Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0404

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill fuq pożizzjoni tal-Komunità fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 75 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra

/* KUMM/2004/0404 finali */

52004PC0404

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill fuq pożizzjoni tal-Komunità fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 75 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra /* KUMM/2004/0404 finali */


Brussel 2.6.2004

KUMM(2004) 404 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

fuq pożizzjoni tal-Komunità fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 75 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Artikolu 75 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, għandu x’jaqsam max-xogħol tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u jiddikjara li dan ta’ l-aħħar ser jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Il-proposta mfassla mill-Kummissjoni hija bbażata mill-qrib fuq ir-regoli ta’ proċedura adottati għal Ftehim oħra ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja.

Il-Kunsill huwa mitlub jadotta, fil-forma ta’ pożizzjoni komuni tal-Komunità, l-abbozz mehmuż tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE/Eġittu li jadotta r-regoli ta’ proċedura. Ma’ dan l-abbozz hemm annessi r-regoli ta’ proċedura għall-Kumitat ta’Assoċjazzjoni

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

fuq pożizzjoni tal-Komunità fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 75 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Billi:

(1) Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-25 ta' Ġunju 2001

(2) L-Artikolu 75 ta’ dan il-Ftehim jiddikjara li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta ir-regoli ta’ proċedura tagħhom,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata mill-Komunità fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni sta bbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 75 ta' dan il-Ftehim, ser ikun ibbażat fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

Abbozz

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE/EĠITTU

It-twaqqif tar-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE/Eġittu,

Wara li kkunsidra il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolaripartikolari l-Artikoli 74 sa 80 tiegħu,

Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Presidenza

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jiġi ppresjedut alternattivament għal perjodu ta’ 12-il xahar minn rappreżentant tal-Presidenza tal-Kunsill ta’ l-Unjoni l-Ewropea, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, u rappreżentant tal-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu. L-ewwel perjodu ser jibda fid-data ta' l-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2004.

Artikolu 2

Laqgħat

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jiltaqa’ regolarment fuq livell ministerjali darba fis-sena. Sezzjonijiet speċjali tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jistgħu jinżammu bi ftehim bejn il-Partijiet, fuq it-talba ta’ kull Parti.

Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor, kull sessjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzoni ser tinżamm fil-post fejn is-soltu jinżammu l-laqgħat tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’data miftehma miż-żewġ Partijiet.

Il-laqgħat tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzoni ser jissejħu mis-segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzoni bi ftehim mal-President.

Artikolu 3

Rappreżentazzjoni

Il-membri tal-Kunsill ta’ Assoċjazzoni jistgħu jiġu rappreżentati jekk ma jkunux jistgħu jattendu. Jekk membru jixtieq ikun hekk irrapreżentat, dan għandu jinnotifika lill-President bl-isem tar-rappreżentant tiegħu qabel ma tibda l-laqgħa li fihajrid jiġi rrapreżentat.

Ir-rappreżentant ta’ membru tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jeżerċita d-drittijiet kollha ta’ dak il-membru.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Il-membri tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jistgħu jiġu akkumpanjati minn uffiċjali.Qabel kull laqgħa, il-President ser jiġi infurmat bil-kompożizzjoni maħsuba għad-delegazzjoni ta’ kull Parti.

Rappreżentant tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment ser jattendi l-laqgħat tal-Kunsill ta’ Assoċjazzoni bħala osservatur meta kwistjonijiet li jikkonċernaw il-Bank jitfaċċaw fuq l-aġenda.

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzoni jista’, bi ftehim bejn il-Partijiet, jistieden persuni li mhumiexmembri biex jattendu l-laqgħat tagħhom sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolaripartikolari.

Artikolu 5

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u uffiċjal ta' l-Ambaxxata tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu fi Brussel ser joperaw flimkien bħala segretarji tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

Artikolu 6

Korrispondenza

Korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fl-indirizz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

Iż-żewġ segretarji ser jiżguraw li l-korrispondenza tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u, fejn meħtieġ, tiġi ċċirkulata lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Korrispondenza ċċirkulata ser tintbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ l-Istati Membri u l-Ambaxxatur tar-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu fi Brussel.

Komunikazzjonijiet mill-President tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jintbagħtu lid-destinatarji miż-żewġ segretarji u ċċirkulati, fejn meħtieġ, lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fl-indirizz indikat fit-tieni paragrafu.

Artikolu 7

Pubbliċità

Għajr meta jiddeċiedu kontra dan, il-laqgħat tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mhux ser ikunu pubbliċi.

Artikolu 8

Aġendi għal-laqgħat

1. Il-President ser ifassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din ser tintbagħat mis-segretarji tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6 mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja ser tinkludi kwistjonijiet li l-President ikun irċieva talba għall-inklużjoni tagħhom fl-aġenda mhux aktar tard minn 21 ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa, ħlief li tali kwistjonijiet mhux ser jitniżżlu fl-aġenda proviżorja jekk dokumentazzjoni anċillari ma tkunx intbagħtet lis-segretarji mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda.

L-aġenda ser tiġi addottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzoni fil-bidu ta’ kull laqgħa. Kwistjoni oħra li mhux fost dawk li jidhru fuq l-aġenda proviżorja tista’ titqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet hekk jiftiehmu.

2. Il-President jista’, bi qbil mal-Partijiet, iqassar il-perjodi speċifikati f paragrafu 1 sabiex jitqiesu il-kriterji ta’ każ partikolari.

Artikolu 9

Minuti

Abbozz ta’ minuti ta’ kull laqgħa ser jittieħed miż-żewġ segretarji.

Bħala regola ġenerali, il-minuti ser, jindikaw firrigward ta’ kull kwistjoni fuq l-aġenda:

- id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni,

- id-dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ikun talab li jiġu inklużi,

- id-deċiżjonijiet meħuda, id-dikjarazzjonijiet miftehma u l-konklużjonijiet adottati.

L-abbozz tal-minuti ser jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni għall- approvazzjoni. Huma ser jiġu approvati fi żmien sitt xhur wara kull laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Meta approvati, l-minuti ser jiġu ffirmati mill-President u miż-żewġ segretarji. Il-minuti ser jiġu arkivjati għand is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea; kopja ċċertifikata bħala vera ser tintbagħat lil kull destinatarju msemmi fl-Artikolu 6.

Artikolu 10

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jadotta d-deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tiegħu bil ftehim reċiproku tal-Partijiet.

Fil-perjodu bejn il-laqgħat, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ partijiet jaqblu.

2. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni skond il-parametri ta’ l-Artikolu 76 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju ser jiġu intitolati rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni” segwiti minn numru tas-serje, id-data ta’ l-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Kull deċiżjoni ser tispeċifika d-data tad-dħul tagħha fis-seħħ.

Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni ser jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ segretarji.

Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ser jintbagħtu lil kull destinatarju msemmi fl-Artikolu 6.

Il-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jordna l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu.

Artikolu 11

Lingwi

Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni ser ikunu il-lingwi uffiċjali taż-żewġ Partijiet.

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni ser jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni ppreparata f’dawn il-lingwi.

Artikolu 12

Spejjeż

Il-Komunità u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu ser iħallsu kull wieħed l-ispejjeż relatati mal-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, kemm fil-każ ta’ nfiq fuq staff, ivvjaġġar u sussistenza kif ukoll nfiq fuq posta u telekomunikazzjonijiet.

Infiq li għandu x’jaqsam ma’ interpretazzjoni waqt laqgħat, traduzzjoni u riproduzzjoni ta’ dokumenti ser jitħallas mill-Komunità, ħlief għall- infiq li għandu x’jaqsam ma’ l-interpretazzjoni jew traduzzjoni għal jew mill-Għarbi, li ser jitħallas mir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu.

Infiq ieħor relatat ma’ l-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat ser jitħallas mill-Parti li tkun qed torganizza l-laqgħat.

Artikolu 13

Kumitat ta’ Assoċjazzjoni

1. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser jiġi assistit fit-twettiq ta’ dmirijietu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Il-Kumitat ser ikun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, minn naħa, u mir-rappreżentanti tal-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra.

2. Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni ser iħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jimplementa d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fejn meħtieġ u, b’mod ġenerali, jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta’ l-Assoċjazzjoni u t-tħaddim xieraq tal-Ftehim Ewro-Mediterranju. Ser iqis kull kwistjoni mqiegħda quddiemu mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni kif ukoll kull kwistjoni oħra li tista’ tinqala’ matul l-implimentazzjoni minn jum għall-ieħor tal-Ftehim Ewro-Mediterranju. Ser jippreżenta proposti jew kull abbozz ta’ deċiżjonijiet/rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għal approvazzjoni.

3. Fil-każijiet fejn il-Ftehim Ewro-Mediterranju jirreferi għal obbligu li jikkonsulta jew għal possibilità ta’ konsultazzjoni, tali konsultazzjoni tista’ sseħħ fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Il-konsultazzjoni tista’ tkompli fil-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni jekk iż-żewġ Partijiet hekk jiftiehmu.

4. L-abbozz tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

Din id-deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi [...]

Għall-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni

Il-President

ANNESS

REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI

Artikolu 1

Presidenza

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni ser jiġi ppresjedut alternattivament għal perjodu ta’ 12-il xahar minn rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, u rappreżentant tal-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu.

L-ewwel perjodu ser jibda fid-data ta' l-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2004.

Artikolu 2

Laqgħat

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni ser jiltaqgħa meta ċ-ċirkostanzi jkunu hekk jirrikjedu, bil-ftehim taż-żewġ Partijiet.

Kull laqgħa tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni ser tinżamm f’ħin u post miftiehem miż-żewġ Partijiet.

Il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni ser jissejħu mill-President.

Artikolu 3

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-President ser jiġi infurmat bil-kompożizzjoni maħsuba għad-delegazzjoni ta’ kull Parti.

Artikolu 4

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u uffiċjal tal-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu ser joperaw flimkien bħala segretarji tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Kull komunikazzjoni lil jew mill-President tal-Kumitat ta' l-Assoċjazzjoni fil-qafas tar-Regoli ta’ Proċedura ser tiġi indirizzata lis-segretarji tal-Kumitat ta’ l-Assoċjazzjoni u lis-segretarji u l-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni Artikolu 5

Artikolu 5

Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni mhux ser ikunu pubbliċi.

Artikolu 6

Aġendi għal-laqgħat

1. Il-President ser ifassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din ser tintbagħat mis-segretarji tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja ser tinkludi kwistjonijiet li l-President ikun irċieva talba għall-inklużjoni tagħhom fl-aġenda mhux aktar tard minn 21 ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa, ħlief li tali kwistjonijiet mhux ser jitniżżlu fl-aġenda provviżorja jekk dokumentazzjoni anċillari ma tkunx ntbagħtet lis-segretarji mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda.

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jista’ jitlob biex esperti jattendu l-laqgħat tagħhom sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari.

L-aġenda ser tiġi addotata mill-Kumitat ta’ Assoċjazzoni fil-bidu ta’ kull laqgħa.

Kwistjoni oħra li mhux fost dawk li jidhru fuq l-aġenda proviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet hekk jiftiehmu.

2. Il-President jista’, bi qbil maż-żewġ Partijiet, iqassar il-perijodi speċifikati f’paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-kriterji ta’ każ partikolari.

Artikolu 7

Minuti

Minuti ser jittieħdu għal kull laqgħa u ser ikunu ibbażati fuq ġabra fil-qosor tal-President tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Meta approvati mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, il-minuti ser jiġu ffirmati mill-President u mis-segretarji u arkivjati minn kull wieħed mill-Partijiet. Kopja tal-minuti ser tintbagħat lil kull destinatarju msemmi fl-Artikolu 4.

Artikolu 8

Deliberazzjonijiet

Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni huwa mogħti s-setgħa mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni skond il-Ftehim Ewro-Mediterranju biex jadotta deċiżjonijiet/ rakkomandazzjonijiet, dawk l-atti ser jiġu intitolati rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni”, segwiti min-numru tas-serje, id-data ta’ l-adozzjoni tagħhom u d-deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom.

Kull meta l-Kumitat ta’ l-Assoċjazzjoni jieħu deċiżjoni, l-Artikoli 10 u 11 tad-Deċiżjoni Nru 1/2004 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni li jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tagħha ser jiġi applikat mutatis mutandis.Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' l-Assoċjazzjoni ser jintbagħtu lid-destinatarji msemmija f’Artikolu 4 tar-Regoli ta’ Proċedura.

Artikolu 9

Spejjeż

Kull Parti ser tħallas l-ispejjeż relatati mal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u ta’ kull grupp ta’ ħidma jew korp li jista’ jitwaqqaf skond l-Artikolu 80 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, kemm fil-każ ta’ nfiq fuq staff, ivvjaġġar u sussistenza kif ukoll nfiq fuq posta u telekomunikazzjonijiet.

Infieq li għandu x’jaqsam ma’ l- interpretazzjoni waqt il-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni ta’ dokumenti ser jitħallas mill-Komunità, ħlief għal infiq li għandu x’jaqsam ma’ l-interpretazzjoni u/jew traduzzjoni għal jew mill-Għarbi, li ser jitħallas mir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu.

Infiq ieħor relatat ma’ l-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat ser jitħallas mill-Parti li tkun qed torganizza l-laqgħat.

+++++ TABLE +++++

[1] ĠU L , , p. .

Top