This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42017X1446
Regulation No 103 of the Economic Commission for Europe of the United Nations (UNECE) — Uniform provisions concerning the approval of replacement pollution control devices for power-driven vehicles [2017/1446]
Regolament Nru 103 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis f'vetturi motorizzati [2017/1446]
Regolament Nru 103 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis f'vetturi motorizzati [2017/1446]
ĠU L 207, 10.8.2017, p. 30–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/30 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istat u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament Nru 103 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis f'vetturi motorizzati [2017/1446]
Tinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-suppliment 4 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta' Ġunju 2014
WERREJ
REGOLAMENT
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Rekwiżiti |
6. |
Modifika tat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis u estensjoni tal-approvazzjoni |
7. |
Konformità tal-produzzjoni |
8. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni, |
9. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox, |
10. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
11. |
Dokumentazzjoni Appendiċi — Nru tad-dokument ta' informazzjoni: rigward l-approvazzjoni tat-tip ta' apparati ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis |
ANNESSI
1. |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa definittivament ta'apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis skont ir-Regolament Nru 103 |
2. |
Eżempji tal-arranġament tal-marki tal-approvazzjoni |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni tat-tip, bħala unitajiet tekniċi separati, ta' apparati ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li għandhom jiġu armati fuq tip jew iktar ta' vetturi motorizzati koperti mill-kamp tal-applikazzjoni tal-verżjoni rispettiva tar-Regolament Nru 83 bħala parts tas-sostituzzjoni.
Il-konvertituri katalitiċi u l-filtri tal-partikulati għandhom jitqiesu bħala tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
2.1. |
“Apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis”, tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta' apparati bħal dawn, koperti mill-approvazzjoni tat-tip maħruġa għal vettura u li t-tipi tagħhom huma indikati fid-dokumenti relatati mal-Anness 2 tar-Regolament Nru 83 (1). |
2.2. |
“Apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta' apparati bħal dawn, li għalihom l-approvazzjoni tista' tingħata skont dan ir-Regolament, ħlief għal dawk definiti fil-paragrafu 2.1. hawn fuq. |
2.3. |
“Apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta' ta' apparati bħal dawn li t-tipi tagħhom huma indikati fid-dokumenti relatati mal-Anness 2 tar-Regolament Nru 83 (1), iżda li huma offruti fis-suq bħala unitajiet tekniċi separati mid-detentur tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. |
2.4. |
“Tip ta' apparat għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser kovertituri katalitiċi u filtri għall-partikulati li ma jvarjaw fl-ebda wieħed mill-aspetti essenzjali li ġejjin:
|
2.5. |
“It-tip tal-vettura” Ara l-paragrafu 2.1 tar-Regolament Nru 83. |
2.6. |
“Approvazzjoni ta' apparat tas-sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser l-approvazzjoni ta' apparat għall-kontroll tat-tniġġis sabiex jitwaħħal bħala parti ta' sostituzzjoni fuq tip wieħed jew aktar speċifiċi ta' vetturi fir-rigward tal-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' sustanzi tat-tniġġis, livell tal-ħoss u effett fuq il-prestazzjoni ta' vettura u fejn huwa rilevanti, fuq id-dijanjostika abbord il-vettura (OBD). |
2.7. |
“Apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis deterjorat” tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis qadim jew li ġie deterjorat b'mod artifiċjali sal-punt illi jissodisfa l-ħtiġijiet stipolati fil-paragrafu 1 tal-Appendiċi tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83. |
2.8. |
“Sistema li tirriġenera perjodikament” tfisser konvertituri katalitiċi, filtri għall-partikulati jew tagħmir ieħor għall-kontroll tat-tniġġis li jeħtieġ proċess perjodiku ta' riġenerazzjoni f'inqas minn 4 000 km ta' ħidma normali tal-vettura; |
3. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandha titressaq mill-manifattur tiegħu jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
3.2. Għal kull tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li għalih tkun intalbet approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin fi tliet kopji.
3.2.1. Tpinġijiet tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li jidentifikaw b'mod partikolari l-karatteristiċi li jissemmew fil-paragrafu 2.3 ta' dan ir-Regolament.
3.2.2. Deskrizzjoni tat-tip jew tipi tal-vettura li għalih(om) huwa maħsub l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis: In-numru u/jew simboli li jikkaratterizzaw il-magna u t-tip tal-vettura(i) għandhom ikunu indikati.
3.2.3. Deskrizzjoni u tpinġijiet li juru l-pożizzjoni tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis fil-kuntest tal-manifold(s) tal-exhaust tal-magna:
3.2.4. Tpinġijiet li jindikaw il-post intenzjonat għall-marka ta' approvazzjoni.
3.2.5. Indikazzjoni ta' jekk l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwa maħsub biex ikun kompatibbli mar-rekwiżiti OBD.
3.2.6. Fl-Appendiċi hemm mudell tad-dokument ta' informazzjoni.
3.3. L-applikant għall-approvazzjoni għandu jipprovdi s-servizz tekniku għat-testijiet ta' approvazzjoni:
3.3.1. |
Vettura(i) ta' tip approvat skont ir-Regolament Nru 83 mgħammra b'apparat oriġinali ġdid għall-kontroll tat-tniġġis. Din (dawn) il-vettura(i) għandha tintgħażel (jintagħżlu) mill-applikant bil-qbil tas-servizz tekniku. Hi (huma) għandha (għandhom) tikkonforma (jikkonformaw) mar-rekwiżiti tal-paragrafu 3.1 tal-Anness 4 jew il-paragrafu 3.2 tal-Anness 4a tar-Regolament Nru 83, skont liema kien fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura. Il-vettura(i) ittestjata(i) m'għandu jkollha (ikollhom) l-ebda difett fis-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet; kull parti oriġinali marbuta mal-emissjonijiet li ddeterjorat wisq jew li tikkawża malfunzjonament, għandha tiġi msewwija jew sostitwita. Il-vettura(i) ittestjata(i) għandha tkun issettjata tajjeb skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur qabel isir it-test tal-emissjonijiet. |
3.3.2. |
kampjun wieħed tat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis; Dan il-kampjun għandu jkun immarkat b'mod ċar u li ma jistax jitħassar bl-isem jew il-marka kummerċjali ta'l-applikant u d-deżinjazzjoni kummerċjali. |
3.3.3. |
Kampjun addizzjonali tat-tip tat-tagħmir ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, fil-każ ta' tagħmir ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis maħsub sabiex jitwaħħal fuq vettura mgħammra b'sistema OBD. Dan il-kampjun għandu jkun immarkat b'mod ċar u li ma jistax jitħassar bl-isem jew il-marka kummerċjali ta'l-applikant u d-deżinjazzjoni kummerċjali. Għandu jkun iddeterjorat kif imfisser fil-paragrafu 2.7 hawn fuq. |
4. APPROVAZZJONI
4.1. Jekk it-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li tresssaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 aktar 'l isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis.
4.2. Apparati oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, li huma indikati fl-Anness 2 tar-Regolament Nru 83 (2) u li huma maħsuba sabiex jitwaħħlu f'vettura li għaliha jirreferi d-dokument rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip, m'hemmx għalfejn ikunu approvati skont dan ir-Regolament jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-paragrafi 4.2.1 u 4.2.2.
4.2.1. Immarkar
L-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkollu fuqu mill-inqas l-identifikazzjonijiet li ġejjin:
4.2.1.1. L-isem tal-fabbrikant tal-vettura jew it-trademark.
4.2.1.2. Il-marka u n-numru ta' identifikazzjoni tal-parti tal-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis kif ġew irreġistrati fl-informazzjoni li tissemma fil-paragrafu 4.2.3.
4.2.2. Dokumentazzjoni
L-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun akkumpanjat mill-informazzjoni li ġejja:
4.2.2.1. l-isem jew it-trademark tal-manifattur tal-vettura;
4.2.2.2. Il-marka u n-numru tal-identifikazzjoni tal-parti tal-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis kif ġew irreġistrati fl-informazzjoni li tissemma fil-paragrafu 4.2.3.
4.2.2.3. Il-vetturi li għalihom l-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwa ta' tip indikat fl-Anness 2 tar-Regolament Nru 83 (3), inkluż, fejn ikun applikabbli, immarkar biex jiġi identifikat jekk l-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwiex adattat sabiex jitwaħħal fuq vettura li hija mgħammra b'sistema dijanjostika abbord (OBD);
4.2.2.4. Istruzzjonijiet ta' istallazzjoni, fejn meħtieġa.
4.2.2.5. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta:
(a) |
Bħala fuljett li jakkompanja l-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, jew |
(b) |
Fuq l-ipakkjar li fiħ jinbiegħ l-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, jew |
(c) |
Permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor applikabbli. |
Fi kwalunkwe' każ, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-katalogu tal-prodott distribwit sal-postijiet ta' fejn isir il-bejgħ permezz tal-fabbrikant tal-vettura.
4.2.3. Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi lis-servizz tekniku u/jew l-awtorità ta' approvazzjoni, l-informazzjoni neċessarja f'format elettroniku li jagħmel konnessjoni bejn in-numri tal-partijiet relevanti u d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.
Din l-informazzjoni għandu jkollha:
(a) |
il-marka(i) u t-tip(i) ta' vettura, |
(b) |
il-marka(i) u t-tip(i) tal-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, |
(c) |
in-numru tal-parti/jiet tal-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, |
(d) |
in-numru tal-approvazzjoni tat-tip(i) tal-vettura rilevanti. |
4.3. Għandu jingħata numru ta' approvazzjoni għal kull tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis approvat. L-ewwel żewġ figuri (00 għar-Regolament fil-forma preżenti tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jkunu jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar reċenti u importanti magħmula għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis. L-istess numru tal-approvazzjoni jista' jkopri l-użu ta' dak it-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis fuq numru ta' tipi differenti ta' vetturi.
4.4. Meta l-applikant tal-approvazzjoni tat-tip jista' juri lill-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku li l- apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwa ta' tip indikat fl-Anness 2 tas-serje 05 (jew ogħla) ta' emendi tar-Regolament Nru 83, l-għoti ta' ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip m'għandux jiddependi mir-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 5. li għandhom jiġu vverifikati.
4.5. L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoi tat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis skont dan ir-regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
4.6. Fuq l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li jikkonforma mat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis approvat skont dan ir-Regolament, għandu jkun hemm imnwaħħal, fil-post speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta' approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f':
4.6.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4); |
4.6.2. |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, ħdejn iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.6.1. |
4.7. Jekk l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwa konformi ma' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis approvat skont Regolamenti wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, m'għandux għalfejn jiġi ripetut is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.6.1. f'każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.6.1.
4.8. Il-marka ta' approvazzjoni għandha tkun indellibbli u li tista tinqara sew meta l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis jiġi armat taħt il-vettura.
4.9. L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.
5. REKWIŻITI
5.1. Rekwiżiti ġenerali
5.1.1. L-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun iddisinjat, mibni u li jkun jista' jintrama sabiex jippermetti li l-vettura tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regolament li oriġinarjament kien konformi magħhom i u li l-emissjonijiet li jniġġsu jiġu limitati b'mod effettiv matul il-ħajja normali tal-vettura taħt kondizzjonijiet normali ta' użu.
5.1.2. L-installazzjoni tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandha ssir fil-pożizzjoni eżatta tal-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis, u l-pożizzjoni fuq il-linja tal-exhaust tas-sonda tal-ossiġnu u sensors oħra, jekk applikabbli, m'għandhomx ikunu modifikati.
5.1.3. Jekk l-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis jinkludi protezzjonijiet termali, l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jinkludi protezzjonijiet ekwivalenti.
5.1.4. L-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun durabbli, jiġifieri ddisinjat, mibni u ta' tip li jista' jiġi mmuntat sabiex tinkiseb reżistenza raġjonevoli kontra l-fenomeni ta' korrużjoni u ta' ossidazzjoni li għalihom jiġi espost, wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura.
5.2. Rekwiżiti rigward l-emissjonijiet
Il-vettura(i) indikata(i) fil-paragrafu 3.3.1 ta' dan ir-Regolament, mgħammra b'apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis tat-tip li għaliha ntalbet l-approvazzjoni, għandha (għandhom) tkun (ikunu) soġġetta(i) għal-test tat-tip I taħt il-kundizzjonijiet deskritti fl-annessi korrispondenti għar-Regolament Nru 83 sabiex tiġi mqabbla l-prestazzjoni tagħha mal-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis skont il-proċedura deskritta hawn taħt.
5.2.1. Id-determinazzjoni tal-bażi għall-paragun
Il-vettura(i) għandha (għandhom) tkun (ikunu) mgħammra b'apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis ġdid (ara paragrafu 3.3.1) li għandu jkollu running in permezz ta' 12-il ċiklu extra-urban (test tat-tip I parti 2). Wara dan il-prekondizjonament, il-vettura(i) għanda/hom tinżamm/jinżammu f'kamra li fiha t-temperatura tibqa' relativament kostanti bejn 293 u 303 K (20 u 30 °C). Dan il-kundizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jkompli sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-likwidu ta' tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra. Sussegwentement għandhom isiru tliet testijiet tat-tip I.
5.2.2. Test tal-gass tal-egżost permezz tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis
L-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis tal-vettura(i) tat-test għandu jkun sostitwit bl-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis (ara paragrafu 3.3.2) li għandu jkollu runnning in permezz ta' 12-il ċiklu extra-urban (test tat-tip I parti 2). Wara dan il-prekondizjonament, il-vettura(i) għanda/hom tinżamm/jinżammu f'kamra li fiha t-temperatura tibqa' relativament kostanti bejn 293 u 303 K (20 u 30 °C). Dan il-kundizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jkompli sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-likwidu ta' tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra. Sussegwentement għandhom isiru tliet testijiet tat-tip I.
5.2.3. L-evalwazzjoni tal-emissjoni ta' inkwinanti ta' magni mgħammra b'apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis.
Il-vettura(i) tat-test bl-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis għandha (għandhom) tikkonfroma (jikkonforma) mal-valuri tal-limitu skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i), inklużi — jekk applikabbli — il-fatturi ta' deterjorazzjoni applikati waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i).
Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-emissjonijiet tal-vettura(i) mgħammra b'apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandhom jitqiesu bħala ssodisfati jekk ir-riżultati, għal kull sustanza ta' tniġġis regolata (CO, HC, NOx u partikulati) jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
M ≤ 0,85S + 0,4G |
(2) |
M ≤ G |
fejn:
M |
: |
huwa l-valur medju tal-emissjonijiet ta' sustanza waħda tat-tniġġis (partikulati u partikuli CO, HC, NOx) jew it-total ta' żewġ sustanzi tat-tniġġis (HC + NOx) miksub mit-tliet testijiet tat-tip I bl-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis. |
||||
S |
: |
huwa l-valur medju tal-emissjonijiet ta' sustanza waħda tat-tniġġis (partikulati u partikuli CO, HC, NOx) jew it-total ta' żewġ sustanzi tat-tniġġis (HC + NOx) miksub mit-tliet testijiet tat-tip I bl-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis. |
||||
G |
: |
huwa l-valur ta' limitu tal-emissjonijiet ta' sustanza waħda tat-tniġġis (partikulati u partikuli CO, HC, NOx) jew it-total ta' żewġ sustanzi tat-tniġġis (HC + NOx) skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i):
|
Fejn titressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni għal tipi differenti ta' vetturi mill-istess fabbrikant ta' karrozzi, u bil-kondizzjoni illi dawn it-tipi differenti ta' vettura huma mgħammra bl-istess tip ta' apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis, it-testjar tat-tip I jista' jkun limitat għal mill-inqas żewġ vetturi magħżula wara ftehim mas-servizz tekniku responsabbli għall-approvazzjoni.
5.2.4. Għal apparati għall-kontroll tat-tniġġis maħsuba biex jiġu armati fuq vetturi approvati għat-tip skont is-serje ta' emendi 07 tar-Regolament Nru 83, is-sustanzi li jniġġsu regolati msemmi fil-paragrafu 5.2.3 ta' dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala s-sustanzi li jniġġsu kollha speċifikati fil-paragrafu 5.3.1.4 tas-serje ta' emendi 07 tar-Regolament Nru 83.
5.3. Kondizzjonijiet fir-rigward ta' ħoss u prestazzjoni tal-vettura
L-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet tekniċi tar-Regolament Nru 59. Bħala alternattiva għall-kejl tal-back-pressure kif speċifikat mir-Regolament Nru 59, il-verifika tal-prestazzjoni tal-vettura jista' jsir billi titkejjel il-potenza massima assorbita permezz ta' xażi dinamometriku f'veloċità li tikkorrispondi għall-potenza massima tal-magna. Il-valur imkejjel taħt kondizzjonijiet ambjentali ta' referenza kif speċifikat fir-Regolament Nru 85 bl-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis u m'għandux ikun iktar baxx minn 5 fil-mija minn dak li jiġi osservat bl-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis.
5.4. Rekwiżiti fir-rigward tad-durabilità
L-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.6 tar-Regolament Nru 83.
5.4.1. Għal apparati ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis maħsuba biex jiġu armati fuq vetturi approvati għat-tip skont is-serje ta' emendi 07 tar-Regolament Nru 83.,għandhom jintużaw ir-rekwiżiti ta' durabilità u l-fatturi ta' deterjorazzjoni assoċjati speċifikati fil-paragrafu 5.3.6 tas-serje ta' emendi 07 tar-Regolament Nru 83.
5.5. Rekwiżiti rigward il-kompatibilità tal-OBD (applikabbli biss għal apparati ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi mgħammra b'sistema OBD)
Dimostrazzjoni tal-kompatibilità tal-OBD hija meħtieġa biss meta l-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis ikun ġie mmonitorjat fil-konfigurazzjoni oriġinali.
5.5.1. Għandha tintwera l-kompatibbiltà tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis mas-sistema OBD permezz tal-proċeduri deskritti fis-serje 05, 06 jew 07 (5) ta' emendi tar-Regolament Nru 83, l-Anness 11, l-Appendiċi 1.
5.5.2. Id-dispożizzjonijiet tas-serje ta' emendi 05, 06 jew 07 (5) tar-Regolament Nru 83, l-Anness 11, l-Appendiċi 1 applikabbli għall-komponenti minbarra l-apparat għall-kontroll tat-tniġġis m'għandhomx japplikaw.
5.5.3. Il-manifattur tal-apparat ta' wara l-bejgħ jista' juża l-istess prekondizzjonament u proċedura ta' test użati fl-approvazzjoni tat-tip oriġinali. Għal dan il-każ, l-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip għandhom jipprovdu, fuq rikjesta u fuq bażi mhux diskriminatorja, l-Appendiċi għat-tip ta' approvazzjoji ta' komunikazzjoni li fih numru u tip ta' ċikli ta' prekondizzjonament u t-tip ta' ċiklu tat-test użat mill-manifattur oriġinali tal-apparat għall-ittestjar OBD tal-apparat għall-kontroll tat-tniġġis.
5.5.4. Sabiex jiġu verifikati l-installazzjoni u l-funzjonament korretti tal-komponenti kollha l-oħra mmonitorjati mis-sistema OBD, is-sistema OBD għandha tindika li m'hemm l-ebda malfunzjonament u ma għandu jkollha l-ebda kodiċijiet ta' malfunzjonament maħżuna qabel ma ssir l-installazzjoni ta' kwalunkwe apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis. Valutazzjoni tal-istat tas-sistema tal-OBD fl-aħħar tat-testijiet deskritti fil-paragrafu 5.2.1 tista' tintuża għal dan il-għan.
5.5.5. L-indikatur tal-malfunzjonament (MI: ara l-paragrafu ta' referenza 2.5 tal-Anness 11 tas-serje 05 tal-emendi (jew warajhom) tar-Regolament Nru 83) m'għandux jiġi attivat matul l-operat tal-vettura kif meħtieġ skont il-paragrafu 5.2.2.
5.5.6. Għall-vetturi b'magni positive-ignition, jekk l-emissjonijiet tat-THC u tal-NMHC imkejla waqt it-test ta' turija ta' konvertitur katalitiku ta' tagħmir oriġinali ġdid, skont il-paragrafu 5.2.1 ta' dan ir-Regolament ikunu ogħla mill-valuri mkejla waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, id-differenza għandha tiġi miżjuda mal-livelli ta' limitu tal-OBD. Il-livelli ta' limitu tal-OBD huma speċifikati fil-paragrafu 3.3.2. tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83.
5.5.7. Waqt it-testijiet tal-kompatibbiltà tal-OBD stabbiliti fil-paragrafi 5.5 sa 5.5.5 ta' dan ir-Regolament, japplikaw il-livelli ta' limitu riveduti tal-OBD. B'mod partikolari, meta tiġi applikata l-eċċedenza permessa fil-paragrafu 1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83.
5.6. Ir-rekwiżiti għas-sistemi ta' sostituzzjoni li jirriġeneraw perjodikament
5.6.1. Rekwiżiti rigward l-emissjonijiet
5.6.1.1. Il-vettura/i indikata/i fil-paragrafu 3.3.1 ta' dan ir-Regolament, mgħammra b'sistema sostituta li tirriġenera perjodikament tat-tip li għalih intalbet l-approvazzjoni, għandha/għandhom tkun/ikunu soġġetta/i għat-testijiet deskritti fil-paragrafu 3 tal-Anness 13 tar-Regolament Nru 83, sabiex il-prestazzjoni tagħha titqabbel mal-istess vettura mgħammra bis-sistema oriġinali li tirriġenera perjodikament.
5.6.2. Id-determinazzjoni tal-bażi għall-paragun
5.6.2.1. Il-vettura għandha tkun mgħammra b'sistema oriġinali ġdida li tirriġenera perjodikament. Il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta' din is-sistema għandu jiġi ddeterminat skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 3 tal-Anness 13 tar-Regolament Nru 83.
5.6.2.2. Fuq talba tal-applikant għall-approvazzjoni tal-komponent sostitut, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħmel disponibbli, fuq bażi mhux diskriminatorja, l-informazzjoni msemmija fil-punti 3.2.12.2.1.11.1 u 3.2.12.2.6.4.1 tad-dokument ta' informazzjoni li jinsab fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 83 għal kull vettura ttestjata.
5.6.3. It-test tal-gassijiet tal-egżost b'sistema ta' sostituzzjoni li tirriġenera perjodikament.
5.6.3.1. Is-sistema tat-tagħmir oriġinali li tirriġenera perjodikament tal-vettura/i tat-test għandha tkun sostitwita mis-sistema ta' sostituzzjoni li tirriġenera perjodikament. Il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta' din is-sistema għandu jiġi ddeterminat skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 3 tal-Anness 13 tar-Regolament Nru 83.
5.6.3.2. Sabiex jiġi ddeterminat il-fattur D tas-sistema ta' sostituzzjoni li tirriġenera perjodikament, jista' jintuża kwalunkwe wieħed mill-metodi tal-bank tat-test tal-magna msemmija fil-paragrafu 3 tal-Anness 13 tar-Regolament Nru 83.
5.6.4. Rekwiżiti oħrajn
Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.2.3, 5.3, 5.4 u 5.5 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għas-sistemi ta' sostituzzjoni li jirriġeneraw perjodikament. F'dawn il-paragrafi, il-kliem “konvertitur katalitiku” għandhom jinftiehmu li jfissru “sistema li tirriġenera perjodikament”.
6. MODIFIKA TAT-TIP TA' APPARAT TA' SOSTITUZZJONI GĦALL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
Kull modifika tat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat dan it-tip ta'apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis.
L-Awtorità mbagħad tista':
(a) |
Tikkunsidra li l-modifiki li saru x'aktarx ma jkollhom l-ebda effett negattiv notevoli u li fi kwalunkwe każ l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis għadu konformi mar-rekwiżiti, jew |
(b) |
Teħtieġ rapport ta' test ieħor għal uħud jew għat-testijiet kollha deskritti fil-paragrafu 5 ta' dan ir-Regolament mis-servizz tekniku risponsabbli għat-tmexxija tat-testijiet. |
Il-konferma jew ir-rifjut ta' approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tal-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal kull komunikazzjoni ppreparata għal tali estensjoni.
7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha tkun konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
7.1. L-apparati ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati biex jikkonformaw mat-tip approvat fil-karatteristiċi kif inhu definit skont il-paragrafu 2.3 ta' dan ir-Regolament. Dawn għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5 u, fejn ikun applikabbli, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tat-testijiet speċifikati f'dan ir-Regolament.
7.2. L-awtorità kompetenti tista' twettaq kull kontroll jew test preskritt f'dan ir-Regolament. Partikolarment, jistgħu isiru t-testijiet deskritti fil-paragrafu 5.2 ta' dan ir-Regolament (rekwiżiti dwar l-emissjonijiet). F'dan il-każ, id-detentur tal-approvazzjoni jista' jitlob, bħala alternattiva, sabiex juża, bħala bażi għat-tqabbil, mhux l-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis, iżda l-apparat oriġinali ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis li ntuża waqt it-testijiet ta' approvazzjoni tat-tip (jew kampjun ieħor li jkun ġie kkonfermat bħala li jikkonforma mat-tip approvat). Il-valuri ta' emissjonijiet imkejla bil-kampjun li jkun qed jiġi verifikat ma għandhomx, bħala medja, jaqbżu l-valuri medji mkejla bil-kampjun użat bħala referenza b'aktar minn 15 fil-mija.
8. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
8.1. L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 7 ta' hawn fuq ma jkunux tħarsu.
8.2. Jekk Parti għall-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
9. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-fabbrikazzjoni ta' tip apparat għall-kontroll tat-tniġġis approvat skont dan ir-Regolament, għandu jgħarraf b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
10. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.
11. DOKUMENTAZZJONI
11.1. Kull apparat ta' sostituzzjoni ġdid għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun immarkat b'mod li ma jistax jitħassar bl-isem jew bit-trademark tal-manifattur u jkun akkumpanjat mill-informazzjoni li ġejja:
11.1.1. |
Il-vetturi (inkluża s-sena tal-manifattura) li għalihom qed jiġi approvat l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, inkluż, fejn ikun applikabbli, immarkar li jidentifika l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis bħala addattat biex jitwaħħal fuq vettura li tkun mgħammra b'sistema dijanjostika abbord (OBD); |
11.1.2. |
Istruzzjonijiet ta' istallazzjoni, fejn meħtieġa. |
11.2. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta:
(a) |
Bħala fuljett li jakkompanja l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis; jew |
(b) |
Fuq l-ipakkjar li fiħ jinbiegħ l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis; jew |
(c) |
Permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor applikabbli. |
Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-katalogu tal-prodott distribwit lill-punti ta' bejgħ mill-manifattur tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis.
(1) L-Anness 2 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 06, għandu jiġi kkoreġut, flimkien mal-paragrafu 3.2.12.2.1 tal-Anness 1 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 07.
(2) L-Anness 2 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 06, għandu jiġi kkoreġut, flimkien mal-paragrafu 3.2.12.2.1 tal-Anness 1 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 07.
(3) L-Anness 2 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 06, għandu jiġi kkoreġut, flimkien mal-paragrafu 3.2.12.2.1 tal-Anness 1 tar-Regolament Nru 83, is-serje ta' emendi 07.
(4) In-numri ta' distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), document TRANS/WP.29/78/Rev.2.
(5) Skont liema kien fis-seħħ fil-mument tal-approvazzjoni tal-vettura.
APPENDIĊI
Nru tad-dokument ta' informazzjoni … rigward l-approvazzjoni tat-tip ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis
Id-disinji kollha għandhom jiġu ppreżentati fi skala xierqa u b'dettall biżżejjed f'daqs A4 jew f'folder ta' daqs A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.
Jekk is-sistema, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
1. ĠENERALI
1.1. Marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …
1.2. Tip:
1.2.1. Isem/ismijiet kummerċjali jekk disponibbli:
1.5. Isem u l-indirizz tal-manifattur
1.7. Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' approvazzjoni tal-KEE:
1.8. Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …
2. DESKRIZZJONI TAT-TAGĦMIR
2.1. Marka u tip tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis:
2.2. Tpinġijiet tal-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis, li jidentifikaw b'mod partikolari l-karatteristiċi li jissemmew fil-punti 2.3 sa 2.3.2 ta' dan l-appendiċi:
2.3. Deskrizzjoni tat-tip jew tat-tipi tal-vettura li għalih(om) huwa maħsub l-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis:
2.3.1. |
Numru/i u/jew simbolu/i li jikkaratterizza(w) il-magna u t-tip(i) ta' vettura: |
2.3.2. |
L-apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis huwa maħsub biex ikun kompatibbli mar-rekwiżiti OBD? Iva/Le (Aqta' barra dak li ma japplikax). (Iva/Le) Deskrizzjoni u tpinġijiet li juru l-pożizzjoni tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis ħdejn il-manifold(s) tal-egżost tal-magna: |
ANNESS 2
EŻEMPJI TAL-ARRANĠAMENT TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
MUDELL A
(Ara l-paragrafu 4.6 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka ta' approvazzjoni hawn fuq mwaħħla ma' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E 4), skont ir-Regolament Nru 103 skont l-approvazzjoni Nru 001234. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont il-kondizzjonijiet tar-Regolament Nru 103 kien fil-forma oriġinali tiegħu.
MUDELL B
(Ara l-paragrafu 4.7 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka ta' approvazzjoni hawn fuq mwaħħla ma' komponent ta' apparat ta' sostituzzjoni għall-kontroll tat-tniġġis turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E 4), skont ir-Regolamenti Nru 103 u 59 (1).
L-ewwel żewġ ċifri tan-numri ta' approvazzjoni jindikaw li, fid-data li fiha ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolamenti Nri 103 u 59 kienu fil-forma oriġinali tagħhom.
(1) It-tieni numru jingħata biss bħala eżempju.