Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42013D0406

    2013/406/UE: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal- 24 ta’ Lulju 2013 li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

    ĠU L 203, 30.7.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/406/oj

    30.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 203/15


    DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

    tal-24 ta’ Lulju 2013

    li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

    (2013/406/UE)

    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-mandati ta' tlettax-il imħallef tal-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta' Awwissu 2013. Jeħtieġ li jsir proċess ta' ħatriet ġodda għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2013 sal-31 ta' Awwissu 2019.

    (2)

    Is-Sur Miro PREK ġie propost bil-ħsieb li jiġu mġedda l-funzjonijiet tiegħu ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali.

    (3)

    Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Miro PREK għall-qadi tal-funzjonijiet ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Miro PREK huwa b'dan maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2013 sal-31 ta' Awwissu 2019.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2013.

    Il-President

    R. KAROBLIS


    Top