This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0453
Proposal for a Council Decision on the position of the European Community in relation to the draft Regulation of the United Nations Economic Commission for Europe on wheels for passenger cars and their trailers
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta' l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta' l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom
/* KUMM/2005/0453 finali - AVC 2005/0181 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta' l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom /* KUMM/2005/0453 finali - AVC 2005/0181 */
Brussell, 28.9.2005 COM(2005) 453 finali 2005/0181 (AVC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta' l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom (ippreżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI ĠENERALI Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997, il-Komunità Ewropea saret Parti Kontraenti tal-Ftehim Rivedut ta' l-1958 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE). Dik id-Deċiżjoni daħlet fis-seħħ fl-24 ta' Marzu 1998. L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni jistipula, inter alia , li fejn abbozz ta' Regolament tal-UN/ECE huwa ppreżentat għal vot fi ħdan il-korpi xierqa UN/ECE, l-abbozz inkwistjoni jrid ikun approvat mill-Kunsill, wara li jkun inkiseb il-qbil mill-Parlament Ewropew, qabel ma' l-Komunità tista' tiddikjara lilha nfisha favur l-adozzjoni ta' l-abbozz. L-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Forum Dinji dwar l-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi ta' l-UN/ECE se tinkludi, b'mod partikolari, vot dwar abbozz (ġdid) tar-Regolament dwar roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom. L-għan ewlieni ta' abbozz tar-Regolament huwa li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi armonizzati, u b'hekk jevita l-ħolqien ta' xkiel tekniku għall-kummerċ fil-vetturi bil-magna bejn il-Partijiet Kontraenti, filwaqt li jiżgura livell għoli ta' sikurezza u ta' protezzjoni ambjentali. Il-pożizzjoni tal-KE fiż-żmien tal-votazzjoni se tkun ibbażata fuq dokumenti disponibbli fil-lingwi uffiċjali ta' l-UN/ECE (il-Franċiż u l-Ingliż). Billi l-KE saret parti mill-Ftehim UN/ECE ta' l-1958, hija meħtieġa tosserva l-proċeduri previsti f'dan il-ftehim. F'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni 97/836/KE, ir-Regolament se jkun ippublikat fil-lingwi kollha uffiċjali tal-Komunitajiet fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea qabel ma jidħol fis-seħħ. IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA GĦAL DEĊI¯JONI L-għan tal-proposta huwa li tippermetti lir-rapreżentattiv tal-Kummissjoni sabiex jivvota dwar l-abbozz tar-Regolament f'isem il-Komunità waqt il-laqgħa li jmiss tal-Forum Dinji ta' l-UN/ECE dwar l-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi. 2005/0181 (AVC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta' l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-għan ta' adeżjoni mill-Komunità Ewropea għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' rekwiżiti tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu jitwaħħlu ma' u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għal għarfien reċiproku ta' approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn ir-rekwiżiti[1], b'mod partikulari l-Artikolu 4(2), it-tieni inċiż tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[2], Wara li kkunsidra l-opinjoni favorevoli tal-Parlament Ewropew[3], Billi: 1. L-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom se jxejjen ix-xkiel tekniku għan-negozju fil-vetturi bil-magna bejn il-Partijiet Kontraenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawn il-komponenti, filwaqt li jiżgura livell għoli ta' sikurezza u ta' ħarsien ambjentali. 2. Huwa xieraq li tiġi ddefinita l-pożizzjoni tal-Komunità f'dak li għandu x' jaqsam ma' l-imsemmi abbozz ta' Regolament. 3. L-abbozz ta' Regolament imsemmi m'għandux jiġi inkorporat fis-sistema tal-Komunità għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-magna, billi jirrigwarda roti għall-bdil, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) dwar roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom kif jidher fid-dokument TRANS/WP.29/2005/46 huwa b'dan approvat. Artikolu 2 Il-Komunità, rappreżentata mill-Kummissjoni, ser tivvota favur l-abbozz tar-Regolament UN/ECE msemmi fl-Artikolu 1 fil-vot li għandu jseħħ matul laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv f'laqgħa li jmiss tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi ta' l-UN/ECE. Artikolu 3 Ir-Regolament UN/ECE dwar roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom mhux se jiġi inkorporat fis-sistema Komunitarja ta' l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-magna. Magħmul fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 346 tas-17.12.1997, p. 78. [2] ĠU K. .tal-. ., p. . [3] ĠU K. .tal-. ., p. .