This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42021D0928
Decision (EU) 2021/928 of the Representatives of the Governments of the Member States of 2 June 2021 appointing a Judge to the General Court
Deċiżjoni (UE) 2021/928 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-2 ta’ Ġunju 2021 li taħtar Imħallef tal-Qorti Ġenerali
Deċiżjoni (UE) 2021/928 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-2 ta’ Ġunju 2021 li taħtar Imħallef tal-Qorti Ġenerali
ST/8357/2021/INIT
ĠU L 203, 9.6.2021, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/16 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/928 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-2 ta’ Ġunju 2021
li taħtar Imħallef tal-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-mandati ta’ tlieta u għoxrin Imħallef tal-Qorti Ġenerali skadew fil-31 ta’ Awwissu 2019. |
(2) |
F’dan il-kuntest, is-Sinjura Maja BRKAN ġiet proposta għall-kariga ta’ Mħallef tal-Qorti Ġenerali. |
(3) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ din il-kandidata għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef tal-Qorti Ġenerali. |
(4) |
Jenħtieġ li s-Sinjura Maja BRKAN tinħatar għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2025, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Maja BRKAN hija b’dan maħtura Mħallef tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2021.
Il-President
N. BRITO