This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52004PC0556
Proposal for a Council Decision approving the conclusion by the European Commission, on behalf of the European atomic energy community, of the Interim Agreement on trade and trade-related matters between the European Community and the European atomic energy community, of the one part, and the Republic of Tajikistan, of the other part
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Kummisjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, tal-ftehim temporanju għall-kummerċ u l-miżuri relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, fuq naħa, u r-Repubblika tad-Taġikisatan, fuq in-naħa l-oħra
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Kummisjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, tal-ftehim temporanju għall-kummerċ u l-miżuri relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, fuq naħa, u r-Repubblika tad-Taġikisatan, fuq in-naħa l-oħra
/* KUMM/2004/0556 finali */
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Kummisjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, tal-ftehim temporanju għall-kummerċ u l-miżuri relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, fuq naħa, u r-Repubblika tad-Taġikisatan, fuq in-naħa l-oħra /* KUMM/2004/0556 finali */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Li tapprova l-konklużjoni mill-Kummisjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, tal-ftehim temporanju għall-kummerċ u l-miżuri relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, fuq naħa, u r-Repubblika tad-Taġikisatan, fuq in-naħa l-oħra (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. Ir-relazzjonijiet bejn it-Taġikistan u l-Kommunitajiet Ewropej huma attwalment regolati mill-ftehim tal-kummerċ u l-kooperazzjoni ffirmat ma' l-ex Unjoni Sovjetika fit-18 ta' Diċembru 1989 (li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 1990), li miegħu qabel ir-Repubbblika tad-Taġikistan permezz ta' skambju ta' ittri ta' l-4 ta' Frar 1994. Il-Kunsill waqqaf id-direttivi tan-negozzjati tiegħu fil-5 ta' Ottubru 1992, li ġew emendati fl-10 ta' Ottubru 2003, u l-Kummissjoni formalment daħlet fin-negozzjat bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim ta' kooperazzjoni f'Novembru 2003. Wara t-tieni sessjoni tan-negozzjati, it-test tal-ftehim ġie inizjalat fi Brussel min-negozjaturi tal-Kummissjoni u tal-gvern tat-Taġikistan, fis-16 ta' Diċembru 2003. 2. Sakemm jidħol fis-seħħ il-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni, hu propost li jiġi konkluż ftehim temporanju bejn il-Komunitjiet Ewropej u t-Taġikistan li jikkonċerna prinċipalement il-kummerċ, il-kooperazzjoni u l-kwadru istituzzjonali, kif indikat fl-Artikolu 101 tal-ftehim ta' sħubija u koperazzjoni. Dan il-ftehim ma jagħmilx tajjeb għalih il-baġit. 3. Id-dokumenti COM(2004)520 u COM(2004)521, dwar il-firma u l-konklużjoni tal-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni, u l-konklużjoni tal-ftehim temporanju mill-Kunsill f'isem il-Komunità Ewropea, diġa ġew trasmessi lill-Kunsill qabel. 4. Il-proċedura taħseb biex il-Kunsill japprova l-ftehim f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, fid-dawl tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom, qabel mal-ftehim ikun konkluż mill-Kummissjoni. 5. Wara li ħadet in konsiderazzjoni dak li ġie qabel, il-Kummissjoni proponiet li l-Kunsill jagħti l-kunsens tiegħu dwar il-konklużjoni mill-Kummissjoni tal-ftehim temporanju f'isem il-Euratom. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Li tapprova l-konklużjoni mill-Kummisjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, tal-ftehim temporanju għall-kummerċ u l-miżuri relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, fuq naħa, u r-Repubblika tad-Taġikisatan, fuq in-naħa l-oħra IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-Komuinità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 101, it-tinei paragrafu tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], [1] ĠU C [...] , [...], p. [...]. Billi: (1) sakemm jidħol fis-seħħ il-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Taġikistan fuq in-naħa l-oħra ffirmat fi ...fil-..., huwa xieraq li jiġi approvat l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, tal-ftehim temporanju għall-kummerċ u l-miżuri relatati mal-kummerċ, bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropa ta' l-Enerġija Atomika, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Taġikisatn, fuq in-naħa l-oħra. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: L-uniku Artikolu 1. Il-Konklużjoni mill-Kummisjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, tal-ftehim temporanju għall-kummerċ u l-miżuri relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-enerġija atomika, fuq naħa, u r-Repubblika tad-Taġikisatan, fuq in-naħa l-oħra, kif ukoll l-annessi u l-protokolli li hemm megħmuża magħhom kif ukoll id-dikjarazzjonijiet li saru unilateralment mill-Komunità jew flimkien mal-parti l-oħra huwa approvat. 2. It-test tal-ftehim, l-annessi, il-protokolli huma megħmuża ma' din id-deċiżjoni. Magħmula fi Brussel, f' [ . . .] Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM INTERIM Dwar il-kummerċ u materji marbuta mal-kummerċ bejn fuq naħa waħda l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u fuq in-naħa l-oħra r-Repubblika tat-Taġikistan. Il-KOMUNITÀ EWROPEA u l-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA minn issa 'l quddiem magħrufin bħala "IL-KOMUNITÀ" fuq naħa waħda u r-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN fuq in-naħa l-oħra Billi nbeda Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa u r-Repubblika tat-Taġikistan fuq in-naħa l-oħra fis-16 ta' Diċembru 2003, Billi l-iskop tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni huwa sabiex isaħħaħ u jwessa' r-relazzzjonijiet li ġew stabbiliti preċedentement, l-aktar permezz tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni Sovjetika ffirmat f'Diċembru ta' l-1989; Billi huwa meħtieġ li jiġi żgurat l-iżvilupp ta' malajr tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Partijiet; Billi għal dan l-iskop huwa meħtieġ li jiġu mplementati kemm jista' jkun malajr, permezz ta' Ftehim Interim, id-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni dwar il-kummerċ u materji marbuta mal-kummerċ; Billi d-disposizzjonijiet imsemmija għandhom, għalhekk, jieħdu post id-disposizzjonijiet relevanti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika; Billi huwa meħtieġ illi jiġi żgurat li sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar Sħubija u Kkoperazzjoni u jiġi stabbilit il-Kunsill ta' Kooperazzjoni, il-Kumitat Konġunt stabbilit bis-saħħa tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali jista' jeżerċita dawk il-poteri mogħtija mill-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni, li jkunu meħtieġa sabiex jiġi implementat il-Ftehim Interim; Iddeċidew li jikkonkludu dan il-Ftehim u għal dan il-għan ħatru bħala plenipotenzjarji tagħhom lil: Il-KOMUNITÀ EWROPEA: IR-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN: Li wara li skambjaw il-Poteri Kollha, fil-forma t-tajba kif suppost, FTIEHMU kif ġej: TITOLU I: PRINĊIPJI ĠENERALI [PCA TAĠIKISTAN: TITOLU I] Artikolu 1 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 2] Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali u umani, kif imfissra b'mod partikolari fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, fl-Att Finali ta' Helsinki u fil-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida, kif ukoll il-prinċipji ta' ekonomija tas-suq, huma l-bażi tal-politiki interni u esterni tal-Partijiet u huma parti essenzjali minn dan il-Ftehim. Artikolu 2 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 3] Il-Partijiet iqisu li huwa essenzjali għall-prosperità u l-istabbiltà futura tagħhom li l-istati indipendenti ġodda li ħarġu mix-xoljiment ta' l-Unjoni ta' Repubbliċi Soċjalisti Sovjetiċi, minn issa 'l quddiem imsejħa "Stati Indipendenti", għandhom imantnu u jiżviluppaw kooperazzjoni bejniethom skond il-prinċipji ta' l-Att Finali ta' Helsinki u skond id-dritt internazzjonali u fi ispirtu ta' relazzjonijiet tajba mal-ġirien, u ser jagħmlu kull sforz possibbli sabiex jinkoraġġixxu dan il-proċess. TITOLU II: KUMMERĊ FL-OĠĠETTI [PCA TAĠIKISTAN: TITOLU III] Artikolu 3 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 7] 1. Il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin trattament ta' pajjiż l-aktar favorit fl-oqsma kollha fir-rigward ta': - dazji u taxxi applikabbli fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, inkluż il-metodu ta' ġbir ta' tali dazji u taxxi; - disposizzjonijiet dwar ir-rilaxx mid-dwana, it-tranżitu, l-imħażen u t-trasbord; - taxxi u ħlasijiet interni ta' kull għamla applikabbli direttament jew indirettament għall-oġġetti impurtati; - metodi ta' ħlas u t-trasferiment ta' tali ħlasijiet; - ir-regoli marbuta mal-bejgħ, ix-xiri, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu ta' l-oġġett fuq is-suq domestiku. 2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal: (a) vantaġġi mogħtija bl-iskop li tinħoloq unjoni doganali jew żona ta' kummerċ ħieles jew minħabba l-ħolqien ta' tali unjoni jew żona; (b) vantaġġi mogħtija lil xi pajjiżi partikolari skond ir-regoli tad-WTO u skond arranġamenti internazzjonali oħrajn favur pajjiżi li qed jiżviluppaw; (ċ) vantaġġi mogħtija lil pajjiżi konfinanti sabiex jiffaċiltaw it-traffiku fuq il-fruntiera. 3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw, għal perijodu transitorju li jiskadi ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, għall-vantaġġi mfissra fl-Anness I mogħtija mir-Repubblika tat-Taġikistan lil stati oħra li ħarġu mix-xoljiment ta' l-Unjoni Sovjetika. Artikolu 4 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 8] 1. Il-Partijiet jaqblu illi l-priċipju tat-transitu liberu huwa kundizzjoni essenzjali għall-kisba tal-miri ta' dan il-Ftehim. F'dan ir-rigward kull Parti għandha tiżgura transitu liberu mit-territorju tagħha ta' oġġetti li joriġinaw fit-territorju doganali jew huma destinati għat-territorju doganali tal-Parti l-oħra. 2. Ir-regoli mfissra fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta' l-Artikolu V tal-GATT 1994 huma applikabbli bejn il-Partijiet. 3. Ir-regoli li jinsabu f'dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola speċjali miftiehma bejn il-Partijiet fir-rigward ta' setturi speċifiċi, b'mod partikolari t-trasport, jew il-prodotti. Artikolu 5 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 9] Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-ammissjoni temporanja ta' oġġetti li jorbtu lill-Partijiet, kull Parti għandha tagħti lill-Parti l-oħra eżenzjoni mit-taxxi fuq l-importazzjoni u d-dazji fuq l-oġġetti ammessi temporanjament, fil-każijiet u skond il-proċeduri stipulati minn kwalunkwe konvenzjoni internazzjonali oħra fuq dan is-suġġett applikabbli għaliha, skond il-liġi tagħha. Għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni l-kundizzjonijiet li taħthom ikunu ġew aċċettati mill-Parti in kwistjoni l-obbligi li joħorġu minn tali konvenzjoni. Artikolu 6 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 10] 1. Oġġetti li ġejjin mir-Repubblika tat-Taġikistan għandhom jiġu mpurtati fil-Komunità mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri ta' l-istess effett, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 12, 15 u 16 ta' dan il-Ftehim. 2. Oġġetti li ġejjin mir-Repubblika tat-Taġikistan għandhom jiġu mpurtati fil-Komunità mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri ta' l-istess effett, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 12, 15 u 16 ta' dan il-Ftehim. Artikolu 7 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 11] L-oġġetti għandhom jiġu negozjati bejn il-Partijiet bi prezzijiet marbuta mas-suq. Artikolu 8 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 12] 1. Fejn xi prodott ikun qed jiġi impurtat fit-territorju ta' wieħed mill-Partijiet fi kwantitajiet miżjuda b'tali mod jew taħt tali kundizzjonijiet li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw dannu għall-produtturi domestiċi ta' prodotti simili jew li jikkompetu magħhom, il-Komunità jew ir-Repubblika tat-Taġikistan, skond il-każ, jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa skond il-proċeduri u l-kundizzjonijiet li ġejjin. 2. Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura, jew fil-każijiet li għalihom japplika l-Artikolu 4, kemm jista' jkun malajr wara li tittieħed tali miżura, il-Komunità jew ir-Repubblika tat-Taġikistan skond il-każ, tista' tgħaddi l-informazzjoni kollha relevanti lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni sabiex tfittex soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet skond kif stipulat fit-Titolu XI. 3. Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 30 ġurnata mir-referenza għall-Kunsill ta' Kooperazzjoni dwar azzjonijiet ta' rimedju tas-sitwazzjoni, il-Parti li tkun talbet konsultazzjonijiet għandha tkun libera li tirrestrinġi l-importazzjoni tal-prodotti in kwistjoni bi kwantità u għal tul żmien li jkun meħtieġ sabiex tipprevjeni jew tirmedja għad-dannu, jew sabiex tadotta miżuri xierqa. 4. F'ċirkustanzi kritiċi fejn dewmien jista' jikkawża dannu li jkun diffiċli li jiġi rimedjat, il-Partijiet jistgħu jieħdu l-miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, dejjem fuq il-kundizzjoni li l-konsultazzjonijiet jinbdew immedjatament wara li tittieħed tali azzjoni. 5. Fl-għażla tal-miżuri taħt dan l-Artikolu, il-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lil dawk li jikkawżaw l-anqas problemi fil-kisba tal-miri ta' dan il-Ftehim. 6. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jippreġudika jew fi kwalunkwe mod jaffettwa l-introduzzjoni miż-żewġ Partijiet, ta' miżuri kontra d-dumping jew miżuri korrettivi skond l-Artikolu VI tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar l-implementazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Korrettivi jew il-leġislazzjoni interna marbuta ma' dan. Artikolu 9 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 13] Il-partijiet jobbligaw lilhom infushom li jaġġustaw id-disposizzjonijiet f'dan il-Ftehim dwar il-kummerċ fl-oġġetti bejniethom, fid-dawl taċ-ċirkostanzi, u b'mod partikolari tas-sitwazzjoni li toħroġ mill-adeżjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan mad-WTO. Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jagħmel rakkonmandazzjonijiet dwar tali aġġustamenti lill-Partijiet li jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ, meta jiġu aċċettati, bis-saħħa ta' ftehim bejn il-Partijiet skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. Artikolu 10 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 14] Dan il-Ftehim m'għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew l-oġġetti fi tranżitu fuq il-bażi ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja umana, ta' l-annimali jew pjanti; il-protezzjoni tar-riżorsi naturali; il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni tal-propjetà intellettwali, industrijali jew kummerċjali jew regoli marbuta mad-deheb u l-fidda. Tali projbizzjonijiet u restrizzjonijiet m'għandhomx madanakollu, jikkostitwixxu mezz arbitrarju ta' diskriminazzjoni jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet. Artikolu 11 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 15] Il-kummerċ fit-tessuti li jaqa' taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tan-Nomenklatura Magħquda huwa regolat bi ftehim bilaterali separat. Wara l-iskadenza tal-ftehim separat, il-prodotti tessili għandhom jiġu nklużi f'dan il-Ftehim. Artikolu 12 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 16] Il-kummerċ f'materjali nukleari għandu jsir skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Jekk ikun meħtieġ, il-kummerċ f'materjali nukleari għandu jkun is-suġġett ta' Ftehim speċifiku li jrid jiġi konkluż bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u r-Repubblika tat-Taġikistan. TITOLU III: PAGAMENTI, KOMPETIZZJONI U DISPOSIZZJONIJIET EKONOMIĊI OĦRAJN [PCA TAĠIKISTAN: TITOLU IV] Artikolu 13 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 38.1] Il-Partijiet jobbligaw ruħhom li jawtorizzaw f'munita li tista' tissarraf liberament kull pagament fuq il-kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti bejn ir-residenti tal-Komunità u tar-Repubblika tat-Taġikistan marbuta mal-moviment ta' l-oġġetti, servizzi jew persuni skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Artikolu 14 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 40.4] Il-Partijiet jaqblu li jeżaminaw modi kif japplikaw il-liġijiet tal-kompetizzjoni rispettivi bi ftehim bejniethom f'każijiet fejn il-kummerċ bejniethom ikun qed jiġi affettwat. Artikolu 15 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 39.1] Skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Anness II, ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha tkompli ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet intelletwali, industrijali u kummerċjali sabiex tipprovdi, sa l-aħħar tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, livell ta' protezzjoni simili għal dak li hemm fil-Komunità, inkluż mezzi effettivi ta' infurzar ta' tali drittijiet. Artikolu 16 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 42] Kooperazzjoni fil-qasam tal-kummerċ fl-oġġetti u s-servizzi Il-Partijiet ser jikkooperaw sabiex jiżguraw li l-kummerċ internazzjonali tar-Repubblika tat-Taġikistan isir skond ir-regoli tad-WTO. Il-Komunità għandha tagħti għajnuna tekika lir-Repubblika tat-Taġikistan f'dan ir-rigward. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi punti speċifiċi direttament relevanti għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, b'mod partikolari sabiex tingħata għajnuna lir-Repubblika tat-Taġikistan sabiex tarmonizza l-liġi u r-regolamenti tagħha mar-regoli tad-WTO u b'hekk tissodisfa malajr kemm jista' jkun il-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni ma' dik l-organizzazzjoni. Dawn jinkludu: - it-tfassil ta' politika dwar il-kummerċ u materji marbuta mal-kummerċ, inkluż il-pagamenti u l-mekkaniżmi ta' clearing, - it-tfassil ta' leġislazzjoni relevanti. Artikolu 17 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 45] Appalti pubbliċi Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jiżviluppaw il-kundizzjonijiet għal għoti miftuħ u kompetittiv ta' kuntratti għal oġġetti u servizzi, b'mod partikolari permezz ta' sejħiet għall-offerti. Artikolu 18 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 46] Kooperazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u eżami ta' konformità 1. Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tippromwovi allinjament ma' kriterji, prinċipji u linji ta' gwida maqbula fuq livell internazzjonali fl-oqsma tal-metroloġija, l-istandards u l-eżami ta' konformità, sabiex tiffaċilita l-progress lejn rikonoxximent reċiproku fil-qasam ta' l-eżami ta' konformità, u sabiex ittejjeb il-kwalità tal-prodotti Taġiki. 2. Għal dan il-għan il-Partijiet għandhom jippruvaw jikkooperaw fi proġetti ta' għajnuna teknika li sejrin: - jippromwovu kooperazzjoni kif suppost ma' organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet speċalizzati f'dawn l-oqsma; - jippromwovu l-użu tar-regolamenti tekniċi tal-Komunità u l-applikazzjoni ta' l-istandards u l-proċeduri ta' eżami tal-konformità Ewropej; - jippermettu l-qsim ta' esperjenza u informazzjoni teknika fil-qasam ta' l-immaniġġjar tal-kwalità. Artikolu 19 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 50] Agrikoltura u s-settur agro-industrijali L-iskop tal-kooperazzjoni f'dan il-qasam għandu jkun it-tiftix ta' riforma agrarja u riforma ta' l-istrutturi agrikoli, il-modernizzazzjoni, il-privatizzazzjoni u r-ristrutturar ta' l-agrikoltura, t-trobbija ta' l-annimali u s-setturi ta' l-agro-industrija u tas-servizzi fir-Repubblika tat-Taġikistan, u l-iżvilupp ta' swieq domestiċi u barranin għall-prodotti Taġiki, f'kundizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni ta' l-ambjent, wara li tittieħed in kunsiderazzjoni l-ħtieġa li titjieb is-sigurtà fil-provvista ta' l-ikel u jiġi żviluppat in-negozju ta' agrikoltura u l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' prodotti agrikoli. Il-Partijiet għandhom ukoll ifittxu li jiksbu l-approssimazzjoni gradwali ta' l-istandards Taġiki mar-regolamenti tekniċi dwar il-prodotti industrijali u dawk agrikoli ta' l-ikel, inkluż l-istandards sanitarji u fitosanitarji. Artikolu 20 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 63] Dwana 1. L-iskop ta' kooperazzjoni għandu jkun dak li jiggarantixxi konformità mad-disposizzjonijiet kollha skedati għall-adozzjoni marbuta mal-kummerċ u l-kummerċ ġust u sabiex tinkiseb l-approssimazzjoni tas-sistema doganali tar-Repubblika tat-Taġikistan ma' dik tal-Komunità. 2. Il-Kooperazzjoni għandha ssir partikolarment permezz ta': - l-iskambju ta' informazzjoni; - it-tijib tal-metodi tax-xogħol; - l-introduzzjoni tan-Nomenkaltura Magħquda u d-dokument amministrattiv uniku; - is-simplifikazjoni tal-kontrolli u l-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta' l-oġġetti; - għajnuna għall-introduzzjoni ta' sistemi ta' informazzjoni doganali moderni; - l-organizzazzjoni ta' seminars u perijodi ta' taħriġ. L-għajnuna teknika għandha tingħata meta tkun meħtieġa. 3. Mingħajr preġudizzju għal kooperazzjoni oħra taħt dan il-Ftehim, u b'mod partikolari t-Titolu VIII, għandu jkun hemm għajnuna konġunta f'materji doganali bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Partijiet skond id-disposizzjonijiet tal-Protokoll mehmuż ma' dan il-Ftehim. Artikolu 21 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 64] Kooperazzjoni fl-istatistika Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam għandha tfittex l-iżvilupp ta' sistema effiċjenti ta' l-istatistika sabiex tipprovdi statistiċi ta' min joqgħod fuqhom meħtieġa sabiex isostnu u jissorveljaw ir-riforma soċjo-ekonomika u sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' l-impriża privata fir-Repubblika tat-Taġikistan. Il-Partijiet għandhom, b'mod partikolari, tikkoopera fl-oqsma li ġejjin: - l-adattament tas-sistema ta' l-istatistika Taġika mal-metodi, l-istandards u l-klassifikazzjoni internazzjonali; - l-iskambju ta' informazzjoni statistika; - il-provvista ta' statistika makro u mikro-ekonomika meħtieġa sabiex timplementa u timmaniġġja r-riformi ekonomiċi. Il-Komunità għandha tagħti għajnuna tekika lir-Repubblika tat-Taġikistan f'dan ir-rigward. TITOLU IV: DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI [PCA TAĠIKISTAN: TITOLU XI] Artikolu 22 Il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika ffirmat bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Unjoni Sovjetika nhar it-18 ta' Diċembru 1989 għandu jaqdi l-kompiti mogħtija lilu b'dan il-Ftehim sakemm jiġi stabbilit il-Kunsill ta' Kooperazzjoni stipulat fl-Artikolu 77 tal-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni. Artikolu 23 Il-Kumitat Konġunt jista', biex jilħaq il-miri ta' dan il-Ftehim, jagħmel rakkomandazzjonijiet fil-każijiet stipulati fih. Għandu jfassal ir-rakkomandandazzjonijiet bi ftehim bejn il-Partijiet. Artikolu 24 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 81] Meta jeżamina kwalunkwe suġġett fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim fir-rigward ta' disposizzjoni li tirreferi għal Artikolu ta' wieħed mill-Ftehim li jwaqqfu d-WTO, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jieħu in kunsiderazzjoni sakemm ikun possibbli l-interpretazzjoni li ġeneralment tingħata lill-Artikolu in kwistjoni mill-Membri tad-WTO. Artikolu 25 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 85] 1. Fl-ambitu ta' dan il-Ftehim, kull Parti timpenja ruħha li tiżgura li l-persuni naturali u legali tal-Parti l-oħra jkollha aċċess liberu minn kull forma ta' diskriminazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini tagħha stess lejn il-qrati kompetenti u l-organi amministrattivi tal-Partijiet sabiex jiddefendu d-drittijiet individwali u ta' propjetà, inklużi dawk li jikkonċernaw il-propjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali. 2. Fil-limiti tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet: - għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' l-arbitraġġ għas-soluzzjoni ta' tilwim li joħroġ mit-transazzjonijiet kummerċjali u ta' kooperazzjoni konklużi mill-operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tar-Repubblika tat-Taġikistan; - jaqblu li fejn tilwima tiġi sottomessa għall-arbitraġġ, kull parti għat-tilwima tista', ħlief fejn ir-regoli taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ jistipulaw mod ieħor, jagħżlu l-arbitru tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu, u li t-tielet arbitru li jippresjedi jew l-arbitru uniku jistà jkun ċittadinta' pajjiż terz; - għandhom jirrakkomandaw l-operaturi ekonomiċi tagħhom sabiex jagħżlu b'kunsens reċiproku l-liġi applikabbli għall-kuntratti tagħhom; - għandhom jinkoraġġixxu l-użu tar-regoli ta' l-arbitraġġ elaborati mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Kummerċjali Internazzjonali (UNCITRAL) u ta' l-arbitraġġ minn kwalunkwe ċentru ta' Stat firmatarju tal-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Deċiżjonijiet Arbitrali magħmula fi New York, fl-10 ta' Ġunju 1958. Artikolu 26 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 86] Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni xi Parti, fil-limiti tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, milli jieħdu xi miżuri: (a) li tikkunsidra meħtieġa sabiex twaqqaf il-kxif ta' informazzjoni kontra l-interessi vitali ta' sigurtà tagħha; (b) marbuta mal-produzzjoni ta', jew kummerċ fl-armi, munizzjonijiet jew materjali tal-gwerra jew ta' riċerka, żvilupp jew produzzjoni indispensabbli għal skopijiet ta' difiża, dejjem jekk tali miżuri ma tellfux il-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni fir-rigward ta' prodotti li mhumiex intiżi speċifikament għal skopijiet militari; (ċ) li tikkunsidra essenzjali għas-sigurtà propja fl-eventwalità ta' problemi interni serji li jaffettwaw iż-żamma tal-liġi u l-ordni pubbliku, fi żmien il-gwerra jew tensjoni internazzjonali serja li hija theddida ta' gwerra jew sabiex tissodisfa l-obbligi li tkun aċettat għall-iskopijiet taż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali; (d) li tqis meħtieġa sabiex tirrispetta l-obbligi u l-impenji internazzjonali fir-rigward ta' l-użu doppju ta' l-oġġetti industrijali u tat-teknoloġija. Artikolu 27 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 87] 1. Fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe disposizzjonijiet speċjali li jinsabu fih: - l-arranġamenti applikati mir-Repubblika tat-Taġikistan fir-rigward tal-Komunità m'għandhomx iwasslu għal kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, iċ-ċittadini tagħhom jew il-kumpaniji u negozji tagħhom; - l-arranġamenti applikati mill-Komunità fir-rigward tar-Repubblika tat-Taġikistan m'għandhomx iwasslu għal kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini, kumpaniji jew negozji Taġiki. 2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li japplikaw id-disposizzjonijiet relevanti tal-liġi fiskali tagħhom għall-persuni li jħallsu it-taxxa li ma jkunux f'pożizzjoni identika fir-rigward tal-post ta' residenza tagħhom. Artikolu 28 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 88] 1. Kull waħda mill-Partijiet tista' tirreferi lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni kwalunkwe tilwima marbuta ma' l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim. 2. Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jsolvi tilwima permezz ta' rakkomandazzjoni. 3. Jekk ma jkunx possibbli li l-partijiet jsolvu l-każ b'mod konformi ma' paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kull Parti tista' tinnotifika lill-oħra bil-ħatra ta' konċiljatur; it-tieni Parti mbagħad tista' taħtar it-tieni konċiljatur fi żmien xahrejn. Biex tapplika din il-proċedura, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jiġu meqjusa bħala Parti waħda fit-tilwima. Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jaħtar it-tielet konċiljatur. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konċiljaturi għandhom jittieħdu b'maġġoranza tal-voti. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet m'għandhomx ikunu jorbtu fuq il-Partijiet. Artikolu 29 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 89] Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw ma' xulxin mill-ewwel, permezz tal-metodi xierqa u fuq talba ta' kwalunkwe Parti, fuq kull materja li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-aspetti relevanti l-oħra tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhom bl-ebda mod jaffettwaw, u huma mingħajr preġudizzju għal, l-Artikoli 12, 88 u 94. Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jistabbilixxi regoli ta' proċedura għas-soluzzjoni ta' tilwim. Artikolu 30 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 90] It-trattament mogħti lir-Repubblika tat-Taġikistan taħt dan il-Ftehim m'għandu fl-ebda każ ikun aktar favorevoli minn dak mogħti mill-Istati Membri lil xulxin. Artikolu 31 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 92] Meta materji koperti minn dan il-Ftehim ikunu koperti mit-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija u l-Protokolli tiegħu, tali Trattat u Protokolli għandhom meta jidħlu fis-seħħ japplikaw għal tali materji iżda biss sakemm tali applikazzjoni tkun stipulata fih. Artikolu 32 1. Il-Ftehim għandu jkun applikabbli sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni li nbeda fis-16 ta' Diċembru 2003. 2. Kull waħda mill-Partijiet tista' tiddikjara dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim m'għandux jibqa' japplika wara li jgħaddu sitt xhur mid-data ta' tali notifika. Artikolu 33 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 94] 1. Il-Partijiet jistgħu jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skond dan il-Ftehim. Għandhom jaraw li l-miri stipulati f'dan il-Ftehim jintlaħqu. 2. Jekk kull Parti tqis li l-Parti l-oħra tkun naqset milli tissodisfa obbligu taħt dan il-Ftehim, hi għandha tieħu miżuri xierqa. Qabel ma tagħmel dan, ħlief f'każijiet ta' urġenza speċjali, għandha tgħaddi lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni l-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa għal eżami dettaljat tas-sitwazzjoni sabiex jipprova jilħaq soluzzjoni li tkun aċċettabbli għall-Partijiet. Fl-għażla ta' dawn il-miżuri, trid tingħata prijorità għal dawk il-miżuri li l-anqas jiddisturbaw il-funzjonament ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri jridu jiġu notifikati immedjatament lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni jekk il-Parti l-oħra titlob hekk. Artikolu 34 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 95] L-Annessi I, II, III u IV flimkien mal-Protokoll dwar għajnuna amministrattiva reċiproka f'materji doganali għandu jkun parti integrali minn dan il-Ftehim. Artikolu 35 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 97] Dan il-Ftehim għandu japplika, fuq naħa l-waħda, lit-territorji li fihom t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika jiġu applikati u skond il-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati, u, fuq in-naħa l-oħra għar-Repubblika tat-Taġikistan. Artikolu 36 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 99] Il-verżjoni oriġinali ta' dan il-Ftehim, li tiegħu l-verżjoni Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taġika, Taljana u Ungeriża huma awtentiċi bl-istess mod, għandha tiġi depożitata mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 37 Dan il-Ftehim ser jiġi approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' wara t-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ġew kompluti. Wara li jidħol fis-seħħ, u sakemm ir-relazzjonijiet bejn it-Taġikistan u l-Komunità huma konċernati, dan il-Ftehim għandu jieħu post l-Artikolu 2, l-Artikolu 3, ħlief għar-raba inċiż tiegħu, u l-Artikoli 4 sa 16 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija u l-Unjoni ta' Repubbliċi Soċjalisti Sovjetiċi dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Ekonomiċi u Kummerċjali ffirmat fi Brussel nhar it-18 ta' Diċembru 1989. GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA GĦAR-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN LISTA TA' DOKUMENTI MEHMUŻA Anness I // Lista indikattiva ta' vantaġġi mogħtija mir-Repubblika tat-Taġikistan lill-Istati Indipendenti skond l-Artikolu 7(3) tal-PCA Taġikistan. Annes II // Il-konvenzjonijiet dwar il-propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali msemmija fl-Artikolu 39 tal-PCA Taġikistan. Protokoll dwar l-għajnuna amministrattiva reċiproka dwar il-materji doganali. ANNESS I Lista indikattiva ta' vantaġġi mogħtija mir-Repubblika tat-Taġikistan lill-Federazzjoni ta' l-Istati Indipendenti Skond il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 7 1. Ir-Repubblika tal-Belarus, ir-Repubblika tal-Każakstan, ir-Repubblika tal-Kirġistan, il-Federazzjoni Russa: id-dazji ma japplikawx. 2. L-oġġetti trasportati skond it-trattamenti dwar il-kooperazzjoni industrijali mal-pajjiżi tas-CIS mhumiex taxxabbli. 3. Iċ-Ċertifikat ta' Konformità tal-Produzzjoni Serjali hija rikonoxxuta madwar il-pajjiżi tas-CIS, u fuqu jinħareġ iċ-Ċertifikat Nazzjonali ta' Konformità. 4. Hemm sistema speċjali ta' pagamenti kurrenti mal-pajjiżi kollha tas-CIS. 5. Jeżistu termini speċjali għal transitu fil-pajjiżi kollha tas-CIS. ANNESS II Konvenzjonijiet dwar il-propjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali msemmija fl-Artikolu 39 1. L-Artikolu 39(2) jikkonċerna l-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin: - Il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' l-Atturi, Produtturi ta' Fonogrammi u Organizzazzjonijiet ta' Xandara (Ruma, 1961); - Il-Protokoll marbut mal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-Registrazzjoni Internazzjonali tal-Marki - Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Speċi Ġodda ta' Pjanti (UPOV) (Att ta' Ġinevra, 1991). 2. Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jirrakkomanda li l-Artikolu 39(2) għandu japplika għal konvenzjonijiet multilaterali oħrajn. Jekk ikun hemm xi problemi fl-oqsma tal-propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali li jaffettwaw il-kundizzjonijiet kummerċjali, għandhom jinbdew konsultazzjonijiet urġenti, fuq talba ta' Parti minnhom, sabiex jaslu għal soluzzjonijiet li jkunu sodisfaċjenti għaż-żewġ naħat. 3. Il-Partijiet jikkonfermaw l-importanza ta' l-obbligi li jemanaw mill-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin: - Il-Konvezjoni ta' Pariġi dwar il-Protezzjoni tal-Propjetà Industrijali (Att ta' Stokkolma, 1967 u emendat fl-1979); - It-Trattat dwar il-Kooperazzjoni fil-Privattivi (Washington, 1970, emendata fl-1979 u modifikata fl-1984); - Il-Konvenzjoni Riveduta ta' Berna għall-protezzjoni ta' xogħlijiet litterarji u artistiċi (1886, kif l-aħħar emendata fl-1979); - It-Trattat Dwar il-Liġi tat-Trademarks (Ġinevra 1994). 4. Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha tagħti lill-kumpaniji u ċittadini tal-Komunità, fir-rigward tar-rispett u l-protezzjoni tal-propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, trattament mhux anqas favorevoli minn dak li tagħti lil kull pajjiż terz skond il-ftehim bilaterali. 5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4 m'għandhomx japplikaw għall-vantaġġi mogħtijia mir-Repubblika tat-Taġikistan lil kull terz pajjiż fuq bażi reċiproka effettiva u għall-vantaġġi mogħtija mir-Repubblika tat-Taġikistan lil pajjiżi ieħor ta' l-ex Unjoni Sovjetika. PROTOKOLL DWAR GĦAJNUNA REĊIPROKA F'MATERJI TA' DWANA ARTIKOLU 1 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta' dan il-Protokoll: (a) "leġislazzjoni tad-dwana" tfisser li d-disposizzjonijiet legali u regolatorji oħra applikabbli fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-transitu ta' l-oġġetti u l-pjazzament taħt ir-reġim doganali jew il-proċedura, inkluż il-miżuri tal-projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll adottat mill-Partijiet imsemmija; (b) "l-awtorità applikanti" tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun ġiet maħtura minn Parti Kontraenti għal dan l-iskop u li tkun għamlet talba għal għajuna f'materji ta' dwana; (ċ) "l-awtorità mitluba" tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun ġiet maħtura minn Parti Kontraenti għal dan l-iskop u li tkun irċeviet talba għal għajuna f'materji ta' dwana; (d) "data personali" tfisser l-informazzjoni kollha marbuta ma' individwu indentifikat jew identifikabbli; (e) "operazzjoni bi ksur ta' liġi tad-dwana" tfisser kull ksur jew vjolenza attentata tal-liġi tad-dwana. ARTIKOLU 2 Ambitu ta' Applikazzjoni 1. Il-Partijiet għandhom jgħinu lil xulxin, fl-oqsma fil-kompetenza tagħhom, skond l-arranġamenti u l-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Protokoll, sabiex jiżguraw li l-liġi tad-dwana tiġi applikata korrettament, b'mod partikolari sabiex tipprevjeni, tinvestiga u tressaq quddiem l-awtoritajiet kompetenti operazzjonijiet li jiksru dik il-liġi. 2. L-għajnuna, f'materji ta' dwana, kif previst f'dan il-Protokoll, għandha tapplika għal kull awtorità amministrattiva tal-Partijiet Kontraenti li tkun kompetenti għall-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. Dan m'għandux jippreġudika d-dispossizzjonijiet li jirregolaw l-assistenza reċiproka f'materji kriminali. L-anqas ma jkopri ma' l-informazzjoni miksuba taħt poteri wżati fuq talba ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji, ħlief fejn il-komunikazzjoni ta' tali informazzjoni tkun awtorizzata mill-awtoritajiet imsemmija. ARTIKOLU 3 Għajnuna fuq talba 1. Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tgħaddilha l-informazzjoni kollha relevanti li tista' tgħinha tiżgura l-konformità mal-liġi tad-dwana, inkluż l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet annotati jew ippjanati li jistgħu jkunu bi ksur ta' dik il-liġi. 2. Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tinfurmaha jekk: (a) ikunux ġew importati kif suppost l-oġġetti esportati mit-territorju ta' wieħed mill-Partijiet Kontraenti lejn it-territorju tal-Parti l-oħra, u tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura doganali applikata għall-oġġetti; (b) ikunux ġew importati kif suppost l-oġġetti importati fit-territorju ta' wieħed mill-Partijiet Kontraenti lejn it-territorju tal-Parti l-oħra, u tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura doganali applikata għall-oġġetti; 3. Fuq talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha, fi ħdan il-qafas tad-disposizzjonijiet legali jew regolatorji, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura s-sorveljanza speċjali ta': (a) persuni jew persuni legali li huma suspettati fuq raġunijiet validi li għamlu jew jagħmlu attivitajiet bi ksur tal-liġi tad-dwana; (b) postijiet fejn ġew maħżuna jew setħu ġew maħżuna oġġetti b'tali mod illi jħallu suspett fuq bażi raġonevoli li kienu ntenzjonati li jiġu wżati f'attivitajiet bi ksur tal-liġi tad-dwana; (ċ) oġġetti li huma jew li setgħu kienu trasportati oġġetti b'tali mod illi jħallu suspett fuq bażi raġonevoli li kienu ntenzjonati li jiġu wżati f'attivitajiet bi ksur tal-liġi tad-dwana; (d) mezzi ta' trasport li huma suspettati fuq bażi raġonevoli li ġew użati jew li setgħu ġew użati f'attivitajiet bi ksur tal-liġi tad-dwana. ARTIKOLU 4 Għajnuna spontanja Il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħaddu lil xulxin, fuq inizjattiva tagħhom stess u skond il-liġijiet tagħhom, regoli u strumenti legali oħrajn, b'għajnuna jekk iqisu li jkun hemm bżonnha għall-applikazzjoni kif suppost tal-liġi tad-dwana, partikolarment meta jiksbu informazzjoni marbuta ma': - attivitajiet li jikkostitwixxu jew jidhru li huma attivitajiet bi ksur tal-liġi tad-dwana u li jistgħu jkunu ta' interess lil Parti Kontraenti oħra; - mezzi ġodda jew metodu wżati fit-twettiq ta' attivitajiet bi ksur tal-liġi tad-dwana; - oġġetti magħrufa li huma s-suġġett ta' attivitajiet bi ksur tal-liġi tad-dwana; - persuni jew persuni legali li huma suspettati fuq raġunijiet validi li huma jew li kienu ivoluti f'attivitajiet bi ksur tal-liġi tad-dwana; - mezzi ta' trasport li huma suspettati fuq bażi raġonevoli li ġew użati, li jintużaw jew li jistgħu jintużaw f'attivitajiet bi ksur tal-liġi tad-dwana. ARTIKOLU 5 Konsenja/Notifika Fuq talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha, skond id-disposizzjonijiet legali jew regolatorji applikabbli, tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex: - tikkonsenja d-dokumenti kollha, - tinnotifika d-deċiżjonijiet kollha li joħorġu mill-awtorità applikanti u li jaqgħu fl-ambitu ta' dan il-Protokoll lill-persuna indirizzata li tkun tirresjedi jew li tkun stabbilta fit-territorju tagħha. F'dan il-każ, l-Artikolu 6(3) għandu japplika għal talbiet għal komunikazzjoni jew notifika. ARTIKOLU 6 Forma u sustanza tat-talbiet għall-għajnuna 1. Talbiet skond dan il-Protokoll għandhom isiru bil-miktub. Huma għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-adempjenza mat-talba. Meta l-urġenza tas-sitwazzjoni titlob hekk, jistgħu jiġu aċċettati talbiet orali, iżda dawn iridu jiġu kkonfermati bil-miktub minnufih. 2. Talbiet skond il-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: (a) l-awtorità applikanti li qed tagħmel it-talba; (b) il-miżura mitluba; (ċ) l-iskop u r-raġuni għat-talba; (d) il-liġijiet, ir-regoli u l-elementi legali nvoluti; (e) indikazzjonijiet kemm jista' jkun preċiżi dwar il-persuni jew persuni legali li jkunu l-mira ta' l-investigazzjonijiet; (f) ġabra fil-qosir tal-fatti relevanti u tad-domandi li jkunu diġà saru. 3. It-talbiet għandhom jiġu sottomessi f'lingwa uffiċjali ta' l-awtorità mitluba jew f'lingwa aċċettabbli minn dik l-awtorità. 4. Jekk talba ma tissodisfax ir-rekwiżiti formali, il-korrezzjoni jew tista' tintalab il-korrezzjoni jew it-tkomplija tagħha; iżda jistgħu jiġu ordnati miżuri kawtelatorji. ARTIKOLU 7 Eżekuzzjoni tat-talbiet 1. Sabiex tikkonforma mat-talba għal għajnuna, l-awtorità mitluba għandha tipproċedi, fil-limiti tal-kompetenza tagħha u tar-riżorsi disponibbli, daqs li kieku kienet qed taġixxi f'isimha propju jew fuq talba ta' awtoritajiet oħrajn ta' dik l-istess Parti, billi tgħaddi l-informazzjoni li diġà jkollha, billi tagħmel l-investigazzjonijiet xierqa jew billi tirranġa sabiex dawn isiru. Din id-disposizzjoni għandha tapplika wkoll għal kull awtorità oħra li tkun ġiet indirizzata mill-awtorità mitluba bis-saħħa ta' dan il-protokoll meta l-awtorità mitluba ma tkunx tista taġixxi waħedha. 2. Talbiet għall-għajnuna għandhom jitwettqu skond il-liġijiet, ir-regoli u l-istrumenti legali l-oħra tal-Parti Kontraenti mitluba. 3. Uffiċjali ta' Parti Kontraenti debitament awtorizzati jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra involuta u skond il-kundizzjonijiet stipulati minn din ta' l-aħħar, jiksbu mill-uffiċċji ta' l-awtorità mitluba jew awtorità oħra li għaliha tkun responsabbli l-awtorità mitluba, informazzjoni marbuta ma' attivitajiet li huma jew li jistgħu jkunu bi ksur tal-liġi tad-dwana li l-awtorità applikanti tkun teħtieġ għall-finijiet ta' dan il-Protokoll. 4. Uffiċjali ta' Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti Kontraenti l-oħra involuta u skond il-kundizzjonijiet stipulati minn din ta' l-aħħar, ikunu preżenti tul l-investigazzjonijiet li jsiru fit-territorju ta' din ta' l-aħħar. ARTIKOLU 8 Forma li fiha trid tiġi komunikata l-informazzjoni 1. L-awtorità mitluba għandha tikkomunika r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet lill-awtorità applikanti f'dokumenti, kopji ċertifikati tad-dokumenti, rapporti u affarijiet simili. 2. Il-provvista ta' dokumenti stipulati fil-paragrafu 1 tisgħa tiġi rimpjazzata minn dik ta' l-informazzjoni prodotta fi kwalunkwe forma għall-istess skop b'mezzi kompjuterizzati. 3. Il-fajls u d-dokumenti oriġinali għandhom jintalbu biss f'każijiet fejn il-kopji ċertifikati ma jkunux biżżejjed. L-oriġinali li jkunu ġew mibgħuta jridu jiġu ritornati ma' l-ewwel opportunità. ARTIKOLU 9 Eċċezzjonijiet mill-obbligu li tagħti għajnuna 1. Il-Partijiet jistgħu jirrifjutaw li jagħtu għajnuna kif stipulat f'dan il-Protokoll, fejn li tagħmel dan: (a) probabilment jippreġudika s-sovranità tar-Repubblika tat-Taġikistan jew dik ta' l-Istat Membru li jkun ġie mitlub sabiex jagħti għajnuna skond dan il-Protokoll; jew (b) probabilment jikkomprometti l-ordni pubbliku, s-sigurtà jew l-interessi essenzjali, b'mod partikolari fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2); jew (ċ) jikser sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali. 2. L-għajnuna tista' tiġi posposta mill-awtorità mitluba fuq il-bażi illi dan jinterferixxi ma' investigazzjoni, prosekuzzjoni jew proċediment għaddej. F'każ ta' dan it-tip, l-awtorità mitluba għandha tikkonsulta ma' l-awtorità applikanti sabiex tiddetermina jekk l-għajnuna tistax tingħata taħt il-kundizzjonijiet li tistipula l-awtorità mitluba. 3. Fejn l-awtorità applikanti titlob għajnuna li waħedha ma tkunx tista' tagħti jekk tiġi mitluba tagħmel hekk, din għandha tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fit-talba tagħha. Imbagħad id-deċiżjoni dwar kif tirrispondi għal talba simili għandha titħalla lill-awtorità mitluba. 4. Jekk l-għajnuna tkun rifjutata, id-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha jridu jiġu notifikati lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien. ARTIKOLU 10 Skambju ta' informazzjoni u kunfidenzjalità 1. Kull informazzjoni skambjata b'kull mezz skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll għandha tkun kunfidenzjali u ristretta, skond ir-regoli applikabbli f'kull waħda mill-Partijiet. Din l-informazzjoni hija koperta mill-obbligu ta' segretezza uffiċjali u tgawdi l-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili skond il-liġijiet in kwistjoni tal-Parti li tkun rċevietha u d-disposizzjonijiet korrispondenti li japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. 2. Data personali tista' tiġi skambjata biss meta l-Parti li tirċievi timpenja ruħha sabiex tipproteġi tali data ta' l-inqas bl-istess mod tad-data applikabbli għal dak il-każ partikolari mill-Parti li tgħaddi l-informazzjoni. 3. L-informazzjoni li tin kiseb għandha tiġi wżata biss għall-finijiet ta' dan il-Protokoll. Fejn waħda mill-Partijiet titlob l-użu ta' tali informazzjoni għal skopijiet oħra, hija għandha titlob għall-kunsens bil-miktub ta' l-awtorità li tkun forniet l-informazzjoni. Tali użu mbagħad għandu jkun suġġett għar-restrizzjonijiet kollha stipulata minn dik l-awtortià. 4. Il-paragrafu 3 m'għandhux jimpedixxi l-użu ta' informazjoni fi proċeduri ġudizzjari jew amministrattivi li jinbdew sussegwentement għal nuqqas ta' konformità mal-liġi tad-dwana. L-awtorità kompetenti li forniet dik l-informazzjoni għandha tkun immedjament notifikat għal tali użu. 5. Il-Partijiet jistgħu, fid-dokumenti tal-provi, rapporti u xhieda u fi proċeduri u akkużi miġjuba quddiem il-qrati, jużaw bħala informazzjoni probatorja kontenuta fid-dokumenti konsultati skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. ARTIKOLU 11 Esperti u xhieda Uffiċjal ta' awtorità mitluba jista' jiġi awtorizzata sabiex jidher, fil-limiti ta' l-awtorizzazzjoni mogħtija, bħala espert jew xhud fi proċeduri ġudizzjarji jew aministrattivi dwar materji koperti minn dan il-Protokoll fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra, u biex jipproduċi oġġetti, dokumenti jew kopji ċertifikati tagħhom, skond kif jitolbu l-proċeduri. It-taħrika trid tindika speċifikament fuq liema materji u bis-saħħa ta' liema titolu jew kwalifika l-espert ser jiġi eżaminat. ARTIKOLU 12 Spejjeż ta' Assistenza Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrinunzjaw għal kull dritt ta' rimbors ta' spejjeż li jkunu ġew minfuqa skond dan il-Protokoll, ħlief, fejn ikun il-każ, għall-ispejjeż marbuta ma' l-esperti u x-xhieda u l-interpreti u t-tradutturi li ma jkunux impjegati taċ-ċivil. ARTIKOLU 13 Implementazzjoni 1. L-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll għandha tiġi fdata lill-awtoritajiet ċentrali tad-dwana tar-Repubblika tat-Taġikistan fuq naħa waħda u lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew u, fejn xieraq, lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fuq in-naħa l-oħra. Huma għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri prattiċi u l-arranġamenti meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu, wara li jqisu r-regoli applikabbli fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. Huma jistgħu jirrakkomandaw lill-korpi kompetenti l-emendi li jqisu li jridu jsiru f'dan il-Protokoll. 2. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin u sussegwentement iżommu lil xulxin infurmati bir-regoli ta' implementazzjoni dettaljati li jiġu adottati skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. ARTIKOLU 14 Ftehim oħrajn 1. Wara li jittieħdu in konsiderazzjoni l-kompetenzi tal-Komunità Ewropea u ta' l-Istati Membri, id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll għandhom: - ma jkunux jaffettwaw l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti taħt kwalunkwe ftehim jew konvenzjoni internazzjonali oħra; - jitqiesu kumplimentari ma ftehim dwar għajnuna reċiproka li jkunu ġew jew setgħu jiġu konklużi bejn l-Istati Membri individwali u r-Repubblika tat-Taġikistan; u - ma jkunux jaffettwaw id-disposizzjonijiet li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn il-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri ta' kull informazzjoni miksuba fl-oqsma koperti minn dan il-ftehim li jistgħu jkunu ta' interess għall-Komunità. 2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, id-disposizzjonijiet ta' dan il-ftehim għandu jkollhom preċedenza fuq id-disposizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar l-għajnuna reċiproka li ġie jew seta' ġie konkluż bejn l-Istati Membri individwali u r-Repubblika tat-Taġikistan f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawk id-disposizzjonijiet ta' dan ta' l-aħħar li ma jkunux kompatibbli ma' dan il-Protokoll. 3. Fir-rigward ta' domandi marbuta ma' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex isolvu l-kwistjoni fil-qafas tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 79 tal-Ftehim. ATT FINALI Il-plenipotenzjarji tal-KOMUNITÀ EWROPEA, u tal-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn issa 'l quddiem imsejħa "il-Komunita", fuq naħa waħda, u il-plenipotenzjarji tar-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN, fuq in-naħa l-oħra f'laqgħa fi Brussel, nhar, għall-firma tal-Ftehim Interim bejn il-Komunitajiet Ewropej, fuq naħa waħda u r-Repubblika tat-Taġikistan fuq in-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", adottaw dawn it-testi li ġejjin: il-Ftehim Interim, inkluż l-Annessi tiegħu u l-Protokoll li ġej: il-Protokoll dwar l-għajnuna amministrattiva reċiproka dwar il-materji doganali. Il-plenipotenzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u l-plenipotenzjarji tar-Repubblikat tat-Taġikistan adottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti elenkati hawn taħt u annessi ma' dan l-Att Finali: Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-data personali. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 9 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 13] tal-Ftehim. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 33 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 94] tal-Ftehim. Il-plenipotenzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u l-plenipotenzjarji tar-Repubblikat tat-Taġikistan raw ukoll l-Iskambju ta' Ittri li ġej anness ma' dan l-Att Finali: Skambju ta' Ittri bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tat-Taġikistan marbuta ma' l-istabbiliment ta' kumpaniji. DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR DATA PERSONALI Fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet huma konxji mill-ħtieġa ta' protezzjoni xierqa ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali u fir-rigward tal-moviment ħieles ta' tali data. DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 9 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 13] Sakemm ir-Repubblika tat-Taġikistan taderixxxi mad-WTO, il-Partijiet għandu jkollhom konsultazzjonijiet fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni dwar il-politiki ta' tariffi fuq l-importazzjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan, inlkuż it-tibdil fil-protezzjoni tat-tariffi. B'mod partikolari, tali konsultazzjonijiet għandhom jiġu offruti qabel iż-żieda tal-protezzjoni tariffali. DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 33 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 94] 1. Il-Partijiet jaqblu, li għall-finijiet ta' l-interpretazzjoni korretta u l-applikazzjoni prattika tiegħu, it-terminu "każijiet ta' urġenza partikolari" inkluż fl-Artikolu 33 [PCA TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 94] tal-Ftehim ifisser każijiet ta' ksur materjali tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti f': (a) nuqqas ta' rikonoxximent tal-Ftehim li ma jkunx sanzjonat mir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali, jew (b) ksur ta' l-elementi essenzjali tal-Ftehim stipulati fl-Artikolu 1 [PCA: TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 2]. 2. Il-Partijiet jaqblu li l-"miżuri xierqa" msemmija fl-Artikolu 33 [PCA: TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 94] huma miżuri meħuda skond id-dritt internazzjonali. Jekk Parti tieħu miżura f'każ ta' urġenza speċjali kif stipulat fl-Artikolu 33 PCA: TAĠIKISTAN: ARTIKOLU 94], il-Parti l-oħra tista' tuża l-proċedura tas-soluzzjoni tat-tilwim. GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA GĦAR-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN SKAMBJU TA' ITTRI BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U R-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN DWAR L-ISTABBILIMENT TA' KUMPANIJI A. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika tat-Taġikistan Sinjur, Nirreferi għall-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni li nbeda fis-16.12.2004. Kif enfasizzajt tul in-negozjati, ir-Repubblika tat-Taġikistan qed tagħti lill-kumpaniji tal-Komunità li jistabbilixxu ruħhom u li joperaw mit-Taġikistan trattament speċjali f'ċerti oqsma. Jiena fissirt li dan jirrefletti l-politika Taġika ta' promozzjoni bil-mezzi kollha possibbli tat-twaqqif ta' kumpaniji tal-Komunità fir-Repubblika tat-Taġikistan. Filwaqt li nżomm dan f'moħħi, nifhem illi tul il-perijodu bejn id-data li fiha nbeda dan il-ftehim u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-artikolu relevanti dwar l-istabbiliment ta' kumpaniji, ir-Repubblika tat-Taġikistan m'għandhiex tadotta miżuri jew regolamenti li jintroduċu jew iħarrxu d-diskriminazzjoni kontra l-kumpaniji tal-Komunità xħin imqabbla ma' kumpaniji Taġiki jew kumpaniji minn kwalunkwe pajjiż terz xħin wieħed iqabbel din is-sitwazzjoni ma' dik eżistenti fid-data li fiha nbeda dan il-Ftehim. Inkunlek grat jekk inti tibgħat riċevuta ta' din l-ittra. Għoddni tiegħek, Għall-Gvern tar- Repubblika tat-Taġikistan B. Ittra mill-Komunitajiet Ewropej Sinjur, Grazzi għall-ittra bid-data tal-lum, li taqra kif ġej: "Nirreferi għall-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni li nbeda fis-16.12.2004. Kif enfasizzajt tul in-negozjati, ir-Repubblika tat-Taġikistan qed tagħti lill-kumpaniji tal-Komunità li jistabbilixxu ruħhom u li joperaw mir-Repubblika tat-Taġikistan trattament speċjali f'ċerti oqsma. Jiena fissirt li dan jirrefletti l-politika Taġika ta' promozzjoni bil-mezzi kollha possibbli tat-twaqqif ta' kumpaniji tal-Komunità fir-Repubblika tat-Taġikistan. Filwaqt li nżomm dan f'moħħi, nifhem illi tul il-perijodu bejn id-data li fiha nbeda dan il-ftehim u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-artikolu relevanti dwar l-istabbiliment ta' kumpaniji, ir-Repubblika tat-Taġikistan m'għandhiex tadotta miżuri jew regolamenti li jintroduċu jew iħarrxu d-diskriminazzjoni kontra l-kumpaniji tal-Komunità xħin imqabbla ma' kumpaniji Taġiki jew kumpaniji minn kwalunkwe pajjiż terz xħin wieħed iqabbel din is-sitwazzjoni ma' dik eżistenti fid-data li fiha nbeda dan il-Ftehim. Inkunlek grat jekk inti tibgħat riċevuta ta' din l-ittra." Dan id-dokument huwa riċevuta ta' l-ittra tiegħek. Għoddni tiegħek, F'isem il- Komunità Ewropea