Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42015D1569

    Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/1569 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas-16 ta' Settembru 2015 li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali

    ĠU L 245, 22.9.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1569/oj

    22.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 245/5


    DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2015/1569 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

    tas-16 ta' Settembru 2015

    li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali

    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-mandati ta' erbatax-il imħallef tal-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta' Awwissu 2016. Jeħtieġ li jsir il-proċess tal-ħatriet tagħhom għall-perijodu ta' mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2022.

    (2)

    Is-Sur Heikki KANNINEN u Juraj SCHWARCZ ġew proposti għat-tiġdid tal-mandat tagħhom bħala mħallfin tal-Qorti Ġenerali.

    (3)

    Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Heikki KANNINEN u s-Sur Juraj SCHWARCZ għall-qadi tad-dmirijiet ta' mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għandhom jinħatru mħallfin tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2022:

    Is-Sur Heikki KANNINEN,

    Is-Sur Juraj SCHWARCZ.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, fis-16 ta' Settembru 2015.

    Il-President

    C. BRAUN


    Top