Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42016D0484

    Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/484 tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-23 ta' Marzu 2016 li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali

    ĠU L 87, 2.4.2016, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/484/oj

    2.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 87/31


    DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/484 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

    tat-23 ta' Marzu 2016

    li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali

    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti minn erbgħin imħallef mill-25 ta' Diċembru 2015. L-Artikolu 2(a) ta' dak ir-Regolament jiddetermina t-tul tal-mandat ta' tnax-il imħallef addizzjonali sabiex tmiem dan il-mandat ikun jikkorrispondi mat-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali li ser isiru fl-1 ta' Settembru 2016 u l-1 ta' Settembru 2019.

    (2)

    Il-kandidaturi tas-Sur Leopoldo CALVO-SOTELO IBÁÑEZ-MARTÍN, is-Sur Zoltán CSEHI, is-Sur Constantinos ILIOPOULOS, is-Sinjura Anna MARCOULLI, is-Sinjura Nina PÓŁTORAK, is-Sur Dean SPIELMANN u tas-Sur Virgilijus VALANČIUS ġew proposti għall-karigi ta' mħallfin addizzjonali fil-Qorti Ġenerali.

    (3)

    Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Leopoldo CALVO-SOTELO IBÁÑEZ-MARTÍN, is-Sur Zoltán CSEHI, is-Sur Constantinos ILIOPOULOS, is-Sinjura Anna MARCOULLI, is-Sinjura Nina PÓŁTORAK, is-Sur Dean SPIELMANN u tas-Sur Virgilijus VALANČIUS għall-qadi tal-funzjonijiet ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għandhom jinħatru mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2016:

    Is-Sur Zoltán CSEHI,

    Is-Sur Constantinos ILIOPOULOS,

    Is-Sinjura Anna MARCOULLI,

    Is-Sinjura Nina PÓŁTORAK,

    Is-Sur Dean SPIELMANN.

    Artikolu 2

    Għandhom jinħatru mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2019:

    Is-Sur Leopoldo CALVO-SOTELO IBÁÑEZ-MARTÍN,

    Is-Sur Virgilijus VALANČIUS.

    Artikolu 3

    Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.

    Il-President

    P. DE GOOIJER


    (1)  Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).


    Top