Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004AE0967

    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni: Il-futur tas-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ fl-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir” — COM(2003) 649 final

    ĠU C 302, 7.12.2004, p. 90–100 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2004   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 302/90


    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni: Il-futur tas-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ fl-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir”

    COM(2003) 649 final

    (2004/C 302/19)

    Fit-28 ta' Ottubru 2003 il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, taħt Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar “Il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni: Il-futur tas-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ fl-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir”.

    Is-Sezzjoni dwar is-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, li kienet responsabbli biex tħejji x-xogħol tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha fl-4 ta' Mejju 2004. Ir-relatur kien Is-Sur Pezzini u r-relatur konġunt kien Is-Sur Nollet.

    Fis-sessjoni plenarja numru 410 tat-30 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju (sessjoni ta' l-1 ta' Lulju 2004), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'81 vot favur u 1 kontra.

    1.   Introduzzjoni

    1.1

    Il-fatt li 2.1 miljun persuna għadhom impjegati fl-industrija tat-tessuti Ewropea, hu indikattiv tal-mod li biha kompliet il-vitalità u l-potenzjal kbir tagħha. Din il-figura żdiedet b'aktar minn 500,000 bl-isħubija ta' l-iStati Membri ġodda. Grazzi għall-innovazzjonijiet konsiderevoli fl-oqsma kemm tal-proċessi kif ukoll tal-prodotti, l-industrija kompliet tagħti sehem għall-ġid Ewropew b'bejgħ ta' aktar minn €200 biljun, mingħajr ma jittieħed kont tas-settur anċillari, u tkabbir b'saħħtu – partikolarment fis-settur “mhux konvenzjonali” (tessuti tekniċi ta' teknoloġija ta' livell għoli) – li issa jgħoddu għal kważi 30 % tal-produzzjoni kollha, bl-infiq fir-Riċerka u l-iŻvilupp qed jilħaq 8-10 % tal-bejgħ kollu.

    1.2

    L-Unjoni Ewropea hija l-akbar protagonista fis-suq dinji tas-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ. Is-suġġeriment li l-globaliżżazzjoni kienet ser twassal biex jitwarrbu fil-ġenb l-industriji tat-tessuti tal-pajjiżi industrijaliżżati, irriżulta li kien falz, u ċertament mhux il-każ fl-Ewropa. Il-Kontinent Ewropew għadu l-akbar esportatur tal-prodotti tessili fid-dinja, u t-tieni l-akbar esportatur tal-ħwejjeġ f'suq dinji ta' importazzjoni-esportazzjoni ta' 'l fuq minn €350 biljun fl-2002 (6 % tal-kummerċ dinji).

    1.2.1

    Tajjeb li wieħed jiftakar li ċ-Ċina hija l-akbar esportatur dinji tal-ħwejjeġ.

    1.3

    L-Ewropa s'issa rnexxielha tikkapitalizza fuq l-assi tagħha fejn tidħol il-kwalità u l-organizzazzjoni: kollezzjonijiet żgħar, sistema tal-moda, haute couture kreattiva ħafna, ħeffa fil-provvista għad-domanda, manifattura u żminijiet ta' konsenja mgħaġġla. Hija kienet ukoll innovattiva fil-qasam tal-proċessi u l-materjali ntelliġenti grazzi għan-nanoteknoloġija u fibri ġodda, cioé t-tessuti tekniċi, li huma kompetittivi ħafna u jħallu bilanċ pożittiv tal-kummerċ li dejjem qiegħed jikber. L-applikazzjonijiet kimiċi li dan l-aħħar saru lit-tessuti wasslu għat-tnissil ta' prodotti ġodda. Għandu jiġi nnotat f'dan il-kuntest li hemm varjazzjonijiet kbar f'dan is-settur fejn jidħlu l-kondizzjonijiet li taħthom hemm aċċess għas-swieq dinjin. Mentri l-UE tapplika tariffi doganali li fil-medja huma anqas minn 9 %, bosta pajjiżi oħra japplikaw tariffi sa 30 %, kif ukoll ostakoli iebsa mhux magħmula minn tariffi.

    1.4

    Fl-Ewropa, is-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ irnexxielu jlaħħaq ma' serje ta' tibdiliet radikali u malajr ħa vantaġġ mit-teknoloġija ġdida biex isib ir-risposta adegwata għall-ispejjeż differenti tal-produzzjoni, u b'hekk irreaġixxa fil-pront għall-kompetituri globali ġodda li nibtu. Ir-reazzjoni ta' l-industrija Ewropea kienet, fuq naħa waħda, impenn sod lejn il-modernizzazzjoni miksuba permezz tar-ristrutturazzjoni u assimilazzjoni tat-teknoloġija; u, min-naħa l-oħra, biex tokkupa pożizzjoni ġdida fis-suq bl-esplojtazzjoni ta' opportunitajiet ta' kollaborazzjoni fil-produzzjoni, distribuzzjoni, innovazzjoni u marketing teknoloġiċi.

    1.5

    Fl-2002 l-investiment gross kien madwar 9 % tal-valur miżjud fis-settur, jew madwar €5 biljun. Naturalment, kważi 70 % ta' dawn marru fis-settur tat-tessuti, mentri s-settur tal-ħwejjeġ irċieva madwar 30 %. Il-bilanċ tal-kummerċ fis-settur tat-tessuti huwa pożittiv, mentri l-importazzjoni teċċedi l-esportazzjoni fis-settur tal-ħwejjeġ. Barra minn hekk, is-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ, li miegħu jistgħu jiżdiedu ż-żraben, hija industrija komposta minn diversi elementi, b'firxa wiesa' ta' prodotti, minn fibri sintetiċi ta' teknoloġija ta' livell għoli sa l-iproċessar tas-suf; mill-qoton sal-filtri industrijali; mill-bċejjeċ tad-drapp sa' l-aqwa moda; u mill-papoċċi tas-sodda saż-żraben disinjati biex jipproteġu kontra l-kimika korrożiva.

    1.6

    L-industrija tat-tessuti, l-ħwejjeġ u ż-żraben hija konċentrata fil-ħames pajjiżi l-aktar popolati ta' l-Unjoni Ewropea, u l-kumpanniji tagħhom jgħoddu għall-fuq minn tlett kwarti mill-produzzjoni Ewropea fis-settur. Il-valur miżjud huwa kkonċentrat f'dawn il-pajjiżi, li fosthom l-Italja hija fil-wisa' l-aktar importanti, segwita mir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja u, f'livell anqas, Spanja. Mill-pajjiżi iżgħar, il-Portugall, il-Belġju u l-Greċja huma partikolarment importanti f'termini ta' valur miżjud. Il-Belġju huwa speċjalment attiv fil-kamp tat-tessuti tekniċi u ntelligenti. Għar-rigward ta' l-iStati Membri ġodda, is-settur huma partikolarment importanti fil-Polonja, l-Estonja u l-Litwanja, kif ukoll fil-pajjiżi kandidati – it-Turkija, ir-Rumanija u l-Bulgarija.

    1.7

    F'termini ta' impiegi, ir-rata naqset b'medja ta' 2.6 % fis-sena fuq l-aħħar ħames snin. Spanja u l-iSvezja huma l-uniċi eċċezzjonijiet għal din it-tendenza, b'żieda fl-impiegi (+ 2 %) fis-settur bejn l-1995 u l-2002. Bħala protagonista sħiħa fil-globalizzazzjoni tas-suq fis-settur, l-industrija tat-tessuti Ewropea rristrutturat u rfinat fil-fond il-kumpanniji tagħha, iddelegat lil terzi dawk l-operazzjonijiet l-aktar intensivi f'xogħol manwali u ffukat minflok fuq proċessi ta' manifattura intensivi fix-xogħol tas-sengħa. L-użu tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, teknoloġija ġdida u produzzjoni aktar effiċjenti ukoll kellhom rwol f'dan il-qasam.

    1.8

    Fejn jidħol il-kummerċ, il-kwoti ta' importazzjoni mistennija jispiċċaw meta l-Arranġament Multi-Fibra (AMF) jitwaqqaf fl-2005. Dan ifisser li l-partijiet kollha jridu jirriflettu sewwa dwar il-kondizzjonijiet tal-kummerċ għall-prodotti tat-tessuti sabiex jippermettu lill-industrija tat-tessuti Ewropea tikkompeti globalment; u fl-istess waqt, jiggarantixxu kondizzjonijiet xierqa għall-pajjiżi l-aktar fqar u vulnerabbli. Aktar ma jgħaddi ż-żmien qiegħed isir aktar ċar li l-implimentazzjoni tal-proċess ta' Barċellona għandha tkun priorità. Dan jipprovdi f'żona ta' kummerċ ħieles bejn l-Ewropa u l-kosta kollha tan-nofsinhar tal-Mediterran, biex b'hekk iż-żona pan-Ewro-Mediterranja issir realtà.

    2.   Il-proposta tal-Kummissjoni

    2.1

    Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tindirizza il-problema kumplessa tas-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ fi sforz biex tagħti spinta lill-kompetittività u dinamiżmu tagħha, bl-applikazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona għal dan is-settur speċifiku.

    2.2

    Il-komunikazzjoni tipproponi miżuri bbażati fuq politika industrijali u tal-kummerċ, b'enfażi partikolari fuq l-impiegi, l-iżvilupp fir-riċerka u t-teknoloġija, l-innovazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, l-iżvilupp reġjonali, l-iżvilupp sostenibbli, r-responsabbilità soċjali tal-kumpanniji, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-ġlieda kontra l-oġġetti foloz, brevetti u drittijiet tal-proprjetà industrijali u intelletwali, politika tal-kompetizzjoni u l-għajnuna ta' l-istat.

    2.3

    Il-Kummissjoni tissuġġerixxi ċerti oqsma li fihom il-miżuri ta' politika industrijali għandhom ikunu aktar effiċjenti u effettivi, b'mod partikolari:

    riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, materjali ġodda u materjali intelliġenti, nanoteknoloġija, proċessi ta' produzzjoni ġodda u teknoloġija nadifa, enfażi fuq il-moda u l-promozzjoni tal-kreattività;

    ir-responsabbilità soċjali tal-kumpanniji: osservanza ma' l-istandards internazzjonali tax-xogħol u ta' l-ambjent, immaniġjar reponsabbli tal-bidla industrijali, konsultazzjoni ta' l-impjegati;

    edukazzjoni u taħriġ: aċċess aktar faċli għall-finanzjamenti għan-negozji żgħar u medji (SMEs) permeżż ta' proċeduri lineari, tixrid ta' l-informazzjoni, koordinament ta' l-azzjoni;

    l-iżvilupp tal-kapaċità u l-potenzjal ta' networking;

    il-Programm Doha, għat-tnaqqis u l-armoniżżazzjoni tat-tariffi doganali u l-qerda ta' ostakoli għall-kummerċ;

    titlesta ż-żona Ewro-Mediterranja sa l-2005, sabiex tipprovdi għall-moviment ħieles tal-prodotti tat-tessuti f'pajjiżi bl-istess regoli ta' oriġini u s-sistemi ta' koperazzjoni amministrattiva;

    sistemi ta' tikkettjar għall-aċċess fl-UE: l-eżaminazzjoni ta' l-użu ta' tiketti għal artikoli/prodotti skond l-istandards internazzjonali tax-xogħol u ta' l-ambjent;

    Preferenzi tal-kummerċ ta' l-UE: li tiffoka fuq id-49 pajjiż l-aktar foqra (LDCs – “Less Developed Countries” – Pajjiżi l-anqas iżviluppati) (1), u li tingħata preferenza lill-prodotti ta' l-ħwejjeġ intermedjarji;

    Il-ġlieda kontra l-frodi u l-prodotti foloz, it-tisħiħ ta' miżuri eżistenti u l-adozzjoni ta' miżuri ġodda biex jipproteġu l-proprjetà industrijali u intelletwali, verifiki biex jiġu evitati l-prattiċi kummerċjali inġusti; tisħiħ tas-sistema doganali komuni;

    Tikketta ta' l-oriġini “Magħmul fl-Ewropa” sabiex tippromwovi prodotti Ewropej ta' kwalità u tipproteġi l-konsumaturi;

    Fondi Strutturali: linjigwida ta' użu u ġodda, partikolarment fil-qafas tal-Perspettiva Finanzjarja għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013.

    2.4

    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tissuġġerixxi wkoll xi toroq li messhom jiġu esplorati:

    azzjoni fil-livell tal-persuni kollha nteressati mill-viċin (“stakeholders”);

    azzjoni fil-livell ta' l-iStati Membri;

    azzjoni fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea.

    2.4.1

    Hija tipproponi li jiġi mwaqqaf Grupp ta' Livell Għoli magħmul minn rappreżentanti mill-Kummissjoni, l-iStati Membri u l-imsieħba soċjali, sabiex jissorvelja l-inizjattivi u l-implimentazzjoni tagħhom fid-diversi livelli. Il-komunikazzjoni tipprovdi wkoll li rapport regolari għandhom isiru bejn ir-Rebbiegħa ta' l-2005 u t-tmiem ta' l-2006.

    3.   L-opinjoni tar-rappreżentanti tat-tessuti

    Il-Kumitat nieda smiegħ tar-rappreżentanti tat-tessuti fil-bini tiegħu fi Brussel fil-21 ta' Jannar 2004. Il-veduti mfissra f'dan il-punt jirriflettu l-kontribuzzjonijiet bil-miktub riċevuti u d-dikjarazzjonijiet magħmula waqt is-smiegħ (2).

    3.1

    Il-partijiet soċjali preżenti – min iħaddem, rappreżentanti tat-trade unions u amministraturi lokali – kienu unanimi fit-talba tagħhom sabiex tittieħed azzjoni urġenti biex ittaffi l-impatt veloċi ħafna ta' l-importazzjoni minn numru ta' pajjiżi, b'mod partikolari ċ-Ċina, l-Indja u l-Pakistan, fuq in-negozji Ewropej fis-settur.

    3.2

    Aktar ma tersaq viċin is-sena 2005 u b'hekk it-tmiem tar-reġim tal-kwoti, intalbu urġentement il-miżuri segwenti:

    il-possibilità li jiġu sfruttati riżorsi finanzjarji ġodda;

    attenzjoni speċjali introdotta fil-Fondi Strutturali;

    investiment fit-taħriġ u b'hekk fir-riżorsi umani;

    tikkettjar obbligatorju ta' l-oriġini tal-prodott għall-pajjiżi kollha;

    meżżi ta' verifika obbligatorji fl-istadji kollha tal-produzzjoni;

    li tingħata l-attenzjoni lis-saħħa tal-konsumatur permezz tat-tikkettjar ta' prodotti li ma jġorrux riskju;

    reċiproċità fit-tariffi doganali ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw rapidament fis-settur;

    reviżjoni tal-ftehim ma' terzi pajjiżi, it-tneħħija ta' konċessjonijiet dwar tariffi għall-pajjiżi li jiksru r-regoli tal-kummerċ, standards soċjali u żvilupp sostenibbli jew il-manifattura ta' l-armi nukleari;

    reviżjoni ta' l-organizzazzjoni tad-dwana Ewropea, sabiex jiġu simplifikati u jiġu żgurati verifiċi speċifiċi biex inaqqsu l-frodi, li issa laħqet livelli insostenibbli;

    riżoluzzjoni qawwija finanzjarja favur ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-assistenza għan-negozji speċjalment l-SMEs, sabiex dawn ikunu jistgħu jiddiversifikaw il-produzzjoni biex jinkludu tessuti tekniċi u intelliġenti.

    3.3

    Is-settur Taljan tat-tessuti u tal-ħwejjeġ, li huwa wieħed mill-aktar vulnerabbli fl-Unjoni Ewropea, ippreżenta dokument konġunt miftiehem bejn il-produtturi kollha tal-pajjiż, kbar u żgħar, u mar-rappreżentanti tat-trade unions, li ssottolinea numru ta' prioritajiet u rrakkomanda li dawn iwasslu għal miżuri prattiċi, effettivi u puntwali. Skond dan id-dokument, in-nuqqas ta' azzjoni f'dan l-istadju jista' jwassal għal piżijiet soċjali u ekonomiċi kbar fuq l-Ewropa.

    3.3.1

    Il-punti prinċipali kienu dawn li ġejjin:

    3.3.2

    Prodotti komunitarji jibbenefikaw minn rati ta' 0 % fi 22 pajjiż biss, filwaqt li fis-swieq l-oħra huma soġġetti għal rata medja li tvarja bejn il-15 u s-60 %. Barra minn hekk, spiss iħabbtu wiċċhom ma' ħafna ostakoli mhux magħmula minn tariffi. B'mod partikolari mill-2005 'l quddiem, is-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ mhux ser ikun jiflaħ aktar għall-privileġġi konċessi lill-akbar kompetituri ta' l-UE (iċ-Ċina, l-Indja, il-Pakistan u l-Indonesja). Fi kwalunkwe każ, dawn il-privileġġi messhom ikunu ristretti għall-pajjiżi l-anqas żviluppati u għal pajjiżi produtturi żgħar li fl-2005 ukoll ser ikunu f'pożizzjoni vulnerabbli ħafna.

    3.3.3

    Hu mixtieq li t-tikkettjar jevita frażi ġenerika bħal “Magħmul fl-UE” u minflok ikun aktar espliċitu b'formula tat-tip “Magħmul fl-Italja-UE”, “Magħmul fi Franza-UE”, eċċ. Aktar minn 60 % tal-prodotti fuq is-suq diġà huma volontarjament tikkettjati bl-oriġini. Jekk id-diċitura ssir obbligatorja, iridu jsegwu l-verifiki fuq il-multi: il-marġini t'azzjoni permessa fil-preżent ser tiftaħ beraħ il-bibien għall-oġġetti foloz u l-frodi, li huwa doppjament danneġjanti għall-industrija Ewropea. Barra minn hekk, ix-xerrejja Ewropej qiegħdin fi żvantaġġ meta mqabbla ma' dawk bħalhom fl-Amerika, il-Ġappun, iċ-Ċina jew l-Awstralja. M'hemm l-ebda raġuni għaliex ma jkunx hemm l-istess informazzjoni bħall-oħrajn, permezz tat-tikkettjar obbligatorju. Jekk il-konsumaturi Ewropej ikunu konxji ta' l-oriġini tal-prodott, ikunu jistgħu jiġġudikaw b'mod effettiv mhux biss il-prezz iżda wkoll il-proporzjon bejn prezz u kwalità applikat għall-bżonnijiet tagħhom.

    3.3.4

    In-ness bejn it-tessuti u s-saħħa ntwera kemm il-darba. Diversi kondizzjonijiet tal-ġilda jigu kkawżati bl-użu ta' prodotti tat-tessuti ta' kwalità baxxa. Din hija raġuni oħra għala l-konsumaturi għandhom jitħallew jagħzlu ż-żona ta' oriġini tal-prodotti.

    3.3.5

    L-importazzjoni illegali ta' l-ħwejjeġ laħqet livelli allarmanti, u tikketti foloz “Magħmul fil- …” qed jinfirxu mas-swieq internazzjonali. F'dan il-qasam hemm bżonn għal verifiki aktar severi u multi aktar ħorox..

    3.3.6

    L-iżvilupp ta' materjali ġodda, proċessi tal-produzzjoni u teknoloġiji nodfa biex jgħinu l-iżvilupp sostenibbli huma ta' importanza partikolari għas-settur.

    3.3.7

    Min iħaddem u l-federazzjonijiet tat-trade unions sostnew li huma dejjem aderew mal-prinċipji li fuqhom iserraħ il-“Kodiċi ta' Imġieba” għas-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ, li fil-prattika ġie direttament inkorporat fil-ftehim kollettivi fl-iStati Membri. Għalhekk il-Kummissjoni qed tintalab biex tintroduċi d-dimensjoni soċjali fl-isfera tal-ftehim internazzjonali.

    3.3.8

    Id-dumping soċjali (manifattura tal-prodotti billi jitwaqqgħu l-ispejjeż ta' l-impjiegi b'detriment għad-drittijiet tal-ħaddiema bl-użu tax-xogħol bit-tfal jew furzat) huwa moralment ripunjanti u wieħed ma jistax jieħu ħsiebu bl-impożizzjoni ta' tariffi anti-dumping. Il-pajjiżi industrijaliżżati, ta' l-Ewropa b'mod partikolari, messhom jiġġieldu kontra d-dumping b'mod aktar aħrax bl-użu ta' klawsoli aktar iebsa u, l-aktar importanti, permeżż tas-SĠP (3). Id-dumping ekoloġiku wkoll inaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni, b'detriment għall-ambjent.

    3.3.9

    L-istituzzjonijiet internazzjonali, bl-għajnuna tal-pajjiżi indistrijaliżżati, messhom iniedu proġetti mmirati biex iferrxu l-għerf li joħroġ mill-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli fost il-pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw, kif fil-fatt qiegħda tagħmel il-Komunità ma' l-iStati Membri ġodda.

    3.3.10

    L-użu tat-tikketti li jikkonfermaw li prodott jista' jidħol ġewwa l-UE għaliex kien konformi mal-livelli ambjentali internazzjonali huwa wkoll ta' għajnuna biex jintlaħaq dan l-objettiv.

    3.3.11

    L-għan li messu jintlaħaq huwa l-ħarsien ta' l-ambjent u li n-negozji Ewropej jingħataw kondizzjonijiet realistiċi fiex joperaw u jikkompetu, permezz ta' reviżjoni mill-qiegħ ta' dak li jgħidu d-diversi ftehim.

    4.   Kummenti tal-KESE

    4.1

    Il-KESE segwa mill-viċin l-isforzi tal-Kummissjoni, partikolarment matul dawn l-aħħar snin, li jerġa jistabilixxi lis-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ fil-livell ta' kwistjoni li tinteressa sewwa lill-Komunità. Jinnota, b'mod partikolari, li l-preżentazzjoni ta' l-aqwa prattika fl-oqsma differenti ta' l-innovazzjoni u l-marketing kien ta' tħassib lill-attendenza numeruża fil-Konferenzi organiżżati dan l-aħħar mid-DĠ differenti fi Brussel (4).

    4.2

    Sfortunatament, l-impatt f'livell lokali ta' dawk l-inizzjattivi provokanti tal-ħsieb ma kienx skond l-aspettattivi. Dan iwassalna biex għal darb'oħra nirriflettu dwar kif nistgħu niġbdu r-riedni ta' l-għerf u l-informazzjoni u nwassluhom b'mod aktar wiesa' lid-diversi persuni li għandhom interess fil-qasam (“stakeholders”).

    4.2.1

    L-involviment fil-viċin ta' l-assoċjazzjonijiet professjonali ta' min iħaddem u tal-ħaddiema fil-livelli kollha jrid imur id f'id ma', u jkun il-qafas ta', il-proċess sħiħ ta' innovazzjoni.

    4.2.2

    Hija biss politika ta' koperazzjoni li ġiet ippruvata li taħdem bejn l-imsieħba soċjali, inkluża l-esperjenza ta' l-Aġenziji Bilaterali (5) u sforz komuni biex jgħin it-tkabbir fis-settur, li jippermettielna li nilqgħu l-isfida tal-globalizzazzjoni li, speċjalment f'dan is-settur, “…tippreżenta kwistjonijiet veri ta' min jaħseb fuqhom…”, kif sewwa qal dan l-aħħar il-Kummissarju Lamy.

    4.3

    Il-Kunsill ta' l-Industrija tas-27 ta' Novembru 2003 iddeskriva l-kompetittività industrijali bħala wieħed mill-oqsma ewlenin li fihom l-Unjoni Ewropea u l-iStati Membri jrid jieħdu sehem attiv sabiex jintlaħqu l-objettivi mfassla mill-istrateġija ta' Lisbona (ĠU C 317 tat-30.12.2003, paġ. 2). Is-settur tat-tessuti huwa bla dubbju fil-preżent l-aktar wieħed espost għad-deindustrijalizzazzjoni li nħolqot bl-aspetti l-ġodda tal-kummerċ dinji.

    4.3.1

    Primarjament għal dawn ir-raġunijiet, is-settur tat-tessuti jrid jiffaċċja proċess permanenti ta' ristrutturiżżazzjoni u modernizzar, flimkien ma' rallentament evidenti fl-attività ekonomika, produzzjoni u impiegi. Hu madanakollu settur strateġiku li jkompli jipprovdi x-xogħol, speċjalment għan-nisa. Fil-konklużjonijiet tiegħu hawn fuq imsemmija, il-Kunsill – konxju tal-valur tas-settur – stieden lill-Kummissjoni biex tagħti rapport lura sa' Lulju 2004 dwar l-inizzjattivi li jistgħu jkunu fil-forma ta' Pjan ta' Azzjoni biex jsostnu s-settur tat-tessuti.

    4.4

    anke fid-dawl tal-punti magħmula fil-komunikazzjoni tagħha, tħares urġentement mill-ġdid lejn dawn il-punti li ġejjin:

    4.4.1

    Jiġu ravvivati n-negozjati ta' l-Aġenda ta' l-Iżvilupp ta' Doha, billi jissaħħaħ id-dokument tiegħu stess (COM(2003) 734 finali tas-26 ta' Novembru 2003) b'risposta għan-numru ta' sinjali ċari mingħand il-gruppi ta' l-impjegati, ta' min iħaddem u tal-konsumaturi (6).

    4.4.2

    Ir-rwol tad-dwana fl-immaniġjar integrat tal-fruntieri esterni (7), bl-adozzjoni tal-konsiderazzjonijiet u suġġerimenti oħra imfissra fl-opinjoni tal-Kumitat.

    4.4.3

    Regoli ta' l-oriġini fl-arranġamenti preferenzjali tal-kummerċ (COM(2003) 787 finali), sabiex il-livelli ta' tariffi futuri prodotti min-negozjati multilaterali jiġu stabilizzati, permezz ta' ftehim ta' kummerċ ħieles u bl-għajnuna għall-iżvilupp sostenibbli. Barra minn hekk, kif repetutament argumentat f'din l-opinjoni, “proċeduri ta' l-immaniġjar u mekkaniżmi ta' sorveljanza […] ukoll iridu jitfasslu sabiex jiżguraw li l-arranġamenti preferenzjali jintużaw sewwa u jipproteġu l-komunità kummerċjali u l-interessi finanzjarji nvoluti kontra l-abbużi mis-sistema. ” (8).

    4.4.4

    Il-provvedimenti tal-ftehim ta' sħubija maċ-Ċina (9), li fi ħdanu ntgħażlu diversi riżorsi komunitarji mfassla sabiex tiżdied il-kompetizzjoni bejn iċ-Ċina u l-UE (Programm ta' Taħrig għall- Junior Managers, L-iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, taħt it-titolu B7-3).

    4.4.5

    L-introduzzjoni ta' programm Komunitarju li jingħata r-riżorsi meħtieġa sabiex jgħin fir-riċerka, innovazzjoni (mhux eskluissivament teknoloġiċi) u taħriġ vokazzjonali fis-settur (kapaċità ta' persuni li jħaddmu fuq skala zgħira u l-ħaddiema b'mod partikolari sabiex jadattaw irwieħhom għas-sitwazzjoni internazzjonali ġdida u l-bżonnijiet tal-konsumaturi). Dan il-prinċipju ssemma' ċar mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-futur tas-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ adottata fi Frar ta' l-2004.

    4.4.6

    Miżuri ta' protezzjoni tal-konsumaturi. Il-konsumaturi huma dejjem aktar konxji ta' l-effetti potenzjali fuq is-saħħa ta' ċerti prodotti li jkollhom kuntatt mal-ġilda, mhux l-anqas in konnessjoni mat-tifrix ta' allerġiji ta' kuntatt jew mard ieħor tal-ġilda (10). Fid-dawl ta' l-iżviluppi fil-liġi Ewropea dwar trasparenza fis-settur ta' l-ikel, liġijiet simili għandhom jiġu ntrodotti biex ikun hemm tikkettjar obbligatorju biex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa dwar l-oriġini tal-materjal li ntuża u fejn ġie manifatturat il-prodott lest.

    4.5

    L-introduzzjoni ta' tikketta obbligatorja “Magħmul fi …” tista' tgħin biex iżżid il-kunfidenza tal-konsumaturi' li meta jixtru l-ħwejjeġ ikunu qiegħdin iħallsu prezz li iqis il-livelli ta' produzzjoni u stil applikati fil-pajjiż ta' l-oriġini – il-pajjiż ta' l-oriġini għandu jkun il-pajjiż li fiħ il-ħwejjeġ ikunu tlestew u mhux il-pajjiż li fiħ ġie prodott – iżda l-proposta tal-Kummissjoni “Magħmul fl-Ewropa” mhix konvinċenti. Tikketta unika Ewropea ma tagħtix każ tal-kwalitajiet partikolari u ta' min ifaħħarhom tal-prodotti tal-pajjiżi individwali – “uniti fid-diversità”.

    4.5.1

    Dwar l-alternattivi mfissra fil-proposta tal-Kummissjoni's dwar it-tikketti ta' l-oriġini, il-Kumitat jisħaq li għandu jintgħażel it-tikkettjar obbligatorju kemm tal-prodotti importati kif ukoll ta' dawk manifatturati fis-Suq Uniku, meta jinbiegħu ġewwa l-Unjoni Ewropea. Effett wieħed ta' dan huwa li jagħmilha aktar faċli li l-konsumaturi jitmexxew lejn prodotti “etiċi” f'termini kemm tal-kwalità intrinsika tagħhom kif ukoll osservanza tad-drittijiet tal-ħaddiema waqt il-proċess ta' produzzjoni.

    4.6

    Il-kultura tar-responsabilità soċjetarja għandha tiġi konsolidata bħala mudell Ewropew, iżda trid ukoll tiġi estiża għall-pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw permezz ta' strumenti speċifiċi li jkunu jistgħu jiġu verifikati fil-livell tal-konsumaturi, u li għalhekk l-aspetti tagħhom relatati mal-kummerċ ikunu sinjifikanti (11).

    4.7

    Liġijiet dwar is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li huma viġenti fl-industrija iridu jsiru aktar viżibbli għall-konsumaturi, sabiex tingħata spinta lill-vantaġġ kompetittiv.

    4.7.1

    Il-pożizzjoni skjetta ta' l-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli u, konsegwentement, dwar l-osservanza ta' l-aġenda tal-Protokoll ta' Kyoto, jista' jkollha suċċess u tkun approvata mis-settur tal-manifattura Ewropew, jekk tkun akkompanjata minn rikonoxximent ta' l-isforzi li jġibu magħhom dawk l-obbligazzjonijiet. Jekk ma jittieħidx kont tal-kompetizzjoni nġusta jew li tittieħed azzjoni biex din ma tiġrix xejn m'hu ser jgħin it-tifrix ta' kultura ta' progress fost dawk li jħaddmu kif ukoll il-ħaddiema Ewropej. Barra minn hekk, dan jista' jgħaġġel id-deindustrijalizzazzjoni fl-Ewropa, li jista' jkun ta' benefiċċju għal xi uħud mill-kumpanniji multinazzjonali (12), li jistgħu jduru għall-produzzjoni f'pajjiżi li huma anqas konxji minn dan il-prinċipju, emblematiku ta' “ekonomija tas-suq soċjali ”.

    4.7.2

    L-isforzi tal-Kummissjoni favur it-tnaqqis tal-konsum ta' l-enerġija, anke permezz ta' l-introduzzjoni ġenerali ta' rekwiżiti ta' disinn ekoloġiku għal prodotti li jużaw l-enerġija (13), jistgħu fiż-żmien jilhqu l-għan tagħhom, jekk l-industriji Ewropej, partikoalrment dawk tat-tessuti u ta' l-ħwejjeġ – ikun għad għandhom suq, u konsegwentement makkinarju, għall-produzzjoni. Inkella, wieħed jista' jestendi l-proposta għal xi pajjiżi li allegatement għadhom qiegħdin jiżviluppaw sabiex itejjbu l-konsum ta' l-enerġija mill-makkinarju li jużaw biex jimmanifatturaw il-prodotti tagħhom.

    4.8

    Il-Kumitat jostni li anké fil-livell Ewropew, trid tiġi ffukata attenzjoni kostanti fuq l-intrapriżi żgħar u dawk żgħar ħafna li huma komuni ħafna f'dan is-settur. Attenzjoni partikolari trid tingħata lis-sistema finanzjarja preżenti, li aktar donnha tiffavorixxi n-negozji l-kbar. Il-Kumitat jirrikonoxxi wkoll ix-xogħol tal-Kummissjoni biex tisħaq il-problemi ta' l-intrapriżi żgħar u dawk żgħar ħafna, u biex tħajjar l-intraprenditorija fil-kultura Ewropea (14).

    4.9

    Il-Kumitat isejjaħ għal tnaqqis fin-numru ta' pajjiżi li jibbenefikaw mis-Sistema Ġenerali tal-Preferenzi (SĠP), it-tariffi doganali mħaddma fil-preżent mill-UE – li huma fost l-aktar baxxi fid-dinja – ma jridux jitbaxxew aktar qabel dawk f'numru minn dawk il-pajjiżi b'esportazzjoni kompetittiva ħafna tat-tessuti u l-ħwejjeġ jitnaqqsu wkoll f'livell komparabbli. Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-futur tas-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ fl-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Jannar 2004, il-Parlament Ewropew ukoll jirrikmanda li jiġi adottat il-kriterju tar-reċiproċità, jew “l-aċċess għas-swieq f'livell dinji li jkun komparabbli mal-kondizzjonijiet ta' importazzjoni fl-UE ser jibda japplika b'effett mill-2005”. Il-Kumitat hu favur il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, iżda kontra liberalizzazzjoni fuq naħa waħda. Pajjiżi oħra wkoll għandhom ikunu lesti biex jiftħu s-swieq tagħhom għat-tessuti u l-proċeduri ta' għamil tal-ħwejjeg ta' l-UE.

    4.9.1

    Kontrolli tad-dwana fuq il-fruntieri esterni jridu jitjiebu sabiex tintgħeleb il-problema serja tal-piraterija u l-oġġetti foloz. Iridu jingħaqdu f'servizzi konġunti Ewropej ġenwini, b'miżuri ta' assistenza speċifiċi għall-iStati Membri ġodda.

    4.9.2

    Il-Kumitat jaqsam t-tħassib serju flimkien ma' dawk il-kategoriji milquta mill-frodi, u jikkunsidra li jridu jittieħdu l-miżuri kollha biex inaqqsuha. Is-servizzi tad-dwana repetutament osservaw li m'għandhomx biżżejjed nies biex jeżaminaw l-oġġetti fi tranżitu, speċjalment fil-portijiet. Medja ta' 1,000 kontejner jaslu kuljum fil-port ta' Napli, per eżempju, u hemm biss tlieta min-nies biex jeżaminawhom: medja ta' anqas minn 1 % minnhom jinfetħu (u jinfetħu biss, mhux jiġu spezzjonati).

    4.9.3

    F'dan l-istat li hu mgħarraq mill-frodi ppjanata pperpetrata mill-gruppi kriminali li jolqtu negozji f'ħafna portijiet Ewropej, metodu possibbli hu li prodotti partikolari jiġu konċentrati f'portijiet attrezzati apposta, li fihom il-kategoriji konċernati ikun rappreżentat u kontrolli aktar stretti jsiru mis-servizzi tad-dwana.

    4.9.4

    Punt 11 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew taqbel sostanzjalment ma' din il-linja, li titlob lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi u tgħin lil min jimmanifattura u jistabilixxi qafas ta' sorveljenza u informazzjoni biex jidentifika is-sorsi ta' l-oġġetti foloz jew prodotti piratati u teliminahom mis-suq.

    4.9.5

    Soluzzjoni oħra tista' tkun l-kontejners jinqasmu filwaqt li jkunu għadhom issiġillati, bejn iż-żoni tad-destinazzjoni finali. Dan inaqqas drammatikament in-numru ta' kontejners li jridu jiġu verifikati fil-portijiet u jippermettu verifiki aktar fil-fond.

    4.10

    Il-pajjiżi li minnhom joriġinaw l-oġġetti wkoll iridu jintalbu biex itejjbu l-kontrolli. Pajjiżi li jiffaċilitaw il-frodi billi jħaddmu sistemi ta' kontroll ineffikaċi messhom isofru mill-irtirar temporanju tal-kondizzjonijiet vantaġġjużi ta' esportazzjoni. Is-SĠP biss, użata ħafna fis-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ, tiswa lill-UE €2.2 biljun fis-sena f'termini ta' introjtu doganali mitluf. Għall-kuntrarju, il-pajjiżi li jipparteċipaw fiha jirċievu benefiċċju annwali ta' l-istess somma. Jekk l-UE tingħata vantaġġi ta' dak il-kobor, hija ntitolata timponi termini u kondizzjonijiet biex wieħed jirċievi dawk il-vantaġġi.

    4.10.1

    Il-Kumitat konxju sewwa li l-fruntieri reali ta' l-UE mhux neċessarjament jaqblu mal-fruntieri fiżiċi ta'l-iStati Membri: huma qed jinstabu dejjem iżjed fit-territorji tal-pajjiżi li timporta mingħandhom. Il-KESE diġà esprima l-opinjonijiet tiegħu fuq din il-kwistjoni.

    4.11

    Ir-regoli kurrenti dwar l-oriġini tal-prodott huma wisq kumplessi u diffiċli biex jiġu applikati; faċilment jinftiehmu ħażin u jirrikjedu li wieħed ikun jaf fil-fond dwar numru kbir ta' liġijiet. Huma issa saru xkiel fuq in-negozju u provokazzjoni qawwija lejn biex issir il-frodi. Il-pajjiżi benefiċjarji bosta drabi jservu ta' meżż ta' dħul għall-prodotti ta' pajjiżi mhux benefiċjarji.

    4.12

    Dwar il-vantaġġi li ser jingħataw lill-pajjiżi li għadhom qiegħdin jiżviluppaw, il-Kumitat isejjaħ lill-Kummissjoni – b'mod partikolari id-DĠ tan-Negozju – biex tiddefinixxi standards ċari, speċjalment għall-protezzjoni ta' drittijiet tal-ħaddiema, il-protezzjoni ta' l-ambjent, il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u aspetti mportanti oħra dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u r-rispett lejn l-annimali.

    4.13

    Meta jiġi għat-Tariffa Doganali Komuni (TDK), il-Kumitat jinnota li r-Regolament riċenti 1789/2003 li jemeda r-Regolament 2658/87, u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2004, huwa wkoll ir-riżultat ta' serje ta' kompromessi dwar il-livell tat-TDK. Dawn il-kompromessi jagħmlu l-implimentazzjoni diffiċli u kumplessa u konsegwentement jagħmlu l-frodi u l-evażjoni aktar faċli. It-taqsima “Artikoli ta' l-ħwejjeġ u aċċessorji tal-ħwejjeġ”, indikati bil-kodiċi 61, 62 u 63 tinkludi 466 oġġett; minn dawn 398 jattiraw tariffa ta' 12 %, u t-68 l-oħra għandhom tariffi li jvarjaw minn eżenzjoni totali sa 2 %, 4 %, 5.3 %, 6.2 %, 6.3 %, 6.5 %, 6.9 %, 7.2 %, 7.5 %, 7.6 %, 7.7 %, 8 %, 8.9 %, 10 % u 10.5 %. Kodiċi oħra: 64 (Żraben, getti u oġġetti simili), 65 (Ħwejjeġ tar-ras u partijiet minnhom), 66 (Umbrelel) u 67 (Rix u fjuri artifiċjali) għandhom tariffi ta' 1.7 %, 2.2 %, 2.7 %, 4.7 %, 5 %, 5.2 %, 7 % u 8 %.

    4.13.1

    Hemm aktar minn 20 livell ta' tariffa għat-total ta' 1,516 -il prodott koperti mill-kodiċi 50 sa 67 tan-Nomenklatura Kombinata (NK). Numru daqshekk kbir ta' tariffi simili joħloq biss il-problemi, u huwa xhieda tad-debbolezza ta' sistema li tista' tkun ħafn'aktar razzjonali u anqas vulnerabbli għall-pressjoni minn ċentri ta' interess ekonomiku li, fil-waqt li jagħmlu l-aktar qliegħ possibbli, ma jiġġeneraw xejn ħlief diffikultajiet għal ħafna negozji. Il-Kumitat jikkunsidra li jekk wieħed ikollu numru limitat ta' tariffi – l-aktar tlieta jew erbgħa – il-frodi tiġi mnaqqsa bil-bosta u s-sistema tissimplifika ruħha enormement.

    4.14

    Il-Kumitat jagħti importanza partikolari lill-promozzjoni ta' l-osservanza tal-livelli bażiċi tax-xogħol u negozju ġust, protezzjoni ta' l-ambjent u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi. Għalkemm huwa minnu li s-SĠP preżenti tnaqqas il-livelli tat-TDK b'40 %, u b'hekk tippermetti lill-pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw li jesportaw il-prodotti tagħhom tat-tessuti, ħwejjeġ u ż-żraben lill-pajjiżi ta' l-UE b'tariffa ta' anqas minn 5 % sakemm jintrabtu li josservaw il-klawsoli soċjali u ambjentali, hi madanakollu falliet bħala kampanja morali. L-anqas ma kellu xi impatt fuq it-tnaqqis tal-kummerċ fid-drogi r-reġim li kien intiż biex jiġġieled kontra t-traffikar tad-drogi li minnu bbenefikaw 12 il-pajjiż. Min-naħa l-oħra diversi negozji żgħar Ewropej kellhom jagħlqu minħabba li ma setgħux ilaħħqu mal-kompetizzjoni; dan huwa r-riżultat ta' spejjeż globali ta' produzzjoni li ma jistgħux jitqabblu ma' l-ispejjeż imposti b'regolamenti progressivi u li jxaqilbu lejn l-iżvilupp sostenibbli (15).

    4.15

    Il-KESE jemmen li l-isforzi tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew iridu jingħataw spinta sabiex jiġu esklużi mis-SĠP dawk il-pajjiżi kollha li għandhom bżonn jesportaw il-prodotti tagħhom tat-tessuti, ta' l-ħwejjeġ u ż-żraben lill-UE, iżda li ma jirrispettawx id-drittijiet fundamentali stipulati mill-ILO (16) (Organiżżazzjoni Dinjija tax-Xogħol) (17).

    4.16

    Il-KESE huwa konvint li l-PGD per capita ma jistax ikun l-unika kriterju biex jiġi deċiż jekk pajjiżi hux eliġibbli għal tnaqqis taħt is-SĠP fis-settur tat-tessuti. Il-Kumitat jikkondividi wkoll it-tħassib li jinstema' f'ħafna kwartjieri li proporzjon mhux xieraq tal-benefiċċji qiegħed jingħata lil dawk il-pajjiżi li huma fost l-anqas li għandhom bżonnhom. Sabiex jiġi żgurat li l-assistenza tas-SĠP tiġi kkonċentrata fuq il-pajjiżi bl-akbar bżonnijiet, il-Kumitat jirrakomanda li l-kategoriji ta' pajjiżi li ġejjin jiġu esklużi mis-sistema:

    pajjiżi membri ta' l-OPEC (18);

    pajjiżi li ma jiġux definiti min-NU bħala “pajjiżi li għadhom qiegħdin jiżviluppaw”;

    pajjiżi li għandhom programm ta' armi nukleari;

    pajjiżi li jservu ta' paradisi fiskali;

    pajjiżi li għandhom ftehim bilaterali jew reġjonali ma' l-UE (19);

    pajjiżi li mhux konformi mad-drittijiet fundamentali stipulati mill-ILO (20).

    4.17

    Iċ-Ċentri ta' Poli Teknoloġiċi u Innovazzjoni – mifruxa sewwa madwar l-UE – għandhom jgħinu biex titjieb il-koperazzjoni u t-tifrix ta' l-esperjenzi ma' l-intraprendituri fl-industrija, l-universitajiet u l-organiżżazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

    4.18

    Tessuti tekniċi, tessuti ta' teknoloġija għolja u żraben tekniċi kull ma jmur qiegħdin iżidu s-sehem tagħhom mis-suq fl-Ewropa u globalment. Grazzi għall-esperjenza solida tagħhom fuq il-lant tax-xogħol, negozji żgħar u medji Ewropej jistgħu jkollhom, kemm issa u anké fil-futur, rwol importanti fil-produzzjoni ta' ħwejjeġ li jisfruttaw proċessi ġodda kimiċi u jiżviluppaw teknoloġija ġdida.

    4.19

    Il-KESE hu tal-fehma li hemm bżonn li tingħata prova lill-Azzjonijiet Konċertati bejn il-Kummissjoni u l-iStati Membri sabiex jiġu finanzjati u mgħejuna varjetà ta' servizzi avvanzati li jistgħu jtejjbu r-rendiment tan-negozju, sabiex jiġi nkoraġġut it-tqabbil bejn il-fornitura u d-domanda għal ħwejjeġ innovattivi.

    4.19.1

    Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u s-Sixth Framework Programme dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp messhom jintużaw biex itejjbu u jiżviluppaw faċilitajiet ta' taħriġ għal tip ta' professjonist ġdid b'abilitajiet operattivi-tekniċi speċifiċi, u li jistgħu jaġixxu – wara pjan ta' azzjoni adegwat – bħala promoturi ta' l-innovazzjoni għall-SMEs. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil dawk il-pajjiżi fl-UE fejn is-setturi tat-tessuti u l-ħwejjeġ għandhom importanza strateġika.

    4.19.2

    Il-profili professjonali meħtieġa biex in-negozji jkollom l-għajnuna biex itejjbu u jespandu l-produzzjoni tat-tessuti tekniċi u żraben, jinkludu: analisti awdituri tat-teknoloġija, faċilitaturi ta' pjanijiet ta' ristrutturazzjoni, u persuni mħarrġa dwar kif isibu l-opportunitajiet tan-negozju.

    4.19.3

    Il-KESE huwa konvint li jekk jinġabru kollha flimkien l-opportunitajiet lokali eżistenti – poli tat-teknoloġija, universitajiet, Djalogu Strutturat bejn min iħaddem, l-impjegati u l-awtoritajiet lokali – in-negozji u l-SMEs b'mod partikolari, jibbenefeikaw mill-koperazzjoni ma' dawn it-tipi ġodda ta' professjonisti mħarrġa sabiex jitilgħu f'livell ogħla ta' teknoloġija kompetittiva (21).

    4.20

    Il-Kumitat huwa wkoll konxju, kif inhuma wkoll il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, li ditti żgħar (b'anqas minn ħamsin impjegat) jgħoddu għal madwar 70 % mill-industrija tat-tessuti, l-ħwejjeġ u ż-żraben ta' l-UE; madwar 20 % mid-ditti għandhom bejn 50 u 249 impjegat u l-10 % l-oħra jimpjegaw 250 jew iżjed. Is-settur għandu konċentrazzjoni ogħla ta' ħaddiema nisa milli hemm f'industriji oħra. Sforzi biex jinkoraġixxu titjib fl-innovazzjoni u t-teknoloġija jinsabu mxekkla mil-livell ogħli ta' frammentazzjoni fil-kumpanniji madwar l-Ewropa.

    4.21

    Il-KESE, li r-rappreżentanti tiegħu għandhom relazzjoni diretta ma' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, f' diversi okkażjonijiet ikkundanna l-operazzjonijiet ta' frodi ma jaqtgħu xejn u li jinvolvu firxa wiesa' ta' oġġetti min-naħa għall-oħra tal-fruntieri tal-Komunità. L-aktar eżempji ovvjita' frodi jinkludu:

    dikjarazzjonijiet inkonsistenti mal-prodotti li għaddew mid-dwana (22);

    oġġetti mingħajr ċertifikazzjoni ta' konformità, li huma spiss perikolużi għall-konsumaturi;

    oġġetti prodotti li mhux konformi ma' drittijiet ta' proprjetà indistrijali;

    oġġetti soġġetti għal triangolazzjoni bejn diversi Stati (23);

    oġġetti li mhux konformi mar-regoli ta' l-oriġini (24),

    oġġetti foloz jew piratati.

    4.21.1

    Dan l-aħħar sar xi stħarriġ statistiku dwar dan il-fenomenu. Il-KESE jilqa' b'approvazzjoni l-fatt li l-Unjoni Ewropea finalment adottat Regolament li jipprovdi li l-oġġetti foloz iridu jinħarqu u jiġu meqruda mid-dwana (25).

    4.21.2

    Il-Kumitat madanakollu hu tal-fehma li s-suċċess f'dan il-qasam jibqa' limitat.

    4.21.3

    Tabilħaqq, id-diretturi ta' l-aġenziji tad-dwana jilmentaw dwar in-nuqqasijiet tar-regolament tal-Komunità (li messu jikkumpensa għal-leġislazzjoni nazzjonali frammentata) u n-nuqqas ta' impjegati u riżorsibiex jieħdu ħsieb suq daqshekk vast u attiv.

    4.21.4

    Fl-ewwel nofs ta' l-2003, 'l fuq minn 50 miljun prodott falz jew riprodott ġie interċettat mid-dwani Ewropej (26). Il-frodi rdoppjat bejn l-2000 u l-2002 fis-settur ta' l-ħwejjeġ u triplikat mis-setturi tal-fwieħa u tal-kosmetiċi (27). Madanakollu dan hu biss il-ftit li jidher, meta mqabbel ma' dak li rniexxielu jiskappa.

    4.21.5

    Fejn għandu x'jaqsam ma' l-oriġini ta' dawn il-prodotti, 66 % jiġu mill-Asja, speċjalment iċ-Cina u t-Tajlandja. Skond il-Kummissarju Bolkestein, il-produzzjoni ta' oġġetti foloz m'għadux limitat għall-oġġetti lussużi: il-prodotti kollha tal-konsumatur ta' kuljum huma llum miri potenzjali għar-riproduzzjoni falza u l-piraterija, bir-riżultat li l-SMEs aktar ma' jmur aktar qiegħdin ikunu vittmi tal-frodisti (28).

    4.21.6

    L-iskala kbira ta' dan il-fenomenu qed tkompli żżid il-pressjoni fuq id-ditti Ewropej, u ta' spiss iwassal biex in-negozji ż-żgħar jieqfu joperaw, għaliex isir impossibbli għalihom li jibqgħu fuq is-suq.

    5.   Kummenti speċifiċi

    5.1

    Sa mill-1971 il-Komunità Ewropea – għall-bidu permezz tal-GATT u wara l-WTO (World Trade Organisation – Organiżżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ) – għamlet tnaqqis konsiderevoli fuq it-Tariffa Doganali Komuni (TDK) għall-pajjiżi li għadhom qiegħdin jiżviluppaw.

    5.1.1

    Il-prodotti klassifikati bħala mhux sensittivi huma eżenti mid-dazju tad-dwana meta esportati minn pajjiżi li għadhom qiegħdin jiżviluppaw għall-Komunità.

    5.1.2

    Il-prodotti klassifikati bħala sensittivi – li jinkludu t-tessuti, il-ħwejjeġ u ż-żraben – jibbenefikaw minn tnaqqis ta' 20 % (reġim ġenerali), li titla' għal 40 % għar-reġimi speċjali (29).

    5.1.3

    Fl-2003, in-Nazzjonijiet Uniti rrikonoxxew 116 pajjiż li għadhom qiegħdin jiżviluppaw. Fil-prattika iżda, il-vantaġġi mogħtija mill-UE jestendu għal 174 pajjiż (30).

    5.1.4

    L-Asja hija l-akbar benefiċjarja tal-kondizzjonijiet preferenzjali, hu kienet tgħodd għal kważi 70 % tat-total fl-2002. Iċ-Ċina waheda tgħodd għal madwar 25 %.

    5.1.5

    It-tariffa medja ta' l-UE għas-settur TĦŻ (Tessuti, Ħwejjeġ u Żraben) meta applikata għall-pajjjiżi fuq imsemmija hija ta' 4.8 %. It-tariffa mposta mill-Istati Uniti hija 8.9 %, mill-Ġappun 6.6 % u mill-Kanada 12 %. It-tariffi imposti miċ-Ċina huma ta' 20 %, mit-Tajlandja 29 %, mill-Indja 35 %, u mill-Indonesja 40 % (31).

    5.2

    Manifatturi Ewro-Mediterranji tat-TĦŻ qed ikomplu jħabbtu wiċċhom ma' l-ostakoli meta jippruvaw jidħlu fis-swieq Asjatiċi. Sabiex jostakolaw il-kummerċ, dawn is-swieq daħħlu ostakoli mhux magħmula minn tariffi illi jimponu problema serja għall-Industrija Ewropea meħuda flimkien (32).

    5.3

    Fl-industrija tal-manifattura ta' l-UE meħuda flimkien, il-valur miżjud fit-tessuti jgħodd għal madwar 2.5 (33). Ċerti pajjiżi iżda għandhom livelli relattivament għoljin: Lussemburgu 8.7 %; Portugall 6.3 %; Greċja 5.1 %; Italja 4.6 %; Belġju 4.3 % (34). L-importanza ta' l-industrija tat-tessuti u l-ħwejjeġ hi akbar fil-pajjiżi membri ġodda ta' l-UE: 16,1 % fil-Litwanja (35), 10,5 % fl-Estonja (36), eċċ

    6.   Konklużjonijiet

    6.1

    Id-diversi intraprendituri Ewropej f'dan is-settur iħossu li s-sitwazzjoni kurrenti hija nġusta u punittiva. Huma spiss jiġu furzati jieqfu jinnegozjaw għaliex kultant isibu rwieħhom fi klima kompetittiva li donnha tidher li la hi ġusta, l-anqas abbinata ma' l-abilità ta' l-intraprenditur jew ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fuq il-post tax-xogħol. Intraprendituri, ħaddiema u l-persuni fl-UE li jieħdu d-deċiżjoinijiet politiċi f'livelli differenti għandhom bżonn ta' viżjoni komuni u konġunta għall-futur fuq żmien medju u fit-tul ta' settur Ewropew ta' l-ħwejjeġ u t-tessuti li jkun kompetittiv u avvanzat.

    6.1.1

    Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tax-xogħol hekk kif espress min-normi fundamentali ta' l-WTO, għandu jkun imsaħħaħ minn arranġamenti speċifiċi ta' kontroll tal-WTO u minn kooperazzjoni mill-qrib bejn l-WTO u l-OMC.

    6.2

    Tariffi tad-dwana preferenzjali jistgħu jiġu applikati biss lill-49 pajjiż l-anqas żviluppati. In-negozjati mibdija f'Doha għandhom iwasslu għal aktar reċiproċità bejn iż-żona Pan-Ewro-Mediterranja u l-pajjiżi ta' l-Asja. Ftehim dinji messu jintlaħaq bħala parti mit-taħditiet ta' Doha illi jniżżel it-tariffi tad-dwana applikabbli għas-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ għal livell uniformi ta' 15 % fi żmien stabbilit, per eżempju ta' 5 snin.

    6.3

    Il-kontrolli fid-dwani ta' l-UE iridu jingħataw spinta sabiex fl-aqsar żmien posibbli tinkiseb sistema komuni tad-dwana li hija konsistenti mal-leġislazzjoni dwar is-Suq Wieħed.

    6.4

    Sabiex issir il-ġlieda kontra l-oġġetti foloz u l-frodi u biex il-konsumaturi jkollhom aktar informazzjoni, wieħed jippromwovi l-proġett tat-tikketta ta' l-oriġini (37) (ġeografika, soċjali, ambjentali).

    6.4.1

    Għall-istess raġuni, il-KESE jissuġġerixxi l-istipular eventwali ta' strateġija biex jintgħarfu t-tessuti, li tkun fattur fit-tnaqqis tal-frodi derivanti mil-liġijiet dwar regoli ta' l-oriġini u l-prodotti foloz.

    6.5

    Il-Kumitat hu favur l-isforzi tal-Kummissjoni li tassigura strumenti tal-protezzjoni tal-kummerċ aktar iebsa, u miżuri antidumping u kontra s-sussidji. Bl-istess mod, huwa jsejjaħ lill-Kummissjoni biex timplimenta miżuri ta' protezzjoni, b'mod partikolari fejn il-frodi ġiet identifikata u konfermata. Fin-negozjati ta' Doha l-UE għandha tipprova tikseb dixxiplina aktar stretta dwar l-użu ta' miżuri ta' salvagwardja, azzjonijiet ta' antidumping u miżuri protettivi oħra bil-bidliet f'regolamenti dwar l-oriġini, eċċ.

    6.6

    Il-Kummissjoni trid tagħti spinta lill-isforzi tagħha biex tassigura li t-TRIPS (Trade-Related Aspects of Intellectual Property Rights – Aspetti tad-Drittijiet ta' Proprjetà Industrijali relatati mal-Kummerċ) ikunu garantiti mill-WTO u rispettati mill-iStati Membri.

    6.7

    Il-kapaċità innovattiva trid tiżdied – partikolarment fejn jidħlu l-SMEs – permezz ta' proġetti u programmi miftiehma f'livell lokali, bil-kontribuzzjoni ta' l-imsieħba soċjali kollha u l-involviment taċ-ċentri ta' riċerka. L-Ewropa għandha kulleġġi tat-tessuti b'esperjenza twila. Ikun estremament utli li jitfassal network ta' eċċellenza b'konnessjonijiet mill-qrib ma' l-intrapriżi u s-suq tax-xogħol li jkun jista' jieħu vantaġġ mill-opportunitajiet mogħtija mis-Sixth Framework Programme u timplimenta programm ta' previżjoni tekniku biex jippromwovi l-iżvilupp tekniku fis-settur.

    6.7.1

    L-industrija tat-tessuti Ewropea trid iżżid ukoll, ma' l-assi tagħha tal-moda u l-isbuħija tal-prodott manifatturat, il-kapaċità għall-innovazzjoni, l-introduzzjoni ta' fibri ġodda u tessuti kompositi, magħmulin aħjar bit-terrer (powders) żviluppati bin-nanoteknoloġija, li ttejjeb il-prodott għall-użu, fis-sigurtà, fil-kwalitajiet protettivi kontra s-sħana u fil-faċilità li biħ jintlibes.

    6.7.2

    Tessuti mhux minsuġa – tessuti speċjali – trattati b'sustanzi kimiċi li jagħmluha ta' adeżiv, aktar ma jmur aktar qiegħdin isiru popolari f'numru ta' setturi – incluż l-isport, il-kostruzzjoni, u l-industriji aeronawtiċi u tat-trasport. Kif diġà ingħad, dan is-suq qiegħed jikber dejjem aktar u jirrapreżenta opportunità għad-diversifikazzjoni tal-prodott b'potenzjal qawwi għall-iżvilupp fil-futur. (38).

    6.8

    Il-KKBI (Kumitat Konsultattiv dwar il-Bidla Industrijali - CCIC - Consultative Commission on Industrial Change), li kisebesperjenza kbira matul għexieren ta' snin li matulhom ħa ħsieb tal-problemi relatati ma' l-iżvilupp tas-swieq tal-faħam u l-azzar (39), jista' jkollu rwol importanti x'joffri bħala n-ness bejn il-Kummissjoni u s-settur tat-tessuti, biex b'hekk jiffaċilita d-diversifikazzjoni tal-prodott.

    6.8.1

    Hemm il-bżonn li l-impjegati li ser jitilfu xogħolhom minħabba r-ristrutturazzjoni jerġgħu jitħarrġu b'kapaċitajiet ġodda. Għandhom jitħajru l-ħolqien u t-tkabbir ta' l-interessi ta' l-intraprendituri fejn jidħlu dawn il-prodotti ġodda. L-iżvilupp sostenibbli ġenwin fil-futur huwa possibbli biss jekk iż-żgħażagħ isiru familjari mal-prodotti ġodda u jingħataw l-għajnuna biex japprezzaw il-kwalitajiet tagħhom u jadottaw il-prinċipji tar-rispett għall-ambjent li huma jippromwovu. Organizzazzjonijiet Ewropej bħall-KKBI, li għandhom esperjenza sew soċjali kif ukoll teknika, jistgħu joffru kontribuzzjoni siewja f'dan il-qasam.

    6.9

    Is-settur tat-tessuti, l-ħwejjeġ u l-ġilda huwa l-ewwel wieħed li ġie indirizzat mill-politika vertikali ta' l-industrija riċentement imnedija mill-Kummissjoni Ewropea fil-qasam ta' l-industrija, u li tikkumplimenta il-politika oriżżontali viġenti. L-osservaturi kollha, b'mod partikolari l-ħaddiema fis-settur, jaqblu li huwa vitali li l-Kummissjoni, flimkien ma' l-iStati Membri u l-imsieħba soċjali, jkollha suċċess fl-għajnuna tagħha biex is-settur jimmoderniżża t-teknoloġija li hu jużau jiffaċċja l-isfidi tal-globalizzazzjoni.

    6.9.1

    B'żieda mal-pjattaformi teknoloġiċi diġà stabbiliti bil-policies tal-Komunità (40) tista' tiġi stipulatar-raba' pjattaforma, dedikata lill-aspetti innovattivi ħafna tad-disinn modern tat-tessuti.

    6.10

    Id-deindustrijaliżżazzjoni miexja sewwa fil-pajjiżi avvanzati kollha. Fl-UE, il-valur miżjud tas-settur terzjarju tela' għal 70 % tal-PGD totali (22 % għall-industrija, 5 % għall-kostruzzjoni u 3 % għall-agrikoltura) (41). Madanakollu l-proċess m'għandux jiġi nkoraġġit, għaliex parti kbira tal-valur miżjud jispiċċa fin-negozji, jew joriġina minnhom: il-kummerċ u t-trasport 21. %; servizzi finanzjarji u tal-kummerċ 27.2 %; amministrazzjoni pubblika 21.6 % (42).

    6.11

    Il-KESE jemmen li għandu jintuża l-piż sħiħ tal-viżjoni Ewropea ta' “ekonomija tas-suq soċjali” biex ir-regoli tal-WTO jitbiddlu għall-aħjar. Fil-preżent, dawn ir-regoli ma jippermettux l-abolizzjoni ta' l-importazzjoni tal-prodotti, ħlief fejn jirrapreżentaw perikolu. Iżda r-rispett għal numru ta' prioritajiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi għandhom jiġu mposti mingħajr dewmien, meta jitqies li l-UE, bħala entità li tieħu sehem fl-ekonomija globali, tista' tirrendi l-osservanza globali aktar effettiva billi tfittex mill-viċin li “tifrex l-iżvilupp sostenibbli madwar il-pjaneta permeżż ta' … koperazzjoni internazzjonali u politika domestika tajba” (43).

    6.11.1

    Il-prezz ta' l-implimentazzjoni ta' din il-politika li jkollu jinġarr mill-pajjiżi li għadhom qiegħdin jiżviluppaw jista' jiġi finanzjat parzjalment mill-programmi ta' koperazzjoni ta' l-iżvilupp li jfittxu li jtejjbu l-kondotta kummerċjali. Il-programmi għandhom jiġu riveduti regolarment.

    6.12

    Probabilment intlaħaq stadju fil-proċess ta' globalizzazzjoni li fiħ aktar attenzjoni trid tiġi ffukata fuq “il-preferenzi u s-sensibilitajiet kollettivi” imlissna mill-pubbliku ġenerali, sabiex jittaffew it-tensjonijiet internazzjonali u jitwarrbu “il-gwerer tal-kummerċ” ideoloġiċi li qiegħdin jiżdiedu u li ma jidhirx li jista' jintlaħaq ftehim dwarhom bl-użu tal-mekkaniżmi u regoli kurrenti.

    Brussel, l-1 ta' Lulju 2004

    Il-President

    tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    Roger BRIESCH


    (1)  Hemm 49 Pajjiż l-Anqas Żviluppat, li minnhom 40 huma pajjiżi AKP (l-Afrika, il-Karibew u l-Pacifiku) u 9 mhux AKP: l-Afghanistan, il-Bangladesh, il-Butan, il-Kambodja, il-Laos, il-Myanmar, il-Maldivi, in-Nepal u l-Yemen.

    (2)  Attendiet ghas-smigh is-Sinjorina Concepció Ferrer i Casals, Membru tal-Parlament Ewropew u President tal-Forum tat-Tessuti, Hwejjeg u tal-Gilda. Il-Kummissjoni Ewropea kienet rappreżentata mis-Sur Luis Filipe Girão, Kap ta' l-Unità fid-DG ENTR, u Is-Sur Ghazi Ben Ahmed tad-DG TRADE. Is-60 persuna li attendew kienu jinkludu Taljani, Germaniżi, Franciżi, Torok, Litwani u Belgjani.

    (3)  Opinjoni tal-KESE 313/2004 (REX/141).

    (4)  Konferenza tal-15 ta' Ottubru 2002 “In-negozju Ewropew ta' l-hwejjeg jaqleb ghal teknologija gholja ”, Borschette - Brussel. Konferenza ta' l-20 ta' Marzu 2003 “Il-futur ta' l-industrija tat-tessuti u l-hwejjeg fl-Ewropa wara t-tkabbir”. Konferenza tal-5-6 ta' Mejju 2003 “Il-Futur tat-Tessuti u l-Hwejjeg wara l-2005”, Charlemagne - Brussel.

    (5)  L-Agenziji Bilaterali jigbru fihom n-negozji ż-żghar u l-haddiema li, billi jagixxu skond il-principju ta' reciprocità, jipprovdu finanzjamenti ghal-korsijiet innovattivi, ta' tigdid u ta' sostenn ghall-haddiema u sidien ta' negozji żghar u żghar hafna.

    (6)  Cf. is-smigh tal-21 ta' Jannar 2004 u l-konklużjonijiet fil-punt 13.

    (7)  COM(2003) 452 final ta' l- 24.4.2003.

    (8)  COM(2003) 787 finali tat-18.12.2003.

    (9)  COM(2003) 533 finali ta' l-10.9.2003.

    (10)  Madwar 1,000 sustanza kimika huma l-aktar użati minn fost il-5,000 disponibbli fis-settur tat-tessuti. Barra minn hekk, teżisti kwantità mhux specifikata ta' tahlit differenti ta' diversi sustanzi, li whud minnhom huma tossici, li jintużaw biex jaghtu l-kulur u ghal trattament iehor tat-tessuti. Fl-UE, is-sustanzi tossici jintghażlu, jigu mormija jew trattati qabel jintużaw skond il-ligijiet ambjentali u tas-sahha. L-ispejjeż ta' dan jithallsu min-negozji Ewropej.

    (11)  Cf. COM(2004) 101 ta' l-10.02.2004 – Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Bini tal-Futur Komuni Taghna, Sezzjoni C: L-UE bhala imsieheb globali.

    (12)  Cf. Eurostat: Il-PGD fid-Dinja. Mill-PGD dinji, li kien €34,000 biljun fl-2002, 'l fuq minn 55 % kien f'idejn madwar 45,000 kumpannija multinazzjonali.

    (13)  Proposta ghal Direttiva, COM(2003) 453 finali ta' l-1.8.2003.

    (14)  Cf., inter alia, id-dokumenti segwenti: COM(2001) 98 finali ta' l-1.3.2001; COM(2001) 366 finali tat-18.7.2001; COM(2003) 21 finali tal-21.1.2003; COM(2002) 345 finali ta' l-1.7.2002; COM(2001) 122 finali tas-7.3.2001; COM(2002) 68 finali tas-6.2.2002; u COM(2003) 27 finali tal-21.1.2003.

    (15)  Cf. Opinjoni REX/141 (Is-SGP), punti 6.6.2, 6.6.2.1, 6.6.2.2 u 6.6.2.3.

    (16)  C29 – Konvenzjoni dwar ix-Xoghol Furzat; C87 – Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' l-Assocjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt ta' l-Organizzazzjoni; C98 – Konvenzjoni dwar id-Dritt ta' l-Organiżżazzjoni u n-Negozjar Kollettiv; C100 – Konvenzjoni dwar il-Pagi Ugwali; C105 – Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xoghol Furzat; C111 – Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (Impiegi u Okkupazzjonijiet); C138 – Konvenzjoni dwar l-Età Minima; C182 – Konvenzjoni dwar l-Aghar Forom ta' Xoghol tat-Tfal.

    (17)  Cf. REX/141 (Is-SGP), punt 6.6.2.3

    (18)  Venezwela, Algerija, Nigerja, Libja, Arabja Sawdita, L-Emirati Gharab Maghquda, Kwasar, Kuwajt, Iraq, Iran, Indonesja.

    (19)  (Sistema Generalizzata tal-Preferenzi), punt 6.6.1.2.

    (20)  Ibidem.

    (21)  In-negozji żghar spiss jixtiequ jaqilbu mill-produzzjoni ta' hwejjeg maghmulha minn prodotti tradizzjonali ghal ohrajn godda maghmulha minn tessuti teknici jew intelligenti, iżda m'ghandhomx biżżejjed informazzjoni u taghrif dwar il-processi teknici u kummercjali.

    (22)  Il-percentwali tat-tariffa tad-dwana tiddependi fuq it-tip ta' prodott importat. Ta' spiss jigu dikjarati bhala prodotti differenti, b'tariffi orhos minn dawk applikabbli ghall-prodotti li gew importati fil-verità.

    (23)  Green Paper dwar il-futur tar-regoli ta' l-origini fi ftehim tal-kummerc preferenzjali, COM(2003) 787 finali, punt 1.2.2.

    (24)  Ibidem.

    (25)  Regolament (KE) 1383/2003 tat-22.07.03. Jidhol fis-sehh fl-1.7.2004.

    (26)  IP 03/1589 tal-24.11.03.

    (27)  Ibidem.

    (28)  Ibidem.

    (29)  Regim specjali ghall-protezzjoni tad-drittijiet tal-haddiema; SR ghall-protezzjoni ta' l-ambjent; SR biex tikkumbatti l-produzzjoni tad-drogi u t-traffikar.

    (30)  Anness I tar-Regolament 2501/2001.

    (31)  Sors: Kummissjoni Ewropea

    (32)  L-ostakoli mhux maghmula minn tariffi l-aktar komuni huma : taxxi addizzjonali jew hlasijiet; prezzijiet minimi ta' importazzjoni; prezzijiet tal-valutazzjoni tad-dwana ma' jithallsux fuq l-oggetti importati; rekwiżiti diskriminatorji mhux ragonevoli dwar it-tikkettjar u l-ismijiet tad-ditta; regimi ta' awtoriżżazzjoni ghall-importazzjoni; proceduri necessarji minn qabel huma difficli.

    (33)  Cod. Minn 17.1 sa 17.6.

    (34)  Sors: Eurostat, l-industrija tal-manifattura fl-UE 1992-2002.

    (35)  Ufficcju ta' l-istatistici tar-Repubblika tal-Litwanja, 2003.

    (36)  Ufficcju ta' l-istatistici tar-Repubblika ta' l-Estonja, 2003.

    (37)  Green Paper: Il-futur tar-regoli ta' l-origini fl-arrangamenti preferenzjali tal-kummerc, COM(2004) 787 finali tat-18 ta' Dicembru 2003.

    (38)  Tessuti tal-fibra tal-karbonju u tal-kevlar huma aktar reżistenti mill-metalli wżati tradizzjonalment u huma ehfef u aktar facli biex jinhadmu.

    (39)  Cf. ix-xoghol tal-Kumitat Konsultattiv tal-KSKE, li wara sar il-KKBI.

    (40)  Aerospazju, komunikazzjoni u azzar.

    (41)  Sors: Eurostat, struttura tal-valur miżjud gross, 2002.

    (42)  Sors: Eurostat, ibidem.

    (43)  COM(2004) 101 finali ta' l-10.02.2004 dwar Nibnu l-futur komuni taghna, pagna 24.


    APPENDIĊI 1

    għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    Għalkemm irċeviet ta' l-anqas kwart tal-voti mitfugħa, l-emenda li ġejja m'għaddietx:

    Ħassar il-punti 6.1.1

    Riżultat tal-vot:

    Favur:

    31

    Kontra:

    32

    Astenzjonijiet:

    9.


    Top