Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0514

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kazakastan li temendi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika tal-Faħam u l-Azzar u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar

/* KUMM/2004/0514 finali - ACC 2004/0160 */

52004PC0514

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kazakastan li temendi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika tal-Faħam u l-Azzar u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar /* KUMM/2004/0514 finali - ACC 2004/0160 */


Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kazakastan li temendi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika tal-Faħam u l-Azzar u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Il-Komunità Ekonomika tal-Faħam u l-Azzar u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan ikkonkludew Ftehim fit-22 ta' Lulju 2002 dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar.

L-Artikolu 2 paragrafu 6 tal-Ftehim jistipula li "F'każ li l-pajjiżi kanditati għas-sħubija fl-UE jissieħbu qabel it-tmiem ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet jiftiehmu li jikkunsidraw iż-żjieda ta' limiti kwantitattivi stipulati f'Anness II". B'riżultat ta' dan, il-Partijiet jiftiehmu li jżidu il-limiti kwantitattivi.

Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tapprova il-Ftehim il-ġdid li jemenda il-Ftehim iffirmat fit-22 ta' Lulju 2002.

2004/0160 (ACC)

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kazakastan li temendi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika tal-Faħam u l-Azzar u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

[1] ĠU C , , p. .

Billi:

(1) Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Kooperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kazakstan, min-naħa l-oħra [2], daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

[2] ĠU L 196, tat-28.7.1999, p.3

(2) L-Artikolu 17(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Kooperazzjoni jipprovdi li l-kummerċ fi prodotti tal-Komunità Ekonomika tal-Faħam u l-Azzar (minn hawnhekk il-quddiem msejħa 'KEFA') ser jiġi ggvernat minn Titolu III ta' dak il-Ftehim, ħlief għall-Artikolu 11 tiegħu, u mid-disposizzjonijiet tal-Ftehim fuq arranġamenti kwantitattivi li jikkonċernaw l-iskambju ta' prodotti tal-KEFA.

(3) Fit-22 ta' Lulju 2002 il-KEFA u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan ikkonkludew dan il-Ftehim dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar [3] (minn hawnhekk il-quddiem msejjaħ 'il-Ftehim'), approvat f'isem il-KEFA mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/654/KEFA [4].

[3] ĠU L 222, tad-19.8.2002, p. 20

[4] ĠU L 222, tad-19.8.2002, p. 19

(4) It-Trattat tal-KEFA skada fit-23 ta' Lulju 2002 u l-Komunità Ewropea ħadet id-drittijiet u l-obbligi kkuntrattati mill-Komunità Ekonomika tal-Faħam u l-Azzar.

(5) Il-Partijiet ftehmu li skond l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim qablu li trid titkompla u li d-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Partijiet li jaqgħu taħtha għandhom jinżammu wara tali skadenza.

(6) Il-Partijiet daħlu f' konsultazzjonijiet kif ipprovdut f'Artikolu 2 paragrafu 6 tal-Ftehim u ftehmu li jżiedu l-limiti kwantitattivi stipulati fil-Ftehim biex jitqies it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea,

(7) Il-Ftehim li jemenda għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Kazakastan li jemendi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika tal-Faħam u l-Azzar u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar huwa hawnhekk approvat għan-nom tal-Komunità.

2. It-test tal-Ftehim [5] huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

[5] Ara paġna ... ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tiffirma l-Ftehim sabiex torbot il-Komunità.

Magħmul fi Brussel,[...]

Għall-Kunsill

Il-President

FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan li jemendi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar. tat-22 ta' Lulju 2002

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

min-naħa 'l waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-KAZAKSTAN,

min-naħa l-oħra,

li huma l-Partijiiet għal dan il-Ftehim,

Billi l-Partijiet jixtiequ jinkoraġġixxu l-iżvilupp ordnat u ġust tal-kummerċ fl-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Kazakstan;

Billi l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi s-sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa 'l waħda, u r-Repubblika tal-Kazakstan, min-naħa 'l oħra , daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999;

Billi l-Artikolu 17(1) tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni jipprovdi li kummerċ fi prodotti tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandu jkun regolat mit-Titolu III, ħlief għall- Artikolu 11 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta' Ftehim dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar;

Billi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan ikkonkludew fit-22 ta' Lulju 2002 Ftehim bħal dan dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar, minn hawn il-quddiem msejjaħ "il-Ftehim";

Billi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar skadiet fit-23 ta' Lulju 2002 u l-Komunità Ewropea ħadet id-drittijiet u l-obbligi kollha kkuntrattati mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar;

Billi skond l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim il-Partijiet qablu li ser titkompla u li d-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Partijiet li jaqgħu taħtha għandhom jinżammu wara tali skadenza.

Billi, in segwitu ta' l-Artikolu 2(6) tal-Ftehim, il-Partijiet qabblu li jikkonsidraw iż-żieda tal-limiti kwantitattivi tal-Ftehim mill-1 ta' Mejju 2004, biex jieħdu in konsiderazzjoni t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea;

IDDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-Ftehim u għal dan il-għan innominaw bħala Plenipotenzjarji tagħhom:

IL-KOMUNITÀ EWROPEA:

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-KAZAKSTAN:

LI FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.1 Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2004 mniżżla fl-Anness II għall-Ftehim ser jiżdiedu kif stipulat fl-Anness I mehmuż ma' dan il-Ftehim.

1.2 Il-Partijiet jaqblu li l-esportazzjonijiet mill-Kazakstan għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ta' prodotti inklużi fl-Anness I għall-Ftehim mibgħuta qabel l-1 ta' Mejju 2004 mhux ser jitnaqqsu mill-limiti kwantitattivi mniżżla fl-Anness II għall-Ftehim.

1.3 Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 1.2, kunsinni bħal dawn huma kkunsidrati li seħħew fid-data tat-tagħbija tagħhom fuq it-trasport li ser jesporta kif muri mill-polza ta' tagħbija jew dokumentazzjoni oħra tat-trasport.

Artikolu 2

2.1 L-Artikolu 13(2) tal-Protokoll A għall-Ftehim huwa mibdul kif speċifikat fl-Anness II mehmuż ma' dan il-Ftehim.

2.2 L-elenku ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti annessi mal-Protokoll A għall-Ftehim huwa mibdul bl-Anness III mehmuż ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ fid-data tal-firma tiegħu.

Artikolu 4

Dan il-Ftehim għandu jkun magħmul b'żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Kazakija u lingwi Russi, kull waħda minn dawn il-lingwi hija ugwlament awtentika.

Magħmul fi .................. fi ................

Għall-Komunità Ewropea Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakstan

ANNESS I

(tunnellati)

Prodotti // 2004

//

SA. Prodotti ċatti //

//

SA1. Kojls // 5 228

//

SA1a. Kojls għal re-rolling // 500

//

SA2. Pjanċa tqila // 852

//

SA3. Prodotti oħra ċatti // 21 582

//

//

ANNESS II

L-Artikolu 13(2) tal- Protokoll A huwa mibdul kif ġej:

Ğ 2. Kull dokument għandu jkollu numru ta' serje standardizzat, kemm jekk stampat kif ukoll jekk le, li bih jista' jkun identifikat. Dan in-numru għandu jkun kompost minn dawn l-elementi li ġejjin:

- żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż ta' esportazzjoni kif ġej: KZ = Kazakastan,

- żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru intenzjonat għall-clearance mid-dwana kif ġej:

BE = Il-Belġju

CZ = Ir-Repubblika Ċeka

DK = Id-Danimarka

DE = Il-Ġermanja

EE = L-Estonja

EL = Il-Greċja

ES = Spanja

FR = Franza

IE = L-Irlanda

IT = L-Italja

CY = Ċipru

LV = Il-Latvja

LT = Il-Litwanja

LU = Il-Lussemburgu

HU = L-Ungerija

MT = Malta

NL = L-Olanda

AT = L-Awstrija

PL = Il-Polonja

PT = Il-Portugall

SI = Is-Slovenja

SK = Is-Slovakkja

FI = Il-Finlandja

SE = L-Isvezja

GB = Ir-Renju Unit"

- numru b'figura waħda li tidentifika s-sena, li tikkorrispondi ma' l-aħħar figura tas-sena rispettiva, eż. "4" għall-2004,

- numru b'żewġ figuri minn 01 sa 99, li jidentifika l-uffiċċju partikolari kkonċernat tal-ħruġ fil-pajjiż ta' esportazzjoni,

- numru b' ħames figuri konsekuttivament minn 00001 sa 99999 allokat għall-Istat Membru intenzjonat tal-clearance tad-dwana. ğ

ANNESS III

>TABELPOSITION>

Top