This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52004PC0516
Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council establishing an infrastructure for spatial information in the Community (INSPIRE) {SEC(2004) 980}
Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi infrastruttura għall-informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità (INSPIRE) {SEG(2004) 980}
Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi infrastruttura għall-informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità (INSPIRE) {SEG(2004) 980}
/* KUMM/2004/0516 finali - COD 2004/0175 */
Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi infrastruttura għall-informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità (INSPIRE) {SEG(2004) 980} /* KUMM/2004/0516 finali - COD 2004/0175 */
Brussel 23.7.2004 KUMM(2004) 516 finali 2004/0175 (COD) . Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi infrastruttura għall-informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità (INSPIRE){SEG(2004) 980} (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Introduzzjoni Politika tajba tiddependi fuq informazzjoni ta’ kwalità għolja u parteċipazzjoni informata tal-pubbliku. Il-politikanti għarfu l-interkonnessjoni u l-kumplessità dejjem tikber tal-materji li jolqtu l-kwalità tal-ħajja illum, u dan l-għarfien qed jinfluwenza l-mod kif qed tiġi fformulata politika ġdida. Per eżempju, is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (6th EAP)[1] jenfasizza li l-politika ambjentali teħtieġ tkun ibbażata fuqtagħrif b’saħħtuu parteċipazzjoniinformata, u dan l-approċċ ġdid qed jittrasforma l-mod kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-politika ambjentali ta’ l-UE. Approċċ ġdid hu għalhekk meħtieġ biex jittratta l-kontroll u r-rapportaġġ u l-amministrazzjoni tad-data u d-distribuzzjoni mal-livelli ta’ gvern differenti. Għandha titwettaq politika biex jitnaqqas il-ġbir ta’ data doppju u biex tassisti u tippromwovi l-armonizzazzjoni, it-tixrid wiesa’ u l-użu tad-data. Din il-politika għandha tirriżulta f’effiċjenza miżjuda, li l-benefiċċji minnha jistgħu jiġu investiti mill-ġdid fit-titjib tad-disponibbiltà u l-kwalità ta’ l-informazzjoni. B’konsegwenza, id-disponibbiltà miżjuda ta’ informazzjoni ser tistimula l-innovazzjoni fost il-fornituri ta’ l-informazzjoni fis-settur kummerċjali. L-informazzjoni spazjali jista’ jkollha rwol speċjali f’dan l-approċċ ġdid għaliex din tippermetti li l-informazzjoni tiġi integrata minn varjetà ta’ dixxiplini f’varjetà ta’ użi. Deskrizzjoni spazjali koerenti u aċċessibbli ħafna tat-territorju tal-Komunità twassal għall-qafas meħtieġ għall-koordinazzjoni tad-distribuzzjoni ta’ l-informazzjoni u l-kontroll fil-Komunità kollha. L-informazzjoni spazjali tista’ tintuża wkoll biex ikunu prodotti mapep, li huma mod siewi ta’ komunikazzjoni mal-pubbliku. Sfortunatament, il-karatteristiċi tekniċi u soċjo-ekonomiċi ta’ l-informazzjoni spazjali jagħmlu l-problemi ta’ koordinazzjoni, nuqqasijiet fl-informazzjoni, kwalità mhux definita, u barrieri għall-aċċess u l-użu ta’ l-informazzjoni partikolarment diffiċli. Il-Kummissjoni għaldaqstant iddeċidiet li tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea il-proposta preżenti biex tagħmel informazzjoni spazjali interoperabbli disponibbli għall-appoġġ kemm tal-politika nazzjonali kif ukoll Komunitarja u biex tippermetti lill-pubbliku li jaċċedi għal din l-informazzjoni. Din l-inizjattiva ġejja mir-rabta ta’ diversi servizzi tal-Kummissjoni b’mod partikolari DG Ambjent, Eurostat u ċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta, li diġà għandhom u ser ikomplu jkollhom rwol importanti fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. 2. Deskrizzjoni tal-Proposta Id-Direttiva proposta tistabilixxi qafas legali għat-twaqqif u l-operat ta’ Infrastruttura għall-Informazzjoni Spazjali fl-Ewropa, bil-għan li tiġi fformulata, implimentata, kkontrollata u evalwata l-politika Komunitarja fil-livelli kollha u tiġi provduta informazzjoni pubblika. Għan prinċipali ta’ INSPIRE huwa li ssir disponibbli iktar data spazjali u aħjar għat-tfassil ta’ politika Komunitarja u l-implimentazzjoni ta’ politika Komunitarja fl-Istati Membri fil-livelli kollha. INSPIRE jiffoka fuq il-politika ambjentali iżda huwa miftuħ għall-użu minn u estensjoni tal-futur għal setturi oħrajn bħall-agrikoltura, it-trasport u l-enerġija. Il-proposta tiffoka speċifikament fuq l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikun ikkontrollat u mtejjeb l-istat ta’ l-ambjent, inkluż l-arja, l-ilma, il-ħamrija u l-pajsaġġ naturali. Ħafna minn din l-informazzjoni teħtieġ li tkun imsaħħa b’data spazjali "b’ħafna għanijiet". F’infrastruttura għall-informazzjoni spazjali, mhux is-suġġetti kollha ta’ data spazjali jeħtieġu li jkunu suġġetti għall-istess grad ta’ armonizzazzjoni, u lanqas jistgħu jiġu introdotti fl-infrastruttura bl-istess pass. Din id-Direttiva għaldaqstant fiha tliet annessi distinti, li kollha kemm huma jirreferu għad-data spazjali meħtieġa minn firxa vasta ta’ politika ambjentali. Jiddependu fuq jekk id-data spazjali hix ser tintuża għal ġeo-referenzar ta’ data spazjali oħra, fuq jekk id-data spazjali armonizzata hix meħtieġa fil-kuntest ta’ politika li direttament jew indirettament tolqot l-ambjent u fuq il-grad ta’ armonizzazzjoni li diġà inkiseb fil-Komunità, target dates differenti għall-implimentazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ INSPIRE u livelli ta’ strettezza għall-armonizzazzjoni japplikaw. Wieħed għandu jagħraf li t-temi ta’ data spazjali fl-annessi jiddeterminaw biss l-il-firxa ta’ l-applikazzjoni tad-direttiva u tal-miżuri msemmija. Dawn ma jiddeterminawx kif l-informazzjoni spazjali għandha tiġi organizzata jew armonizzata. INSPIRE mhux ser jibda programm estensiv ta’ ġbir ta’ data spazjali ġdida fl-Istati Membri. Minflok, din hi maħsuba biex tottimizza firxa ta’ l-applikazzjoni għall-użu tad-data li hi diġà disponibbli, billi teħtieġ id-dokumentazzjoni ta’ data spazjali eżistenti, l-implimentazzjoni ta’ servizzi maħsubin biex jagħmlu d-data spazjali iktar aċċessibbli u interoperabbli u billi tittratta l-ostakli għall-użu tad-data spazjali. INSPIRE ser tlesti t-triq għall-armonizzazzjoni progressiva tad-data spazjali fl-Istati Membri. Il-benefiċjarji ta’ din il-proposta għaldaqstant ser ikunu dawk involuti fil-formulazzjoni, implimentazzjoni, kontroll u evalwazzjoni ta’ politika – fuq livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Dawn huma awtoritajiet pubbliċi, leġislaturi u ċittadini u l-organizzazzjonijiet tagħhom. Madanakollu, gruppi ta’ utenti oħrajn huma mistennija li jibbenefikaw, inklużi is-settur privat, universitajiet, riċerkaturi u l-medja. Il-proposta ser tappoġġa l-formolazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ firxa vasta ta’ politika ambjentali fost l-oħrajn. 3. Il-ħtieġa ta’ intervent Komunitarju Informazzjoni spazjali dettaljata hi disponibbli fl-Ewropa sabiex tappoġġa firxa wiesgħa ta’ politika. Fil-fatt, informazzjoni bbażata fuq il-mapep hi wżata f’bosta għodda u attivitajiet ta’ rapportaġġ, analiżi, evalwazzjoni u previżjoni. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta’ l-Internet ippermetta distribuzzjoni vasta u bi prezz baxx ta’ din it-tip ta’ informazzjoni u jista’ jikkontribwixxi għal fehim u kuxjenza pubblika mtejba ta’ diversi kwistjonijiet ta’ politika. Minkejja dawn l-inizjattivi kollha, l-aċċess wiesa’ għal u l-użu ta’ l-informazzjoni spazjali għadhom problema fl-Ewropa. Il-problemi prinċipali jirrigwardaw nuqqas ta’ data, dokumentazzjoni nieqsa, settijiet ta’ data spazjali u servizzi mhux kompatibbli minħabba eż. standards differenti, u barrieri għat-tqassim u l-użu mill-ġdid ta’ data spazjali. Fortunatament, il-kuxjenza qed tiżdied fuq livell nazzjonali u ta’ UE li informazzjoni ta’ ġeo-referenzar ta’ kwalità hi meħtieġa sabiex tinftiehem il-komplessità ta’ l-attività umana dejjem tiżdied fl-UE u biex jitrażżan l-impatt negattiv tagħha, u qed jittieħdu bosta inizjattivi reġjonali u nazzjonali. Barra minn hekk, strumenti ġodda bħas-sistema ta’ navigazzjoni GALILEO[2] ser itejbu l-preċiżjoni u l-affidabbiltà fl-elaborazzjoni ta’ informazzjoni spazjali. Madanakollu anke f’dawn iċ-ċirkostanzi, azzjoni fuq livell Komunitarju hi meħtieġa għaliex: - Ftit Stati Membri żviluppaw qafas għat-twaqqif ta’ infrastruttura nazzjonali għall-informazzjoni spazjali li tindirizza kwistjonijiet operazzjonali, organizzazzjonali u legali.[3] Fejn ittieħdu l-passi, dawn kienu spiss ristretti għal reġjuni speċifiċi jew setturi speċifiċi. - Fil-biċċa l-kbira ta’ l-istati Membri fejn kien addottat qafas, ma ġewx indirizzati l-problemi kollha jew l-inizjattivi ma humiex kompatibbli. - Mingħajr qafas armonizzat fuq livell Komunitarju, il-formulazzjoni, l-implimentazzjoni, il-kontroll u l-evalwazzjoni ta’ politika nazzjonali u Komunitarja li tolqot direttament jew indirettament l-ambjent ser tkun imfixkla minn barrieri għall-użu ta’ data spazjali trans-fruntiera meħtieġa għall-politika li tindirizza problemi b’dimensjoni spazjali trans-fruntiera. 4. Konsistenza ma’ politika oħraj Diversi strumenti Komunitarji oħrajn maħsuba biex jippromwovu d-disponibbiltà ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku diġà jeżistu jew qed jiġu żviluppati. L-iktar importanti huma d-Direttiva dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali[4], id-Direttiva dwar l-użu mill-ġdid ta’ l-informazzjoni tas-settur pubbliku[5], GMES[6] u GALILEO. Madanakollu, miżuri addizzjonali huma meħtieġa sabiex id-data spazjali minn setturi differenti u fuq livelli differenti relevanti għall-politika tingħaqad u tiġi magħżula aħjar sabiex jiġi użat bis-sħiħ il-potenzjal ta’ l-informazzjoni spazjali. Il-proposta INSPIRE għaldaqstant tikkomplimenta dawn l-istrumenti u ser tassisti l-implimentazzjoni tagħhom. Irid jittieħed in konsiderazzjoni wkoll il-qafas legali eżistenti b’relazzjoni mal-protezzjoni tad-data u d-drittijiet ta’ l-awtur. 5. Valutazzjoni estiża ta’ l-impatt F’Ġunju 2002, il-Kummissjoni introduċiet proċedura integrata ġdida għall-valutazzjoni ta’ l-impatt sabiex ittejjeb il-kwalità u l-koerenza tal-proċess ta’ żvilupp tal-politika.[7] INSPIRE qiegħed fuq il-lista ta’ proposti tal-Programm ta’ Ħidma 2003 li għalih il-Kummissjoni iddeċidiet li tagħmel valutazzjoni estiża ta’ l-impatt.[8] Saret għaldaqstant valutazzjoni estiża ta’ l-impatt għal INSPIRE, li ikkunsidrat sitt għażliet ta’ politika. [9] L-investiment meħtieġ mill-għażla preferita – qafas iffokat appoġġjat b’Direttiva ta’ qafas ta’l-UE – ser ikun isir fil-parti l-kbira tiegħu mis-settur pubbliku u hu stmat fuq medja ta’ €3.6–5.4 miljun fis-sena għal kull Stat Membru ta’ l-UE (UE25). Dan jirrapreżenta 1% biss ta’ l-ispiża totali fuq l-informazzjoni spazjali. Il-benefiċċji jinkludu profitti ambjentali, benefiċċji soċjali iżjed wesgħin u profitti mis-settur privat. Il-benefiċċji ambjentali biss ġew kwantifikati. Il-benefiċċji annwali medji għal kull Stat Membru (UE25) jammontaw għal €27-42 miljun.Konxji li dawn l-elementi jirrapreżentaw biss ħarsa limitata ta’ l-istampa kollha, il-konklużjoni hi li l-benefiċċji huma iktar mill-ħtiġijiet ta’ investiment b’ammont konsiderevoli. 6. Konsultazzjoni mal-persuni interessati dwar INSPIRE 6.1. Konsultazzjoni bl-Internet L-għan tal-konsultazzjoni bl-Internet kien li l-persuni interessati jiġu informati dwar l-inizjattiva INSPIRE u biex jintlaqgħu l-opinjonijiet u l-kummenti tagħhom dwar il-punti prinċipali differenti li jeħtieġu li jkunu koperti mid-direttiva kwadru proposta dwar INSPIRE. Il-konsultazzjoni bl-Internet saret bejn id-29 ta’ Marzu u s-6 ta’ Ġunju 2003. Total ta’ 185 organizzazzjoni u individwi mill-Istati Membri ta’ l-UE u l-pajjiżi fil-proċess ta’ adeżjoni irrispondew għall-konsultazzjoni bl-Internet. Ir-risposti tagħhom jirrapreżentaw reazzjonijiet minn ‘il fuq minn 1 000 organizzazzjoni. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni bl-Internet uriet livell għoli ta’ qbil tal-persuni interessati ma’ l-istima ta’ l-ostakli u l-konsegwenzi tagħhom u wriet ukoll livell għoli ta’ appoġġ tal-persuni interessati għall-inizjattiva INSPIRE proposta. Iktar minn 90% ta’ min irrisponda irrispondew b’mod pożittiv għal ħafna mill-mistoqsijiet dwar l-eżistenza ta’ ostakli u dwar il-ħtieġa ta’ miżuri li għandhom ikunu żviluppati fil-qafas ta’ INSPIRE. Analiżi estensiva tar-riżultati tal-konsultazzjoni bl-Internet hi disponibbli fuq l-Internet (http://inspire.jrc.it/). 6.2. Seduta pubblika Is-seduta pubblika saret f’Ruma fl-10 ta’ Lulju 2003. L-għan tas-seduta pubblika kien li l-partijiet interessati f’INSPIRE jiġu informati dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni bl-Internet u biex tinkiseb reazzjoni dwar l-abbozz ta’ stima ta’ l-impatt estiża għal INSPIRE. Ir-rapport tas-seduta hu disponibbli fuq l-Internet (http://inspire.jrc.it/). 7. Elementi legali tal-proposta 7.1 Bażi legali L-Artikolu 175(1) tat-Trattat tal-KE hu l-bażi legali xierqa minħabba li d-data spazjali li taqa’ taħt l-iskop tiegħu hi meħtieġa biex tappoġġa l-formolazzjoni, l-implimentazzjoni, il-kontroll u l-evalwazzjoni ta’ politika ambjentali bil-għan li jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali. Barra minn hekk, l-Artikolu 174 jeħtieġ li l-Komunità tieħu in konsiderazzjoni d-data xjentifika u teknika disponibbli. INSPIRE tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ din il-ħtieġa billi tgħin il-Komunità taċċedi u tuża d-data spazjali disponibbli. Xi data spazjali minn din hija meħtieġa wkoll fil-kuntest ta’ politika nazzjonali u Komunitarja oħrajn, bħall-agrikoltura, it-trasport jew il-politika reġjonali. L-għażla ta’ bażi legali hi konsistenti mal-ħtieġa li l-konsiderazzjonijiet ambjentali jkunu integrati ma’ din il-politika l-oħra, bil-għan li jitmexxa ‘l quddiem l-iżvilupp sostenibbli. 7.2 Sussidjarjetà u proporzjonalità Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà hu maħsub sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun possibbli viċin taċ-ċittadin u li jsiru kontrolli kostanti dwar jekk azzjoni fuq livell Ewropew hijiex ġustifikata fid-dawl tal-għażliet disponibbli fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Fenomeni ambjentali bħall-emigrazzjoni ta’ l-ispeċi, ir-riħ u kurrenti ta’ l-ilma jiġru irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali. Barra minn hekk, pressjonijiet u impatti fuq l-ambjent (għargħar, tniġġis ta’ l-arja u ta’ l-ilma, eċċ.) spiss jaqsmu l-fruntieri nazzjonali. Għaldaqstant politika ambjentali teħtieġ it-twaqqif ta’ entitajiet għall-amministrazzjoni ambjentali li jkopru t-territorji ta’ diversi Stati Membri, bħad-distretti tar-river basins stabbiliti taħt id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma[10]. Implimentazzjoni effiċjenti u kontroll ta’ din il-politika jeħtieġu informazzjoni spazjali interoperabbli minn kull naħa tal-fruntieri nazzjonali u l-aċċess effiċjenti u l-użu ta’ din l-informazzjoni mill-persuni interessati ikkonċernati kollha. Id-Direttiva proposta ser tipprovdi dokumentazzjoni ta’ data spazjali u data ta’ kwalità konsistenti mill-Komunità kollha, iktar informazzjoni spazjali mill-Komunità kollha iktar konsistenti, servizzi integrati għall-Komunità kollha, aċċess għal din l-informazzjoni u regoli għall-Komunità kollha dwar l-aċċess, it-tqassim u l-użu ta’ l-informazzjoni. Mingħajr din id-Direttiva, l-Istati Membri jkollhom diffikultajiet kbar biex jagħmlu s-sistemi eżistenti operabbli bejniethom, aċċessibbli u li jistgħu jintużaw minn naħa għal oħra tal-fruntieri. Din kieku twassal għal iktar duplikazzjoni u ġbir ineffiċjenti tad-data, u tfixkel il-formulazzjoni, l-implimentazzjoni, il-kontroll u l-evalwazzjoni ta’ politiki nazzjonali u Komunitarji li jolqtu direttament jew indirettament l-ambjent. Id-Direttiva proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tagħha. Hi maħsuba biex tibni fuq il-varjetà ta’ sistemi ta’ informazzjoni eżistenti diġà stabbiliti fl-Istati Membri u tipprovdi l-qafas komplessiv għalihom biex ikunu jistgħu jaħdmu f’sinerġija bejniethom, u jifformaw parti mill-Infrastruttura għall-Informazzjoni Spazjali fil-Komunità Ewropea. INSPIRE ser jibni wkoll fuq l-organizzazzjonijiet eżistenti diġà involuti fl-użu u l-produzzjoni tad-data spazjali u tipprovdi, sa fejn jikkonċerna kwistjonijiet organizzattivi, il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni kumplessiva meħtieġa biex joperaw fuq livell Ewropew. Fejn jirrigwarda l-armonizzazzjoni, INSPIRE ser jindirizza biss dawk l-aspetti meħtieġa biex tinkiseb konsistenza mal-livelli kollha u bejn is-suġġetti ta’ data spazjali u li tagħmilhom disponibbli biex jappoġġaw il-politika Komunitarja. Per eżempju, INSPIRE ma jeħtieġx li l-Istati Membri jibdlu l-format ta’ l-azjendi ta’ data spazjali tagħhom; minflok, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu interfaces li jittrasformaw data eteroġenja f’mudell uniformi. Il-proposta preżenti tieħu l-forma ta’ Direttiva kwadru sabiex tagħti biżżejjed lok biex l-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet preskritti huma mfasslin għas-sitwazzjonijiet speċifiċi tagħhom. L-implimentazzjoni ta’ regoli ta’ natura teknika u iktar preskrittiva għandhom jiġu addottati permezz tal-kumitat ta’ proċedura. Dawn huma meħtieġa biex jiżguraw il-koerenza komplessiva li teħtieġ l-Infrastruttura għall-Informazzjoni Spazjali fl-Ewropa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politiki Komunitarji ta’ appoġġ. L-użu tal-proċedura tal-kumitat tiżgura wkoll biżżejjed flessibiltà sabiex taddattta l-Infrastruttura għall-Informazzjoni Spazjali fl-Ewropa għall-progress tekniku u għall-prioritajiet ta’ politika emerġenti. Il-proposta tittratta biss dawk l-aspetti li jeħtieġu jkunu regolati fuq livell ta’ UE biex tiżgura li l-għanijiet tat-Trattat tal-KE jintlaħqu. Il-biċċa l-kbira tal-miżuri jippermettu li l-Istati Membri jkomplu joperaw is-sistemi eżistenti tagħhom u l-istruttura organizzattiva, billi dawn jirrikjedu biss dawk il-miżuri meħtieġa biex jagħmlu s-sistemi eżistenti interoperabbli jew li jeliminaw il-barrieri eżistenti. Barra minn hekk, limitazzjonijiet speċifiċi ġew introdotti sabiex ma jitħallewx isiru piżijiet amministrattivi addizzjonali sproporzjonati fuq l-Istati Membri u l-proposta tintroduċi wkoll salvagwardji biex tiżgura li ma tfixkilx l-innovazzjoni, billi tiggarantixxi l-ftuħ għall-parteċipazzjoni tas-settur privat. 7.3 Kif ittieħdu in konsiderazzjoni fil-proposta r-riżultati tal-konsultazzjoni mal-persuni interessati u ta’ l-istima ta’ l-impatt estiża? Ir-riżultati tal-valutazzjoni estiża ta’ l-impatt u l-kummenti li saru mill-partijiet interessati servew bħala l-bażi għar-reviżjoni tal-miżuri stabbiliti fid-dokument tal-konsultazzjoni bl-Internet dwar INSPIRE u l-abbozz ta’ l-istima ta’ l-impatt estiża, li rriżultat fi proposta ibbażata fuq ir-4 għażla ta’ l-istima ta’ l-impatt estiża. Meta mqabbla mal-miżuri stabbiliti fid-dokument tal-konsultazzjoni bl-Internet dwar INSPIRE: - L-iskop tal-proposta ġie mnaqqas, b’risposta għar-riservi dwar kwistjonijiet ta’ baġitbaġit u l-livell ta’ ambizzjoni ta’ INSPIRE. Ir-reviżjoni tal-firxa ta’ l-applikazzjoni tammonta għal tnaqqis ta’ 35% f’termini tan-numru ta’ suġġetti ta’ data spazjali koperti minn INSPIRE. - Il-ħtiġijiet li jirrigwardaw il-ġbir ta’ data spazjali ġdida multi-tematika dwar l-istat ta’ l-ambjent tneħħew. - Il-ħtiġijiet ta’ armonizzazzjoni tnaqqsu għal ċerti settijiet ta’ data spazjali l-iktar ta’ natura tematika, u b’hekk jistgħu jkunu esplojtati iktar is-sinerġiji bejn INSPIRE u l-attivitajiet ta’ armonizzazzjoni eżistenti. - Il-ftuħ ta’ l-infrastruttura għall-Informazzjoni Spazjali fl-Ewropa hi garantita billi tipprovdi lis-settur privat il-possibiltà li japlowdjaw id-data spazjali relevanti u s-servizzi fuq bażi volontarja taħt ċerti kondizzjonijiet. - Ir-relazzjoni bejn INSPIRE u l-GMES ġew iċċarati. - L-organizzazzjoni ta’ l-annessi u d-deskrizzjonijiet tas-suġġetti ta’ data spazjali ġew riveduti. - Ġew introdotti disposizzjonijiet dwar il-kontroll u r-rapportaġġ. Ħafna mill-kummenti huma dwar, madanakollu, l-implimentazzjoni u ser jittieħdu in konsiderazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ INSPIRE. 2004/0175 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi infrastruttura għall-informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità (INSPIRE) Test b’ rilevanza għaż-ŻEE IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu 175(1) tagħha, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,[11] Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,[12] Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,[13] F’ aġir skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 251 tat-Trattat,[14] Billi: (1) Il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent għandha jkollha l-għan li tagħti livell għoli ta’ ħarsien li jqis id-diversità tas-sitwazzjonijiet fir-reġjuni varji tal-Komunità. Fit-tfassil tal-politika ambjentali tagħha, il-Komunità hija meħtieġa li tieħu in konsiderazzjoni d-data xjentifika u teknika disponibbli, il-kundizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni varji tal-Komunità, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Komunità kollha kemm hi u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha. Ħafna temi ta’ informazzjoni konnessi mal-karatteristiċi tat-territorju huma meħtieġa għal medda wiesa’ ta’ politika ambjentali. Minbarra dan, l-istess informazzjoni hija ta’ spiss meħtieġa għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politika Komunitarja oħra, li għandha tintegra l-ħtiġijiet tal-ħarsien ambjentali, skond l-Artikolu 6 tat-Trattat. Sabiex ikun hemm integrazzjoni bħal din, jeħtieġ li tiġi stabbilita miżura ta’ koordinament bejn l-utenti u dawk li jipprovdu s-servizz ta’ l-informazzjoni dwar dawk it-temi sabiex l-informazzjoni u l-għerf mis-setturi varji jista’ jinġabar f’daqqa. (2) Is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali adottat mid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15] jeħtieġ li tingħata l-attenzjoni kollha sabiex jiġi żgurat li t-tfassil ambjentali tal-Komunità iseħħ b’ mod integrat, li jagħti attenzjoni għad-differenzi reġjonali u lokali. Dak il-Programm jeżiġi enfażi fuq l-iżvilupp ta’ inizzjattivi Ewropej li għandhom l-għan li jżidu l-għarfien tal-pubbliku u ta’ l-awtoritajiet lokali u sabiex jittejjeb l-għerf xjentifiku u d-data u l-informazzjoni dwar l-istat ambjentali u l-bixriet tiegħu. Dan jeħtieġ ukoll li jitwwttqu l-azzjonijiet ta’ priorità li ġejjin: evalwazzjoni ex-ante u ex-post tal-miżuri tal-politika, żvilupp ta’ aktar kooperazzjoni bejn l-atturi ambjentali u atturi oħra fl-oqsma ta’ l-informazzjoni, taħriġ, riċerka, edukazzjoni u politika, flimkien ma’ li tiġi żgurata informazzjoni regolari inter alia sabiex il-pubbliku in ġenerali jiġi mgħarraf u sabiex ikun hemm reviżjoni u monitoraġġ regolari ta’ informazzjoni u tas-sistemi ta’ rappurtaġġ. Minbarra dan, jeħtieġ monitoraġġ u ġbir ta’ data li jitwettaq b’ mod effiċjenti fil-leġislazzjoni ambjentali tal-ġejjieni u li jiżdied l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet li jimonitoraw id-dinja u għoddod li jgħinu lill-Istati Membri fit-twaqqif ta’ sistemi adegwati ta’ ġbir ta’ informazzjoni. Jeżistu numru ta’ problemi ta’ serji dwar d-disponibbilità, il-kwalità, l-organizzazzjoni u l-aċċessibilità ta’ l-informazzjoni dwar it-territorju meħtieġa sabiex iseħħu l-għanijiet imfassla fis-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali. (3) Il-problemi dwar id-disponibbilità, il-kwalità, l-organizzazzjoni u l-aċċessibilità ta’ l-informazzjoni dwar it-territorju huma komuni għal numru kbir ta’ temi ta’ politika u informazzjoni u huma esperjenzjati fil-livelli varji ta’ l-awtorità pubblika. Sabiex dawn il-problemi jiġu solvuti, huwa meħtieġ li jkun hemm miżuri li jwasslu għal skambju, qsim, aċċess u użu ta’ data interoperabbli dwar it-territorju u servizzi ta’ data dwar it-territorju fil-livelli varji ta’ l-awtorità pubblika u mis-setturi differenti. Infrastruttura għal informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità għandha għalhekk tiġi stabbilita. (4) L-Infrastruttura għal Informazzjoni dwar it-Territorju fil-Komunità Ewropea, magħrufa wkoll bħala INSPIRE, għandha tkun ibbażata fuq l-infrastrutturi għal informazzjoni dwar it-territorju li huma maħluqa mill-Istati Membri u li huma kompatibbli mar-regoli komuni u li huma supplimentati b’ miżuri fuq livell Komunitarju. Sa hawn, il-miżuri għandhom jiżguraw li l-infrastrutturi għall-informazzjoni dwar it-territorju maħluqa mill-Istati Membri jkunu kompatibbli u li jistgħu jintużaw f’ kuntest ta’ trans-fruntiera. (5) L-infrastrutturi għal informazzjoni dwar it-territorju fl-Istati Membri għandhom jitfasslu b’ mod li jiżguraw li d-data dwar it-territorju tkun maħżuna, tkun disponibbli u tinżamm fl-aktar livell xieraq; li jkun possibbli li d-data dwar it-territorju tkun tista’ tinġabar mill-għejun differenti mill-Komunità b’ mod konsistenti u tiġi użata mill-utenti applikazzjonijiet varji; li jkun possibbli li d-data dwar it-territorju tinġabar fuq livell wieħed ta’ awtorità pubblika tkun użata mil-livelli kollha ta’ awtoritajiet pubbliċi; li d-data dwar it-territorju tkun disponibbli taħt kundizzjonijiet li ma jirrestrinġux l-użu estensiv tagħha; li jkun faċli li tinstab ta’ data dwar it-territorju disponibbli, sabiex jiġi evalwat jekk hiex xierqa għall-għan u sabiex ikunu magħrufa l-kundizzjonijiet applikabbli għall-użu tagħhom. (6) Hemm ammont ta’ elementi komuni bejn l-informazzjoni dwar it-territorju koperta minn din id-Direttiva u l-informazzjoni li toħroġ mid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali[16]. Madankollu, l-aspetti tekniċi u ekonomiċi ta’ l-informazzjoni dwar it-territorju ixekklu l-użu tagħha għall-appoġġ tal-politika ambjentali u għall-integrazzjoni ta’ fatturi ambjentali li għandhom jiġu kkunsidrati f’ politika oħra. Konsegwentement, huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri speċifiċi għal informazzjoni dwar it-territorju kif meħtieġ mill-obbligi, l-eċċezzjonijiet u s-salvagwardji. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE ħlief għal dak li jirrigwarda ċerti dipożizzjoniijet li jitrattaw il-bażi li fuqha jiġi limitat l-aċċess għal data dwar it-territorju kopert minn din id-Direttiva, li b’hekk jevita l-possibilità ta’ limitazzjonijiet mhux xierqa ta’ data dwar it-territorju li jaqgħu taħt din id-Direttiva. (7) Din id-Direttiva m’ għandhiex tippreġudika lid-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku,[17] liema għanijiet huma komplimentarji għal dawk ta’ din id-Direttiva. Madankollu, l-Kummissjoni għandha tieħu passi ulterjuri sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet rilevanti għall-użu mill-ġdid tal-kategorija speċifika ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku li taqa’ taħt din id-Direttiva. (8) It-twaqqif ta’ Infrastruttura għal Informazzjoni dwar it-Territorju fil-Komunità Ewropea tirrapreżenta valur miżjud sinifikanti għal – u jibbenefikaw ukoll minn – inizjattivi oħra Komunitarji bħalma huma r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 tal-21 ta’ Mejju 2002 li jistabbilixxi l-impriża konġunta Galileo[18] u l-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES): li jistabbilixxi kapaċità GMES sal-2008.[19] Sabiex jiġu sfrutatti s-sinerġiji bejn dawn l-inizjattivi, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-użu ta’ data u servizzi li jirriżultaw mill-Galileo u mill-GMES meta jsiru disponibbli, b’ mod partikolari dawk marbuta mar-referenzi taż-żmien u ta’ l-ispażju mill-Galileo. (9) Ħafna inizjattivi huma meħuda fuq livell nazzjonali u Komunitarju sabiex jinġabar, jiġi armoniżżat jew jiġi organiżżat it-tixrid jew l-użu ta’ informazzjoni dwar it-territorju. Dawn l-inizzjattivi jistgħu jiġu stabbiliti mill-Leġislazzjoni Komunitarja (per eżempju mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/479/KE tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta’ reġistru Ewropew ta’ emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu (EPER) skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC)[20], ir-Regolament (KE) Nru 2152/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-monitoraġġ tal-foresti u ta’ l-interazzjonijiet ambjentali fil-Komunità (Forest focus)[21], fil-qafas ta’ programmi li jirċievu fondi mill-Komunità (per eżempju CORINE land cover, Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni tal-Politika tat-Trasport) jew tista’ toħroġ minn inizjattivi meħuda fuq livell nazzjonali jew reġjonali. Din id-Direttiva mhux biss tikkomplimenta tali inizjattivi billi tipprovdi qafas li jagħmilha possibbli għalihom li jkunu interoperabbli, iżda tibni ukoll fuq esperjenza eżistenti u inizjattivi aktar milli tirdoppja x-xogħol li diġà sar. (10) Din id-Direttiva għandha tapplika għal data dwar it-territorju miżmuma minn jew f’isem awtoritajiet pubbliċi u għall-użu ta’ data dwar it-territorju minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi tagħhom. Għandha tapplika, madankollu soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, ukoll għal data dwar it-territorju miżmuma minn persuni naturali jew legali li m’humiex awtoritajiet pubbliċi, jekk dawn il-persuni natural jew legali ikunu jeħtieġu dan. (11) Din id-Direttiva m’għandhiex tqiegħed ħtiġijiet għal ġbir ta’ data ġdida dwar l-istat ta’ l-ambjent, jew għar-rappurtaġġ ta’ tali informazzjoni lill-Kummissjoni, peress li dawk l-affarijiet huma regolati minn leġislazzjoni oħra konnessa ma’ l-ambjent. (12) L-implimentazzjoni ta’ l-infrastrutturi nazzjonali għandhom ikunu progressivi u t-temi ta’ data dwar it-territorju li jaqaw taħt din id-Direttiva għandhom jingħataw livelli differenti ta’ priorità skond il-każ. L-implimentazzjoni għandha tqis il-livell ta’ ħtieġa ta’ data dwar it-territorju għal medda wiesa’ ta’ applikazzjonijiet f’ ħafna oqsma ta’ politika, tal-priorità ta’ azzjonijiet regolati mill-Politika Komunitarja li jeħtieġu data armonizzata dwar it-territorju u tal-progress li diġà sar mill-isforzi armonizzati li saru mill-Istati Membri. (13) It-telf ta’ ħin u ta’ riżorsi fit-tiftixa għal data eżistenti dwar it-territorju jew fit-tiftixa dwar jekk tistax tintuża għal għan partikolari huwa ostaklu ewlieni għall-isfruttament sħiħa tad-data disponibbli. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu deskrizzjoni ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi fil-forma ta’ metadata li hija disponibbli. (14) Peress li d-diversità wiesa’ ta’ forom u strutturi li fihom hija organizzata u aċċessata d-data dwar it-territorju fil-Komunità ixekkel il-formulazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni effiċjenti tal-leġislazzjoni Komunitarja li direttament jew indirettament taffettwa l-ambjent, għandhom jiġu pprovduti miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex jiffaċilitaw l-użu ta’ data dwar it-territorju minn għejun differenti fl-Istati Membri. Dawk il-miżuri għandhom jitfasslu sabiex il-gruppi ta’ data dwar it-territorju jkunu interoperabbli u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull data jew informazzjoni meħtieġa għall-finijet li tintlaħaq l-interoperabilità ma jkunu bl-ebda mod ristretti. (15) Servizzi ta’ netwerk huma meħtieġa għall-użu komuni ta’ data dwar it-territorju mill-livelli varji ta’ awtoritajiet pubbliċi fil-Komunità. Dawk is-servizzi ta’ netwerk għandhom jagħmluha possibbli li tinstab u li tiġi ttrasformata, ivviżwalizzata u mniżżla data dwar it-territorju u sabiex tiġi wżata data dwar it-territorju u servizzi ta’ e-kummerċ. Is-servizzi tan-netwerk għandhom jaħdmu skond is-speċifikazzjonijiet miftehma bejn kullħadd u mal-kriterji minimi ta’ l-operat sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità ta’ l-infrastrutturi stabbiliti mill-Istati Membri. In-netwerk ta’ servizzi għandu jinkludi wkoll servizzi ta’ upload sabiex ikun possibbli għal awtoritajiet pubbliċi sabiex jagħmlu disponibbli l-gruppi ta’ data dwar it-territorju u s-servizzi tagħhom. (16) L-esperjenza fl-Istati Membri wriet li huwa importanti, għall-implimentazzjoni b’ suċċess ta’ infrastruttura għal informazzjoni dwar it-territorju, li jkun disponibbli numru minimu ta’ servizzi b’ xejn għall-pubbliku. Għalhekk Stati Membri għandhom jagħmlu disponibbli, bħala minimu u b’ xejn, is-servizzi li jkunu jistgħu jiġu skoperti u għall-viżwalizzazzjoni ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju. (17) Ċerti gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi rilevanti għal politika Komunitarja li direttament jew indirettament taffetwa l-ambjent huma miżmuma u mħaddma minn partijiet terzi. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom joffru lill-partijiet terzi l-possibilità li jikkontribwixxu lill-infrastrutturi nazzjonali, jekk il-koeżjoni u l-faċilità ta’ l-użu ta’ data dwar it-territorju u s-servizzi ta’ data dwar it-territorju li jaqqgħu taħt dawk l-infrastrutturi mhumiex imxekkla minħabba f’ hekk. (18) Sabiex titħaffef l-integrazzjoni ta’ l-infrastrutturi nazzjonali fl-infrastruttura għall- informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess lill-infrastrutturi tagħhom permezz ta’ ġeo-portal Komunitarju mħaddem mill-Kummissjoni, kif ukoll permezz ta’ punti ta’ aċċess li huma jiddeċiedu li jħaddmu. (19) Sabiex tkun disponibbli l-informazzjoni mil-livelli varji ta’ l-awtorità pubblika, l-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli li l-awtoritajiet pubbliċi jħabbtu wiċċhom magħhom fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali meta jwettqu l-ħidmiet pubbliċi tagħhom li jistgħu jkollhom impatt dirett jew indirett fuq l-ambjent. Dawn l-ostakli għandhom jitneħħew fil-punt fejn l-informazzjoni tkun ser tintuża għal ħidma pubbliku. Meta awtoritajiet pubbliċi iwettqu attivitajiet kummerċjali kif ukoll ħidma pubblika, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jevitaw li jkun hemm xkiel għall-kompetizzjoni. (20) Numru ta’ oqsfa għall-użu komuni ta’ data dwar it-territorju bejn awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu newtrali mhux biss għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-awtoritajiet pubbliċi fi Stat Membru, iżda wkoll ta’ l-awtoritajiet pubbliċi fi Stati Membri oħra u ta’ l-Istituzzjonijiet Komunitarji. Peress li l-Istituzzjonijiet Komunitarji u l-korpi tagħha frekwentement jeħtieġu l-integrazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-territorju mill-Istati Membri kollha, għandhom ikollhom il-possibiltà li jkollhom aċċess għal u sabiex jużaw data dwar it-territorju u servizzi ta’ data dwar it-territorju skond kundizzjonijiet armonizzati. (21) Bil-għan li jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ valur miżjud minn partijiet terzi, għall-benefiċċju kemm ta’ l-awtoritajiet pubbliċi u tal-pubbliku, huwa neċessarju li jiġi faċilitat l-aċċess għal u l-użu mill-ġdid ta’ data dwar it-territorju li jestendi fuq il- konfini amministrattivi jew nazzjonali. (22) L-implimentazzjoni effettiva ta’ infrastrutturi għal informazzjoni dwar it-territorju teħtieġ koordinament minn dawk kollha b’ interess fit-twaqqif ta’ tali infrastrutturi, kemm bħala kontributuri u kemm bħala utenti. Għalhekk għandhom ikunu introdotti strutturi xierqa ta’ koordinament kemm fl-Istati Membru u fuq livell Komunitarju. (23) Sabiex jibbenefikaw minn esperjenza rilevanti ta’ Korpi ta’ Standardizzar Ewropej, huwa xieraq li l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ikunu jistgħu jiġu appoġġjati minn standards adottati mill-Korpi ta’ Standardizzar Ewropej skond il-proċedura li tinsab fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tipprovdi għal proċedura għall-għotja ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards tekniċi u tar-regolamenti[22]. (24) Peress li l-Aġenzija Ambjentali Ewropea li twaqqfet mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 dwar it-twaqqif ta’ l-Aġenzija Ambjentali Ewropea u tan-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni Ambjentali u ta’ Osservazzjoni[23] għandha r-rwol li tipprovdi lill-Komunità b’ informazzjoni ambjentali li hija oġġettiva, li wieħed jista’ joqgħod fuqha u għal użu ta’ qbil fuq livell Komunitarju, u għandha l-mira inter alia li ttejjeb l-influss ta’ informazzjoni rilevanti għall-politika ambjentali bejn l-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet Komunitarji; għandha tikkontribwixxi attivament għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. (25) Peress li din hija Direttiva ta’ qafas, l-implimentazzjoni tagħha teħtieġ deċiżjonijiet ulterjuri li jqisu l-kuntest politiku, istituzzjonali u organiżattiv li dejjem qed jevolvi u l-progress teknoloġiku mgħaġġel marbut ma’ sistemi ta’ data dwar it-territorju u servizzi. Għalhekk il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jipprovdi għal proċeduri għall-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[24]. (26) Xogħol ta’ tħejjija għal deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għall-evoluzzjoni futura ta’ l-infrastruttura għall-informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità jeħtieġ monitoraġġ kontinwu ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva u rappurtaġġ regolari. (27) L-għan ta’ din id-Direttiva, li primarjament hija li tiġi stabbilita infrastruttura għal informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità, ma jistax jinkiseb mill-istati Membri minħabba l-aspetti trans-nazzjonali u minħabba l-ħtieġa ġenerali fil-Komunità sabiex jiġu koordinati l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal informazzjoni dwar it-territorju. Għalhekk dan jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, u l-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif jirriżulta mill-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif jirriżulta minn dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Kapitolu IDisposizzjonijiet Ġenerali Artikolu 1 1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli ġenerali għat-twaqqif ta’ infrastruttura għal informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità, għall-għanijiet tal-politika ambjentali tal-Komunità u politika jew attivitajiet li jistgħu jkollhom impatt dirett jew indirett fuq l-ambjent. 2. L-infrastruttura għal informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità għandha tissejjes fuq infrastrutturi għall-informazzjoni dwar it-territorju mwaqqfa u mħaddma mill-Istati Membri. L-elementi komponenti ta’ dawk l-infrastrutturi għandhom jinkludu metadata, gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi ta’ data dwar it-territorju; servizzi ta’ netwerk u teknoloġiji; ftehim dwar sharing, aċċess u użu; u mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u monitoraġġ, proċessi u proċeduri. Artikolu 2 1. Din id-Direttiva għandha tkopri kollezzjonijiet identifikabbli ta’ data dwar it-territorju, aktar ‘il quddiem “gruppi ta’ data dwar it-territorju”, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) għandhom x’jaqsmu ma’ żona fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru jew maż-żona ekonomika esklussiva tiegħu /reġjun ta’ tfittxija u salvataġġ, jew ekwivalenti; (b) huma f'format elettroniku; (ċ) huma fil-pussess ta’ xi wieħed milli ġejjin: (i) awtorità pubblika, ġew prodotti minn jew waslu mingħand awtorità pubblika, jew immexxija jew aġġornati minn dik l-awtorità; (ii) persuna naturali jew ġuridika f’isem awtorità pubblika; (iii) terza parti għal min servizzi ta’ upload kienu disponnibbli skond l-Artikolu 17(3); (d) għandhom x’jaqsmu ma’ waħda jew iżjed mit-temi mniżżla fl-Annessi I, II jew III. 2. Din id-Direttiva għandha tkopri, minbarra l-gruppi ta’ data dwar it-territorju mniżżla fil-paragrafu 1, l-operazzjonijiet li jistgħu jsiru, billi tiġi invokata applikazzjoni tal-kompjuter, fuq id-data dwar it-territorju li tinsab f’dawk il-gruppi ta’ data jew fuq il-metadata relatata, aktar ‘il quddiem “servizzi ta’ data dwar territorju”. 3. F’każ ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju li jikkonformaw mal-kondizzjoni mniżżla fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1, imma dwar liema terza parti għandha drittijiet ta’ propjetà intellettwali, l-awtorità pubblika tista tieħu azzjoni taħt din id-Direttiva biss bil-kunsens ta’ dik it-terza parti. 4. Annessi I, II u III jistgħu jiġu adattati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) biex jittieħdu in konsiderazzjoni l-ħtiġijiet li jevolvu għal data dwar it-territorju b’appoġġ għall-politika tal-Komunità li direttament jew indirettament taffettwa l-ambjent. Artikolu 3 1. Din id-Direttiva hi bla ħsara għad-Direttiva 2003/4/KE, sakemm mhux meħtieġ xort’oħra, minbarra fejn ipprovdut mod ieħor. 2. Din id-Direttiva hi bla ħsara għad-Direttiva 2003/98/KE. Artikolu 4 F’każ ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju għand jew f’isem awtorità pubblika skond l-Artikolu 2(1)(ċ), fejn dik l-awtorità opera fl-inqas livell ta’gvern fi Stat Membru, din id-Direttiva għandha tapplika biss għal gruppi ta’ data dwar it-territorju li l-gbir jew it-tixrid tagħhom hu kkoordinat minn awtorità pubblika oħra jew hi meħtieġa mil-liġi nazzjonali. Artikolu 5 Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala awtorità pubblika għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: (a) gvern jew amministrazzjoni pubblika oħra, inklużi korpi konsultattivi pubbliċi, fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali; (b) kull persuna naturali jew ġuridika li qed twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi taħt il-liġi nazzjonali, inkluż doveri speċifiċi, attivitajiet jew servizzi relatati ma’ l-ambjent; (c) kull persuna naturali jew ġuridika li għandha responsabilitajiet jew funzjonjiet pubbliċi, jew li tipprovdi servizzi pubbliċi, taħt il-kontroll ta’ korp jew persuna li jaqgħu taħt (a) jew (b). L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li meta korpi jew istituzzjonijiet qed jaġixxu f’kapaċità ġudizzjali jew leġislattiva, m’għadhomx jitqiesu bħala awtoritajiet pubbliċi għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Artikolu 6 Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw: (1) “data dwar it-territorju” tfisser kull data b’referenza diretta jew indiretta għal lokazzjoni speċifika jew żona ġeografika; (2) “oġġett dwar it-territorju” tfisser rappreżentazzjoni astratta ta' entità tad-dinja reali li għandha x’taqsam ma’ lokazzjoni speċifika jew żona ġeografika; (3) “metadata” tfisser informazzjoni li tiddeskrivi gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi ta’ data dwar it-territorju u li tagħmel possibbli li tiskoprihom, toħloqhom u tużahom; (4) “terza parti” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li mhix awtorità pubblika. Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom iwaqqfu u joperaw infrastrutturi għall-informazzjoni dwar it-territorju skond din id-Direttiva. Kapitolu IIMetadata Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinħoloq metadata għal gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi, u li dik il-metadata tinżamm aġġornata. 2. Il-metadata għandha tinkludi informazzjoni fuq dawn: (a) il-konformità ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju mar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl- Artikolu 11(1); (b) id-drittijiet ta’ użu ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi; (c) il-kwalità u l-validità ta’ data dwar it-territorju; (d) l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għat-twaqqif, it-tmexxija, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi ta’ data dwar it-territorju; (e) il-gruppi ta’ data dwar it-territorju għal liema aċċess pubbliku huwa limitat skond l-Artikolu 19 u r-raġunijiet għal dik il-limitazzjoni. 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-metadata hija sħiħa u ta’ kwalità għolja. Artikolu 9 L-Istati Membri għandhom joħolqu l-metadata msemmija fl-Artikolu skond il-kalendarju li ġej: (a) sa [3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] f’każ ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju li jikkorrispondu ma’ waħda jew iżjed mit-temi mniżżla fl-Annessi I u II; (b) sa [6 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] f’każ ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju li jikkorrispondu ma’ waħda jew iżjed mit-temi mniżżla fl-Anness III. Artikolu 10 Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2), tadotta regoli għall-implimentazzjoni ta’ l -Artikolu 8. Kapitolu IIIInteroperabilità ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi Artikolu 11 1. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2), tadotta regoli ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dan li ġej: (a) speċifikazzjonijiet armonizzati ta' data dwar it-territorju; (b) arranġamenti għat-tpartit ta’ data dwar it-territorju. 2. Persuni b’interess fid-data dwar it-territorju kkonċernati minħabba r-rwol tagħhom fl-infrastruttura ta’ l-informazzjoni dwar it-territorju li tinkludi utent, produttur, provider ta’ servizz b’valur miżjud, jew korp li jikkoordina għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem fit-tħejjijiet tar-regoli ta’ implimentazzjoni mniżżla fil- paragrafu 1. Artikolu 12 1. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni li għalihom hemm ipprovdut fl-Artikolu 11(1)(a) għandhom jitfasslu b’mod li jiżguraw li huwa possibbli għal gruppi ta’ data dwar it-territorju li jiġu magħquda, jew għas-servizzi biex jinteraġixxu, b’tali mod li r-riżultat huwa tagħqida koerenti ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi li jirrappreżentaw valur miżjud, mingħajr il-ħtieġa ta’ sforzi speċifiċi min-naħa ta’ operatur uman jew magna. 2. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni mniżżla fl-Artikolu 11(1)(a) għandhom ikopru t-tifsir u l-klassifikazzjoni ta’ oġġetti dwar it-territorju relevanti għal data dwar it-territorju u l-mod kif dik id-data dwar it-territorju hija ġeo-referenzjata. Artikolu 13 1. F’każ ta' gruppi ta’ data dwar it-territorju li jikkorrispondu ma’ waħda jew iktar mit-temi mniżżla fl-Anness I jew II, ir-regoli ta’ implimentazzjoni mniżżla fl-Artikolu 11(1)(a) għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4. 2. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jindirizzaw l-aspetti li ġejjin ta’ data dwar it-territorju: (a) sistema komuni ta’ identifikaturiuniċi għal oġġetti dwar it-territorju; (b) ir-relazzjoni bejn oġġetti dwar it-territorju; (c) l-attributi ewlenin u t-teżawri multilingwi korrispondenti meħtieġa għal firxa wiesgħa ta’ politika tematika; (d) il-mod kif għandha titpartat l-informazzjoni dwar id-dimensjoni temporali tad-data; (e) il-mod kif aġġornament ta' data għandhom jitpartu. 3. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jitfasslu b’mod li jiżguraw konsistenza bejn l-oġġetti ta’ informazzjoni li jirreferu għall-istess lokazzjoni jew bejn oġġetti ta’ informazzjoni li jirreferu għall-istess oġġett rappreżentat fi skali differenti. 4. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jitfasslu b’mod li jiżguraw li informazzjoni derivata minn gruppi differenti ta’ data dwar it-territorju hija komparabbli fir-rigward ta’ l-aspetti msemmija fl-Artikolu 12(2) u fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 14 Ir-regoli ta’ implimentazzjoni mniżżla fl-Artikolu 11(1)(a) għandhom jiġu adottati skond il-kalendarju li ġej: (a) sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] f’każ ta’ gruppi ta' data dwar it-territorju li jikkorrispondu ma’ waħda jew iżjed mit-temi mniżżla fl-Anness I; (b) sa [5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] f’każ ta’ gruppi ta' data dwar it-territorju li jikkorrispondu ma’ waħda jew iżjed mit-temi mniżżla fl- Anness II jew III. Artikolu 15 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gruppi ta’ data dwar it-territorju miġbura jew aġġornati iżjed tard minn sentejn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti mniżżla fl-Artikolu 11(1)(a) jinġiebu f’konformità ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet, jew bl-adattament ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju jew bit-trasformazzjoni tagħhom. Artikolu 16 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull informazzjoni jew data meħtieġa għal konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni mniżżla fl-Artikolu 11(1) tkun disponibbli lill-awtoritajiet pubbliċi jew terzi skond kondizzjonijiet li ma jirristrinġux l-użu tagħhom għal dak il-għan. 2. Sabiex ikun żgurat li data dwar it-territorju relata ma’ karatteristika dwar it-territorju li l-lokazzjoni tagħha hija mifruxa bejn żewġ Stati Membri tkun koerenti, l-Istati Membri għandhom, fejn hu xieraq, jiddeċiedu b’kunsens reċiproku dwar id-deskrizzjoni u l-pożizzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi komuni. Kapitolu IVServizzi ta’ netwerk Artikolu 17 1. L-Istati Membri għandhom iwaqqfu u jħaddmu servizzi ta’ upload biex jagħmlu metadata u gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi aċċessibbli permezz tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 18(1). 2. Is-servizzi ta’ upload msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli lill-awtoritajiet pubbliċi. 3. Is-servizzi ta’ upload msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disponnibli lil terzi partijiet meta jitolbu għalihom, bil-kundizzjoni li l-gruppi ta’ data dwar it-territorju u s-servizzi tagħhom jikkonformaw mar-regoli ta’ implimentazzjoni li jistipulaw obbligi dwar, b’mod partikolari, metadata, servizzi ta’ netwerku interoperabilità. Artikolu 18 1. L-Istati Membri għandhom iwaqqfu u jħaddmu n-netwerk tas-servizzi li ġejjin għal gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi li għalihom inħolqot metadata skond din id-Direttiva: (a) servizzi ta’ sejba li jagħmluha possibbli li tfittex gruppi ta' data dwar it-territorju u servizzi ta' data dwar it-territorju abbażi tal-kontenut tal-metadata korrispondenti u li juru l-kontentu tal-metadata; (b) servizzi ta’ viżjoni li jagħmluha possibbli, bħala minimu, li jintwerew, jiġu nnavvigati, isir zooming ‘il barra u ‘l ġewwa u panning, jew inkella overlay gruppi ta’ data dwar it-territorju u li juru spjega ta’ l-informazzjoni u kull kontenut relevanti tal-metadata; (c) servizzi ta’ download, li jippermettu t-tniżżil ta’ kopji ta’ gruppi kompleti ta’ data dwar it-territorju, jew partijiet minn dawn il-gruppi; (d) servizzi ta’ trasformazzjoni,li jippermettu ligruppi ta' data dwar it-territorju jiġu trasformati; (e) servizzi għall-‘invokazzjoni ta’ servizzi ta’ data dwar it-territorju", li jippermettu servizzi ta’ data. Dawk is-servizzi għandhom ikunu faċli biex jintużaw u aċċessibbli via l-Internet jew xi mezz ieħor xieraq ta’ telekomunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku. 2. Għall-għanijiet tas-servizzi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, bħala minimu t-tagħqida li ġejja ta’ kriterji tat-tiftix għandha tiġi implimentata: (a) kliem ewlieni; (b) klassifikazzjoni ta’ data dwar it-territorju u servizzi; (c) kwalità u preċiżjoni ta’ data dwar it-territorju; (d) livell ta’ konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati li għalihom hemm ipprovdut f’Artikolu 11; (e) lokazzjoni ġeografika; (f) kondizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess u l-użu ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi; (g) l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għat-twaqqif, it-tmexxija, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ gruppi ta' data dwar it-territorju u servizzi. 3. Is-servizzi ta’ trasformazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom jingħaqdu mas-servizzi l-oħra msemmija f’dak il-paragrafu b’tali mod li jippermetti li dawk is-servizzi kollha jkunu mħaddma f’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni mniżżla fl-Artikolu 11. Artikolu 19 1. B’mod ta’ deroga mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE u l-Artikolu 18(1) ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-aċċess pubbliku għas-servizzi msemmija fil-punti (b) sa (e) ta’ l-Artikolu 18(1), jew għas-servizzi e-kummerċ msemmija fl-Artikolu 20(2), fejn tali aċċess ser jaffettwa negattivament xi wieħed milli ġejjin: (a) il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti ta’ l-awtoritajiet pubbliċi, fejn tali kunfidenzjalità hija stipulata mill-liġi; (b) relazzjonijiet internazzjonali, sigurtà pubblika jew difiża nazzjonali; (c) il-kors tal-ġustizzja, il-kapaċità ta’ kull persuna li jkollha proċess ġust fil-qorti jew il-kapaċità ta’ awtorità pubblika li tmexxi inkjesta ta’ natura kriminali jew dixxipplinari; (d) il-konfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali jew industrijali fejn tali konfidenzjalità hi stipulata mill-liġi nazzjonali jew tal-Komunità biex jitħares interess ekonomiku leġittimu, inkluż l-interess pubbliku biex tinżamm kunfidenzjalità ta' l-istatistika u s-segretezza tat-taxxa; (e) il-konfidenzjalità ta’ data personali u/jew fajls relatati ma’ persuna naturali fejn dik il-persuna ma tatx il-kunsens tagħha għall-kxif ta' l-informazzjoni lill-pubbliku, fejn tali konfidenzzjalità hi stipulata mill-liġi nazzjonali jew tal-Komunità; (f) il-protezzjoni ta’ l-ambjent li għalih tirrelata din l-informazzjoni, bħall-lokazzjoni ta’ speċi rari. 2. Ir-raġunijiet biex jiġi limitat l-aċċess, kif stipulat fil-paragrafu 1, għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv, billi jittieħed in konsiderazzjoni għall-każ partikolari l-interess pubbliku moqdi billi jiġi pprovdut dan l-aċċess. F’kull każ partikolari, l-interess pubbliku moqdi bis-saħħa tal-kxif għandu jintiżen kontra l-interess moqdi billi jiġi limitat jew ikkondizzjonat l-aċċess. L-Istati Membri ma jistgħux, bis-saħħa tal-paragrafi 2(a), (d), (e) u (f), jillimitaw aċċess għal informazzjoni dwar emissjonijiet fl-ambjent. Artikolu 20 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi msemmija fl-Artikoli 18(1)(a) u (b) huma disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas. 2. Fejn l-awtoritajiet pubbliċi jiġbru ħlas għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 18(1)(ċ) jew (e), Stati Membri għandhom jiżguraw li servizzi e-kummerċ huma disponibbli. Artikolu 21 1. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf u tħaddem ġeoportal Komunitarju 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu aċċess għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 18(1) permezz tal-ġeoportal Komunitarju. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu aċċess għal dawk is-servizzi mill-punti ta’ aċċess tagħhom stess. Artikolu 22 Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2), tadotta regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu , u għandha b’mod partikolari tistipula dan li ġej: (a) speċifikazzjonijiet tekniċi għas-servizzi msemmija fl-Artikoli 17(1), 18(1) u 20(2) u, billi tqis il-progress teknoloġiku, kriterji ta’ rendiment minimu għal dawk is-servizzi; (b) l-obbligi msemmija fl-Artikolu 17(3). Kapitolu VTqassim ta’ informazzjoni u l-użu mill-ġdid tagħha Artikolu 23 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri għat-tqassim ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi bejn l-awtoritajiet pubbliċi. Dawk il-miżuri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ l-Istati Membri, u lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, li jkollhom aċċess għall-gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi, u li jpartu u jużaw dawn il-gruppi u servizzi, għall-ħidmiet pubbliċi li jistgħu jkollhom impatt dirett jew indirett fuq l-ambjent. Il-miżuri li hemm ipprovdut għalihom fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprekludu, fil-punt ta’ l-użu, kull restrizzjoni, b’mod partikolari ta’ natura ta’ transazzjoni, ta’ proċedura, legali, instituzzjonali u finanzjarja. 2. Il-possibbiltà li titqassam data dwar it-territorju, kif hemm ipprovdut għaliha fil-paragrafu 1, se tkun miftuħa għall-korpi stabbiliti mill-ftehim internazzjonali li l-Komunità jew l-Istati Membri jiffurmaw parti minnu, għat-twettiq ta’ ħidmiet li jistgħu jkollhom impatt dirett jew indirett fuq l-ambjent. 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jilqgħu għal distorsjoni tal- kompetizzjoni f’każijiet fejn l-awtoritajiet pubbliċi jwettqu wkoll attivitajiet kummerċjali li m’għandhomx x’jaqsmu mat-twettiq tal-ħidmiet pubbliċi tagħhom, u għandhom jagħmlu dawn il-miżuri pubbliċi. 4. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom ikollhom aċċess għall-gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi oħra li hemm ipprovdut għalihom fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2), tadotta regoli ta' implimentazzjoni li jieħdu ħsieb aċċess bħal dan u d-drittijiet relatati ta' l-użu. Artikolu 24 Il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2), tadotta regoli ta’ implimentazzjoni biex iżżid il-potenzjal li jintużaw mill-ġdid il-gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi minn partijiet terzi. Dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni jistgħu jinkludu l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet komuni għal-liċenżji. Kapitolu VIKoordinazzjoni u miżuri komplimentari Artikolu 25 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strutturi u mekkaniżmi xierqa biex jiġu kkoordinati l-kontribuzzjonijiet ta’ dawk kollha li għandhom interess fl-infrastruttura tagħhom għall-informazzjoni dwar it-territorju, bħal per eżempju utenti, dawk li jipproduċu, dawk li jipprovdu servizzi b’valur miżjud u l-korpi li jikkoordinaw. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jinkludu identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ l-utenti, provvedimenti għall-informazzjoni dwar il-prassi preżenti u provvedimenti għar-rispons ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Artikolu 26 1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-informazzjoni dwar it-territorju fil-Komunità fuq livell komunitarju u għandha tiġi megħjuna għal dan l-iskop mill-Aġenzija Ewropea ta’ l-Ambjent. 2. Kull Stat Membru għandhu jinnomina l-awtorità pubblika li għandha tkun responsabbli mill-kuntatti mal-Kummissjoni relatati ma’ din id-Direttiva. Artikolu 27 L-istandards adottati mill-korpi ta’ l-istandardizzazzjoni Ewropej bi qbil mal-proċedura stipulata fid-Direttiva 98/34/KE jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva Kapitolu VIIDispożizzjonijiet finali Artikolu 28 1. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u l-użu ta’ l-infrastruttura tagħhom għall-informazzjoni dwar it-territorju. 2. Il-monitoraġġ li hemm ipprovdut għalih fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq bi qbil mar-regoli ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2). 3. L-informazzjoni li tirriżulta mill-monitoraġġ li hemm ipprovdut għalih fil-paragrafu 1 għandu jsir aċċessibbli lill-Kummissjoni fuq bażi permanenti. Artikolu 29 1. L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u dwar l-esperjenza miksuba waqt l-applikazzjoni tagħha. Ir-rapport għandu jinkludi : (a) deskrizzjoni ta’ kif huma kkordinati dawk li jipprovdu fis-settur pubbliku u l-utenti ta’ gruppi ta’ data dwar it-territorju u servizzi u korpi intermedjarji, u tar-relazzjoni ma’ partijiet terzi u u ta’ l-organizzazzjoni ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità; (b) deskrizzjoni tal-kontribuzzjoni magħmula mill-awtoritajiet pubbliċi u partijiet terzi għall-funzjonament u l-koordinament ta’ l-infrastruttura għall-informazzjoni dwar it-territorju; (c) sommarju tad-disponibbiltà u l-kwalità tal-gruppi ta’ data dwar it-territorju u d-disponibbiltà u l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta’ data dwar it-territorju; (d) sommarju ta’ informazzjoni dwar l-użu ta’ l-infrastruttura għall-informazzjoni dwar it-territorju; (e) deskrizzjoni ta’ ftehim ta’ tqassim bejn l-awtoritajiet pubbliċi; (f) sommarju ta’ l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. 2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat lill-Kummissjoni kull tliet snin, minn [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. 3. Il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2), tadotta regoli għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1. Artikolu 30 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat. 2. Fejn referenza hi magħmula għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’osservanza għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-medda ta’ żmien stipulata fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tiġi stabbilita għal tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandhu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Artikolu 31 Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [7 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ] u kull sitt snin wara dan rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva Ejn hemm bżonn, ir-rapport għandu jiġi ppreżentat flimkien ma’ proposti għall-azzjoni komunitarja. A rtikolu 32 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iżjed tard minn [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u b’lista ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu ppreżentati flimkien ma’ referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha tiġi magħmula. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 33 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħi fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 34 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsilll Il-President Il-President ANNESS I Temi ta’ DATA DWAR IT-TERRITORJU LI HEMM REFERENZA GħALIHOM FL-ARTIKOLI 9(A), 13(1) U 14(A) 1. Sistemi ta’ referenza kkoordinati Sistemi għall-informazzjoni ta’ referenza ta’ informazzjoni dwar it-territorju fit-territorju unikament bħala grupp ta’ koordinati (x,y,z) u/jew latitudni u lonġitudni u għoli bbażati fuq data ġeodetika orizzontali u vertikali 2. Sistemi ta’ griljiġeografiċi Sistema ta’ grilja multi-risoluzzjoni armonizzata b’punt ta’ oriġini komuni u lokazzjoni u daqs taċ-ċelluli tal-grilja standardizzati. 3. Ismijiet ġeografiċi Ismijiet ta’ żoni, reġjuni, lokalitajiet, bliet, subborgi jew inħawi abitati oħra, jew kull fattur ġeografiku jew topografiku ta’ interess pubbliku jew storiku. 4. Unitajiet amministrattivi Territorju nazzjonali maqsum f’unitajiet ta’ amministrazzjoni għall-amministrazzjoni lokali, reġjonali u nazzjonali. L-unitajiet amministrattivi huma sseparati b’fruntieri amministrattivi. Dawn jinkludu wkoll il-fruntieri ta’ territorji nazzjonali u tax-xtut. 5. Netwerks tat-trasport Netwerks tat-trasport tat-triq, tal-ferrovija, ta’ l-ajru u ta’ l-ilma u infrastrutturi relatati. Dawn jinkludu tagħqid bejn netwerks differenti.Dawn jinkludu wkoll in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew kif iddefinit fid-Deċiżjoni 1692/96/KE ([25]) u r-reviżjonijiet fil-ġejjieni ta’ din id-Deċiżjoni. 6. Idrografija Elementi idrografiċi, kemm naturali kif ukoll artifiċjali inklużi xmajjar, lagi, ilmijiet transizzjonali, ġibjuni ta’ l-ilma, saffi ta’ blat li jżommu fihom jew joħroġ minnhom ħafna ilma, kanali jew korpi ta’ ilmijiet oħra, fejn xieraq fil-forma ta’ netwerks u maqgħuda ma’ netwerks oħra. Dawn jinkludu xmajjar magħluqa u sub-baċiri kif iddefinit fid-Direttiva 2000/60/EC ([26]). 7. Siti protetti Żoni magħżula jew irregolati u mmexxija sabiex jinkisbu għanjiet speċifiċi ta’ konservazzjoni. ANNESS II Temi ta’ DATA DWAR IT-TERRITORJU LI HEMM REFERENZA GħALIHOM FL-ARTIKOLI 9(A), 13(1) U 14(B) 1. Elevazzjoni Mudelli ta’ elevazzjoni diġitali għall-art, is-silġ u wiċċ l-oċeani. Dawn jinkludu l-elevazzjoni ta’ l-art, il-batimetrija u l-medda tax-xtut. 2. identifikaturi tal-proprjetajiet Sîti ġeografiċi ta’ proprjetajiet bbażati fuq identifikaturi ta’ l-indirrizi, normalment permezz ta’ l-isem tat-triq, in-numru tal-binja, jew il-kodiċi postali. 3. Pakketti kadastrali Żoni ddefiniti minn fruntieri kadastrali, b’status speċifiku legali ta' proprjetà. 4. Għata ta’ l-art Għata fiżika u bioloġika ta’ wiċċ id-dinja inklużi uċuħ artifiċjali, żoni agrikoli, foresti, żoni (semi)naturali, artijiet mistagħdra, u korpi ta’ l-ilma. 5. Orthoimagery Data ta’ stampa ġeo-referenzjata ta’ wiċċ id-dinja, minn satellita jew minn sensors ta’ l-ajru. ANNESS III Temi ta’ DATA DWAR IT-TERRITORJU LI HEMM REFERENZA GħALIHOM FL-ARTIKOLI 9(B) U 14(B) 1. UNITAJIET STATISTIċI Unitajiet għall-istatistika ta’ referenzi jew informazzjoni statistika oħra. 2. Bini Sit ġeografiku tal-bini. 3. Ħamrija Tipi ta’ ħamrija, jew sub-ħamrija ikkaratterizzata skond il-fond, l-għamla, l-istruttura u l-kontenut tal-partiċelli u l-materjal organiku, skond kemm fihom ġebel, u fejn xieraq il-medja tal-waqfien ta’ l-art u l-kapaċità antiċipata għall-ħżin ta’ l-ilma. 4. Ġeologija Ġeoloġija kkaratterizzata kond il-kompożizzjoni u l-istruttura. Din tinkludi bedrock u ġeomorfoloġija. 5. Użu ta’ l-art Territorju kkaratterizzat skond id-dimensjoni funzjonali tiegħu preżenti jew tal-ġejjieni jew l-iskop soċjo-ekonomiku (eż. residenzjali, industrijali, kummerċjali, agrikolu, forestali, rikreazzjonali). 6. Is-saħħa tal-bniedem u s-sigurtà Distribuzzjoni ġeografika ta’ mard b’konnessjoni diretta (epidemiji, tixrid ta’ mard, effetti fuq is-saħħa minħabba stress ambjentali, tniġġis ta’ l-arja, kimiki, tnaqqis tas-saff ta’ l-ożonu, storbji, eċċ.) jew indirettament (ikel, organiżmi modifikati ġenetikament,stress, eċċ.) għall-kwalità ta’ l-ambjent. 7. Servizzi tal-gvern u faċilitajiet ta’ osservazzjoni ta’ l-ambjent Postijiet għas-servizzi tal-gvern, siti ta’ sptarijiet u siti ta’ trattament mediku, skejjel, kindergartens, eċċ. Dawn jinkludu d-drenaġġ, l-iskart u l-faċilitajiet ta’ l-enerġija, siti ta' produzzjoni u faċilitajiet ta’ osservazzjoni ta’ l-ambjent immexxija minn jew għall-awtoritajiet pubbliċi. 8. Faċilitajiet ta’ produzzjoni u ta’ l-industrija Siti ta’ produzzjoni industrijali. Dawn jinkludu faċilitajiet ta’ astrazzjoni ta’ l-ilma, tħaffir għall-faħam mill-minjieri, postijiet għall-ħżin. 9. Faċilitajiet agrikoli u ta’ l-akwakultura Tagħmir tal-biedja u faċilitajiet ta’ produzzjoni (dawn jinkludu sistemi ta’ tisqija, serer u stalel). 10. Distribuzzjoni tal-popolazzjoni – demografija Distribuzzjoni ġeografika ta’ nies miġbura flimkien skond il-grilja ġeografika, ir-reġjun, l-unità amministrattiva jew unità analitika oħra. 11. Tmexxijataż-żoni/restrizzjoni/żoni regolati & unitajiet li jirrapurtaw Żoni mmexxija, regolati jew użati għar-rappurtar fuq livelli Ewropej, nazzjonali reġjonali u lokali. Dawn jinkludu siti użati għar-rimi, żoni ristretti madwar għejun ta’ l-ilma għax-xorb, żoni vulnerabbli għan-nitrati, kanali regolati fil-baħar jew ilmijiet ġewwiena kbar, żoni OSPAR għar-rimi ta’ l-iskart, żoni għar-restrizzjoni ta’ l-istorbju, żoni b’permess għat-tħaffir u għat-tiftix ta’ minerali u sustanzi varji, distretti tal-baċin tax-xmajjar, unitajiet OSPAR tar-rappurtar u żoni tat-tmexxija ta’ l-inħawi tal-kosta. 12. Żoni ta’ riskju naturali Żoni vulnerabbli kkaratterizzati skond l-inċidenti naturali (kull fenomenu atmosferiku, idroloġiku, sismiku, vulkaniku u tan-nirien mifruxa li, minħabba fejn jinsabu, il-qawwa tagħhom, u l-frekwenza tagħhom, għandhom il-potenzjal li jaffetwaw b’mod gravi s-soċjetà), eż. għargħar, valangi, nirien fil-foresti, terremoti, eruzzjonijiet vulkaniċi. 13. Kundizzjonijiet atmosferiċi Il-kundizzjonijiet fiżiċi fl-atmosfera. Dawn jinkludu data dwar it-territorju bbażati fuq kejl, fuq mudelli jew fuq it-taqgħid tagħhom u jinkludu siti ta’ kejl. 14. Fatturi meteoroloġiċi u ġeografiċi Il-kundizzjonijiet tat-temp u l-kejl tagħom; l-ammont ta’ xita, it-temperatura, l-evapotranspirazzjoni, il-veloċitàu d-direzzjoni tar-riħ. 15. Fatturi ġeografiċi oċeanografiċi Kundizzjonijiet fiżiċi ta’ l-oċeani (kurrenti, imluħa, u għoli tal-mewġ, eċċ.). 16. Reġjuni tal-baħar Kundizzjonijiet fiżiċi ta’ l-ibħra u korpi ta’ ilma mielaħ imqassma f’reġjuni u sub-reġjuni b’karatteristiċi komuni. 17. Reġjuni bio-ġeografiċi Żoni ta’ kundizzjonijiet ekoloġiċi omoġenji b’karatteristiċi komuni. 18. L-ambjenti naturali u l-biotopi Żoni ġeografiċi kkaratteriżati minn’kundizzjonijiet ekoloġiċi speċifiċi u li jmantnu fiżikament l-organiżmi li jgħixu fihom. Dawn jinkludu żoni ta’ l-art jew ta’ l-ilma li jintagħżlu permezz tal-fatturi ġeografiċi, abjotiċi u biotiċi, sew jekk għal kollox naturali kif ukoll jekk semi-naturali. Dawn jinkludu fatturi żgħar ta’ pajsaġġ rurali – hedgerows, nixxiegħat, eċċ. 19. Distribuzzjoni ta’ l-ispeċi Distribuzzjoni ġeografika ta’ l-okkorrenza ta’ speċi ta’ l-annimali u tal-pjanti miġbura flimkien permezz ta’ grilja ġeografika, reġjun, unità amministrattiva jew unità analitika oħra. [1] ĠU L 242, 10.9.2002, pġ. 1. [2] KUM(2004) 112 final. [3] SDI fl-Ewropa, Stat ta’ Fatti Rebbiegħa 2003. [4] ĠU L 41, 14.2.2003, pġ. 26. [5] ĠU L 345, 31.12.2003, pġ. 90. [6] KUM(2004) 65 final. [7] KUM(2002) 276. [8] KUM(2002) 590. [9] Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni “Stima ta’ impatt estiża ta’ INSPIRE” [10] ĠU L 327, 22.12.2000, pġ. 1. [11] ĠU C […], […], p. […]. [12] ĠU C […], […], p. […]. [13] ĠU C […], […], p. […]. [14] ĠU C […], […], p. […]. [15]ĠU L 242, ta’ l-10.9.2002, p. 1. [16] ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, p. 26. [17] ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 90. [18] ĠU L 138, tat-28.5.2002, p. 1. [19] KUMM(2004) 65 finali. [20] ĠU L 192, tat-28.7.2000, p.36 [21] ĠU L 324, tal-11.12.2003, p. 1 [22] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. [23] ĠU L 120, tal-11.5.1990, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1641/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 1) [24] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [25] Decision nº 1692/96/EC on Community guidelines for the development of trans-European transport network. [26] Directive 2000/60/EC of the European Parliament and of the Council of 23 October 2000 establishing a framework for Community action in the field of water policy, OJ L 327, 22.12.2000, p. 1.