Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0444

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta li jimplimenta s-Seba’ Programm ta’ Qafas (2007-2011) tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta’ taħriġ u riċerka nukleari

/* KUMM/2005/0444 finali - CNS 2005/0189 */

52005PC0444




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.9.2005

KUMM(2005) 444 finali

2005/0189 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta li jimplimenta s-Seba’ Programm ta’ Qafas (2007-2011) tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta’ taħriġ u riċerka nukleari

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTI

Il-Kummissjoni adottat il-proposta[1] għas-seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta' taħriġ (mill-2007 sa l-2011) fis-6 ta’ April 2005. Il-Kummissjoni indikat li l-attivitajiet kellhom ikunu organizzati f’'żewġ Programmi Speċifiċi li jikkorrispondu għall-azzjonijiet "indiretti" ta' riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni, il-fissjoni nukleari u l-ħarsien mir-radjazzjoni, u l-azzjonijiet ta' riċerka "diretti" taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka fil-qasam ta’ l-enerġija nukleari, u dawn huma s-suġġett ta’ dawn il-proposti. Il-Kummissjoni se tippreżenta proposti għar-“Regoli għall-Parteċipazzjoni u Tixrid” assoċjati.

Il-kuntest tal-politika u l-għanijiet huma stipulati fil-komunikazzjoni "Il-Bini taż-Żona Ewropea tar-Riċerka ( ERA ) ta' l-għarfien għat-tkabbir"[2].

Il-Programmi Speċifiċi tas-seba’ Programm ta’ Qafas ta’ l-Euratom huma maħsuba biex jindirizzaw, flimkien ma’ l-isforzi nazzjonali u industrijali meħtieġa, il-kwistjonijiet u l-isfidi ewlenin f’dan il-qasam tar-riċerka fl-Ewropa.

Sostenn finanzjarju fuq livell Ewropew joffri opportunitajiet biex tiżdiet l-eċċellenza u l-effettività tar-riċerka f’mod li ma jistax jintlaħaq fuq livell nazzjonali. Il-Programmi Speċifiċi tas-seba’ Programm ta’ Qafas ta’ l-Euratom jirrappreżentaw iktar konsolidament taż-Żona Ewropea ta’ Riċerka f’dan il-qasam, il-ksib ta’ massa u strutturi kritiċi fl-oqsma l-ġodda tar-riċerka u b’mezzi ġodda, u iktar sostenn lill-moviment ħieles ta’ ideat, għarfien u riċerkaturi.

Matul l-implimentazzjoni tal-Programmi Speċifiċi, il-potenzjal għal azzjonijiet fuq livell Ewropew għat-tisħiħ ta’ l-eċċellenza fir-riċerka se jkun użat sa l-ogħla grad possibbli. Dan jimplika l-identifikazzjoni u s-sostenn ta’ l-eċċellenza eżistenti f’dan il-qasam kull fejn teżisti madwar l-Unjoni Ewropea kollha kif ukoll il-ħolqien ta’ kapaċitajiet għal eċċellenza fir-riċerka għall-ġejjieni.

Fejn hu possibbli, l-impatt tal-Programmi Speċifiċi se jkun msaħħaħ permezz ta' komplementarjetajiet ma’ programmi Komunitarji oħra, bħall-Fondi Strutturali. Dan hu konformi ma’ l-istrateġija li għandha tkun segwita fil-Programm Speċifiku tal-KE ‘Kapaċitajiet’, billi aspett importanti tal-Programm Speċifiku ta’ l-Euratom għal azzjonijiet indiretti se jkun ukoll s-sostenn għall-infrastrutturi ta’ riċerka, iżda f’dan il-każ fil-qasam speċifiku tax-xjenza u teknoloġija nukleari.

2. KONSULTAZZJONI MINN QABEL

Fit-tħejjija tal-proposti preżenti, kif bħall-Programm ta’ Qafas, il-Kummissjoni qieset il-fehmiet espressi mill-istituzzjonijiet oħra ta' l-UE u l-Istati Membri, kif ukoll dawk espressi f'konsultazzjoni wiesgħa minn firxa ta' persuni u entitajiet interessati, fosthom il-komunità xjentifika u l-industrija. Barra dan, il-proposti tal-Programm Speċifiku jieħdu mill-valutazzjoni dettaljata ta’ l-impatt meħuda għall-proposta tas-seba’ Programm ta’ Qafas[3] u r-riżultati ta’ valutazzjoni ta’ ħames snin tal-Programm ta' Qafas[4].

3. ASPETTI LEGALI

Il-proposti tal-Programm Speċifiku jkopri l-istess perjodu bħall-Programm ta’ Qafas mill-2007 sa l-2011, li hija msejsa fuq l-Artikolu 7 tat-Trattat ta' l-Euratom. Skond it-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, il-programmi ta' riċerka jitfasslu għal tul ta' mhux aktar minn ħames snin. Għalhekk, dawn il-proposti mhumiex għall-istess tul ta’ żmien bħall-Programmi Speċifiċi tal-KE.

Il-Kummissjoni tipproponi li, sakemm ma jinqalgħux ċirkostanzi estenwanti, dan il-Programm Speċifiku jista' jiġi mġedded għall-perjodu bejn l-2012 u l-2013, skond il-proċedura leġiżlattiva prevista.

4. IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAġIT

Id-"dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva" mehmuża ma' din id-Deċiżjoni tistipola l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi, u tipprovdi wkoll ċifri indikattivi għall-perjodu mill-2012 sa l-2013.

Il-Kummissjoni bi ħsiebha twaqqaf aġenzija eżekuttiva li tkun fdata b’ċerti ħidmiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku ta’ azzjonijiet indiretti[5].

5. IMPLIMENTAZZJONI KOERENTI U FLESSIBBLI

5.1. L-adattament lill-ħtiġijiet u opportunitajiet ġodda

Hu essenzjali li l-implimentazzjoni tal-Programmi Speċifiċi tkun flessibbli biżżejjed biex tħallihom jibqgħu fuq quddiemnett fl-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi fil-qasam nukleari in ġenerali u li jaqdu l-ħtiġijiet industrijali, ta’ politika u soċjali li jinbtu. Għall-azzjonijiet indiretti, dan se jintlaħaq primarjament permezz tal-programmi ta’ ħidma li se jiġu aġġornati fuq bażi annwali bl-għajnuna tal-kumitati tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u l-identifikazzjoni tas-suġġetti għas-sejħiet għal proposti li għadhom iridu jkunu nedija. Ir-reviżjonijiet jistgħu jsiru iktar malajr f’każ ta’ prijoritajiet ġodda li jeħtieġu rispons urġenti, partikolarment li jqumu minn ħtiġijiet ta' politika mhux mbassra.

Din il-programmazzjoni multi-annwwali se tibbenefika minn firxa wiesgħa ta’ impulsi li jiggarantixxu li l-attivitajiet megħjuna jżommu rilevanza diretta għall-ħtiġijiet tar-riċerka li jevolvu ta’ l-industrija u għall-politika ta’ l-UE fil-qasam nukleari. Il-grupp konsultattiv estern għall-enerġija stabbilit taħt il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni tal-KE, bi sħubija multi-dixxiplinarja effettiva u bilanċ ta’ fehmiet akkademiċi u industrijali, se tipprovdi wieħed mill-impulsi.

Impulsi esterni addizzjonali jistgħu jiġu mill-pjattaformi teknoloġiċi li l-ħolqien tagħhom jista’ jkunu previst, fil-futur qrib, f’xi setturi tematiċi tal-Programmi Speċifiċi.

Fora u gruppi oħra, bħall-Forum strateġiku Ewropew għall-infrastrutturi ta’ riċerka ( ESFRI ), jistgħu jipprovdu konsulenza f’waqtha lill-Kummissjoni dwar opportunitajiet u prijoritajiet b’relevanza lis-settur ta’ riċerka ta’ l-Euratom.

5.2. Kwistjonijiet trasversali

Il-Kummissjoni se tiżgura koerenza kumplessiva fl-implimentazzjoni tas-seba' Programm ta' Qafas ta’ l-Euratom. Il-programmi ta’ ħidma fil-Programmi Speċifiċi se jkunu riveduti b’mod koordinat biex jippermettu li kwistjonijiet trasversali jitqiesu totalment.

Il-kumitati tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri għandhom ukoll responsabilità importanti billi jgħinu lill-Kummissjoni fil-koerenza u l-koordinament effettivi ta' l-implimentazzjoni bejn u fi ħdan il-Programmi Speċifiċi. Dan jimplika livell qawwi ta’ koordinament fi ħdan l-Istati Membri bejn ir-rappreżentanti tal-kumitati ta’ konfigurazzjonijiet differenti.

Attenzjoni partikolari għandha tingħata lil dawk l-azzjonijiet trasversali komuni għall-Euratom u għall-Programmi Speċifiċi tal-KE, per eżempju l-użu ta' reatturi avvanzati fil-produzzjoni ta' l-idroġenu, jew l-iżvilupp ta' materjal avvanzat. Fejn hu fattibbli fid-dawl tad-diffikultajiet maħluqa mill-eżistenza taż-żewġ Programmi ta’ Qafas li ġejjin minn Trattati separati, jistgħu jintużaw sejħiet għal proposti konġunti mibnija fuq l-esperjenza miksuba mis-sitt Programm ta’ Qafas.

Il-kwistjonijiet li jmiss huma ta’ importanza partikolari, u huma previsti arranġamenti speċifiċi għal strateġija koordinata:

- Kooperazzjoni internazzjonali : Dan huwa aspett importanti tal-programm Ewropew u se jittieħed metodu strateġiku biex jinġiebu 'l quddiem azzjonijiet f'dan ir-rigward u biex jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi fejn hemm interess u benefiċċju reċiproku.

- Infrastrutturi ta’ riċerka : Jeħtieġ li jkun hemm kollaborazzjoni mill-qrib mal-programm Kapaċitajiet tal-KE biex is-sostenn għal infrastrutturi ta' riċerka nukleari jkun żgurat ma’ applikazzjonijiet ta’ riċerka iktar ġenerali.

- Relazzjoni mal-politika Komunitarja : Se jsiru arranġamenti għal koordinament effettiv fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni, partikolarment biex ikun garantit li l-attivitajiet ikomplu jaqdu l-ħtiġijiet ta’ l-iżviluppi ta' l-oqsma tal-politika ta' l-UE. Għan dan il-għan, il-programmazzjoni multi-annwali tista’ tibbenefika mill-għajnuna tal-gruppi ta’ utenti tas-servizzi differenti tal-Kummissjoni assoċjati ma’ l-oqsma politiċi inkwistjoni.

- Tixrid u trasferiment ta’ l-għarfien : Il-ħtieġa għat-tħeġġiġ ta’ l-isfruttament tar-riżultati hija karatteristika qawwija komuni għall-Programmi Speċifiċi kollha, b’enfasi partikolari fuq it-trasferiment ta’ l-għarfien bejn il-pajjiżi, bejn id-dixxiplini u mill-universitajiet għall-industrija permezz tal-mobilità ta' riċerkaturi.

- Ix-xjenza fis-soċjetà : Din l-attività fil-programm Kapaċitajiet tal-KE għandha punti paralleli ma’ attivitajiet fis-settur nukleari, u hemm potenzjal ċar għal arrikkiment reċiproku f’oqsma bħall-kwistjonijiet ta’ tmexxija u tal-partijiet interessati, l-aktar dawn assoċjati ma’ l-aċċettazzjoni ta' l-impjanti kontroversjali.

6. SIMPLIFIKAZZJONI U METODI TA’ ĠESTJONI

Simplifikazzjoni sinifikanti se tinkiseb fl-implimentazzjoni tas-seba' Programm ta' Qafas, wara l-ideat preżentati mid-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2005 u d-djalogu estensiv fuq il-bażi ta’ dan id-dokument. Ħafna mill-miżuri proposti għandhom ikunu ppreżentati fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u Tixrid, primarjament biex titnaqqas konsiderevolment il-burokrazija u tkun issimplifikata l-iskema ta’ finanzjament u r-rekwiżiti ta’ rapurtar.

Fi ħdan il-parti tal-fissjoni tal-Programm Speċifiku għall-azzjonijiet indiretti, se jkun propost titjib li hu paragunabbli ma’ dawk imbassar għall-azzjonijiet fil-parti dwar il-kollaborazzjoni tal-programm tal-KE.

7. KONTENUT TAL-PROGRAMMI SPEċIFIċI

7.1. Riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (azzjonijiet indiretti)

Dan il-Programm Speċifiku jkopri ż-żewġ prijoritajiet tematiċi li jmiss:

(i) Riċerka fil-qasam ta’ l-enerġija mill-fużjoni: li jiġi żviluppat il-bażi ta' l-għarfien għal, u għat-twettiq ta’ l-ITER bħala pass ewlieni lejn il-ħolqien ta' reatturi ta' prototip għall-impjanti ta' l-enerġija li jkunu sikuri, sostenibbli, ambjentalment responsabbli u ekonomikament vijabbli. Din il-prijorità tematika tinkludi l-oqsma ta' attività li ġejjin:

- It-twettiq ta' l-ITER

- Riċerka u Żvilupp ( R&D ) bi tħejjija għall-operazzjoni ITER

- Attivitajiet teknoloġiċi bi tħejjija għal DEMO

- Attivitajiet R&D għall-medda ta’ żmien twil

- Ir-riżorsi umani, l-edukazzjoni u t-taħriġ

- Infrastruttura

- Qadi tal-ħtiġijiet emerġenti u imprevisti ta’ natura politika.

(ii) Il-fissjoni nukleari u l-ħarsien mir-radjazzjoni: biex jinġiebu 'l quddiem l-użu u l-isfruttament sikuri tal-fissjoni nukleari u użi oħra tar-radjazzjoni fl-industrija u fil-mediċina. Din il-prijorità tematika tinkludi l-oqsma ta' attività li ġejjin:

- Il-ġestjoni ta' l-iskart radjoattiv

- Is-sistemi tar-reatturi

- Il-ħarsien mir-radjazzjoni

- Sostenn u aċċess għall-infrastrutturi ta' riċerka

- Riżorsi umani u taħriġ inkluża l-mobilità.

Ġeneralment, dan il-Programm Speċifiku jirrappreżenta elementi qawwija ta’ kontinwità ma’ programmi ta’ qafas preċedenti mibnija fuq il-valur miżjud muri sew tas-sostenn Ewropew ta' dan it-tip. Minbarra dan, hemm novitajiet importanti f’dan il-Programm Speċifiku li jeħtieġu konsiderazzjoni speċifika għall-implimentazzjoni:

- strateġija msaħħa għall-koordinament ta’ programmi ta’ riċerka nazzjonali fil-qasam tal-fissjoni nukleari u ħarsien kontra r-radjazzjoni.

- L-implimentazzjoni konġunta ta’ l-ITER f’qafas internazzjonali, it-twaqqif ta’ Impriża Konġunta Euratom għall-ITER, u iżjed tisħiħ tal-koordinament ta’ l-attivitajiet Ewropej ta’ riċerka integrati fil-qasam ta’ l-enerġija mill-fużjoni.

- strateġija aktar immirata lejn il-kooperazzjoni internazzjonali fi ħdan kull tema hija prevista ma' l-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni speċifiċi fil-programmi ta' ħidma konformi mal-metodu strateġiku fil-kooperazzjoni internazzjonali prevista.

- Kull tema se jkun megħjun minn komponent li se jippermetti rispons flessibbli għall-ħtiġijiet li jinħolqu u għall-ħtiġijiet imprevisti ta’ natura politika u l-implimentazzjoni se tinbena fuq l-esperjenza miksuba mill-Programmi ta’ Sostenn Xjentifiku lill-oqsma tal-politika u Skemi tax-xjenza u teknoloġija ġodda u emerġenti introdotti fis-Sitt Programm ta’ Qafas, kif ukoll l-Iskema għat-Teknoloġija Ġdida u Emerġenti fis-settur tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ( ICT ).

Matul il-validità ta’ dan il-Programm Speċifiku, u l-estensjoni prevista sa l-2013, jistgħu jinbtu l-opportunitajiet għall-ħolqien ta’ Impriża Konġunta, per eżempju fil-qasam tal-ġestjoni ta' l-iskart radjoattiv.[6] Is-servizzi tal-Kummissjoni se jressqu proposti lill-Kunsill għall-ħolqien ta’ din l-impriża fi żmien xieraq.

7.2. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka ( JRC ) (azzjonijiet diretti)

Il- JRC għandu jimplimenta l-missjoni tiegħu billi jqis l-evoluzjoni interna fi ħdan is-serizzi tal-Kummissjoni, kif ukoll il-kuntest Ewropej u dak dinji fil-qasam nukleari.

Għal dan il-għan, it-tisħiħ tar-relazzjonijiet tal- JRC ma' l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka ta’ l-Istati Membri se jkun sistematikament segwit.

B’kollegament ma’ l-aġenda ta’ Liżbona u fuq talba tal-parti l-kbira ta’ l-interessati fil- JRC , il- JRC se jagħmel sforz sinifikanti fuq it-taħriġ u l-ġestjoni ta' l-għarfien. Il- JRC se jkompli l-attivitajiet ta' R&D tiegħu fl-oqsma marbuta mal-ġestjoni ta’ l-iskart u l-impatt ambjentali.

Fis-sikurezza nukleari, il-bidliet l-iktar importanti huma tweġiba għall-iżviluppi tal-politika Komunitarja, il-ħtiġijiet ġodda espressi mis-servizzi tal-Kummissjoni u lill-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-inizjattiva internazzjonali, bħall- Generation IV .

Il- JRC ilu involut fis-sikurezza nukleari għal 30 sena, iżda l-kuntest internazzjonali nbidel konsidervolement f’dawn l-aħħar snin u d-dimensjoni tan-non-proliferazzjoni qed issir aktar importanti. Madankollu, evoluzjoni interna tas-Servizzi tal-Kummissjoni sserraħ ukoll fuq sostenn kontinwu tal- JRC f’oqsma aktar tradizzjonali.

8. IL-BINI TA' L- ERA TA' L-GħARFIEN GħAT-TKABBIR

Il-ksib tal-progress mgħaġġel meħtieġ lejn ekonomija u soċjetà ta’ l-għarfien jirrikjedi ambizzjoni u effettività ġodda fir-riċerka Ewropea. L-atturi kollha madwar l-Unjoni Ewropea – il-gvernijiet nazzjonali, l-istabbilimenti ta’ riċerka, l-industrija – għandhom ir-rwol tagħhom.

Il-Programmi Speċifiċi kollha li jimplimentaw is-seba' Programmi ta’ Qafas (KE u Euratom) huma maħsuba biex ikabbru kemm jista’ jkun l-amplifikazzjoni u l-impatt tan-nefqa għar-riċerka fuq livell Ewropew fi ħdan il-baġit disponibbli. Il-karatteristiċi ewlenin huma: l-attenzjoni fuq il-prijoritajiet tematiċi fil-Programmi Speċifiċi korrispondenti flimkien ma’ l-attivitajiet u l-mezzi għall-implimentazzjoni maħsuba biex jilħqu dawn l-għanijiet; element qawwi ta’ kontinwità; attenzjoni konsistenti fuq is-sostenn ta’ l-eċċellenza eżistenti u l-ħolqien ta’ kapaċità għall-eċċellenza tar-riċerka ta’ għada; ġestjoni razzjonalizzata u simplifikata biex tiggarantixxi użu faċli li jinftiehem u effettività f’termini ta’ nefqa; u flessibilità intrinsika sabiex il-Programm ta’ Qafas ikun jista’ jaqdi l-ħtiġijiet u l-opportunitajiet ġodda.

2005/0189 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta li jimplimenta s-Seba’ Programm ta’ Qafas (2007-2011) tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta’ taħriġ u riċerka nukleari (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[7],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[8],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[9],

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 7 tat-Trattat, id-Deċiżjoni Nru .../Euratom tal-Kunsill kwar is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ, (mill-2007-2011) (minn hawn 'il quddiem 'il-Programm ta' Qafas') se jiġi implimentat permezz ta' programmi speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jistipolaw it-tul tagħhom u jipprevedu l-mezzi li jitqiesu meħtieġa.

(2) Iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-JRC’ għandu jimplimenta l-attivitajiet ta' riċerka u taħriġ imwettqa permezz ta' l-hekk imsejħa Attivitajiet Diretti taħt Programm Speċifiku JRC li jimplimenta l-Programm ta' Qafas tal-KE.

(3) Fl-implimentazzjoni tal-missjoni tiegħu iċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta (JRC) għandu jipprovdi appoġġ tekniku u xjentifiku, immexxi mill-klijent, lill-proċess ta' tfassil tal-politika ta’ l-UE, sabiex b’hekk jassigura l-appoġġ lill-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika eżistenti u jwieġeb għal talbiet ta’ politika ġdida. Sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu, il-JRC jagħmel riċerka ta’ kwalità għolja.

(4) Fl-implimentazzjoni ta’ dan il-programm, għandha tingħata importanza lill-mobbiltà u t-taħriġ tar-riċerkaturi, u l-innovazzjoni, fil-Komunità. Partikolarment, il-JRC għandu jwettaq attivitajiet ta’ taħriġ xierqa fis-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

(5) Il-programm speċifiku preżenti għandu jiġi implimentat b'mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet relevanti tal-politika tal-JRC fir-rigward ta’ l-utenti u l-Komunità, kif ukoll li jiġi rrispettat l-għan li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità. L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa taħt il-programm għandhom jiġu adattati fejn xieraq għal dawn il-ħtiġijiet u għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u għandhom jimmiraw li jiksbu l-eċċellenza xjentifika.

(6) Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka, għall-Programm ta' Qafas tal-KE (minn hawn ‘il quddiem ‘ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid’) marbuta ma’ azzjonijiet diretti għandhom japplikaw ukoll ghall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp imwettqa taħt dan il-Programm Speċifiku.

(7) Għall-għanijiet ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, flimkien mal-kooperazzjoni koperta mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew minn Ftehim ta' Assoċjazzjoni, tista' tkun xierqa l-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fuq il-bażi ta' Artikoli 2h, 101 u 102 tat-Trattat, ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(8) Fil-kuntest ta’ l-attivitajiet ta’ tkabbir u integrazzjoni, il-JRC għandu l-għan li jippromwovi l-integrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u riċerkaturi ta' l-Istati Membri l-ġodda fl-attivitajiet tiegħu partikolarment fl-implimentazzjoni tal-komponenti xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ l- acquis , kif ukoll kooperazzjoni ikbar ma’ dawk minn Pajjiżi Kandidati, dawk fil-proċess ta’ l-adeżjoni. Huwa wkoll previst ftuħ progressiv fir-rigward tal-Pajjiżi Ġirien, speċifikament fuq temi prijoritarji tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

(9) Attvitajiet ta' riċerka mwettqa taħt dan il-Programm Speċifiku għandhom jirrispettaw il-prinċipji fundamentali ta' l-etika, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta` l-Unjoni Ewropea.

(10) Il-JRC għandu jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta’ attivitajiet kompetittivi; dawn jinkludu l-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti tal-Programm ta’ Qafas, ħidma ta’ partijiet terzi u, f’livell inqas, l-esplojtazzjoni tal-proprjetà intellettwali.

(11) Għandha tiġi assigurata tmexxija finanzjarja tajba tal-Programm ta’ Qafas u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u aċċessibbli possibbli, u l-parteċipanti kollha għandu jkollhom aċċess faċli, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistipula r-regola dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda futura.

(12) Għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex ma jsirux irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati kif mhux suppost, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistipula r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda futura, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[10], (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra[11] u r-Regolament (KE) Nru 1074/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[12].

(13) Il-Kummissjoni għandha maż-żmien tieħu l-miżuri sabiex issir evalwazzjoni indipendenti li tikkonċerna l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti minn dan il-programm.

(14) Il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku u l-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC ġew ikkonsultati dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku ta' dan il-Programm Speċifiku.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Programm Speċifiku marbut ma' l-azzjonijiet diretti f'attivitajiet ta' riċerka u taħriġ li għandhom jitwettqu miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta, minn hawn 'il quddiem "il-Programm Speċifiku" huwa b'dan adottat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 2

Il-Programm Speċifiku għandu jistabbilixxi l-attivitajiet għall-azzjonijiet nukleari taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta, u jappoġġa l-firxa sħiħa ta' azzjonijiet ta’ riċerka mwettqa b'kooperazzjoni trans-nazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin:

1. Il-ġestjoni ta’ skart nukleari, l-impatt ambjentali u għarfien bażiku

2. Is-sikurezza Nukleari

3. Is-sigurtà nukleari

L-għanijiet u l-linji wiesgħa ta' dawk l-attivitajiet jingħataw fl-Anness I.

Artikolu 3

Skond l-Artikolu 3 tal-Programm ta' Qafas, l-ammont li jitqies meħtieġ għat-twettiq tal-Programm Speċifiku għandu jkun ta' EUR 539 miljun.

Artikolu 4

4. L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu f'konformità mal-prinċipji fundamentali ta' l-etika.

5. L-oqsma li ġejjin m'għandhomx jiġu finanzjati taħt dan il-programm:

6. attivitajiet ta’ riċerka li huma pprojbiti fl-Istati Membri kollha,

7. attivitajiet ta’ riċerka li għandhom jitwettqu fi Stat Membru fejn din it-tip ta’ riċerka hija pprojbita

Artikolu 5

8. Il-Programm Speċifiku għandu jiġi implimentat permezz ta’ azzjonijiet diretti kif stabbiliti fl-Anness II għall-Programm ta’ Qafas.

9. Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid marbuta ma’ azzjonijiet diretti għandhom japplikaw għal dan il-Programm Speċifiku.

Artikolu 6

10. Il-Kummissjoni għandha tfassal Programm ta' Ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, li juri f'aktar dettall l-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi elenkati fl-Anness I, u l-iskeda għall-implimentazzjoni.

11. Il-Programm ta' Ħidma multi-annwali għandu jqis l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka mwettqa mill-Istati Membri, l-Istati Assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Għandu jiġi aġġornat fejn xieraq.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa sabiex issir l-evalwazzjoni indipendenti prevista fl-Artikolu 6 tal-Programm ta’ Qafas li għandha titwettaq fir-rigward ta’ l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti mil-Programm Speċifiku.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS – Il-Programm ta’ l-Euratom tal- JRC

1. L-GħAN

Li jingħata appoġġ, immexxi mill-klijent, ta' natura xjentifika u teknika lill-politika ta' l-UE relatata ma’ l-enerġija nukleari, ma’ l-iżgurar ta' l-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika tal-preżent u għar-risposta tal-ħtiġijiet ġodda tal-politika.

2. L-ISTRATEġIJA

Il-missjoni tal-JRC hi li tagħti appoġġ, immexxi mill-klijent, ta’ natura xjentifika u teknika għall-ħsieb, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika tal-Komunità. Il-missjoni tal- JRC tenfasizza wkoll il-bżonn għall- JRC li jagħmel attivitajiet ta’ riċerka ta’ kwalità għolja b’rabta mill-qrib ma’ l-industrija u entitajiet oħrajn u li tiżviluppa networks ma’ istituzzjonijiet pubbliċi u privati fl-Istati Membri. Fl-attivitajiet kollha tal- JRC dawn iż-żewġ dimensjonijiet huma preżenti, iżda l-importanza rispettiva tagħhom tvarja minn appoġġ dirett lis-Servizzi tal-Kummissjoni għal riċerka bażika meħuda f’perspettiva wiesgħa Ewropea jew internazzjonali.

L-attivitajiet nukleari tal- JRC jaraw li jissodisfaw l-obbligi tar-Riċerka u l-Iżvilupp tat-Trattat ta’ l-Euratom u li jappoġġjaw kemm lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-qasam tas-salvagwardji u n-non-proliferazzjoni, l-immaniġġjar ta’ l-iskart, is-sikurezza fl-installazzjoni nukleari u ċ-ċiklu tal-fjuwil, ir-radjoattività fl-ambjent u l-ħarsien mir-radjazzjoni.

L-għan ta’ dan il-programm speċifiku huwa biex jiżviluppa u jgħaqqad flimkien l-għarfien, biex jipprovdi informazzjoni u appoġġ kruċjali ta’ natura xjentifika/teknika għas-sikurezza/sigurtà u l-affidabilità, is-sostenibilità u l-kontroll ta’ l-enerġija nukleari, inklużi l-aspetti relatati ma’ sistemi innovattivi/tal-futur. Bis-sehem fl-azzjonijiet indiretti tal-Programm ta’ Qafas ikun hemm impenn sħiħ għal kumplimentarjetà mal-programmi ta’ ħidma istituzzjonali, kif imsemmi fit-taqsima 3 hawn taħt.

Wieħed mill-elementi ta’ tħassib illum il-ġurnata fil-qasam nukleari hu t-telfa ta’ l-għarfien espert u speċjalment it-teknoloġija u l-inġinerija għat-trattament tal-materjal radjoattiv u l-oqsma tar-radjazzjoni. Il- JRC se jkompli jaġixxi bħala referenza Ewropea għat-tixrid ta’ l-informazzjoni, it-taħriġ u l-edukazzjoni għal xjenzjati żgħażagħ.

3. L-ATTIVITAJIET

3.1. L-immaniġġjar ta’ skart nukleari, l-impatt fuq l-ambjent u t-tagħrif bażiku

3.1.1. Karatterizzazzjoni, ħażna u rimi ta’ fjuwil użat

L-immaniġġjar ta’ fjuwil użat u ta’ skart nukleari b’livell għoli jinvolvi l-kundizzjonar tat-trasport, il-ħażna u r-rimi ġeoloġiku. Għan prinċipali hu li jiġi evitat ir-rilaxx ta’ radjonuklidi fil-bijosfera fuq perjodu ta’ żmien twil. Id-disinn, l-evalwazzjoni u t-tħaddim tas-sistema ta’ ostakolazzjoni maħduma u naturali fuq il-perjodi ta’ żmien relevanti huma komponenti prinċipali għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet u jiddependu inter alia fuq l-imġiba tal-fjuwil.

Il- JRC għandu l-għan li jikseb informazzjoni dwar l-imġieba fuq perjodu ta' żmien twil tal-fjuwil użat u li jiżviluppa metodi għall-evalwazzjoni affidabbli tas-sistemi maħduma bl-enfasi fuq l-integrità tal-pakketti ta' skart u l- benchmarking ta' kriterji ta' deċiżjoni orjentati fuq ir-riskju.

L-esperimenti fil-laboratorju dwar l-imġieba tal-fjuwil taħt kundizzjonijiet rappreżentattivi għandhom jipprovdu kontribut relevanti għall-mudelli għal previżjonijiet fuq perjodu ta’ żmien twil u jippermettu l-validazzjoni tagħhom. Il- JRC għandu wkoll jipparteċipa fi sforzi varji Ewropej għal soluzzjonijiet għar-rimi mingħajr periklu ta’ l-iskart u jappoġġja b’mod attiv it-trasferiment ta’ l-għarfien bejn pajjiżi differenti.

3.1.2. Tqassim, Trażmutazzjoni u Kundizzjonar

L-isfidi prinċipali ta’ dan il-programm jibqgħu kemm l-aħjar użu tat-tqassim tal-fjuwil biex jiġu separati radjoniklidi b’ħajja twila magħżula kif ukoll il-fabbrikazzjoni u l-karatterizzazzjoni ta’ miri mingħajr periklu u affidabbli għat-trażmutazzjoni ta’ l- actinide .

L-istudju ta’ dawn l-istrateġiji alternattivi ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart qed ikompli jiġbed attenzjoni kbira, minħabba li dawn jistgħu jnaqqsu b’mod konsiderevoli l-periklu fuq perjodu ta’ żmien twil tar-rimi ta’ l-iskart. Għat-trażmutazzjoni, huma kkunsidrati reatturi, kemm veloċi u termali, flimkien ma’ impjanti ddedikati għall-ħruq ta’ l- actidine . Ħafna mill-kunċetti proposti għal sistemi ta’ reatturi għall-futur jinkorporaw separazzjoni ta’ radjonuklidi selettiva bħal din.

Tnaqqis kbir ta’ l-ammont ta’ radjonuklidi b’ħajja twila u tnaqqis sostanzjali tal-volum fl-impjanti ta’ l-iskart għandhom iwasslu għall-iżvilupp ta’ matriċi li ma jirreaġixxux għall-kundizzjonar ta’ HLW li, fuq perjodu ta’ żmien twil, għandu jippreżenta titjib prinċipali fl-immaniġġjar ta’ l-iskart nukleari.

Il- JRC se jopera impjanti ġodda għat-tqassim avvanzat u għall-produzzjoni ta’ l-fjuwils u l-miri (il-Laboratorju Minuri ta' l- Actinides ) f'din iż-żona. Se jmexxi wkoll testijiet ta’ l-irradjazzjoni fuq il-miri u l-fjuwils, kif ukoll jirriproduċi dejta nukleari bażika għat-trażmutazzjoni. Fl-aħħarnett, id-durabilità kimika tal-matriċi għal-ikkundizzjonar ta’ l- actinides se tiġi determinata mill-istudji tal-korrużjoni u tal-lissija.

3.1.3. Riċerka bażika ta’ l-actinides

L-attivitajiet bażiċi ta’ riċerka jimmiraw li jipprovdu l-għarfien bażiku biex jirfed il-komprensjoni tal-proċessi fiżiċi fil-fjuwil nukleari (mill-produzzjoni ta’ enerġija għall-immaniġjar ta’ l-iskart) u huma marbuta mill-qrib ma’ l-attivitajiet tat-taħriġ u l-edukazzjoni. L-azzjonijiet ta’ riċerka bażika se jiffukaw fuq il-propjetajiet termo-fiżiċii tal-materjali, il-propjetajiet tal-wiċċ tas-sistemi li fihom l-actinides u l-propjetajiet fundamentali fiżiċi u kimiċi.

L-istabbilimenti tal- JRC bħal-Laboratorju ta' l-Utent ta’ l- Actinides se jkompli jospita x-xjenzjati, b'mod partikolari, mill-universitajiet Ewropej.

3.1.4. Dejta Nukeari

Id-disinji proposti għall- burners ddedikati ta’ l- actinide minuri u l-kunċetti avvanzati għal produzzjoni ta’ l-enerġija nukleari jirriżultaw f’talbiet ġodda għal dejta nukleari bi preċiżjoni mtejba b’mod sinifikanti.

Il- JRC se jwettaq kejl ta’ dejta nukleari għall-immaniġġjar ta’ l-iskart nukleari. L-iżviluppi teknoloġiċi ġodda wasslu għal titjib sinifikanti fil-kapaċitajiet tal-kejl. Il- JRC jħaddan sforz importanti fl-iżvilupp ta’ teorija bażika nukleari għall-immudellar ta’ reazzjonijiet mhux aċċessibbli b’modi sperimentali.

Il-metroloġija tar-radjunuklidi tikkomplimenta dan ix-xogħol permezz ta’ kejl għal dejta aħjar dwar it-tmermir nukleari tal-materjali fissili u l-prodotti ta’ fissjoni. Hemm bżonn ta’ dejta sperimentali preċiża għal validazzjoni ta’ teoriji u mudelli li fuqhom huma bbażati r-regolamenti dwar il-ħarsien mir-radjazzjoni.

3.1.5. Applikazzjonijiet mediċi mir-riċerka nukleari

Irriżultaw għadd ta’ applikazzjonijiet mediċi mill-impjanti nukleari u l-għarfien espert tal- JRC . Dawn jiġu minn riċerka dwar il-produzzjoni ta’ l-isotopi ġodda, mill-iżvilupp ta' materjali ta' referenza u mill-appoġġ għat-terapiji ġodda għall-kanċer. Il- JRC jimmira li jagħmel disponibbli dawn l-applikazzjonijiet ġodda għall-implimentazzjoni mill-isptarijiet u l-industrija farmaċewtika.

3.1.6. Il-Kejl tar-Radjuattività fl-ambjent

Il- JRC qed japplika l-għarfien espert tiegħu fl-analiżi tat-traċċi għall-verifika ta’ rimi u emissjonijiet minn installazzjonijiet nukleari. Ix-xogħol jinkludi wkoll studji dwar speċjazzjoni, il-mudelli ta’ migrazzjoni fil-bijosfera u r-radju-tossikoloġija ta’ l- actinides . Bil-ħsieb ta’ dawn il-limiti ġodda għar-radjunuklidi fl-ingredjenti ta’ l-ikel, il- JRC se jiżviluppa tekniki analitiċi u jipproduċi l-materjali korrispondenti ta’ referenza. Se jiġi organizzat tqabbil inter-laboratorju mal-laboratorji ta’ monitoraġġ ta’ l-Istati Membri biex tiġi evalwata il-komparabbilità tad-dejta ta’monitoraġġ rrappurtata u għall-appoġġ ta’ l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ kejl għar-radjuattività.

3.1.7. Immaniġġjar ta’ l-Għarfien, Taħriġ u Edukazzjoni

Huwa importanti li l-ġenerazzjonijiet ta’ xjenzjati u inġiniera nukleari jsostnu u jiżviluppaw aktar l-għarfien tar-riċerka nukleari permezz ta’ esperimenti, riżultati, interpretazzjonijiet u ħiliet miksuba fil-passat. Dan japplika l-iżjed għal oqsma fejn l-esperjenza ta’ tliet deċennji ta’ analiżi ta’ prestazzjoni u sikurezza tar-reatturi kienu kkonċentrati f’għodod kumplessi u analitiċi bħall-mudelli u l-kodiċi tal-kompjuter. Il- JRC se jgħin biex jagħmel dan l-għarfien disponibbli, organizzat sew u dokumentat tajjeb u fl-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ edukazzjoni ogħla fl-Ewropa. Barraminnhekk, il- JRC se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ komunikazzjoni aħjar dwar il-kwistjonijiet nukleari, b’mod partikolari fir-relazzjonijiet ma’ l-aċċettabilità pubblika u iktar globalment dwar strateġiji għall-għarfien kumplessiv dwar l-enerġija.

3.2. Salvagwardji Nukleari

3.2.1. Sikurezza tar-reatturi nukleari

Sabiex jinżamm u jitjib il-livell ta' sikurezza tat-tipi ta’ pjanti ta’ enerġija nukleari kemm tal-Punent kif ukoll dawk Russi, għandhom jiġu estiżi u vvalidati l-metodoloġiji avvanzati u rfinati ta’ evalwazzjoni tas-sikurezza. Se jitwettqu investigazzjonijiet immirati sperimentali biex jgħinu l-validazzjoni u l-verifika ta’ l-għodod ta’ evalwazzjoni għas-sikurezza u jtejbu l-għarfien tal-proċessi u l-fenomeni fiżiċi bażiċi. Il- JRC huwa involut bi sħiħ fl-isforzi internazzjonali għas-sikurezza avvanzata tar-reatturi nukleari.

3.2.2. Is-sikurezza tal-fjuwil nukleari fir-reatturi ta’ l-enerġija li qed joperaw fl-UE

Is-sikurezza tal-fjuwil tiffoka fuq il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-konsegwenzi ta’ l-inċidenti ipotetiċi. Iż-żewġ aspetti ewlenin f’dan il-qasam ta’ riċerka huma l-integrità mekkanika ta’ l-assemblaġġ tal-fjuwils waqt il-ħajja tar-reattur, u r-rispons tal-fjuwil għal kundizzjonijiet transitorji u għal kundizzjonijiet ta’ inċidenti gravi bir-reatturi sakemm tinħall il-qalba.

F’dan il-kuntest il- JRC huwa involut fl-istrateġija kurrenti ta’ l-iżvilupp tal-fjuwil mmirata biex ittejjeb is-sikurezza u tnaqqas il-ħażniet ċivili u militari tal-plutonju. Il- JRC se juża l- HFR biex jittestja l-imġieba u l-propjetajiet tal-fjuwil. Se jsir ukoll kejl tal-propjetajiet li jaffettwaw il-prestazzjoni.

3.2.3. It-tħaddim sikur ta' Sistemi Avvanzati ta’ l-Enerġija Nukleari

Madwar id-dinja kollha, strateġiji tar-reatturi ġodda huma kkunsidrati bħala tema għal riċerka miftuħa; per eżempju, ix-xenarju tal- Generation IV Roadmap , ispirati minn evalwazzjoni komprensiva li tinkludi t-tħassib tal-pubbliku, bħas-sikurezza mtejba, inqas skart u reżistenza aħjar għall-proliferazzjoni.

Huwa essenzjali li l- JRC jkun parti, direttament u fil-koordinazzjoni tal-kontributi Ewropej, f’din l-inzjattiva globali fejn huma involuti l-organizzazzjonijiet prinċipali tar-riċerka. Dan jinkludi primarjament l-aspetti ta’ sikurezza u salvagwardja taċ-ċikli nukleari tal-fjuwil, b’mod partikolari l-karatterizzazzjoni, it-testijiet u l-analiżi tal-fjuwils ġodda. Se jiġu indirizzati l-iżvilupp tal-miri għas-sikurezza u l-kwalità, ir-rekwiżiti għas-sikurezza u l-metodoloġija avvanzata għall-evalwazzjoni tar-reatturi. Din l-informazzjoni se tiġi mxerrda sistematikament lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, b’mod partikolari permezz ta’ laqgħat regolari ta’ koordinazzjoni.

3.3. Sigurtà nukleari

3.3.1. Salvagwardji Nukleari

L-attivitajiet tal- JRC f’dan il-qasam huma magħmula minn appoġġ tekniku għas-servizzi tal-Kummissjoni, fl-ambitu tat-Trattat EURATOM, u għall-IAEA (Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika), fl-ambitu tat-Trattat tan-Non-Proliferazzjoni. L-għan huwa li jiġu implimentati għodod aħjar u iktar awtomazzjoni għall-analiżi ta’ l-informazzjoni biex jitnaqqas kemm l-ammont ta’ xogħol ta' l-ispettur kif ukoll it-toqol fuq l-industrija nukleari.

Għalkemm il- JRC għandu iktar minn 30 sena esperjenza fl-appoġġ tat-Trattati tal-Euratom u tan-Non-Proliferazzjoni, t-titjib u l-innovazzjonijiet tekniċi jkomplu jinħtieġu sabiex jinplimentaw il-politika li qed tevolvi tas-salvagwardji. L-attività tal- JRC , waqt li tevolvi biex tlaħħaq ma’ dawn l-miri, se tkompli tinkludi kemm verifika u individwazzjoni kif ukoll teknoloġiji ta’ trażżin u sorveljanza, metodi ta’ miżuri għall-materjal nukleari, il-produzzjoni ta’ materjali ta’ referenza nukleari, u li jingħata taħriġ, speċjalment lill-ispetturi ta’ l-IAEA u tal-Kummissjoni.

3.3.2. Protokoll Addizzjonali

Il-Protokoll Addizzjonali jimmira biex jiżgura l-assenza ta’ l-operazzjonijiet nukleari mhux dikjarati. Fl-implimentazzjoni tiegħu jeħtieġ għadd ta’ tekniki li huma differenti minn dawk involuti fil-verifika tal-kontijiet tal-materjal nukleari. Jeħtieġ deskrizzjoni globali ta’ l-attivitajiet nukleari ta’ pajjiż, dispożizzjoni għal dikjarazzjonijiet estensivi tal-postijiet u rekwiżiti ta’ spezzjonijiet iktar varjati. Dawn jistgħu jinkludu monitoraġġ mhux fuq il-post u attivitajiet ta’ monitoraġġ barra il-konfini ta’ l-impjant u analiżi tal-partiċella ta’ l-ambjent bħala għodda biex tiskopri attivitajiet nukleari mhux iddikjarati.

L-għanijiet tal- JRC huma li jersaq lejn aġġornament f'waqtu tat-trasferimenti tal-materjal nukleari u analiżi ta' informazzjoni integrata. Il- JRC se jaħdem b’mod partikolari fuq l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ l-għodod għall-analiżi ta' informazzjoni u fuq metodoloġija bbażata fuq analiżi ta' sistemi.

3.3.3. Kollezzjoni ta’ Informazzjoni minn kull sors dwar in-Non-Proliferazzjoni Nukleari

Bil-għan li jingħata appoġġ lis-servizzi tal-Kummissjoni u għall-kollaborazzjoni ma’ l-IAEA u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, il- JRC se jkompli jiġbor sistematikament u janalizza informazzjoni minn sorsi varji (internet, letteratura speċjalizzata, databases ) dwar kwistjonijiet ta' non-proliferazzjoni nukleari (possibilment b’estensjoni fid- WMD (Armi tal-Qirda tal-Massa) u sistemi oħra ta’ konsenja). Din l-informazzjoni ser tintuża biex tipproduċi rapporti dwar il-pajjiż fejn l-evoluzzjoni ta’ l-attivitajiet nukleari u ta’ l-importazzjoni u/jew l-esportazzjoni tat-tagħmir u t-teknoloġija nukleari għall-użu doppju jew dirett fil-pajjiżi magħżula se jiġu segwiti mill-qrib. L-informazzjoni minn dawn is-sorsi miftuħa se tiġi sostnuta permezz ta’ ritratti bis-satellita. Sabiex tirfed dan ix-xogħol, il- JRC se jiżviluppa iktar fil-fond it-tiftix bl-internet multilingwi u t-teknoloġiji tat-tiftix tat-tagħrif ( data mining ).

3.3.4. Il-ġlieda kontra it-traffikar illiċitu tal-materjali nukleari, inkluż l-analiżi forensika nukleari

L-individawazzjoni u l-identifikazzjoni tal-materjal nukleari trasportat jew maħżun illegalment jikkostitwixxu linja maġġuri ta’ difiża kontra t-traffikar illiċitu. Ix-xjenza forensika nukleari tipprovdi ħjiel dwar l-oriġini tal-materjal maqbud. L-istabbiliment ta’ pjanijiet xierqa ta’ rispons għat-trattament tal-każijiet ta’ l-individwazzjoni tibqa’ kwistjoni importanti. Fil-qasam tal-forensiċi nukleari u t-traffikar illiċitu l- JRC ser iżid il-kollaborazzjoni tiegħu ma’ l-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali (ITWG, IAEA, eċċ.).

Aspetti etiċi

Waqt l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u fl-attivitajiet ta' riċerka li joħorġu minnu, prinċipji fundamentali ta' l-etika għandhom jiġu rispettati. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, il-prinċipji riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE, inklużi dawn li ġejjin: il-protezzjoni tad-dinjità u tal-ħajja tal-bniedem, il-protezzjoni tad- data personali u l-privatezza, kif ukoll il-ħarsien ta' l-annimali u ta' l-ambjent skond il-liġi Komunitarja u l-aħħar verżjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, il-linji ta' gwida u l-kodiċi ta' kondotta, bħalma huma d-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina ffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997, u l-Protokoll Addizzjonali tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-ġenoma tal-bniedem u drittijiet tal-bniedem adottata mill-UNESCO, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi ( BTWC ), it-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ( WHO ).

L-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew ta' Konsulenti dwar l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bijoteknoloija (1991-1997) u l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u Teknoloġiji ġodda (mill-1998 'l quddiem) se jiġu kunsidrati.

Konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-perspettivi differenti li jeżistu fl-Ewropa, il-parteċipanti fil-proġetti ta' riċerka għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni, regolamenti u regoli etiċi kurrenti fil-pajjiżi li fihom tkun ser ssir ir-riċerka. F'kull każ, ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali, u l-ebda riċerka pprojbita fi kwalunkwe Stat Membru jew fi kwalunkwe pajjiż ieħor ma tkun megħjuna minn finanzjamenti Komunitarji għat-twettiq f'dak l-Istat Membru jew f'dak il-pajjiż.

Fejn ikun xieraq, il-parteċipanti fil-proġetti ta' riċerka għandhom jiksbu l-approvazzjoni tal-kumitati rilevanti nazzjonali jew lokali ta' l-etika qabel il-bidu ta' l-attivitajiet ta' RTD . Il-Kummissjoni sejra sistematikament timplimenta reviżjoni etika fir-rigward ta' proposti li jkollhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet etikament sensittivi, jew li fihom l-aspetti etiċi ma jkunux ġew trattati b'mod adegwat. F'każijiet speċifiċi, reviżjoni etika tista' ssir waqt l-implimentazzjoni ta' proġett.

Il-Protokoll dwar il-ħarsien u l-benessri ta’ l-annimali li huwa anness mat-Trattat jeħtieġ li l-Komunità tagħti kas lill-ħtiġijiet tal-benessri ta’ l-annimali fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika Komunitarja inkluż ir-riċerka. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE dwar il-ħarsien ta’ l-annimali użati għal għanijiet sperimentali jew xjentifiżi oħra teħtieġ li l-esperimenti kollha għandhom jitfasslu b’tali mod li jevitaw sitwazzjonijiet ta’ twegħir u ta’ uġigħ u tbatija bla bżonn għall-annimali li jintużaw fl-esperiment; li jintuża l-inqas numru ta’ annimali; li jiġu involuti annimali bl-anqas grad ta’ sensittività newrofiżjoloġika; u li jiġi kkawżat l-inqas uġigħ, tbatija jew deni permanenti. L-alterazzjoni tal-wirt ġenetiku ta' l-annimali u l-klonazzjoni ta' l-annimali tista' tkun ikkunsidrata biss jekk il-miri huma etikament ġustifikati u l-kundizzjonijiet huma tali li l-ġid ta' l-annimali huwa garantit u l-prinċipji tal-bijodiversità huma rispettati.

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, il-Kummissjoni sejra ssegwi regolarment il-progress xjentifiku u d-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali sabiex tikkunsidra kull żvilupp.

DIKJARAZZJONI LEĠIŻLATTIVA FINANZJARJA

1. ISEM IL-PROPOSTA : PROGRAMM SPEċIFIKU LI GħANDU JITWETTAQ PERMEZZ TA’ AZZJONIJIET DIRETTI MIC-ĊENTRU TA’ RIċERKA KONġUNTA LI JIMPLIMENTA IS-7 QAFAS TA’ PROGRAMM TAħT IL-KOMUNITÀ EWROPEA GħALL-ENERġIJA ATOMIKA (EURATOM) GħAL RIċERKA NUKLEARI U ATTIVITAJIET TA’ TAħRIġ (2007 TO 2011).

2. QAFAS ABM/ABB

Oqsma ta’ Politika kkonċernati u Attivitajiet assoċjati:

Riċerka Diretta

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-Baġit (linji ta' tħaddim u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (eż- linji B..A)) li jinkludu l-intestaturi :

10 01 05 Nefqa ta’ sostenn għal operazzjonijiet tal-qasam tal-politika ta’ riċerka diretta10 03 Approprijazzjonijiet operattivi għar-riċerka ffinanzjata direttament

(nomenklatura baġitarja finali għas-seba’ Programm ta’ Qafas se jiġi stabbilit meta jasal il-waqt)

3.2. Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

L-2007-2013 suġġett għall-approvazzjoni tal-qafas il-ġdid tal-perspettivi finanzjarji

3.3. Karatteristiċi tal-baġit ( żid ir-ringieli jekk hu meħtieġ )

Linja tal-Baġit | Tip ta' nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

10 01 05 | Mhux komp | Mhux diff | IVA | LE | IVA | Le [1a] |

10 03 | Mhux komp | diff[13] | IVA | LE | IVA | Le [1a] |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ approprjazzjonjiet għall-impenji (AI) u approprjazzjonijiet ta’ ħlasijiet (AĦ)[14]

miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Tip ta’ nefqa | Numru tas-Sezzjoni | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | Total |

Nefqa operazzjonali[15] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 280.916 | 358.377 | 477.708 | 493.220 | 527.103 | 2,137.324 |

Approprjazzijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | 112.366 | 277.626 | 354.780 | 440.367 | 1,002.185[16] | 2,137.324 |

Nefqa amministrattiva skond l-ammont ta’ referenza[17] |

Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 177.503 | 190.795 | 197.945 | 203.300 | 184.647 | 954.188 |

AMMONT TOTALI TA' REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | a+c | 458.419 | 549.172 | 675.653 | 696.520 | 711.748 | 3,091.512 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b+c | 289.869 | 418.421 | 552.421 | 643.667.725 | 1,186.830[18] | 3,091.512 |

Nefqa amministrattiva skond l-ammont ta’ referenza[19] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | d | 4.986 | 5.085 | 5.187 | 5.291 | 5.397 | 25.946 |

Spejjeż amministrativi, ħlief għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0.148 | 0.151 | 0.154 | 0.157 | 0.160 | 0.770 |

Prezz finanzjarju totali indikattiv ta’ l-intervent

TOTAL ta’ AI li jinkludi l-ispiża għar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 463.553 | 554.408 | 680.994 | 701.968 | 717.305 | 3,118.228 |

TOTAL ta’ AĦ li jinkludi l-ispiża għar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 295.003 | 423.657 | 558.066 | 649.115 | 1,195.387[20] | 3,118.228 |

Dettalji tal-konfinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament minn Stati Membri, jew istituzzjonijiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament għandu jkun indikat fit-tabella ta' taħt (linji oħra jistgħu jkunu miżjuda jekk ikunu indikati istituzzjonijiet differenti biex jkun provdut il-kofinanzjament):

miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Entità tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n +2 | n +3 | n +4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

TOTAL ta’ AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Kompatibilità mal-Programazzjoni Finanzjarja

( Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Frar 2004 dwar il-perspettivi finanzjarji 2007-2013 COM (2004) 101).

( Il-proposta se tinvolvi il-riprogrammazzjoni ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dipożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[21] (jiġifieri strument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq l-introjtu

( Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq l-introjtu

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq l-introjtu huwa kif ġej:

Ċerti Stati assoċjati jistgħu jikkontribwixxu lil fond supplimentari tal-programm ta’ qafas permezz ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni.

miljuni f’EUR (sa post deċimali)

Qabel l-azzjoni[Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Numru totali ta’ riżorsi umani[22] | 1.944 | 1.944 | 1.944 | 1.944 | 1.944 |

Din iċ-ċifra ma fihiex l-istaff għal żmien qasir iżda tkopri l-uffiċjali awtorizzati fuq it-tabella ta' l-istaff tal- JRC .

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Għandhom jintlaħqu fuq perjodu ta' żmien fil-qosor jew fit-tul

L-attivitajiet nukleari tal- JRC għandhom l-għan li jissodisfaw l-obbligi ta’ l- R&D tat-Trattat ta’ l-Euratom u jipprovdu appoġġ xjentifiku u tekniku skond il-ħtiġijiet tal-klijent fil-proċess tat-tfassil ta’ politika ta’ l-UE relatata ma’ l-enerġija nukleari, waqt li jiżguraw sostenn għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika eżistenti u li jirrispondu għal domandi ġodda ta' politika.

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

L-attivitajiet tal- JRC għandhom l-għan li jissodisfaw l-obbligi ta’ l- R&D tat-Trattat ta’ l-Euratom u jappoġġjaw kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri fil-qasam tas-salvagwardi u n-non-proliferazzjoni, l-immaniġġjar ta’ l-iskart, is-sikurezza ta’ l-impjanti nukleari u taċ-ċiklu tal-fjuwil, ir-radjuattività fl-ambjent u l-ħarsien mir-radjazzjoni.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ l-ABM

Ix-xogħol se jiffoka fuq it-temi politiċi li ġejjin, kif indikat fl-Anness.

1. Immaniġġjar ta’ l-iskart nukleari, impatt ambjentali u għarfien bażiku

2. Sikurezza Nukleari

3. Sigurtà Nukleari

5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

Uri hawn taħt il-metodu/i li magħżul(a) għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni.

( Ġestjoni ċentralizzata

( Direttament mill-Kummissjoni

ٱ Indirettament b’delega lil:

ٱ Aġenziji eżekuttivi

ٱ Korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

ٱ Korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni fis-servizz pubbliku

ٱ Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

ٱ Ma’ Stati Membri

ٱ Ma’ pajjiżi Terzi

ٱ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Ġenerali

Il- JRC jappoġġa ċ-ċikli ta' ppjanar, eżekuzzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni annwali u multiannwali (jiġifieri l-Programm ta’ Qafas ta’ Riċerka) permezz ta’ sett stabbilit ta’ indikaturi ewlenin tar-rendiment u attivitajiet speċifiċi ta’ evalwazzjoni.

Il- JRC jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku lill-utenti (il-maġġoranza fil-Kummissjoni) permezz ta’ Programm ta’ Ħidma b'madwar mitt azzjoni. Il-metodoloġiji, l-indikaturi u l-kriterji huma użati tul is-sett kollu ta’ azzjonijiet u linji interni tal- JRC għall-baġit. Għalhekk, eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tipikament ikopri għadd kbir jekk mhux il-linji tal-baġit kollha tal-Programm ta’ Ħidma tal- JRC .

6.2. Sistema ta' monitoraġġ

Fuq bażi annwali wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni[23] dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka u skond l-obbligi li joħorġu mill-Programmi Speċifiċi (partijiet nukleari u mhux nukleari), il-Bord tal-Gvernaturi tal- JRC jimplimenta l-monitoraġġ annwali ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal- JRC bl-osservazzjonijiet tiegħu dwar ir-rapport annwali tal- JRC . Kollegament addattat mal-Monitoraġġ Annwali ta’ Azzjonijiet Indiretti huwa assigurat.

6.3. Evalwazzjoni

Il- JRC janalizza r-riżultat u l-impatt tal-azzjonijiet tiegħu fuq bażi annwali, permezz ta’ metodoloġija ex-post applikata fi proċess minn esperti fil-qasam. Ir-riżultati ta’ din l-analiżi jidħlu direttament fl-ippjanar għall-programm ta' ħidma tas-sena ta' wara. L-indikaturi u l-kriterji użati fid-dokument ta' azzjoni perjodika jirrelata direttament mar-riżultati ta’l-azzjonijiet u ma’ l-Indikaturi Ewlenin tar-Rendiment.

S’issa l- JRC għamel studji dwar is-sodisfazzjon ta’ l-utenti fuq bażi bi-annwali. Il-ħsieb tal-Programm ta’ Qafas il-ġdid huwa li jjiddaħħal gradwalment sistema biex jinġabar feedback kontinwu ta’ l-utenti li jkun marbut ma' stħarriġ annwali ta’ l-azzjonijiet.

Skond ir-regoli u l-prassi t-tajba tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni tagħha, se jkun hemm evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu 3 snin u nofs wara l-bidu tal-Programm ta’ Qafas ta’ Riċerka li jdum seba’ snin. Din l-evalwazzjoni trid issir minn esperti esterni ta’ l-ogħla livell u għandha tkopri l-informazzjoni strutturata miġbura fid-dokument annwali ta' l-azzjonijiet kif ukoll sorsi oħra bħal studji dwar is-sodisfazzjon ta’ l-utenti.

Fl-aħħarnett, evalwazzjoni ex-post għandha ssir fi tmiem il-Programm ta' Qafas ta' seba’ snin.

6.3.1. Evalwazzjoni ex-ante

Filwaqt li l-programm tal-JRC jiġi aġġornat kull sena, il-progress jiżviluppa fuq perjodu itwal ta' żmien. Għalhekk, id-dokument annwali ta’ azzjonijiet jipprovdi wkoll komponent qawwi ta’ evalwazzjoni ex-ante.

6.3.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlim minn esperjenzi simili fil-passat)

Evalwazzjonijiet li saru fil-passat urew speċifiċitajiet dwar l-ħidmet il- JRC , li jeħtieġu li r-regoli bażiċi interni tal-Kummissjoni (jiġifieri l-analiżi tar-riżultati, l-effettività, l-effiċjenza, l-effetti sekondarji, sostenibilità eċċ.) ikunu tradotti fil-kuntest speċifiku tal- JRC . Dawn l-ispeċifiċitajiet huma li:

12. Il-JRC jimplimenta l-Programm ta’ Ħidma tiegħu b’madwar mitt azzjoni, li mbagħad jappoġġaw il-politika tal-Kummissjoni

13. M’hemm ebda mudell standard tar-rabta tal-benefiċċju ma' l-ispiża li jista’ jkun applikat għall-operat u l-evalwazzjoni ta’ l-attivitajiet tal- JRC .

14. L-impatt li jħalli x-xogħol tal- JRC huwa fuq il-livell ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa, mhux tas-soċjetà Ewropea in ġenerali.

Lanqas huwa biżżejjed għall- JRC li jkejjel ir-riżultati tagħha bħala organizzazzjoni xjentifika, li diġà hija sfida fiha nnifisha. Meta tgħaqqad l-aspetti tal-organizzazzjoni xjentifika u l-karattru ta’ servizz tal-Kummissjoni, l-isfida reali għall- JRC hija li jkejjel l-impatt tal-attivitajiet tiegħu, l-ewwel fuq dawk li jfasslu l-politika mbagħad fuq il-politika li jkunu fasslu.

Wara l-lezzjonijiet bażiċi li ħarġu mill-aħħar Programm ta’ Qafas, il- JRC qed tfassal l-attivitajiet dejjem aktar b’tali mod li jistgħu jkunu suġġetti għal evalwazzjoni li tassew ikollha tifsira. Barra minn hekk, għall-analizi sħiħa tar-riżultati komplessivi tal- JRC , ikun hemm bżonn li r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta’ l-azzjonijiet kollha individwali jiġu integrati. Għalhekk, l-evalwazzjonijiet tal- JRC issa huma akkumpanjati minn sett ta’ attivitajiet ta’ appoġġ li jipprovdu informazzjoni strutturata biex jappoġġjaw

- l-evalwazzjonijiet multi annwali, dawk ta' nofs it-terminu u ex-post.

- Bħala konsegwenza il- JRC żviluppa u implimenta Reviżjonijiet ta’ Azzjoni Perjodiċi (PAR) li janalizzaw r-riżultati ta’ l-azzjonijiet individwali tagħha fl-2003 u 2004. PAR għandha diversi għanijiet:

- Tanalizza l-Azzjonijiet tal- JRC skond metodoloġija definita sew;

- Tappoġġa l-ippjanar għal programm ta’ ħidma tas-sena ta' wara;

- Twassal għal data base li tappoġġa diversi obbligi ta' rappurtar;

- Tibni data base semi-kwantitattiva għall-benefiċċju ta’ l-evalwazzjonijiet futuri tal- JRC ;

- Tippermetti li jitnisslu indikaturi ta' livell korporattiv minn livelli varji aktar baxxi inkuż l-livell ta’ Azzjoni.

Il-mekkaniżmu analitiku tal-PAR isir fuq bażi annwali u se jkompli jkun żviluppat fil-Programm Speċfiku attwali.

6.3.3. Termini u frekwenza ta’ evalwazzjoni futura

Ir-reviżjoni ta’ azzjoni perjodika u l-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Qafas se jsiru kull sena. L-istħarriġ dwar is-Sodisfazzjon tal-Klijenti bħalissa qed isir kull sentejn. Fil-futur proċess li jkun aktar kontinwi jista’ jkun introdott gradwalment. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha titwettaq 3 snin u nofs wara l-bidu tas-seba’ Programm ta’ Qafas. L-evalwazzjoni ex-post fl-aħħar tas-seba’ Programm ta’ Qafas.

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Għandhom jittieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa biex ma jitħallewx isiru l-irregolaritajiet u l-frodi, u għandhom jittieħdu wkoll il-passi meħtieġa biex jinġabru lura fondi li jkunu ntilfu, tħallsu bi żball jew intużaw b'mod mhux korrett skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2348/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistipola regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill u kull emenda tal-futur, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[24], (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra[25] u r-Regolament (KE) Nru 1074/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)[26].

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta fit-terminu tal-valur finanzjarju tagħhom

Approprjazzjonijiet obbligatorji f'miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

(Intestauri ta’ l-Għanijiet, azzjonijiet u riżultati għandhom ikunu provduti)< | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Total |

Nefqa totali | Nefqa totali | Nefqa totali | Nefqa totali | Nefqa totali | Nefqa totali |

IMMANIġġJAR TA’ L-ISKART NUKLEARI, IMPATT AMBJENTALI U GĦARFIEN BAŻIKU |

SIKUREZZA NUKLEARI |

SIGURTÀ NUKLEARI |

SPIŻA TOTALI | 101,533 | 104,581 | 107,750 | 110,948 | 114,265 | 539,077 |

8.2. NefqaAmministrattiva

8.2.1. Ammont u tip ta’ riżorsi umani

Tipi ta' kariga | Staff li għandom jiġi assenjat għall-ġestjoni ta' l-azzjoni permezz ta' riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (numru ta’ postijiet/FTEs) |

2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 |

Uffiċjali jew staff temporanju[27] (XX 01 01) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Staff iffinanzjat[28] minn l-art. XX 01 02 |

Staff ieħor[29] iffinanzjati minn l-art. XX 01 04/05 | 2480 | 2.480 | 2.480 | 2.480 | 2.480 |

TOTAL[30] | 2.480 | 2.480 | 2.480 | 2.480 | 2.480 |

Din il-preżentazzjoni tirrifletti s-sitwazzjoni tal- JRC fejn l-istaff huma primarjament “ JRC ” u – bl-eċċezzjoni ta’ staff li għandhom x’jaqsmu direttament mal-proġett ta’ riċerka – ġestiti bħala grupp wieħed għall-attivitajiet nukleari u dawk li mhumiex nukleari staff ta’ appoġġ jistgħu jaħdmu għaż-żewġ programmi fl-istess ġurnata fl-istess post.

Il-proporzjon ta’ staff nukleari mat-total jista' jvarja matul il-perjodu ta' eżekuzzjoni tal-programm ta' qafas iżda għandu jirrispetta proporzjon ta' 30%

Iċ-ċifri ta’ l-istaff ta’ hawn fuq ikopru l-istaff statutorju

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li joħroġu mill-azzjoni

Ħidmiet li joħorġu mill-programm speċifiku ta' riċerka diretta non-nukleari

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

(Meta iżjed minn sors wieħed huwa ddikjarat, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors)

( Karigi attwalment allokati lill-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew estiżi

( Karigi pre-allokati fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jinqassmu bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (tqassim intern)

( Karigi meħtieġa għas-sena n minkejja mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena inkwistjoni

8.2.4. Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 05 – Infiq ta’ ġestjoni amministrattiva)[31]

miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Linja tal-Baġit (numru u intestatura) | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | TOTAL |

Staff statutorju xx.01 05 01 | 132.100 | 137.665 | 142.206 | 145.659 | 141.128 | 698.758 |

Staff estern xx.01 05 02 | 23.520 | 30.809 | 32.971 | 34.418 | 19.830 | 141.548 |

Infiq amministrattiv ieħor xx.01 05 03 | 21.883 | 22.321 | 22.768 | 23.223 | 23.687 | 113.882 |

Assistenza teknika u amministrattiva totali | 177.503 | 190.795 | 197.945 | 203.300 | 1884.645 | 954.188 |

8.2.5. Nefqa finanzjarja tar-riżorsi umani u nfiq assoċjat mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[32]

miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Tip ta' riżorsi umani | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | TOTAL |

Uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) | 4.986 | 5.085 | 5.187 | 5.291 | 5.397 | 25.946 |

Staff iffinanzjat minn Art XX 01 02 (awżiljarji, END, staff fuq kuntratt eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Spiża totali ta’ Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX f’ammont ta’ referenza) | 4.986 | 5.085 | 5.187 | 5.291 | 5.397 | 25.946 |

Kalkolu – Infiq amministrattiv

Ġie kkalkulat billi tqisu l-ipoteżi li ġejjin:

- in-numru ta’ staff uffiċjali fuq l-eżerċizzju parti A tal-baġit jibqa’ fuq il-livell ta’ l-2006,

- l-infiq żied bi 2% fis-sena skond l-inflazzjoni prevista kif indikat fil-Fajl 1 REV (dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-kummissjoni relatati mal-perspettivi finanzjarji),

- il-suppożizjoni ta’ €108 000 għal kull staff uffiċjali, u € 70.000 għall-istaff estern (prezzijiet 2004)

Kalkolu – Staff iffinanzjat taħt l-art. XX 01 02

Għandha tingħata referenza lill-Punt 8.2.1. jekk japplika

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont referenzjarju[33]

Sena 2007 | Sena2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.036 | 0.036 | 0.037 | 0.038 | 0.038 | 0.185 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi | 0.001 | 0.001 | 0.001 | 0.001 | 0.001 | 0.005 |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[34] | 0.111 | 0.114 | 0.116 | 0.118 | 0.181 | 0.580 |

XX 01 02 11 04 – Studji & konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2 Total ta’ Nfiq ieħor Maniġerjali (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal linja tal-baġit) |

Spiża Amministrattiva totali, ħlief riżorsi umani u nfiq assoċjat (li MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

Dawn iċ-ċifri huma stmati fuq il-bażi tat-talbiet tad-DĠ RTD ta’ l-2006 li żdiedu b’2% għall-inflazzjoni annwali prevista. (Fajl 1 REV)

Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti bl-allokazzjoni li tingħata lid-DĠ li tkun qed timmaniġġja fil-qafas tal-proċedura għall-allokazzjoni annwali. L-allokazzjoni tal-karigi għandha tqis riallokazzjoni eventwali ta’ kariji bejn id-dipartimenti fuq il-bażi tal-perspettivi finanzjarji l-ġodda.

[1] KUMM(2005) 119.

[2] KUMM(2005) 118.

[3] SEC(2005) 430.

[4] KUMM (2005) 387.

[5] L-Artikolu 54.2 (a) tar-Regolament Finanzjarju (KE, Euratom), jippermetti li l-Kummissjoni tafda xi ħidmiet ta' awtorità pubblika lil aġenziji eżekuttivi. Madankollu, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jistabbilixxi l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi biex ikunu fdati b’ċerti ħidmiet fil-ġestjoni tal-programmi Komunitarji, u l-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004, dwar regolament finanzjarju standard għall-aġenziji eżekuttivi skond ir-Regolament (KE) Nru 58/2003, huma Regolamenti KE li, konsegwentement, ma japplikawx fil-qasam ta’ l-Euratom. Il-Kummissjoni bi ħsiebha tirrikjedi li l-Kunsill jestendi l-ambitu ta’ dawn ir-Regolamenti lit-Trattat ta’ l-Euratom.

[6] Ara l-Memorandum ta' Spjegazzjoni mal-proposta tal-Kummissjoni riveduta għall-“Pakkett Nukleari” - KUMM(2004) 526, tat-8.9.2004.

[7] ĠU C [...], [...], p. [...].

[8] ĠU C [...], [...], p. [...].

[9] ĠU C [...], [...], p. [...].

[10] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1.

[11] ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2.

[12] ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 8.

[13] Minn issa ‘l quddiem approprjazzjonijiet mingħajr distinzjoni jkunu riferuti bħala NDA.

[14] Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-infiq għall-Programm ta’ Qafas Euratom kollu kemm hu - ara KUMM(2005) 119.

[15] In-nefqa ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titlu xx ikkonċernat.

[16] L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jirreferu għall-2011 u s-snin ta’ wara.

[17] Nefqa skond artikolu xx 01 05 tat-Titlu xx.

[18] L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jirreferu għall-2011 u s-snin ta’ wara.

[19] Nefqa skond artikolu xx 01 minbarra artikoli xx 01 05.

[20] L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jirreferu għall-2011 u s-snin ta’ wara.

[21] Ara punti 19 u 24 għal ftehim Interistituzzjonali.

[22] Iċ-ċifri indikati fit-tabella jirreferu biss għall-istaff iffinanzjat mill-pjan ta’ stabbiliment għall-azzjonijiet diretti kollha taħt ir-responsabilità tad-DĠJRC. Għalhekk dawn iċ-ċifri ma fihomx il-karigi tal-pjan ta’ stabbiliment mill-baġit operattiv u l-karigi mill-pjan ta’ stabbiliment għall-azzjonijiet indiretti - ara d-dokumenti KUMM(2005) 440, 441, 442, 443, 444.

[23] ĠU L 107, tat-30.4.1996, p. 12 - 96/282/Euratom.

[24] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1

[25] ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2

[26] ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 8.

[27] L-ispiża ta’ dawn MHIJIEX koperta minn ammont ta’ referenza.

[28] L-ispiża ta’ dawn MHIJIEX koperta minn ammont ta’ referenza.

[29] L-ispiża ta’ dawn hija inkluża fil-ammont ta’ referenza.

[30] Iċ-ċifri indikati fit-tabella jirreferu biss għall-istaff iffinanzjat mill-pjan ta’ stabbiliment għall-azzjonijiet diretti kollha taħt ir-responsabilità tad-DĠJRC. Għalhekk dawn iċ-ċifri ma fihomx il-karigi tal-pjan ta’ stabbiliment mill-baġit operattiv u l-karigi mill-pjan ta’ stabbiliment għall-azzjonijiet indiretti - ara d-dokumenti KUMM(2005) 440, 441, 442, 443, 444.

[31] Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-infiq għall-Programm ta’ Qafas EURATOM kollu - ara KUMM(2005)119.

[32] Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-infiq għall-Programm ta’ Qafas EURATOM kollu - ara KUMM(2005)119.

[33] Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-infiq għall-Programm ta’ Qafas EURATOM kollukemmhu - ara KUMM(2005)119.

[34] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.

Top