Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42014D0681

2014/681/UE, Euratom: Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-istati membri tal- 24 ta' Settembru 2014 li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

ĠU L 284, 30.9.2014, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/681/oj

30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/46


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-24 ta' Settembru 2014

li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

(2014/681/UE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sur George ARESTIS, b'effett mis-6 ta' Ottubru 2014, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sur George ARESTIS, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2018.

(2)

Ġie propost is-Sur Constantinos LYCOURGOS għall-post li sar vakanti.

(3)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Constantinos LYCOURGOS għall-qadi tal-funzjonijiet ta' mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Constantinos LYCOURGOS inħatar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2014 sas-6 ta' Ottubru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2014.

Il-President

S. SANNINO


Top