjeż annwali tax-xogħol ta’ l-S.P għal kull impjegat (000 EUR) | 36,6 | 37,6 | 38,2 | 38,5 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 103 | 104 | 105 |

    (c) L-investimenti

    (136) It-tixrid annwali ta’ l-investimenti fil-prodott ikkonċernat magħmula mill-ħames produtturi fil-kampjun baqgħu relativament stabbli għal madwar EUR 4 miljun fis-sena. Iż-żieda kbira osservata fl-2003 ġejja l-iżjed minħabba xirja eċċezzjonali ta’ tagħmir magħmul minn kumpanija waħda fil-kampjun.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Investimenti netti ta’ l-S.P (000 EUR) | 4 284 | 3 074 | 8 393 | 4 914 |

    Indiċi (2001 = 100) | 100 | 72 | 196 | 115 |

    (d) Il-profittabilità u r-redditu fuq l-investimenti

    (137) Il-profittabilità tal-produtturi fil-kampjun, filwaqt li wrew titjib gradwali fil-perjodu kkonċernat, baqgħu negattivi bejn l-2001 (-4.2%) u l-IP (-0.3%). Ir-redditu mill-investimenti (‘l-ROI’), espressi bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur nett deprezzat ta’ l-investimenti, segwew ġeneralment it-tendenza ta’ profittabilità ta’ hawn fuq matul il-prejodu kkonċernat kollu.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Profittabilità tal-bejgħ ta’ l-SP lill-klijenti indipendenti fil-KE (% ta’ bejgħ nett) | -4.2% | -1.7% | -1.5% | -0.3% |

    L-ROI ta’ l-S.P. (profitt f’ % tal-valur nett deprezzat ta’ l-investimenti) | -13.9% | -6.5% | -4.5% | -1.0% |

    (e) Il-likwidità u l-abbiltà li tgħolli l-kapital

    (138) Is-sitwazzjoni tal-likwidità tjiebet bejn l-2001 u l-IP, peress li t-telf limitat t’ hawn fuq iktar milli pattew għalihom affarijiet oħra mhux likwidi, bħalma huma d-diprezzament ta’ l-assi u ċaqlieq fl-inventarju.

    2001 | 2002 | 2003 | IP |

    Likwidità ta’ l-S.P (000 EUR) | -6 322 | 10 670 | 2 124 | 4 485 |

    (139) L-istħarriġ wera li l-ħtiġijiet ta’ kapital ta’ bosta produtturi Komunitarji fil-kampjun kienu affettwati negattivament mis-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tagħhom. Minkejja li bosta minn dawn il-kumpaniji huma parti minn kumpanija kbar ta’ l-azzar, il-ħtiġijiet ta’ kapital ma jintlaħqux dejjem sal-livell mixtieq, minħabba li r-riżorsi finanzjarji jkunu ġeneralment allokati ġo dawn il-gruppi għall-entitajiet li l-iktar jagħmlu profitt.

    6.4 Il-konklużjoni

    (140) Bejn l-2001 u l-IP, l-indikaturi li ġejjin żviluppaw pożittivament: il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdiedet u l-istokks fl-għeluq naqsu. Il-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ unità ta’ l-industrija Komunitarja baqgħu fissi bejn l-2001 u l-IP, il-profittabilità tjiebet kważi għal sitwazzjoni ta’ bilanċ bejn id-dħul u l-infieq fl-IP, filwaqt li r-redditu mill-investiment u l-likwidità tjiebu wkoll. Il-pagi żviluppaw moderatament u l-industrija Komunitarja kompliet tinvesti b’pass stabbli.

    (141) Kuntrarjament, l-indikaturi li ġejjin żviluppaw negattivament: il-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqsu, il-volumi tal-bejgħ naqsu (bi qbil madankollu ma’ l-iżvilupp tas-suq), l-impiegi u l-produttività naqsu. Is-sehem fis-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas kemm kemm, għalkemm b’mod ċar it-telf kien inqas qawwi milli fil-perjodu ta’ qabel l-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping meta ġie osservat telf ta’ 9 punti ta’ perċentwali fis-sehem mis-suq.

    (142) Fuq kollox, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja hija kkaratterizzata minn żviluppi mħallta: filwaqt illi xi indikaturi juru tendenzi pożittivi, bosta oħrajn juru waħda negattiva. Jekk wieħed iqabbel it-tendenzi ta’ hawn fuq ma’ dawk deskritti fir-Regolamenti li jimponu miżuri provviżorji u definittivi, toħroġ ċara li l-introduzzjoni tal-miżuri anti-dumping fl-1999 li jikkonċernaw l-importazzjonijiet mill-Indja, ir-RPĊ, l-Ukraina u l-Afrika t’ Isfel kellhom impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja. Li kieku l-miżuri ma ġewx evażi minn importazzjonijiet mill-Moldova u mill-Marokk, is-sitwazzjoni setgħet kienet saħansitra iktar favorevoli. Barra minn hekk, apparti l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-Russja, it-Tajlandja u t-Turkija, l-ishma fis-suq rispettivi ta’ dawn il-pajjiżi naqsu (ara l-premessi (116) sa (119) hawn fuq), li ċertament baxxew il-pressjoni fuq il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja. Madankollu, għandu jkun enfasizzat li anke indikaturi li juru żviluppi pożittivi, bħal, b’mod partikolari, fil-profittabilità u fir-redditu mill-investiment, għadhom xorta ’l bogħod milli jilħqu l-livelli li jistgħu jkunu mistennija li kieku l-industrija Komunitarja rkuprat għal kollox mill-ħsara li ġarrbet.

    (143) Għalhekk il-konlużjoni hija li s-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet, meta mqabbla mal-perjodu ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, iżda għadha fraġli.

    7. Il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara

    (144) Kif ġie konkluż fil-premessa (91) hawn fuq, il-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati għandhom il-potenzjal li jgħollu u/jew idawru l-volumi ta’ l-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq Komunitarju. L-istħarriġ wera li, skond il-bażi tat-tipi ta’ prodotti komparabbli, il-produtturi esportaturi li kkooperaw biegħu l-prodott ikkonċernat bi prezz b’mod sinjifikanti rħas minn dak ta’ l-industrija Komunitarja (58-68% għar-RPĊ, 47-55% għall-Indja). Fir-rigward ta’ l-Ukraina u l-Afrika t’Isfel, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u minħabba l-varjetà ta’ prodotti u għalhekk tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni, l-ebda tqabbil fil-prezzijiet skond il-bażi ta’ tip tip ma seta’ jsir. Madankollu, il-fatti disponibbli jindikaw li kemm il-prezz medju ta’ l-importazzjoni Ukraina u kemm il-prezz medju ta’ l-importazzjoni Sudafrikana (it-tnejn mingħajr id-dazju anti-dumping ) huma b’mod sinjifikanti iktar baxxi mill-prezziiet lokali ta’ l-industrija Komunitarja, jiġifieri b’65% u 25% rispettivament. Dawn il-prezzijiet baxxi x’aktarx jibqgħu jiġu ċċarġjati mill-pajjiżi kkonċernati, anke sabiex jerġgħu jiggwadanjaw l-ishma fis-suq mitlufa. Dan il-komportament fil-prezz, miżjud ma’ l-abbiltà ta’ l-esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati biex jikkonsenjaw kwantitajiet sinjifikanti tal-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju, kien bil-probabbiltà kollha jkollu l-effett li jsaħħaħ it-tendenza depressiva fis-suq, b’impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja.

    (145) Kif muri hawn fuq, għalkemm is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet, meta mqabbla ma’ dik ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti, xorta għadha vulnerabbli u fraġli. Huwa probabbli li jekk l-industrija Komunitarja tiġi esposta għal volumi ikbar ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet iddampjati dan jirriżulta f’deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kif instab fl-istħarriġ oriġinali. Abbażi ta’ dan, il-konklużjoni għalhekk hija li, it-tneħħija tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha se tirriżulta fir-rikorrenza tal-ħsara lill-industrija Komunitarja.

    8. L-Interess Komunitarju

    8.1 Daħla

    (146) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tkunx kontra l-interess tal-Komunità bħala entità sħiħa. Id-determinazzjoni ta’ l-interess Komunitarju kien ibbażat fuq l-apprezzament ta’ l-interessi kollha involuti.

    (147) Ta’ min jiftakar li, fl-istħarriġ oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Komunità. Barra minn hekk, il-fatt li l-istħarriġ preżenti huwa reviżjoni, li għalhekk janalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jagħti l-opportunità għal valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping li hemm issa.

    (148) Abbażi ta’ dan, kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, kienx hemm raġunijiet kompulsivi li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

    8.2 L-interess ta’ l-industrija Komunitarja

    (149) L-industrija Komunitarja ppruvat lilha nnifisha bħala industrija strutturalment vijabbli. Dan kien ikkonfermat mill-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha osservata wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fl-1999. B’mod partikolari, il-fatt li l-industrija Komunitarja pratikament waqqfet it-telf mis-sehem fis-suq tagħha fil-ftit snin ta’ qabel l-IP jikkuntrasta bil-qawwi mas-sitwazzjoni ta’ qabel ma ġew imposti l-miżuri. Hekk ukoll, l-industrija Komunitarja tejbet is-sitwazzjoni ta’ profitt tagħha bejn l-2001 u l-IP. Ta’ min ifakkar ukoll li l-evażjoni nstabet minn importazzjonijiet mill-Moldova u mill-Marokk. Li kieku dawn l-iżviluppi ma seħħewx, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kienet tkun iktar favorevoli.

    (150) Wieħed jista’ raġjonevolment jistenna li l-industrija Komunitarja se tkompli tibbenefika mill-miżuri imposti attwalment u se tkompli tirkupra billi tirkupra is-sehem fis-suq u ttejjeb il-profittabilità. Jekk il-miżuri ma jinżammux, x’aktarx l-industrija Komunitarja terġa’ tibda ssofri ħsarat minn żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati u s-sitwazzjoni fraġli attwali tagħha tkompli teħżien.

    8.3 L-interess ta’ l-importaturi

    (151) Ta’ min jiftakar li fl-istħarriġ oriġinali nstab illi l-impatt ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri ma kellhomx ikunu sinjifikanti. Kif indikat hawn fuq, l-ebda importatur ma kkoopera bis-sħiħ f’ dan l-istħarriġ. Għalhekk, wieħed jista’ jikkonkludi li ż-żamma tal-miżuri mhux se jkollha effett b’mod sinjifikanti negattiv fuq l-importaturi u n-negozjanti.

    8.4 L-interess ta’ l-utenti

    (152) L-SWR jintużaw f’varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet u għalhekk numru kbir ta’ industriji utenti jistgħu jkunu kkonċernati. Il-lista li ġejja ta’ industriji utenti hija indikattiva biss: is-sajd, il-marittima/it-trasport bil-baħar, l-industriji taż-żejt u l-gass, l-industrija tal-minjieri, il-foresterija, it-trasport bl-ajru, l-inġinerija ċivili, il-kostruzzjoni, liftijiet. Fl-eżami ta’ l-effetti possibbli ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, il-konklużjoni kienet fl-istħarriġ oriġinali li minħabba l-inċidenza negliġibbli ta’ l-ispejjeż tas-SWR fuq l-industriji utenti, kwalunkwe żieda f’ dawn l-ispejjeż ma kinitx probabbli li kienet tħalli effett sinjifikanti fuq l-industrija utenti partikolari. Il-fatt li l-ebda utenti ma pprovda ebda tagħrif li jikkontradixxi s-sejba t’hawn fuq fil-qafas ta’ l-istħarriġ tar-reviżjoni attwali jikkonferma li: (i) l-SWR tirrapreżenta parti żgħira ħafna ta’ l-ispejjeż totali tal-produzzjoni għal dawn l-industriji utenti, (ii) il-miżuri attwalment fis-seħħ ma kellhom ebda effett sostanzjali negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika, u (iii) it-tkomplija tal-miżuri ma jaffettwawx negattivament l-interessi finanzjarji ta’ l-industriji utenti.

    8.5 L-interess tal-fornituri

    (153) L-istħarriġ oriġinali kkonkluda li l-fornituri ta’ l-industrija Komunitarja jibbenefikaw minn impożizzjoni tal-miżuri. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tagħrif kuntrarju fil-qafas ta’ din ir-reviżjoni, jitqies li ż-żamma tal-miżuri kurrenti se tkompli tħalli impatt pożittiv fuq il-fornituri.

    8.6 Il-konklużjoni fuq l-interess Komunitarju

    (154) Minħabba dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi li m’hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

    9. MIŻURI ANTI-DUMPING

    (155) Il-partijiet kollha huma informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzjali li skond il-bażi tagħhom hemm l-intenzjoni li jiġi rrakkomandat illi l-miżuri eżistenti jinżammu. Ingħataw ukoll perjodu biex iressqu rappreżentazzjonijiet wara dan it-tagħrif. L-ebda kummenti ma waslu li kienu ta’ natura li jibdlu l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq.

    (156) Minn dak li ntqal fuq jirriżulta, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ l-SWR, li joriġinaw mill-Indja, ir-RPĊ, l-Ukraina u l-Afrika t’Isfel għandhom jinżammu. Ta’ min jiftakar li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji ad valorem , bl-eċċezzjoni ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma mmanufatturati u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn kumpanija Indjana waħda u kumpanija Sudafrikana waħda li mingħandhom ġew aċċettati impenji .

    (157) Kif muri fil-premessa (3) hawn fuq, id-dazji anti-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Ukraina u mir-RPĊ żdiedu sabiex ikopru, ukoll, importazzjonijiet ta’ SWR konsenjati mill-Moldova u l-Marokk rispettivament, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Moldova jew mill-Marokk sew jekk le. Id-dazju anti-dumping li se jinżamm fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kif ġie stabbilit fil-premessa (156) hawn fuq, għandhom ikomplu jiġu estiżi għal importazzjonijiet ta’ SWR konsenjati mill-Moldova u l-Marokk, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Moldova jew mill-Marokk sew jekk le. Il-produttur esportatur Marokkin li kien eżentat mill-miżuri kif estiżi mir-Regolament (KE) Nru 1886/2004 għandhom ukoll ikunu eżentati mill-miżuri kif imponuti minn dan ir-Regolament.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Dazju anti-dumping definittiv qiegħed b’dan jiġi imponut fuq importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ l-azzar u kejbils, inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils ta’ l-istainless steel, li għandhom dimensjoni massima ta’ wisa’ trasversali li tiskorri t-3 mm li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 7312 10 82 (kodiċi TARIC 7312 10 82 19), ex 7312 10 84 (kodiċi TARIC 7312 10 84 19), ex 7312 10 86 (kodiċi TARIC 7312 10 86 19), ex 7312 10 88 (kodiċi TARIC 7312 10 88 19) u ex 7312 10 99 (kodiċi TARIC 7312 10 99 19) u li joriġinaw mill-Indja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Ukraina u l-Afrika t’Isfel.

    2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għas-CIF nett, prezz ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti manufatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandu jkun kif ġej:

    Pajjiż | Kumpanija | Rata ta’ dazju (%) | Kodiċi addizzjonali TARIC |

    L-Indja | Usha Martin Limited (qabel Usha Beltron Ltd) 2A, Shakespeare Sarani Calcutta – 700 071, Bengal tal-Punent, L-Indja | 23.8 | 8613 |

    Il-Kumpaniji l-oħra kollha | 30.8 | 8900 |

    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina | Il-Kumpaniji kollha | 60.4 | - |

    L-Ukraina | Il-Kumpaniji kollha | 51.8 | - |

    L-Afrika t’Isfel | Il-Kumpaniji kollha | 38.6 | 8900 |

    3. Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet mill-Ukraina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għal importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Moldova, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Moldova sew jekk le (kodiċi TARIC 7312 10 82 11, 7312 10 84 11, 7312 10 86 11, 7312 10 88 11, 7312 10 99 11 rispettivament).

    4. Id-dazju definittiv ta’ l-anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għal importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Marokk, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Marokk sew jekk le (kodiċi TARIC 7312 10 82 12, 7312 10 84 12, 7312 10 86 12, 7312 10 88 12, 7312 10 99 12 rispettivament) bl-eċċezjoni ta’ dawk prodotti mir-Remer Maroc SARL, Zone Industrielle, Tranche 2, Lot 10, Settat, il-Marokk (kodiċi addizzjonali TARIC A567).

    5. Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju anti-dumping definittiv ma japplikax għal importazzjonijiet rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond l-Artikolu 2.

    6. Sakemm mhuwiex speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jirrigwardaw id-dazji doganali jridu japplikaw.

    Artikolu 2

    1. Importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa taħt il-kodiċijiet addizzjonali tat-TARIC li ġejjin li huma prodotti u esportati direttament (jiġifieri trasportati u fatturati) mill-kumpanija ta’ hawn taħt lil kumpanija fil-Komunità li qiegħda tagħmilha ta’ importatur għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping imponut mill-Artikolu 1 sakemm dawn l-importazzjonijiet ikunu importati b’mod konformi mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    Pajjiż | Kumpanija | Kodiċi addizzjonali TARIC |

    L-Indja | Usha Martin Limited (qabel Usha Martin Industries & Usha Beltron Ltd) 2A, Shakespeare Sarani Calcutta – 700 071, Bengal tal-Punent, L-Indja | A024 |

    L-Afrika t’Isfel | Haggie Lower Germiston Road Jupiter PO Box 40072 Cleveland L-Afrika t’Isfel | A023 |

    2. Importazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping bil-kundizzjoni li:

    (a) fattura valida ta’ impenn li fiha ta’ l-inqas elementi mniżżla fl-Anness hija ppreżentata lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri fuq preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa; u

    (b) il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikorrispondu preċiżament għad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta’ l-impenn.

    Artikolu 3

    1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    2. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-fattura ta’ l-impenn li takkumpanja l-bejgħ tal-ħbula ta’ l-azzar u l-kejbils tal-kumpanija lill-Komunità suġġetti għall-impenn.

    1. In-numru tal-kodiċi tar-rapportar tal-prodott (il-PRC) (kif stabbilit fl-impenn offrut mill-produttur esportatur in kwistjoni), inklużi tipi, numru ta’ fili, numru ta’ wajers għal kull fil u l-kodiċi tan-NM.

    2. Id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti, inklużi:

    – il-’kodiċi tal-prodott tal-kumpanija’ (is-CPC),

    – kodiċi tan-NM,

    – il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC li taħtu l-prodotti fuq il-fattura jistgħu jiġu rilaxxati mid-dwana (kif speċifikat fir-Regolament),

    – kwantità (li għandha tingħata f’kilos),

    – prezz minimu applikabbli.

    3. Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, inklużi:

    – prezz bil-kilo,

    – it-termini tal-ħlas applikabbli,

    – it-termini tal-konsenja applikabbli,

    – skonti u ribassi totali.

    4. Isem ta’ l-importatur li għalih ħarġet il-fattura direttament mill-kumpanija.

    5. Isem l-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura ta’ l-impenn u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

    ‘Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-prodotti koperti minn din il-fattura qiegħed isir skond l-għanijiet u taħt it-termini ta’ l-impenn offrut minn .. . . . . . . [kumpanija], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni (1999/572/KE). Niddikjara li t-tagħrif provdud f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.’

    [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12).

    [2] ĠU L 217, tas-17.8.1999, p.1.

    [3] ĠU L 217, ta’ l-17.8.1999, p. 63.

    [4] ĠU L 238, tal-25.9.2003, p. 13.

    [5] ĠU L 238, tal-25.9.2003, p. 1.

    [6] ĠU L 120, ta’ l-24.4.2004, p. 1.

    [7] ĠU L 328, tat-30.10.2004, p. 1.

    [8] ĠU C 283, ta’ l-20.11.2004, p. 6.

    [9] ĠU L [DAĦĦAL]

    [10] ĠU C 272, tat-13.11.2003, p. 2.

    [11] ĠU C 203, tal-11.8.2004, p. 4.

    [12] ĠU C 207, tas-17.8.2004, p.2.

    [13] ĠU L 238, tal-25.9.2003, p.13.

    [14] ĠU C 283, ta’ l-20.11.2004, p. 6.

    [15] ĠU L 211, ta’ l-4.8.2001, p. 1.

    Top