Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42012X0713(02)

    Ir-Regolament Nru 90 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ assemblaġġi tal-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet, firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur u diski u tnabar għall-vetturi awtomottivi u t-trejlers tagħhom

    ĠU L 185, 13.7.2012, p. 24–106 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/90/oj

    13.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 185/24


    It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont il-liġi internazzjonali pubblika l-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Ir-Regolament Nru 90 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ assemblaġġi tal-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet, firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur u diski u tnabar għall-vetturi awtomottivi u t-trejlers tagħhom

    Jinkorpora t-test validu kollu sa:

    Is-serje 02 ta’ emendi — Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-28 ta’ Ottubru 2011.

    KONTENUT

    1.

    Kamp ta’ applikazzjoni

    2.

    Definizzjonijiet

    3.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    Approvazzjoni

    5.

    Speċifikazzjonijiet u testijiet

    6.

    Imballaġġ u mmarkar

    7.

    Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tal-parts ta’ sostituzzjoni

    8.

    Konformità tal-produzzjoni

    9.

    Pieni għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

    10.

    Produzzjoni mwaqqfa definittivament

    11.

    Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet ta’ approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

    12.

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    ANNESSI

    Anness 1 A —

    Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew it-twaqqif definittiv tal-produzzjoni ta’ assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet jew firrodu ta’ sostituzzjoni għall-brejkijiet għamla ta’ tambur skont ir-Regolament Nru 90

    Anness 1B —

    Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew it-twaqqif definittiv tal-produzzjoni ta’ diska ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet ta’ sostituzzjoni jew tanbur tal-brejkijiet ta’ sostituzzjoni skont ir-Regolament Nru 90

    Anness 2 —

    Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni u d-dejta tal-approvazzjoni

    Anness 3 —

    Rekwiżiti għal assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2 u N1

    Anness 4 —

    Rekwiżiti għall-assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet u firrodu tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur għal Vetturi tal-kategoriji M3, N2 u N3

    Anness 5 —

    Rekwiżiti għall-assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet għal vetturi tal-kategoriji O1 u O2

    Anness 6 —

    Rekwiżiti għal assemblaġġi ta’ sostituzzjoni ta’ firrodu tal-brejkijiet u firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur għall-vetturi tal-kategoriji O3 u O4

    Anness 7 —

    Rekwiżiti għall-assemblaġġi ta’ sostituzzjoni ta’ firrodu tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategorija L

    Anness 8 —

    Preskrizzjonijiet tekniċi għal assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet intiżi għall-użu f’sistemi separati tal-brejkijiet għall-ipparkjar indipendenti mis-sistema tal-brejkijiet tas-servizz tal-vettura

    Anness 9 —

    Proċeduri addizzjonali speċjali għall-konformità tal-produzzjoni

    Anness 10 —

    Illustrazzjonijiet

    Anness 11 —

    Rekwiżiti għad-diski tal-brejk ta’ sostituzzjoni jew it-tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni għal vetturi tal-kategoriji M u N

    Anness 12 —

    Rekwiżiti għad-diski/għat-tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni għall-vetturi tal-kategorija O

    Anness 13 —

    Mudell tar-rapport tat-test għal diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni

    1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    1.1.

    Dan ir-Regolament japplika għall-funzjoni tal-ibbrejkjar bażiku tal-parts ta’ sostituzzjoni li ġejjin (1):

    1.1.1.

    Assemblaġġi tal-firrodu tas-sostituzzjoni tal-brejkijiet maħsuba għall-użu fi brejkijiet tal-frizzjoni li jiffurmaw parti minn sistema tal-ibbrejkar tal-vetturi tal-kategoriji M, N, L u O li jkollhom approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti Nri 13, 13-H jew 78.

    1.1.2.

    Firrodi ta’ sostituzzjoni tal-brejkiijiet għamla ta’ tanbur maħsuba biex jintrabtu ma’ brejk xu sabiex jitwaħħlu u jintużaw fuq vetturi tal-kategoriji M3, N2, N3, O3 jew O4 li jkollhom approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13.

    1.1.3.

    L-assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet użati għal sistemi separati tal-brejkijiet tal-ipparkjar li jkunu indipendenti mis-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz tal-vetturi għandhom ikunu soġġetti biss għall-preskrizzjonijiet tekniċi definiti fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament.

    1.1.4.

    Tnabar u diski ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet maħsuba għall-użu fi brejkijiet tal-frizzjoni li jiffurmaw parti minn sistema tal-ibbrejkar tal-vetturi tal-kategoriji M, N, u O li jkollhom approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13 jew ir-Regolament Nru 13-H.

    1.2.

    Id-diski tal-brejk u t-tnabar tal-brejk oriġinali, iffittjati fil-waqt tal-manifattura tal-vettura u d-diski u t-tnabar orġinali ta’ sostituzzjoni maħsuba għas-servisjar tal-vettura mhumiex soġġetti għal dan ir-Regolament.

    1.3.

    Dan ir-Regolament ma japplikax għall “Parts speċjali”, kif definit fil-paragrafu 2.3.4.

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    2.1.   Definizzjonijiet ġenerali

    2.1.1.   “Manifattur” tfisser l-organizzazzjoni li tista’ tassumi responsabbiltà teknika għall-assemblaġġi tal-firrodu tal-brejk jew firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur jew tnabar u diski tal-brejkijiet u li tista’ turi li tippossjedi l-mezzi meħtieġa sabiex tikseb konformità tal-produzzjoni.

    2.1.2.   “Part ta’ sostituzzjoni” tfisser jew tip ta’ assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk ta’ sostituzzjoni, jew tip ta’ firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni, jew firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni, tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni jew diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni.

    2.1.3.   “Part oriġinali” tfisser jew firrodu tal-brejk oriġinali, jew assemblaġġi tal-firrodu tal-brejk oriġinali, jew firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur oriġinali, jew tanbur tal-brejk oriġinali jew diska tal-brejk oriġinali.

    2.2.   Id-definizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ tip ta’ assemblaġġ ta’ firrodu tal-brejk ta’ sostituzzjoni, tip ta’ firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni jew firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni.

    2.2.1.   “Sistema tal-ibbrejkjar” għandha t-tifsira mogħtija fir-Regolament Nru 13, il-paragrafu 2.3, jew ir-Regolament Nru 13-H, il-paragrafu 2.3, jew ir-Regolament Nru 78, il-paragrafu 2.5.

    2.2.2.   “Brejk tal-frizzjoni” tfisser parti minn sistema tal-ibbrejkjar li fiha l-forzi li jopponu l-moviment ta’ vettura jiġu żviluppati permezz ta’ frizzjoni bejn firrodu ta’ brejk u diska jew tanbur tar-rota li jimxu kontra xulxin.

    2.2.3.   “Assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk” tfisser komponent ta’ brejk tal-frizzjoni li jingħafas kontra tanbur jew diska, rispettivament, biex jipproduċi l-forza tal-frizzjoni;

    2.2.3.1.

    “Assemblaġġ tax-xu” tfisser assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk, ta’ brejk għamla ta’ tanbur;

    2.2.3.1.1.

    “Xu” tfisser komponent ta’ assemblaġġ tax-xu li jkollu l-firrodu tal-brejk;

    2.2.3.2.

    “Assemblaġġ tal-pedd” tfisser assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk ta’ brejk bid-diska;

    2.2.3.2.1.

    “Pjanċa ta’ wara” tfisser komponent ta’ assemblaġġ tal-pedd li jkollu l-firrodu tal-brejk;

    2.2.3.3.

    “Firrodu tal-brejk” tfisser il-komponent tal-materjal tal-frizzjoni bil-forma u d-dimensjoni finali li għandu jitwaħħal max-xu jew mal-pjanċa ta’ wara;

    2.2.3.4.

    “Firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur” tfisser firrodu tal-brejk għal brejk għamla ta’ tanbur.

    2.2.3.5.

    “Materjal tal-frizzjoni” tfisser il-prodott ta’ taħlita speċifika ta’ materjali u proċessi li flimkien jiddeterminaw il-karatteristiċi ta’ firrodu tal-brejk;

    2.2.4.   “Tip ta’ firrodu tal-brejk” tfisser kategorija ta’ firrodi tal-brejkijiet li ma jvarjawx fil-karatteristiċi tal-materjal tal-frizzjoni.

    2.2.5.   “Tip ta’ assemblaġġi tal-firrodu tal-brejk” tfisser settijiet ta’ roti tal-assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet li ma jvarjawx fit-tip, id-dimensjoni jew il-karatteristiċi funzjonali tal-firrodi tal-brejkijiet.

    2.2.6.   “Tip ta’ firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur” tfisser settijiet tar-roti ta’ komponenti tal-firrodi tal-brejkijiet li wara li jitwaħħlu max-xus ma jvarjawx fit-tip, id-dimensjoni jew il-karatteristiċi funzjonali tal-firrodi tal-brejkijiet.

    2.2.7.   “Firrodu oriġinali tal-brejk” tfisser tip ta’ firrodu tal-brejk imsemmi fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, ir-Regolament Nru 13, l-Anness 2, il-paragrafu 8.1.1, ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 1, il-paragrafu 7.1 (2) jew ir-Regolament Nru 78, Anness 1, il-paragrafu 5.4.

    2.2.8.   “Assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk” tfisser assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk li jikkonforma mad-dejta mehmuża mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vetturi;

    2.2.9.   “Assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk” tfisser assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk ta’ tip approvat skont dan ir-Regolament bħala sostituzzjoni tas-servizz adattat għal assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk.

    2.2.10.   “Firrodu oriġinali ta’ brejk għamla ta’ tanbur” tfisser firrodu ta’ brejk għamla ta’ tanbur li jikkonforma mad-dejta mehmuża mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vetturi.

    2.2.11.   “Firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur” tfisser firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ tip approvat skont dan ir-Regolament bħala sostituzzjoni tas-servizz adattat meta jitwaħħal ma’ xu għall-firrodu oriġinali ta’ brejk għamla ta’ tanbur.

    2.2.12.   “Assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk tal-ipparkjar” tfisser assemblaġġ tal-pedd jew assemblaġġ tax-xu li jappartjenu għal sistema tal-brejk tal-ipparkjar separata u indipendenti mis-sistema tal-brejk tas-servizz.

    2.3.   Id-definizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni jew diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni.

    2.3.1.   “Diska/tanbur tal-brejk oriġinali”

    2.3.1.1.

    Fil-każ ta’ vetturi awtomottivi, diska/tanbur tal-brejk koperti mill-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tal-ibbrejkjar ta’ vettura skont ir-Regolament Nru 13 jew 13-H.

    2.3.1.2.

    Fil-każ tat-trejlers:

    (a)

    Id-diska/it-tanbur tal-brejk huma koperti mill-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tal-ibbrejkjar ta’ vettura skont ir-Regolament Nru 13;

    (b)

    Id-diska/it-tanbur tal-brejk huma parti minn brejk li għalih il-manifattur tal-fus ikollu rapport tat-test skont l-Anness 11 tar-Regolament Nru 13.

    2.3.2.   “Kodiċi tal-identifikazzjoni” tidentifika d-diski jew it-tnabar tal-brejk koperti mill-approvazzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar skont ir-Regolamenti Nri 13 u 13-H ikun fih mill-inqas l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur u numru tal-identifikazzjoni.

    Jekk jintalab mis-servizz tekniku u/jew l-awtorità tal-approvazzjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi l-informazzjoni neċessarja, li tipprovdi r-rabta bejn l-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tal-ibbrejkjar u l-kodiċi tal-identifikazzjoni korrispondenti.

    2.3.3.   Parts ta’ sostituzzjoni

    2.3.3.1.

    “Diski u tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni oriġinali”: diski/tnabar tal-brejk oriġinali intiżi għas-servisjar tal-vettura u li jkollhom kodiċi tal-identifikazzjoni kif definit fil-paragrafu 2.3.2 imwaħħal b’tali mod li ma jkunx jista’ jitħassar u jkun jista’ jinqara faċilment.

    2.3.3.2.

    “Diska tal-brejk identika” hija diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni li tkun kimikament u fiżikament identika minn kull aspett għad-diska tal-brejk oriġinali ħlief għall-marka tal-manifattur tal-vettura, li tkun nieqsa.

    2.3.3.3.

    “Tanbur tal-brejk identiku” huwa tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni li jkun kimikament u fiżikament identiku minn kull aspett għat-tanbur tal-brejk oriġinali, ħlief għall-marka tal-manifattur tal-vettura, li tkun nieqsa.

    2.3.3.4.

    “Diska tal-brejk ekwivalenti” hija diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni li tkun identika għad-diska tal-brejk oriġinali f’dak li għandu x’jaqsam mad-dimensjonijiet, il-karatteristiċi ġeometriċi u d-disinn bażiku u tkun ukoll mill-istess sottogrupp tal-materjal bħad-diska tal-brejk l-oriġinali kif definita fil-paragrafu 5.3.3.2.

    2.3.3.5.

    “Tanbur tal-brejk ekwivalenti” huwa tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni li jkun identiku għat-tanbur tal-brejk oriġinali f’dak li għandu x’jaqsam mad-dimensjonijiet, il-karatteristiċi ġeometriċi u d-disinn bażiku u jkun ukoll mill-istess sottogrupp tal-materjal bħat-tanbur tal-brejk l-oriġinali kif definit fil-paragrafu 5.3.3.2.

    2.3.3.6.

    “Diska tal-brejk interkambjabbli” hija diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni li jkollha l-istess dimensjonijiet interfaċċja bħad-diska tal-brejk oriġinali iżda tista’ tvarja mid-diska tal-brejk oriġinali f’dak li għandu x’jaqsam mad-disinn, il-materjali tal-kompożizzjoni u l-karatteristiċi mekkaniċi.

    2.3.3.7.

    “Tanbur tal-brejk interkambjabbli” huwa tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni li jkollu l-istess dimensjonijiet interfaċċja bħat-tanbur tal-brejk oriġinali iżda jista’ jvarja mit-tanbur tal-brejk oriġinali f’dak li għandu x’jaqsam mad-disinn, il-materjali tal-kompożizzjoni u l-karatteristiċi mekkaniċi

    2.3.4.   “Diska/tanbur tal-brejk speċjali” tfisser diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni li mhumiex koperti mill-paragrafi 2.3.1 sa 2.3.3.

    2.3.5.   “Dimensjonijiet funzjonali”: il-kejl kollu relevanti għall-iffittjar u l-funzjonament tal-komponenti tas-sistema tal-ibbrejkjar (ara l-paragrafu 5.3.7.1 u l-Anness 10).

    2.3.6.   “Tip tad-diska/tanbur tal-brejk”: diski jew tnabar tal-brejk li jkollhom l-istess disinn bażiku u l-istess grupp tal-materjali skont il-kriterji tal-klassifika skont il-paragrafi 5.3.5.1 jew 5.3.5.2, skont il-każ.

    2.3.7.   “Grupp tat-testijiet”: tip ta’ diski/tnabar tal-brejk li jkollhom l-istess karatteristiċi skont il-paragrafu 5.3.6.

    2.3.8.   “Varjant”: diska/tanbur tal-brejk individwali fi grupp tat-testijiet partikolari.

    2.3.9.   “Materjal”: il-kompożizzjoni kimika u l-karatteristiċi mekkaniċi skont il-paragrafu 3.4.1.2.

    2.3.10.   “Grupp tal-materjal”: eż. ħadid fondut griż, azzar, aluminju, eċċ.

    2.3.11.   “Sottogrupp tal-materjal”: wieħed mis-sottogruppi definiti fil-paragrafu 5.3.3.2.

    2.3.12.   “Il-ħxuna minima”: il-ħxuna tad-diska tal-brejk hija l-punt meta tkun meħtieġa sostituzzjoni.

    2.3.13.   “Dijametru massimu intern”: id-dijametru massimu intern tat-tanbur tal-brejk huwa l-punt meta tkun meħtieġa s-sostituzzjoni.

    3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.   L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ part ta’ sostituzzjoni għal tip speċifiku (jew tipi speċifiċi) ta’ vetturi għandhom jiġu sottomessi mill-manifattur tal-part ta’ sostituzzjoni jew ir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

    3.2.   Applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa mid-detentur ta’ approvazzjoni(jiet) tat-tip ta’ vettura skont ir-Regolament Nru 13 jew 13-H jew 78 fir-rigward ta’ part ta’ sostituzzjoni li tikkonforma mat-tip irreġistrat fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni(jiet) tat-tip tal-vetturi.

    3.3.   Fil-każ ta’ applikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ tip ta’ assemblaġġ ta’ firrodu tal-brejk ta’ sostituzzjoni, tip ta’ firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni jew firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni:

    3.3.1.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata, fi tliet kopji, minn deskrizzjoni tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew tal-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur fir-rigward tal-punti speċifikati fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, u mid-dettalji li ġejjin:

    3.3.1.1.

    Dijagrammi li juru d-dimensjonijiet funzjonali tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew tal-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur;

    3.3.1.2.

    Indikazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew tal-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur fuq il-vetturi li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni biex jitwaħħlu.

    3.3.2.

    Assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet jew firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom ikunu disponibbli bi kwantità suffiċjenti biex jitwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni.

    3.3.3.

    L-applikant għandu jaqbel ma’ u jagħmel disponibbli lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, il-vettura/i u/jew brejk(ijiet) rappreżentattivi adatti.

    3.3.4.

    L-Awtorità Kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex jiġu żgurati kontrolli effettivi fuq il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

    3.3.4.1.

    L-applikant għandu jissottometti valuri għall-aġir tal-frizzjoni skont l-Anness 9, il-Parti A, il-paragrafu 2.4.1 jew 3.4.1 rispettivament ta’ dan ir-Regolament.

    3.4.   Fil-każ ta’ applikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni jew diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni.

    3.4.1.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata, fi tliet kopji, minn deskrizzjoni ta’ tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni jew diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni fir-rigward tal-punti speċifikati fl-Anness 1B ta’ dan ir-Regolament, u mid-dettalji li ġejjin:

    3.4.1.1.   Tpinġija/tpinġijiet tad-diska jew tat-tanbur inkluż id-dimensjonijiet tal-karatteristiċi msemmija fil-paragrafu 5.3.7.1, flimkien mat-tolleranzi, u kull aċċessorju li jakkumpanjahom:

    (a)

    Il-post u t-tip ta’ marka skont il-paragrafu 6.2.2 — id-dimensjonijiet f’mm;

    (b)

    Il-piż fi grammi;

    (c)

    Il-materjal.

    3.4.1.2.   Deskrizzjoni tal-komponenti

    Il-manifattur għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-komponenti b’mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    Il-manifattur tal-part mhux maħduma;

    (b)

    Deskrizzjoni tal-proċess tal-manifattura tal-part mhux maħduma;

    (c)

    Prova tal-affidabilità tal-proċess (eż. ħelsien minn xquq u kavitajiet, dimensjonijiet);

    (d)

    Kompożizzjoni tal-materjali, speċifikament:

    (i)

    Kompożizzjoni kimika;

    (ii)

    Mikrostruttura;

    (iii)

    Karatteristiċi mekkaniċi:

    a.

    Ebusija Brinell skont ISO 6506-1:2005;

    b.

    Saħħa tensili skont ISO 6892:1998.

    (e)

    Korrużjoni jew protezzjoni tal-wiċċ;

    (f)

    Deskrizzjoni tal-miżuri ta’ bbilanċjar, żball ta’ bilanċ permissibbli massimu;

    (g)

    Ammont ta’ deterjorazzjoni bl-użu permess (ħxuna minima fil-każ tad-diski tal-brejk jew id-dijametru intern massimu fil-każ tat-tnabar tal-brejk).

    L-applikant għandu jibgħat l-informazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet deskritti fl-Anness 9, il-Parti B, il-paragrafu 2.5 ta’ dan ir-Regolament.

    3.4.2.   Konformità tal-produzzjoni

    L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti sabiex jiġu żgurati kontrolli effettivi fuq il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

    3.4.2.1.   L-applikant għandu jibgħat id-dokumentazzjoni skont l-Anness 9, il-Parti B, il-paragrafu 2 ta’ dan ir-Regolament.

    3.4.3.   Kwantitajiet u użu tal-kampjuni

    3.4.3.1.   Għandu jiġi pprovdut għadd minimu ta’ kampjuni ta’ diski jew tnabar — tad-disinn li għalih tkun qed tintalab approvazzjoni — kif jidher fit-tabella li ġejja.

    It-tabella turi wkoll l-użu rakkomandat tal-kampjuni.

    Oġġett Nru

    Kontroll/Test

    In-numru tal-kampjun

    Rimarki

     

     

    1

    2

    3

    4

    5

    6

     

    1

    Kontroll ġeometriku

    Il-paragrafi 5.3.3.1, 5.3.4.1.

    x

    x

    x

    x

    x

    x

     

    2

    Kontroll tal-materjal

    Il-paragrafi 5.3.3.2, 5.3.4.2.

    x

    x

     

     

     

     

     

    3

    Kontroll tad-dispożizzjonijiet tal-ibbilanċjar

    Il-paragrafu 5.3.7.2.

     

     

    x

    x

    x

    x

     

    4

    Kontroll tal-kundizzjoni tal-marki bl-użu

    Il-paragrafu 5.3.7.3.

     

     

    x

    x

    x

    x

     

    5

    Test tal-integrità — għeja termali

    Il-paragraphi 4.1.1, 4.2.1 tal-Anness 11, 4.1.1, 4.2.1 tal-Anness 12

     

     

     

    x

    x

     

     

    6

    Test tal-integrità — test tat-tagħbija kbira

    Il-paragraphi 4.1.2, 4.2.2 tal-Anness 11, u l-paragrafi 4.1.2, 4.2.2 tal-Anness 12

     

     

    x

     

     

     

     

    7

    Test tal-prestazzjoni tal-brejk tas-servizz tal-vettura

    Il-paragrafu 2.2 tal-Anness 11, il-paragrafu 2.2 tal-Anness 12

     

     

     

     

     

    Par diski

    Il-fus ta’ quddiem jew ta’ wara

    8

    Test tal-prestazzjoni tal-brejk tal-ipparkjar tal-vettura

    Il-paragrafu 2.3 tal-Anness 11, il-paragrafu 2.3 tal-Anness 12

     

     

     

     

     

    Par diski

    Jekk applikabbli

    9

    Test tal-prestazzjoni tal-brejk tas-servizz b’dinamometru

    Il-paragrafu 3.3 tal-Anness 11, il-paragrafu 3.3 tal-Anness 12

     

     

     

     

     

    x

    Alternativa għat-test bil-vettura

    3.4.3.2.   Kull diska jew tanbur, minbarra dawk li jużaw kontrolli ġeometriċi u materjali, għandhom ikunu akkumpanjati mill-għadd xieraq ta’ assemblaġġi tal-firrodu tal-brejk apposta li jkollhom approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 13, 13-H jew 90.

    3.4.3.3.   Fil-każ fejn ikun meħtieġ tqabbil mad-diska tal-brejk oriġinali jew it-tanbur tal-brejk oriġinali, għandu jiġi pprovdut sett tal-fus tad-diski tal-brejk oriġinali jew it-tanbur tal-brejk oriġinali, skont il-każ.

    3.4.3.4.   Meta tkun qed tintalab approvazzjoni ta’ diska/tanbur ta’ sostituzzjoni, għandhom jiġu pprovduti żewġ diski/tnabar tal-brejk oriġinali jew diski/tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni oriġinali għal tqabbil dimensjonali u materjali.

    3.4.3.5.   Meta tkun qed tintalab approvazzjoni ta’ diska/tanbur ta’ sostituzzjoni interkambjabbli, għandhom jiġu pprovduti żewġ diski/tnabar tal-brejk oriġinali jew diski/tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni oriġinali għal tqabbil dimensjonali.

    4.   APPROVAZZJONI

    4.1.

    Jekk il-part ta’ sostituzzjoni li ġiet sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni tal-part ta’ sostituzzjoni.

    4.1.1.

    Fil-każ ta’ assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategorija L b’sistema tal-ibbrejkjar ikkombinata skont il-paragrafu 2.9 tar-Regolament Nru 78, l-approvazzjoni għandha tkun limitata għal taħlita/taħlit tal-assemblaġġi tal-firrodu tal-brejk fuq il-fusijiet tal-vettura li tkun ġiet ittestjata skont l-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament.

    4.2.

    Għal kull part ta’ sostituzzjoni approvata għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni li jkollu erba’ gruppi ta’ ċifri:

    4.2.1.

    L-ewwel żewġ ċifri (preżentament 02 għar-Regolament fis-serje 02 ta’ emendi tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-aktar emendi ewlenin tekniċi reċenti li saru lir-Regolament fil-waqt tal-ħruġ tal-approvazzjoni.

    4.2.2.

    Iċ-ċifra singola ta’ wara għanda tindika l-kategorija tal-part ta’ sostituzzjoni kif ġej:

    A

    Assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk

    B

    Firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni

    C

    Diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni

    D

    Tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni

    4.2.3.

    L-erba’ ċifri ta’ wara għandhom jindikaw il-manifattura u t-tip tal-firrodu tal-brejk, it-tip ta’ diska jew it-tip ta’ tanbur.

    Suffiss ta’ erba’ ċifri għandu jindika:

    (a)

    Ix-xu jew il-pjanċa ta’ wara jew dimensjoni speċifika fil-każ tal-firrodi tal-brejk għamla ta’ tanbur;

    (b)

    Il-varjant fil-każ ta’ diska ta’ sostituzzjoni jew tanbur ta’ sostituzzjoni.

    Image

    Pereżempju:

    Image

    4.3.

    L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil part ta’ sostituzzjoni oħra l-istess numru tal-approvazzjoni jista’ jkopri l-użu ta’ dik il-part ta’ sostituzzjoni fuq għadd ta’ tipi ta’ vetturi differenti.

    4.4.

    L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ part ta’ sostituzzjoni skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    4.5.

    Għandha titwaħħal, b’mod li jidher u f’post faċilment aċċessibbli, ma’ kull part ta’ sostituzzjoni approvata skont dan ir-Regolament, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

    4.5.1.

    Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (3);

    4.5.2.

    In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, minn sing u min-numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.5.1.

    4.6.

    Il-marka tal-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.5 imsemmi fuq għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

    4.7.

    L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni u d-dejta tal-approvazzjoni msemmija qabel u fil-paragrafu 6.5 taħt.

    5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

    5.1.   Ġenerali

    Part ta’ sostituzzjoni għandha tkun imfassla u mibnija b’tali mod li, meta titqiegħed flok il-part imwaħħla oriġinarjament ġo vettura, l-effiċjenza tal-ibbrejkjar ta’ dik il-vettura tkun taqbel ma’ dik tat-tip approvat tal-vettura.

    B’mod speċifiku:

    (a)

    Part ta’ sostituzzjoni għal tip ta’ vettura approvata qabel ir-Regolament Nru 13, is-serje 09 ta’ emendi, jew il-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 13-H jew ir-Regolament Nru 78, is-serje 01 ta’ emendi, għandha tissodisfa mill-inqas il-livell tar-Regolament ix-xieraq imsemmi hawn fuq.

    (b)

    Part ta’ sostituzzjoni għandha turi karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għal dawk tal-part oriġinali li tkun intiża biex tissostitwixxi;

    (c)

    Part ta’ sostituzzjoni għandu jkollha karatteristiċi mekkaniċi xierqa;

    (d)

    Il-firrodi tal-brejkijiet ma għandux ikun fihom asbestos;

    (e)

    Diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għandhom juru biżżejjed reżistenza għad-deformazzjoni f’temperaturi għoljin;

    (f)

    Il-ħxuna minima tad-diska tal-brejk ma għandhiex tkun inqas mill-ħxuna minima tad-diska tal-brejk oriġinali kif speċifikata mill-manifattur tal-vettura;

    (g)

    Id-dijametru intern massimu permissibbli tat-tanbur tal-brejk ma għandux ikun iktar mid-dijametru intern massimu permissibbli tat-tanbur tal-brejk oriġinali speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

    5.1.1.   Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet jew firrodi ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur li jikkonformaw mat-tip speċifikat fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi skont ir-Regolament Nru 13 jew ir-Regolament Nru 13 jiġu kkunsidrati li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament.

    5.1.2.   Id-diski ta’ sostituzzjoni u t-tnabar ta’ sostituzzjoni li jikkonformaw mal-kodiċi tal-identifikazzjoni speċifikat fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura tar-Regolament Nru 13 jew ir-Regolament Nru 13-H huma meqjusa li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament.

    5.2.   Ir-rekwiżiti dwar l-approvazzjoni ta’ tip ta’ assemblaġġ ta’ firrodu tal-brejk ta’ sostituzzjoni, tip ta’ firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni jew firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni

    5.2.1.   Rekwiżiti ta’ prestazzjoni

    5.2.1.1.   Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2 u N1

    Mill-inqas sett wieħed ta’ assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet, li jirrappreżenta t-tip ta’ firrodu li għandu jiġi approvat, għandu jiġi installat u ttestjat f’mill-inqas vettura waħda li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għaliha tkun qed tintalab l-approvazzjoni, skont il-preskrizzjonijiet tal-Anness 3 u għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati f’dan l-Anness il-vettura/i rappreżentattiva/i għandhom jintgħażlu mill-medda tal-applikazzjoni bl-użu ta’ analiżi tal-agħar każ (4). Rigward sensittività tal-veloċità u ekwivalenza ta’ prestazzjoni kiesħa, għandu jintuża wieħed miż-żewġ metodi deskritti fl-Anness 3.

    5.2.1.2.   Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet u firrodi ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur għall-vetturi tal-kategoriji M3, N2 u u N3

    Mill-inqas sett wieħed ta’ assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet, li jirrappreżenta t-tip ta’ firrodu li għandu jiġi approvat, għandu jiġi installat u ttestjat f’mill-inqas vettura waħda li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għaliha tkun qed tintalab l-approvazzjoni, skont il-preskrizzjonijiet tal-Anness 4 u għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati f’dan l-Anness bl-użu ta’ wieħed miż-żewġ metodi deskritti fil-paragrafu 1 (test bil-vettura) jew fil-paragrafu 2 (test bid-dinamometru tal-inerzja) u għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-anness il-vettura/i rappreżentattiva/i għandhom jintgħażlu mill-medda tal-applikazzjoni bl-użu ta’ analiżi tal-agħar każ (4).

    5.2.1.3.   Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji O1 u O2

    Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet għandhom jiġu ttestjati skont il-preskrizzjonijiet tal-Anness 5 u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati f’dan l-Anness.

    5.2.1.4.   Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet u firrodi ta’ sostituzzjoni ta’ brejkijiet għamla ta’ tanbur għall-vetturi tal-kategoriji O3 u O4

    Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet u firrodi ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur għandhom jiġu ttestjati skont il-preskrizzjonijiet tal-Anness 6 u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati f’dan l-Anness għat-testijiet, għandu jintuża wieħed mit-tliet metodi deskritti fil-paragrafu 3 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 13.

    5.2.1.5.   Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategorija L

    Mill-inqas sett wieħed ta’ assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet, li jirrappreżenta t-tip ta’ firrodu li għandu jiġi approvat, għandu jiġi installat u ttestjat f’mill-inqas vettura waħda li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għaliha tkun qed tintalab l-approvazzjoni, skont il-preskrizzjonijiet tal-Anness 7 u għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati f’dan l-Anness il-vettura/i rappreżentattiva/i għandha tintagħżel/għandhom jintgħażlu mill-medda tal-applikazzjoni bl-użu ta’ analiżi tal-agħar każ (4).

    5.2.2.   Karatteristiċi mekkaniċi

    5.2.2.1.   Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni ta’ firrodi tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1, O1, O2, u L

    5.2.2.1.1.   Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet tat-tip li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati għar-resistenza għall-qtugħ (shear strength) skont l-Istandard ISO 6312:1981 jew ISO 6312:2001.

    Is-saħħa shear minima aċċettabbli hija 250 N/cm2 għall-assemblaġġi tal-pedd u 100 N/cm2 għall-assemblaġġi tax-xu.

    5.2.2.1.2.   Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati għall-kumpressibbiltà skont l-Istandards ISO 6310:1981 jew ISO 6310:2001.

    Il-valuri tal-kumpressibbiltà m’għandhomx jaqbżu t-2 fil-mija f’temperatura ambjentali u l-5 fil-mija f’400 °C għall-assemblaġġi tal-pedd u t-2 fil-mija f’temperatura ambjentali u l-4 fil-mija f’200 °C għall-assemblaġġi tax-xu. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet tal-ipparkjar.

    5.2.2.2.   Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brekjijiet u firrodi ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur għall-vetturi tal-kategoriji M3, N2, N3, O3, u O4

    5.2.2.2.1.   Reżistenza għall-qtugħ

    Dan it-test japplika biss għal assemblaġġi tal-pedd ta’ brejkijiet bid-diska.

    Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet tat-tip li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati għar-resistenza għall-qtugħ skont l-Istandard ISO 6312:1981 jew ISO 6312:2001 assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet jistgħu jitqassmu f’żewġ jew tliet partijiet sabiex jaqblu mal-kapaċità tal-magna tat-test.

    Ir-resistenza għall-qtugħ minima aċċettabbli hija ta’ 250 N/cm2.

    5.2.2.2.2.   Kumpressibbiltà

    Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet u firrodi ta’ sostituzzjoni ta’ brejkijiet għamla ta’ tanbur tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati għall-kumpressibbiltà skont l-Istandard ISO 6310:1981 jew ISO 6310:2001 jistgħu jintużaw kampjuni ċatti skont il-kampjun tat-tip I.

    Il-valuri tal-kumpressibbiltà m’għandhomx jaqbżu t-2 fil-mija f’temperatura ambjentali u l-5 fil-mija f’400 °C għal assemblaġġi tal-pedd u t-2 fil-mija f’temperatura ambjentali u l-4 fil-mija f’200 °C għal assemblaġġi tax-xu u firrodi ta’ brejkijiet għamla ta’ tanbur.

    5.2.2.2.3.   Ebusija tal-materjal (5)

    Dan ir-rekwiżit japplika għal assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur u firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur.

    Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet u firrodi ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati għall-ebusija skont l-Istandard ISO 2039-2:1987.

    Iċ-ċifra tal-ebusija għall-materjal tal-frizzjoni fis-superfiċje tal-kuntatt għandha tkun il-valur medju minn ħames kampjuni ta’ firrodi minn lottijiet ta’ produzzjoni differenti (jekk disponibbli) billi jittieħed kejl ta’ ħames postijiet differenti fuq kull firrodu ta’ brejk.

    5.3.   Ir-rekwiżiti tekniċi dwar l-approvazzjoni ta’ tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni jew diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni

    Il-parts ta’ sostituzzjoni kollha għandhom jinqasmu f’4 gruppi:

    (a)

    Diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni oriġinali;

    (b)

    Diska/tanbur tal-brejk identiku;

    (c)

    Diska/tanbur ekwivalenti;

    (d)

    Diska/tanbur interkambjabbli.

    Skont il-grupp tiegħu, id-diska jew tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni jkollu jgħaddi mit-testijiet li ġejjin:

     

    Testijiet tal-prestazzjoni skont ir-Regolamenti Nri 13/13-H (Tip 0, I, II, eċċ.)

    Test tat-tqabbil mal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi tal-part oriġinali

    Testijiet tal-integrità (tagħbija kbira u għeja termali)

    Parts ta’ sostituzzjoni oriġinali

    Le

    Le

    Le

    Parts identiċi

    Le

    Le

    Le

    Parts ekwivalenti

    Le

    Le

    Test tad-dinamometru

    Parts interkambjabbli

    Test bil-vettura jew test alternattiv tad-dinamometru

    Test bil-vettura jew test alternattiv tad-dinamometru

    Test tad-dinamometru

    Ir-rekwiżiti tat-test għad-diski u t-tnabar tal-brejk għall-vetturi tal-kategoriji M u N jinsabu fl-Anness 11.

    Ir-rekwiżiti tat-test għad-diski u t-tnabar tal-brejk għall-vetturi tal-kategorija O jinsabu fl-Anness 12.

    5.3.1.   Diski/tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni oriġinali

    5.3.1.1.   Id-diski/tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni oriġinali huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sakemm ikollhom kodiċi tal-identifikazzjoni kif definit fil-paragrafu 2.3.2 imwaħħal b’tali mod li ma jkunx jista’ jitħassar u li jkun jista’ jinqara faċilment.

    5.3.2.   Diski/tnabar tal-brejk identiċi

    5.3.2.1.   L-applikant għall-approvazzjoni għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li hu jforni d-diski jew it-tnabar tal-brejkijiet lill-manifattur tal-vettura bħala tagħmir oriġinali tal-vetturi/fusijiet/brejkijiet imsemmi fl-Anness 1B, il-punt 4. B’mod partikolari, id-diski jew it-tnabar tal-brejkijiet għandhom jiġu prodotti bl-istess sistemi u l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-assigurazzjoni tal-kwalità bħall-parts oriġinali skont il-paragrafu 2.3.1.

    5.3.2.2.   Billi d-diski/tnabar tal-brejk identiċi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha bħall-part oriġinali, ma humiex preskritti rekwiżiti tal-ittestjar.

    5.3.3.   Diski jew tnabar ta’ sostituzzjoni ekwivalenti

    5.3.3.1.   Rekwiżiti ġeometriċi

    Id-diski jew it-tnabar tal-brejkijiet għandhom ikunu identiċi għad-diska jew tanbur tal-brejkijiet oriġinali fir-rigward tad-dimensjonijiet kollha, il-karatteristiċi ġeometriċi kollha u d-disinn bażiku.

    5.3.3.1.1.   Għad-diski, għandhom jiġu sodisfatti l-valuri massimi li ġejjin:

     

    M1, N1, O1, O2

    M2, M3, N2, N3, O3, O4

    Varjazzjoni fil-ħxuna

    0,015  mm

    0,030  mm

    Varjazzjoni fil-ħxuna tal-ġnub laterali (għad-diski ventilati biss)

    1,5  mm

    2,0  mm

    Run-out laterali tal-wiċċ tal-frizzjoni

    0,050  mm (*)

    0,15  mm (*)

    Varjazzjoni tal-post tal-bore

    H9

    H9

    Paralleliżmu “Top hat”

    0,100  mm

    0,100  mm

    Kemm hu ċatt il-wiċċ tal-post

    0,050  mm

    0,050  mm

    Kemm hu aħrax il-wiċċ tal-frizzjoni (**)

    3,2  μm

    3,2  μm

    5.3.3.1.2.   Għat-tnabar għandhom jiġu sodisfatti l-valuri massimi li ġejjin:

     

    M1, N1, O1, O2

    M2, M3, N2, N3, O3, O4

    Run-out radjali tal-wiċċ tal-frizzjoni

    0,050  mm

    0,100  mm

    Varjazzjoni tal-post tal-bore

    H9

    H9

    Ovalità

    0,040  mm

    0,150  mm

    Kemm hu ċatt il-wiċċ tal-post

    0,050  mm

    0,050  mm

    Kemm hu aħrax il-wiċċ tal-frizzjoni (***)

    3,5  μm

    3,5  μm

    5.3.3.2.   Rekwiżiti materjali u metallurġiċi

    Sabiex jitqiesu “Ekwivalenti”, id-diska jew it-tanbur tal-brejk għandhom ikunu mill-istess sottogrupp materjali bħad-diska jew it-tanbur oriġinali. Huma definiti erba’ sottogruppi materjali tal-parts oriġinali.

     

    Standard tat-test

    Sottogrupp 1

    Ħadid fondut bażiku

    DIN EN 1561

    EN-GJL-200

    Sottogrupp 2

    Karbonju għoli bażiku

    EN-GJL-150

    Sottogrupp 3

    Karbonju għoli bil-liga

    Sottogrupp 4

    Karbonju għoli bla liga

    Kontenut ta’ karbonju

    (fil-mija)

     

    3,20-3,60

    3,60-3,90

    3,55-3,90

    3,60-3,90

    Kontenut ta’ silikon

    (fil-mija)

     

    1,70-2,30

    1,60-2,20

    1,60-2,20

    1,60-2,20

    Kontenut ta’ manganiż

    (fil-mija)

     

    Min 0,40

    Min 0,40

    Min 0,40

    Min 0,40

    Kontenut ta’ kromju

    (fil-mija)

     

    Mass 0,35

    Mass 0,35

    0,30-0,60

    Mass 0,25

    Kontenut ta’ ram

    (fil-mija)

     

    0,30-0,70

    0,30-0,70

    Mass 0,40

    Ebusija HBW

    ISO 6506-1:2005

    190-248

    160-210

    180-230

    160-200

    Saħħa tensili

    (N/mm2)

    ISO 6892:1998

    Min 220

    Min 160

    Min 170

    Min 150

    5.3.3.3.   Rekwiżiti ta’ prestazzjoni

    Il-part għandha tgħaddi mit-testijiet tal-integrità għat-tagħbija kbira u l-għeja termali skont l-Annessi 11 u 12.

    5.3.4.   Diski jew tnabar ta’ sostituzzjoni interkambjabbli

    5.3.4.1.   Rekwiżiti ġeometriċi

    Bħall-paragrafi 5.3.3.1.1 u 5.3.3.1.2 flimkien mal-istess dimensjonijiet interfaċċja.

    Diska jew tanbur interkambjabbli jistgħu jkunu differenti mill-part tad-diska oriġinali fil-karatteristiċi tad-disinn bħal:

    (a)

    It-tip u l-ġeometrija tal-ventilazzjoni (għal diski vventilati);

    (b)

    Diska jew tanbur integrali jew komposti;

    (c)

    L-irfinar tal-wiċċ (eż toqob, xquq, eċċ.).

    5.3.4.2.   Rekwiżiti ta’ prestazzjoni

    Il-part għandha tgħaddi mit-testijiet tal-prestazzjoni li ġejjin skont l-Annessi 11 u 12:

    (a)

    It-test tal-prestazzjoni skont ir-Regolament Nru 13 jew 13-H;

    (b)

    It-test tat-tqabbil mal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi tal-part oriġinali;

    (c)

    It-testijiet tal-integrità għat-tagħbija kbira u l-għeja termali.

    5.3.5.   It-tip

    Id-diski/tnabar tal-brejk li mhumiex differenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi ewlenin kif spjegat hawn taħt, għandhom jitqiesu bħala tip wieħed f’rapport wieħed jew approvazzjoni waħda:

    5.3.5.1.   Il-kriterji tat-tip għad-diski tal-brejkijiet

    5.3.5.1.1.   Disinn bażiku

    (a)

    Bil-ventilazzjoni jew mingħajr (eż. solidi, ventilati);

    (b)

    Disinn tal-ventilazzjoni;

    (c)

    Wiċċ (eż. bil-grooves jew toqob jew mingħajrhom);

    (d)

    Hub (bit-tanbur tal-brejk tal-ipparkjar integrat jew mingħajru);

    (e)

    Montaġġ (riġidu, nofsu mdendel, imdendel, eċċ.);

    (f)

    Hat (bit-tanbur tal-brejk tal-ipparkjar integrat jew mingħajru).

    5.3.5.1.2.   Grupp tal-materjal

    Il-gruppi tal-materjali kollha (inkluż is-sottogruppi rispettivi tagħhom) jitqiesu li huma tip separat.

    5.3.5.1.2.1.   Ħadid fondut

    5.3.5.1.2.2.   Azzar

    5.3.5.1.2.3.   Il-materjali komposti

    5.3.5.1.2.4.   Kostruzzjoni b’iktar minn materjal wieħed

    5.3.5.2.   Kriterji tat-tip għat-tnabar tal-brejk

    (a)

    Grupp tal-materjal (eż azzar, ħadid fondut, kompost);

    (b)

    Hub (bih/mingħajru);

    (c)

    Disinn kompost.

    5.3.6.   Kriterji tal-grupp tat-test (fl-istess tip)

    L-ittestjar fil-gruppi tat-testijiet huwa possibbli għal parts interkambjabbli biss jekk il-konnessjoni bejn il-parti tal-montaġġ u l-uċuħ tal-frizzjoni tad-diska jkunu tal-istess forma ġenerali.

    Minn kull wieħed mill-gruppi tat-test imsemmija hawn taħt, mill-inqas varjant wieħed huwa soġġett għat-testijiet korrispondenti stipulati fl-Annessi 10, 11 jew 12 il-varjant magħżul minn grupp tat-test biex jittestja l-part ta’ sostituzzjoni jkun dak li jkollu l-ogħla proporzjon ta’ enerġija kinetika meta mqabbel mal-massa tal-part ta’ sostituzzjoni direttament korrispondenti:

    Formula

    Bi:

    vmax, i

    veloċità massima tad-disinn tal-vettura li l-part ta’ sostituzzjoni tkun imwaħħla magħha (fil-każ tat-trejlers vmax, i huwa assunt li jkun mill-inqas 80 km/h)

    m

    il-massa tat-test kif definita fl-Anness 11, il-paragrafu 3.2.1.2 u l-Anness 12, il-paragrafu 3.2.1.2.

    mreplacement part, i

    massa tal-part ta’ sostituzzjoni tal-vettura korrispondenti

    5.3.6.1.   Diskijiet tal-brejk ta’ sostituzzjoni

    5.3.6.1.1.   Il-kriterji dwar il-formazzjoni tal-gruppi tat-test fir-rigward tad-diski tal-brejk ta’ sostituzzjoni fil-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1, N2, O1 u O2

    5.3.6.1.1.1.   Grupp tat-test marbut mat-testijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 tal-Anness 11 jew Annex 12

    Dan il-grupp tat-test jinkludi d-diski tal-brejk kollha fejn id-dijametru estern tad-diska ma jvarjax b’iktar minn 6 mm u l-ħxuna tad-diska ma tvarjax b’iktar minn 4 mm.

    5.3.6.1.1.2.   Fil-każ tal-materjali differenti fl-istess grupp ta’ materjali, għandhom jingħataw provi għal kull materjal separat li r-rekwiżiti stipulati fl-Anness 11 jew l-Anness 12 ġew sodisfatti.

    5.3.6.1.2.   Il-kriterji dwar il-formazzjoni tal-gruppi tat-test fir-rigward tad-diski tal-brejk ta’ sostituzzjoni fil-vetturi tal-kategoriji M3, N3, O3 u O4

    5.3.6.1.2.1.   Grupp tat-test marbut mat-testijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 tal-Anness 11 jew Annex 12

    Dan il-grupp tat-test jinkludi d-diski tal-brejk kollha fejn id-dijametru estern tad-diska ma jvarjax b’iktar minn 10 mm u l-ħxuna tad-diska ma tvarjax b’iktar minn 4 mm.

    5.3.6.1.2.2.   Fil-każ tal-materjali differenti fl-istess grupp ta’ materjali, għandhom jingħataw provi għal kull materjal separat li r-rekwiżiti stipulati fl-Anness 11 jew l-Anness 12 ġew sodisfatti.

    5.3.6.2.   Tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni

    5.3.6.2.1.   Il-kriterji dwar il-formazzjoni tal-gruppi tat-test fir-rigward tat-tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni fil-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1, N2, O1 u O2

    5.3.6.2.1.1.   Grupp tat-test marbut mat-testijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 tal-Anness 11 jew l-Annex 12

    Dan il-grupp tat-test jinkludi t-tnabar tal-brejk kollha li ma jvarjawx b’iktar minn 30 mm f’termini tad-dijametru intern tat-tanbur u iktar minn 10 mm fir-rigward tal-wisa’ tax-xu tat-tanbur tal-brejk.

    5.3.6.2.1.2.   Fil-każ tal-materjali differenti fl-istess grupp ta’ materjali, għandhom jingħataw provi għal kull materjal separat li r-rekwiżiti stipulati fl-Anness 11 jew l-Anness 12 ġew sodisfatti.

    5.3.6.2.2.   Il-kriterji dwar il-formazzjoni tal-gruppi tat-test fir-rigward tat-tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni fil-vetturi tal-kategoriji M3, N3, O3 u O4

    5.3.6.2.2.1.   Grupp tat-test marbut mat-testijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 tal-Anness 11 jew Annex 12

    Dan il-grupp tat-test jinkludi t-tnabar tal-brejk kollha li ma jvarjawx b’iktar minn 10 mm (għall-iżgħar valur) f’termini tad-dijametru intern tat-tanbur u mhux iktar minn 40 mm fir-rigward tal-wisa’ tax-xu tat-tanbur tal-brejk.

    5.3.6.2.2.2.   Fil-każ tal-materjali differenti fl-istess grupp ta’ materjali, għandhom jingħataw provi għal kull materjal separat li r-rekwiżiti stipulati fl-Anness 11 jew l-Anness 12 ġew sodisfatti.

    5.3.7.   Ambitu tal-valutazzjoni fir-rigward tad-diski/tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni

    5.3.7.1.   Kontrolli ġeometriċi:

    Imqabbla mal-parts oriġinali, id-diski/tnabar ta’ sostituzzjoni għandhom jiġu kkontrollati f’termini tal-karatteristiċi applikabbli li ġejjin (ara wkoll l-Anness 10):

    (a)

    Dijametru tad-diska/tanbur, inkluż id-dijametri tal-uċuħ tal-frizzjoni (fil-każ ta’ brejk bid-diska b’tanbur tal-brejk tal-ipparkjar integrat, għandhom jiġu ċċekkjati ż-żewġ dijametri);

    (b)

    Ħxuna tad-diska (dimensjonijiet oriġinali u indikazzjoni minima tad-deterjorazzjoni bl-użu permissibbli) — mill-wiċċ tal-montaġġ sal-wiċċ tal-frizzjoni estern;

    (c)

    Ħxuna tal-mounting flange;

    (d)

    Dijametru tal-pitch circle tat-toqob/studs tal-iffissar;

    (e)

    Għadd ta’ toqob/studs tal-iffissar;

    (f)

    Dijametru tal-mounting flange;

    (g)

    Tip ta’ centring (eż spigot ċentrali jew mounting bolts/studs);

    (h)

    Fil-każ ta’ diski tal-brejk bi tnabar tal-brejk tal-ipparkjar integrat, il-wisa’ tal-erja tal-wiċċ tal-frizzjoni u kull groove għall-kumpens tas-sħana;

    (i)

    Barra minn hekk, fil-każ ta’ diski tal-brejk ventilati:

    (i)

    It-tip ta’ ventilazzjoni (interna/esterna);

    (ii)

    L-għadd ta’ ribs u pilastri;

    (iii)

    Id-dimensjonijiet tat-tubu tal-ventilazzjoni.

    5.3.7.2.   Dispożizzjoni ta’ bbilanċjar

    Id-dispożizzjoni ta’ bbilanċjar fir-rigward tad-diski/tnabar ta’ sostituzzjoni għandha tikkorrispondi ma’ dik tal-part oriġinali li tkun qed tiġi sostitwita.

    5.3.7.3.   Valutazzjoni tal-kundizzjoni tad-deterjorazzjoni bl-użu tal-uċuħ tal-frizzjoni

    Din għandha tikkonforma mal-kriterji tal-manifattur tal-vettura.

    5.3.7.4.   It-testijiet

    Kull grupp tat-test (ara 5.3.6.) f’tip partikolari ta’ diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni (ara 3.3.2.) għandu jiġi ttestjat mis-Servizz Tekniku.

    5.3.8.   Ir-rapport tat-test

    Għandu jitħejja rapport tat-test, li l-kontenut tiegħu għandu tal-inqas ikun dak stipulat fl-Anness 13 ta’ dan ir-Regolament.

    6.   IMBALLAĠĠ U MMARKAR

    6.1.   Ir-rekwiżiti tal-imballaġġ u l-mmarkar fir-rigward ta’ tip ta’ assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk, tip ta’ firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni jew firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni:

    6.1.1.

    Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet jew firrodi ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur li jikkonformaw ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandhom jinbiegħu f’settijiet tal-fus.

    6.1.2.

    Kull sett tal-fus għandu jkun f’pakkett issiġillat magħmul biex juri ftuħ preċedenti.

    6.1.3.

    Kull pakkett għandu juri l-informazzjoni li ġejja:

    6.1.3.1.

    Isem il-manifattur jew il-marka kummerċjali;

    6.1.3.3.

    Il-marka u t-tip tal-assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet jew tal-firrodi ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur;

    6.1.3.4.

    Il-vetturi/fusijiet/brejkijiet li l-kontenut tagħhom ikollu approvazzjoni għalihom;

    6.1.3.5.

    Il-marka tal-approvazzjoni.

    6.1.4.

    Kull pakkett għandu jinkludi struzzjonijiet xierqa għat-twaħħil b’lingwa uffiċjali tal-KEE, supplimentat mit-test korrispondenti bil-lingwa tal-pajjiż li fih jinbiegħ:

    6.1.4.1.

    B’referenza partikolari għall-parts awżiljari;

    6.1.4.2.

    U jiddikjara li l-assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet jew il-firrodi ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur għandhom jiġu sostitwiti fis-settijiet tal-fus;

    6.1.4.3.

    Fil-każ ta’ firrodi ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur, b’dikjarazzjoni ġenerali li tiġbed l-attenzjoni għall-punti li ġejjin:

     

    L-integrità tal-pjattaforma, l-appoġġ u l-pern tax-xu;

     

    Nuqqas ta’ distorzjoni, deformazzjoni u korrużjoni fix-xu;

     

    It-tip u d-daqs tal-pern li għandu jintuża;

     

    L-għodod u forzi tal-irbit meħtieġa.

    6.1.4.4.

    Addizzjonalment, fil-każ ta’ sistemi tal-ibbrejkjar ikkombinati skont il-paragrafu 2.9 tar-Regolament Nru 78 bl-għoti tal-kombinazzjoni(jiet) tal-assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet approvata/i.

    6.1.5.

    Kull assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur għandu juri permanentament sett wieħed ta’ dejta tal-approvazzjoni:

    6.1.5.1.

    Il-marka tal-approvazzjoni;

    6.1.5.2.

    Id-data tal-manifattura, mill-inqas ix-xahar u s-sena, jew numru tal-lott;

    6.1.5.3.

    L-għamla u t-tip tal-firrodu tal-brejk

    6.2.   Rekwiżiti ta’ imballaġġ u mmarkar fir-rigward tad-diski tal-brejk ta’ sostituzzjoni jew it-tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni

    6.2.1.   Kull unità mibjugħa għandha mill-inqas turi l-informazzjoni li ġejja:

    6.2.1.1.

    In-numru tal-part;

    6.2.1.2.

    Fil-każ ta’ vetturi awtomottivi:

    L-għamla, it-tip u l-isem kummerċjali tal-vettura, il-fus li se jitwaħħal u l-perjodu tal-manifattura tal-vettura; jekk il-perjodu tal-manifattura ma jkunx disponibbli faċilment, tista’ tintuża referenza għan-numru/il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-part oriġinali;

    6.2.1.3.

    Fil-każ tat-trejlers, għandha tintuża referenza għan-numru/il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-part oriġinali;

    6.2.1.4.

    Kull pakkett għandu jkun fih struzzjonijiet għat-twaħħil fil-lingwa tal-pajjiż fejn jinbiegħ:

    6.2.1.4.1.

    B’referenza partikolari għall-parts anċillari;

    6.2.1.4.2.

    Li tgħid li d-diski u t-tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni għandhom jiġu sostitwiti f’settijiet tal-fus.

    6.2.2.   Il-marki

    Kull diska/tanbur tal-brejk approvat/a skont dan ir-Regolament għandha tkun/għandu jkun immarkat/a b’mod permanenti b’mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

    6.2.2.1.

    Isem il-manifattur jew il-marka kummerċjali;

    6.2.2.2.

    In-numru tal-approvazzjoni;

    6.2.2.3.

    Indikazzjoni li tipprovdi t-traċċabilità tal-proċess tal-produzzjoni (eż id-data, in-numru tal-lott, il-kodiċi tas-sors);

    6.2.2.4.

    Il-ħxuna minima tad-diska tal-brejk jew id-dijametru intern massimu permissibbli tat-tanbur tal-brejk.

    7.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAL-PARTS TA’ SOSTITUZZJONI

    7.1.

    Kull modifika tal-part ta’ sostituzzjoni għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip imbagħad, id-dipartiment jista’:

    7.1.1.

    Jikkunsidra li l-modifikazzjonijiet magħmula aktarx li ma jkollhomx effetti negattivi apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-part ta’ sostituzzjoni xorta tkun għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

    7.1.2.

    Jitlob rapport ieħor tat-testijiet mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

    7.2.

    Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandha tiġi notifikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.4 msemmi fuq lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament.

    7.3.

    L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    8.1.

    Il-parts ta’ sostituzzjoni approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturi b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat.

    8.2.

    Il-parts oriġinali li jkunu s-suġġett ta’ applikazzjoni skont il-paragrafu 3.2 jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.

    8.3.

    Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1 jkunu sodisfatti, għandhom jiġu applikati kontrolli adattati tal-produzzjoni. Dawn għandhom jinkludu l-kontroll tal-materji primi u l-komponenti użati.

    8.4.

    Id-detentur ta’ approvazzjoni għandu b’mod partikolari:

    8.4.1.

    Jiżgura li għal kull tip ta’ assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew tip ta’ firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur mill-inqas it-testijiet rilevanti preskritti fil-paragrafu 5.2.2 u t-testijiet relevanti kif preskritt fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament jitwettqu fuq bażi kkontrollata statistikament u b’mod każwali skont proċedura tal-assigurazzjoni tal-kwalità regolari għal assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet tal-ipparkjar ir-reżistenza għall-qtugħ deskritta fil-paragrafu 5.2.2 biss hija applikabbli.

    8.4.2.

    Jassigura li għal kull diska u tanbur ta’ sostituzzjoni jsiru mill-inqas it-testijiet preskritti fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament fuq bażi kkontrollata statistikament u b’mod każwali skont proċedura tal-assigurazzjoni tal-kwalità regolari.

    8.4.3.

    Jassigura l-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti;

    8.4.4.

    Ikollu aċċess għat-tagħmir ta’ kontroll neċessarju biex jiċċekkja l-konformità ta’ kull tip approvat;

    8.4.5.

    Janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test sabiex jivverifika u jiżgura l-konsistenza tal-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li jħalli lok għall-varjazzjoni tal-produzzjoni industrijali;

    8.4.6.

    Jiżgura li dejta tar-riżultati tat-testijiet tiġi rreġistrata u li dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi determinat bi ftehim mas-servizz amministrattiv;

    8.4.7.

    Jassigura li kull kampjun jew biċċa tat-test li jagħtu evidenza li hemm nuqqas ta’ konformità mat-tip ta’ test ikkonċernat għandhom iwasslu għal teħid ta’ kampjuni ieħor u għal test ieħor il-passi kollha meħtieġa għandhom jittieħdu sabiex jerġa’ jistabbilixxi l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

    8.5.

    L-Awtorità Kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni.

    8.5.1.

    F’kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-reġistri tal-istħarriġ dwar il-produzzjoni għandhom ikunu ppreżentati lill-ispettur li jkun żar il-post.

    8.5.2.

    L-ispettur jista’ jagħżel b’mod każwali kampjuni li jridu jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur in-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi stabbilit skont ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess.

    8.5.3.

    Meta l-livell ta’ kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li huwa meħtieġ li tkun ivverifikata l-validità tat-testijiet li jitwettqu fl-applikazzjoni tal-paragrafu 8.5.2, l-ispettur għandu jagħżel kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

    8.5.4.

    L-awtorità kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe test preskritt f’dan ir-Regolament.

    8.5.5.

    Il-frekwenza normali ta’ spezzjonijiet awtorizzati mill-Awtorità Kompetenti għandha tkun darba fis-sena fil-każ fejn jiġu rreġistrati riżultati negattivi waqt waħda minn dawn iż-żjarat, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tkun stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun.

    9.   PIENI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    9.1.

    L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew tip ta’ firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8.1 imsemmi fuq ma jiġux sodisfatti.

    L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ta’ sostituzzjoni jew ta’ diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8.1 imsemmi fuq ma jiġux sodisfatti.

    9.2.

    Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha tinnotifika immedjatament dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudelli fl-Anness 1 A jew fl-Anness 1B ta’ dan ir-Regolament.

    10.   PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTIVAMENT

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-manifattura ta’ part ta’ sostituzzjoni approvata skont dan ir-Regolament, hu għandu jgħarraf b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 A jew 1B għal dan ir-Regolament.

    11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

    Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar tal-approvazzjoni, jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.

    12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

    12.1.

    Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 02 ta’ emendi.

    12.2.

    Anki wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi, l-approvazzjonijiet tal-assemblaġġi tal-firrodu tal-brejk u tal-firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur skont is-serje 01 ta’ emendi lir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom u ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni skont is-serje 01 ta’ emendi lil dan ir-Regolament.

    12.3.

    Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu ġo vettura li tintuża, it-twaħħil jew l-użu ta’ assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk approvat skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali, mhux emendata tiegħu.


    (1)  Ma japplikax għal funzjonijiet addizzjonali possibbli tal-parts ta’ sostituzzjoni bħal pereżempju l-issensjar tal-veloċità fil-każ ta’ tagħmir integrat għall-issensjar tal-veloċità jew l-iggwidar tar-roti fil-każ ta’ hubs integrati.

    (2)  Jekk dawn il-firrodi tal-brejkijiet ma jkunux disponibbli fis-suq, alternattivament, jistgħu jintużaw il-firrodi tal-brejkijiet imniżżla fil-paragrafu 8.2.

    (3)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.

    (4)  L-analiżi tal-agħar każ għandha tinkludi l-karatteristiċi tekniki li ġejjin (bħala minimu) ta’ kull tip ta’ vettura fil-firxa tal-applikazzjoni:

    (a)

    Dijametru tar-rotor;

    (b)

    Ħxuna tar-rotor;

    (c)

    Rotor ventilat jew solidu;

    (d)

    Dijametru tal-pistun;

    (e)

    Raġġ dinamiku tat-tajer;

    (f)

    Massa tal-vettura;

    (g)

    Massa tal-fus u persentaġġ ta’ sforz ta’ bbrejkjar tal-fus;

    (h)

    Veloċità massima tal-vettura;

    Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jiġu speċifikati fir-rapport tat-test.

    (5)  Dan it-test huwa inkluż għall-finijiet tal-konformità tal- produzzjoni għandu jintlaħaq qbil dwar il-valuri minimi u t-tolleranzi mas-Servizz Tekniku.

    (*)  n/a fil-każ ta’ diska mdendla.

    (**)  Il-valur Ra skont ISO 1302:2002.

    (***)  Il-valur Ra skont ISO 1302:2002.


    ANNESS 1 A

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 1B

    KOMUNIKAZZJONI

    (format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI U D-DEJTA TAL-APPROVAZZJONI

    (Ara l-paragrafu 4.2 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq turi li l-oġġett ikkonċernat ġie approvat fi Franza (E2) skont ir-Regolament Nru 90 bin-numru tal-approvazzjoni C0359/7248 l-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 90 kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

    Eżempju tal-immarkar tal-assemblaġġi tal-pedd

    Image

    Eżempju tal-immarkar tal-assemblaġġi tax-xu

    Image

    Eżempju tal-immarkar ta’ firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur

    Image

    Nota:

    Il-pożizzjonijiet tal-marki u l-pożizzjonijiet reċiproki tal-marki murija fl-eżempji mhumiex obbligatorji.


    ANNESS 3

    REKWIŻITI GĦAL ASSEMBLAĠĠ TA’ SOSTITUZZJONI TAL-FIRRODU TAL-BREJKIJIET GĦALL-VETTURI TAL-KATEGORIJI M1, M2 U N1

    1.   Konformità mar-Regolament Nru 13 jew 13-H

    Il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 13 għandha tintwera f'test bil-vettura.

    1.1.   Preparazzjoni tal-vettura

    1.1.1.   Vettura tal-Ittestjar

    Vettura li tkun rappreżentattiva tat-tip(i) li għalih(om) tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk għandha tiġi mgħammra bl-assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni u strumentata għall-ittestjar tal-brejkijiet kif meħtieġ skont ir-Regolamenti Nru 13 u 13-H.

    Firrodi tal-brejkijiet sottomessi għat-test għandhom jitwaħħlu mal-brejkijiet rilevanti u, sakemm tiġi stabbilita proċedura fissa tal-burnishing, għandhom jiġu burnished skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

    1.1.2.   Proċedura tal-bedding (burnishing)

    1.1.2.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali

    Assemblaġġi ta’ firrodi tal-brejkijiet sottomessi għal test għandhom jitwaħħlu mal-brejkijiet rilevanti fil-każ ta’ assemblaġġi ta’ sostituzzjoni ta’ firrodi tal-brejkijiet, għandhom jintużaw firrodi tal-brejkijiet ġodda firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur jistgħu jiġu maħduma sabiex jiksbu l-aħjar kuntatt inizjali possibbli bejn il-firrodu u t-tanbur/tnabar il-vettura tal-ittestjar għandha tkun mgħobbija kompletament.

    Assemblaġġi ta’ firrodi tal-brejkijiet oriġinali użati għal test tat-tqabbil u li jkunu diġà mwaħħla fil-vettura tal-ittestjar jistgħu jintużaw sakemm ikunu f'kundizzjoni tajba u ma jkunux deterjorati b'iktar minn 20 fil-mija tal-ħxuna inizjali. M'għandux ikollhom ħsarat, xquq, korrużjoni eċċessiva jew sinjali ta’ tisħin żejjed. Dawn għandhom jiġu bedded skont il-proċedura deskritta taħt.

    1.1.2.2.   Proċedura

    Suq għal minimu ta’ 50 km distanza u b’mill-inqas 100 applikazzjoni tal-brejk f'deċellerazzjonijiet differenti (mill-inqas bejn 1 m/s2 u 5 m/s2) b'veloċitajiet inizjali bejn 50 km/h u 120 km/h. Matul il-proċedura tal-bedding għandha tinkiseb mill-inqas 3 darbiet firxa ta’ temperaturi bejn 250 °C u 500 °C għall-assemblaġġi tal-pedd jew bejn 150 °C u 250 °C għall-assemblaġġi tal-firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur (imkejla fil-wiċċ ta’ kuntatt tad-diska/tanbur) it-temperaturi m'għandhomx jaqbżu l-500 °C għall-assemblaġġi tal-pedd u 250 °C għal assemblaġġi ta’ firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur.

    1.1.2.3.   Verifika tal-prestazzjoni

    Permezz ta’ bbrejkjar ta’ fus wieħed biss kull darba agħmel 5 applikazzjonijiet tal-brejk minn 70 km/h sa 0 km/h (fus ta’ quddiem) u 45 km/h sa 0 km/h (fus ta’ wara) bil-pressa tal-linja ta’ 4 Mpa (1) u b'temperatura inizjali ta’ 100 °C għal kull waqfa il-5 riżultati konsekuttivi mhux monotoniċi għandhom jibqgħu fit-tolleranza ta’ 0,6 m/s2 (fus ta’ quddiem) jew 0,4 m/s2 (fus ta’ wara) tad-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment tagħhom.

    Jekk dan ir-rekwiżit ma jiġix sodisfatt il-proċedura tal-bedding skont il-paragrafu 1.1.2.2 għandha tiġi estiża u l-verifika tal-prestazzjoni skont il-paragrafu 1.1.2.3 għandha tiġi ripetuta.

    1.2.   Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti għall-kategorija ta’ vetturi kkonċernata (M1, M2 jew N1) fir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafi 1 u 2 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafi 1 u 2 skont liema jkun xieraq meta wieħed iqis l-approvazzjoni oriġinali tas-sistema ir-rekwiżiti jew testijiet applikabbli huma:

    1.2.1.   Sistema ta’ bbrejkjar tas-servizz

    1.2.1.1.   It-test tat-Tip-0 bil-magna skonnettjata, il-vettura mgħobbija, skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.4.2 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 1.4.2.

    1.2.1.2.   Test tat-tip-0 bil-magna kkonnettjata, vettura mhux mgħobbija u mgħobbija skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafi 1.4.3.1 (test ta’ stabbiltà) u 1.4.3.2 (it-test biss bil-veloċità inizjali ta’ v = 0.8 vmax) jew ir- Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafi 1.4.3.1 u 1.4.3.2.

    1.2.1.3.   It-test tat-Tip-I, skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.5 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 1.5.

    1.2.2.   Sistema ta’ bbrejkjar sekondarju

    1.2.2.1.   It-test tat-Tip-0 bil-magna skonnettjata, il-vettura mgħobbija, skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 2.2 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 2.2 (dan it-test jista' ma jsirx f'każijiet fejn ikun ovvju li r-rekwiżiti ġew sodisfatti, eż sistema tal-ibbrejkjar b'qasma djagonali)

    1.2.3.   Sistema tal-ibbrejkar tal-ipparkjar

    (Applikabbli biss jekk il-brejkijiet li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni tal-firrodu jintużaw għall-ipparkjar).

    1.2.3.1.   Test tal-brejkijiet tal-ipparkjar f’angolu ta’ 18 fil-mija, bil-vettura mgħobbija, skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 2.3.1 jew it-test tal-brejkijiet tal-ipparkjar f'angolu ta’ 20 fil-mija, bil-vettura mgħobbija, skont ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 2.3.1.

    1.3.   Il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha speċifikati fir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 2 għal dik il-kategorija ta’ vetturi.

    2.   Ir-rekwiżiti addizzjonali

    Il-konformità mar-rekwiżiti addizzjonali għandha tintwera bl-użu ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ metodi:

    2.1.   Test bil-vettura (test ta’ fus maqsum)

    Għal dan it-test il-vettura għandha tkun mgħobbija kompletament u l-applikazzjonijiet tal-brejk magħmula kollha bil-magna skonnettjata, fuq triq livell.

    Is-sistema tal-kontroll tal-brejk tas-servizz tal-vettura għandha tkun mgħammra b'mezz għall-iżolament tal-brejkijiet tal-fusijiet ta’ quddiem u ta’ wara sabiex ikunu jistgħu jintużaw indipendentement minn xulxin.

    Meta tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk għall-brejkijiet tal-fus ta’ quddiem, il-brejkijiet tal-fus ta’ wara m'għandhomx jitħaddmu matul it-test.

    Meta tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk għall-brejkijiet tal-fus ta’ wara, il-brejkijiet tal-fus ta’ quddiem m'għandhomx jitħaddmu matul it-test.

    2.1.1.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

    It-tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk u l-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk għandu jsir billi jitqabblu r-riżultati tat-testijiet bil-metodu li ġej:

    2.1.1.1.

    Agħmel minimu ta’ sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet b'żidiet spazjati ta’ sforz fuq il-pedala jew il-pressa tal-linja sakemm jillokkjaw ir-roti jew, alternattivament, sa deċellerazzjoni medja żviluppata totalment ta’ 6 m/s2 jew sal-forza massima permessa tal-pedala għall-kategorija ta’ vetturi inkwistjoni minn veloċità inizjali kif stabbilit fit-tabella hawn taħt:

    Il-kategorija tal-vettura

    Veloċità tat-test f’km/h

    Fus ta’ quddiem

    Fus ta’ wara

    M1

    70

    45

    M2

    50

    40

    N1

    65

    50

    It-temperatura inizjali tal-brejk fil-bidu ta’ kull applikazzjoni għandha tkun ta’ ≤ 100 °C.

    2.1.1.2.

    Innota u pplottja l-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja u d-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment għal kull applikazzjoni, u ddetermina l-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja meħtieġa għall-ksib (jekk possibbli) ta’ deċellerazzjoni medja żviluppata totalment ta’ 5 m/s2 għall-brejkijiet tal-fus ta’ quddiem u 3 m/s2 għall-brejkijiet tal-fus ta’ wara jekk dawn il-valuri ma jistgħux jinkisbu bil-forza tal-pedala massima permessa, iddetermina alternattivament il-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja meħtieġa biex tinkiseb id-deċellerazzjoni massima.

    2.1.1.3.

    L-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għal-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jekk id-deċellerazzjonijiet medji żviluppati totalment miksuba bl-istess forza tal-kontroll jew pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa 15 fil-mija ta’ dawk miskuba bl-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk.

    2.1.2.   Test tas-sensittività tal-veloċità

    2.1.2.1.   Bl-użu tal-forza tal-pedala miksuba mill-paragrafu 2.1.1.2 ta’ dan l-anness u b’temperatura tal-brejk inizjali ta’ ≤ 100 °C, agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejkijiet minn kull waħda mill-veloċitajiet li ġejjin:

    (a)

    Fus ta’ quddiem 65, 100 km/h u addizzjonalment 135 km/h fejn vmax jaqbeż il-150 km/h.

    (b)

    Fus ta’ wara 45, 65 km/h u addizzjonalment 90 km/h fejn vmax jaqbeż il-150 km/h.

    2.1.2.2.   Ħu medja tar-riżultati għal kull grupp ta’ tliet applikazzjonijiet u pplottja l-veloċità mad-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment korrispondenti.

    2.1.2.3.   Id-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment irreġistrata għall-ogħla veloċitajiet għandha tkun sa 15 fil-mija ta’ dik irreġistrata għall-inqas veloċità.

    2.2.   Test b’dinamometru tal-inerzja

    2.2.1.   Tagħmir tal-ittestjar

    Għat-testijiet, dinamometru tal-inerzja għandu jitwaħħal mal-brejk tal-vettura inkwistjoni id-dinamometru għandu jkun strumentat għar-reġistrazzjoni kontinwa tal-veloċità rotazzjonali, tat-torque tal-brejk, tal-pressa fil-linja tal-brejk, tan-numru ta’ rotazzjonijiet wara l-applikazzjoni tal-brejk, tal-ħin tal-ibbrejkjar u t-temperatura tar-rotor tal-brejk.

    2.2.2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    2.2.2.1.   Il-massa rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għal nofs is-sezzjoni tal-fus tal-massa massima tal-vettura kif imniżżel fit-tabella hawn taħt u mar-raġġ tad-dawrien tal-ikbar tajer li huwa awtorizzat għal dik/dawk it-tip(i) ta’ vetturi.

    Il-kategorija tal-vettura

    Sezzjoni tal-fus tal-massa massima tal-vettura

    Quddiem

    Wara

    M1

    0,77

    0,32

    M2

    0,69

    0,44

    N1

    0,66

    0,39

    2.2.2.2.   Il-veloċità rotazzjonali inizjali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi mal-veloċità lineari tal-vettura kif speċifikat fil-paragrafi 2.2.3 u 2.2.4 ta’ dan l-Anness u għandha tiġi bbażata fuq ir-raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajer.

    2.2.2.3.   Il-firrodi tal-brejkijiet sottomessi għat-test għandhom ikunu mwaħħla mal-brejkijiet rilevanti u bedded (burnished) skont din il-proċedura:

    Fażi ta’ burnishing 1, 64 waqfa minn 80 km/h sa 30 km/h bi pressa tal-linja li tvarja:

     

    Fus ta’ wara

    Fus ta’ wara

    Parametru

    Fus ta’ quddiem

    Brejk bid-diska

    Brejk tanbur

    Numru ta’ waqfiet għal kull ċiklu

    32

    32

    32

    Veloċità tal-brejk (km/h)

    80

    80

    80

    Veloċità tar-rilaxx (km/h)

    30

    30

    30

    Temperatura inizjali tal-brejk(°C)

    < 100

    < 100

    < 80

    Temperatura finali tal-brejk (°C)

    Miftuħ

    Miftuħ

    Miftuħ

    Snub fil-pressa 1 (kPa)

    1 500

    1 500

    1 500

    Snub fil-pressa 2 (kPa)

    3 000

    3 000

    3 000

    Snub fil-pressa 3 (kPa)

    1 500

    1 500

    1 500

    Snub fil-pressa 4 (kPa)

    1 800

    1 800

    1 800

    Snub fil-pressa 5 (kPa)

    2 200

    2 200

    2 200

    Snub fil-pressa 6 (kPa)

    3 800

    3 800

    3 800

    Snub fil-pressa 7 (kPa)

    1 500

    1 500

    1 500

    Snub fil-pressa 8 (kPa)

    2 600

    2 600

    2 600

    Snub fil-pressa 9 (kPa)

    1 800

    1 800

    1 800

    Snub fil-pressa 10 (kPa)

    3 400

    3 400

    3 400

    Snub fil-pressa 11 (kPa)

    1 500

    1 500

    1 500

    Snub fil-pressa 12 (kPa)

    2 600

    2 600

    2 600

    Snub fil-pressa 13 (kPa)

    1 500

    1 500

    1 500

    Snub fil-pressa 14 (kPa)

    2 200

    2 200

    2 200

    Snub fil-pressa 15 (kPa)

    3 000

    3 000

    3 000

    Snub fil-pressa 16 (kPa)

    4 600

    4 600

    4 600

    Snub fil-pressa 17 (kPa)

    2 600

    2 600

    2 600

    Snub fil-pressa 18 (kPa)

    5 100

    5 100

    5 100

    Snub fil-pressa 19 (kPa)

    2 200

    2 200

    2 200

    Snub fil-pressa 20 (kPa)

    1 800

    1 800

    1 800

    Snub fil-pressa 21 (kPa)

    4 200

    4 200

    4 200

    Snub fil-pressa 22 (kPa)

    1 500

    1 500

    1 500

    Snub fil-pressa 23 (kPa)

    1 800

    1 800

    1 800

    Snub fil-pressa 24 (kPa)

    4 600

    4 600

    4 600

    Snub fil-pressa 25 (kPa)

    2 600

    2 600

    2 600

    Snub fil-pressa 26 (kPa)

    1 500

    1 500

    1 500

    Snub fil-pressa 27 (kPa)

    3 400

    3 400

    3 400

    Snub fil-pressa 28 (kPa)

    2 200

    2 200

    2 200

    Snub fil-pressa 29 (kPa)

    1 800

    1 800

    1 800

    Snub fil-pressa 30 (kPa)

    3 000

    3 000

    3 000

    Snub fil-pressa 31 (kPa)

    1 800

    1 800

    1 800

    Snub fil-pressa 32 (kPa)

    3 800

    3 800

    3 800

    Numru ta’ ċikli

    2

    2

    2

    Fażi tal-Burnishing 2, 10 waqfiet minn 100 km/h sa 5 km/h b'deċellerazzjoni ta’ 0.4 g u żieda fit-temperaturi inizjali:

     

    Fus ta’ wara

    Fus ta’ wara

    Parametru

    Fus ta’ quddiem

    Brejk bid-diska

    Brejk tanbur

    Numru ta’ waqfiet għal kull ċiklu

    10

    10

    10

    Veloċità tal-brejk (km/h)

    100

    100

    100

    Veloċità tar-rilaxx (km/h)

    < 5

    < 5

    < 5

    Livell ta’ deċellerazzjoni (g)

    0,4

    0,4

    0,4

    Pressa massima (kPa)

    16 000

    16 000

    10 000

    Temperatura inizjali 1 (°C)

    < 100

    < 100

    < 100

    Temperatura inizjali 2 (°C)

    < 215

    < 215

    < 151

    Temperatura inizjali 3 (°C)

    < 283

    < 283

    < 181

    Temperatura inizjali 4 (°C)

    < 330

    < 330

    < 202

    Temperatura inizjali 5 (°C)

    < 367

    < 367

    < 219

    Temperatura inizjali 6 (°C)

    < 398

    < 398

    < 232

    Temperatura inizjali 7 (°C)

    < 423

    < 423

    < 244

    Temperatura inizjali 8 (°C)

    < 446

    < 446

    < 254

    Temperatura inizjali 9 (°C)

    < 465

    < 465

    < 262

    Temperatura inizjali 10 (°C)

    < 483

    < 483

    < 270

    Numru ta’ ċikli

    1

    1

    1

    Irkuprar, 18-il waqfa minn 80 km/h sa 30 km/h bil-pressa tal-linja ta’ 3 000 kPa:

     

    Fus ta’ wara

    Fus ta’ wara

    Parametru

    Fus ta’ quddiem

    Brejk bid-diska

    Brejk tanbur

    Numru ta’ waqfiet għal kull ċiklu

    18

    18

    18

    Veloċità tal-brejk (km/h)

    80

    80

    80

    Veloċità tar-rilaxx (km/h)

    30

    30

    30

    Pressjoni (kPa)

    3 000

    3 000

    3 000

    Temperatura inizjali tal-brejk(°C)

    < 100

    < 100

    < 80

    Temperatura finali tal-brejk (°C)

    Miftuħ

    Miftuħ

    Miftuħ

    Numru ta’ ċikli

    1

    1

    1

    2.2.2.4.   Agħmel 5 applikazzjonijiet tal-brejkijiet minn 80 km/h sa 0 km/h bil-pressa tal-linja ta’ 4 MPa u b'temperatura inizjali ta’ 100 °C għal kull waqfa il-5 riżultati konsekuttivi mhux monotoniċi għandhom jibqgħu fit-tolleranza ta’ 0,6 m/s2 tad-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment tagħhom.

    Jekk dan ir-rekwiżit ma jiġix sodisfatt, l-ewwel parti tal-proċedura tal-bedding “Fażi tal-Burnishing 1” għandha tiġi ripetuta sakemm tinkiseb l-istabbiltà tal-prestazzjoni mitluba.

    2.2.2.5.   L-użu tal-arja għat-tibrid huwa permess il-veloċità tal-fluss tal-arja matul l-applikazzjoni tal-brejk fil-brejk għandha tkun:

    vair = 0,33 v

    Fejn:

    v

    =

    veloċità tat-test bil-vettura fl-inizjazzjoni tal-ibbrejkjar.

    2.2.3.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

    Tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk u l-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk għandu jsir billi jitqabblu r-riżultati tat-testijiet bil-metodu li ġej.

    2.2.3.1.   Mill-veloċità inizjali ta’ 80 km/h għal M1 u N1 u 60 km/h għal M2 u b'temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fil-bidu ta’ kull applikazzjoni agħmel minimu ta’ sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet f'intervalli spazjati tal-pressa tal-linja sa deċellerazzjoni medja żviluppata totalment ta’ 6 m/s2.

    2.2.3.2.   Innota u pplottja l-pressa tal-linja u d-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment għal kull applikazzjoni, u ddetermina l-pressa tal-linja meħtieġa biex jinkiseb 5 m/s2.

    2.2.3.3.   L-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għal-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jekk id-deċellerazzjonijiet medji żviluppati totalment miksuba bl-istess forza tal-kontroll jew pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa 15 fil-mija ta’ dawk miskuba bl-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk.

    2.2.4.   Test tas-sensittività tal-veloċità

    2.2.4.1.   Bl-użu tal-pressa tal-linja miksuba fil-paragrafu 2.2.3.2 u f'temperatura ta’ brejk inizjali ta’ ≤ 100 °C agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejk minn veloċitajiet rotazzjonali li jikkorrispondu għal veloċitajiet lineari tal-vettura ta':

    75, 120 km/h u addizzjonalment 160 km/h fejn vmax jaqbeż il-150 km/h.

    2.2.4.2.   Ħu medja tar-riżultati għal kull grupp ta’ tliet applikazzjonijiet u pplottja l-veloċità mad-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment korrispondenti.

    2.2.4.3.   Id-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment irreġistrata għall-ogħla veloċitajiet għandha tkun sa 15 fil-mija ta’ dik irreġistrata għall-inqas veloċità.


    (1)  Għal sistemi tal-ibbrejkjar li mhux idrawliċi għandu jiddaħħal valur ekwivalenti.


    ANNESS 4

    REKWIŻITI GĦALL-ASSEMBLAĠĠI TA’ SOSTITUZZJONI TA’ FIRRODI TAL-BREJKIJIET U L-FIRRODI TAL-BREJKIJIET GĦAMLA TA’ TANBUR GĦALL-VETTURI TAL-KATEGORIJI M3, N2 U N3

    1.   Test bil-vettura

    1.1.   Il-vettura tat-test

    Vettura li tirrappreżenta t-tip(i) li għalihom tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew l-approvazzjoni tal-firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur għandha tkun mgħammra b'assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet jew firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni u strumentat għal ittestjar tal-brejkijiet kif meħtieġ skont ir-Regolament Nru 13.

    Firrodi tal-brejkijiet sottomessi għat-test għandhom jitwaħħlu mal-brejkijiet rilevanti u, sakemm tiġi stabbilita proċedura fissa tal-burnishing, għandhom jiġu burnished skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

    1.2.   Testijiet u rekwiżiti

    1.2.1.   Konformità mar-Regolament Nru 13

    1.2.1.1.   Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti għall-kategorija ta’ vetturi inkwistjoni (M3, N2 jew N3) fir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafi 1 u 2 ir-rekwiżiti jew testijiet applikabbli huma:

    1.2.1.1.1.   Sistema ta’ bbrejkjar tas-servizz

    1.2.1.1.1.1.   Test tat-tip-0 bil-magna skonnettjata, vettura mgħobbija

    1.2.1.1.1.2.   Test tat-tip-0 bil-magna kkonnettjata, vettura mhux mgħobbija u mgħobbija skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafi 1.4.3.1 (test ta’ stabbiltà) u 1.4.3.2 (it-test biss bil-veloċità inizjali ta’ v = 0,8 vmax).

    1.2.1.1.1.3.   It-test tat-tip-I skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafi 1.5.1 u 1.5.3.

    1.2.1.1.1.4.   Test tat-tip-II

    Il-vettura mgħobbija għandha tiġi ttestjata b'tali mod li d-dħul tal-enerġija jkun ekwivalenti għal dak irreġistrat fl-istess perjodu ta’ ħin bil-vettura mgħobbija misjuqa b'veloċità medja ta’ 30 km/h fuq xaqliba 'l isfel ta’ 2,5 fil-mija għal distanza ta’ 6 km bil-ger mhux ingranat, biex l-enerġija tal-ibbrejkjar tittieħed mill-brejkijiet tas-servizz biss.

    1.2.1.1.2.   Sistema tal-ibbrejkjar sekondarju

    1.2.1.1.2.1.   Test tat-tip-0 bil-magna skonnettjata, vettura mgħobbija (dan it-test jista' ma jsirx jekk kopert minn testijiet skont il-paragrafu 1.2.2 ta’ dan l-Anness).

    1.2.1.1.3.   Sistema tal-ibbrejkar tal-ipparkjar

    (Applikabbli biss jekk il-brejkijiet li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni tal-firrodu jintużaw għall-ipparkjar).

    1.2.1.1.3.1.   Test għan-niżla b’xaqliba ta’ 18 fil-mija, vettura mgħobbija

    1.2.1.2.   Il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha speċifikati fir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 2 għal dik il-kategorija ta’ vetturi.

    1.2.2.   Rekwiżiti addizzjonali (test bil-fus maqsum)

    Għat-testijiet imsemmija hawn taħt, il-vettura għandha tkun mgħobbija totalment u l-applikazzjonijiet kollha tal-brejkijiet għandhom isiru bil-magna skonnettjata, fuq triq livell.

    Is-sistema tal-kontroll tal-brejk tas-servizz tal-vettura għandha tkun mgħammra b'mezz għall-iżolament tal-brejkijiet tal-fusijiet ta’ quddiem u ta’ wara sabiex ikunu jistgħu jintużaw indipendentement minn xulxin.

    Meta tkun tinħtieġ l-approvazzjoni tal-assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk jew l-approvazzjoni tal-firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur għall-brejkijiet tal-fus ta’ quddiem, il-brejkijiet tal-fus ta’ wara m'għandhomx jitħaddmu matul it-test.

    Meta tkun tinħtieġ l-approvazzjoni tal-assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk jew l-approvazzjoni tal-firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur għall-brejkijiet tal-fus ta’ wara, il-brejkijiet tal-fus ta’ quddiem m'għandhomx jitħaddmu matul it-test.

    1.2.2.1.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

    Tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew tal-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur u l-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu oriġinali tal-brejk għamla ta’ tanbur għandu jitwettaq billi jitqabblu r-riżultati tat-testijiet bil-metodu li ġej.

    1.2.2.1.1.   Agħmel minimu ta’ sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet b'żidiet spazjati tal-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja sakemm tillokkja r-rota jew, alternattivament, sa deċellerazzjoni medja żviluppata totalment ta’ 3,5 m/s2 jew sal-forza massima awtorizzata tal-pedala jew sal-pressa tal-linja massima minn veloċità inizjali ta’ 45 km/h u b'temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fil-bidu ta’ kull applikazzjoni.

    1.2.2.1.2.   Innota u pplottja l-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja u d-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment għal kull applikazzjoni, u ddetermina l-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja meħtieġa biex tinkiseb (jekk possibbli) deċellerazzjoni medja żviluppata totalment ta’ 3 m/s2 jekk dan il-valur ma jistax jinkiseb iddetermina alternattivament il-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja meħtieġa sabiex tinkiseb deċellerazzjoni massima.

    1.2.2.1.3.   L-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għall-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jew għall-firrodu oriġinali tal-brejk għamla ta'tanbur jekk id-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment miksuba bl-istess forza tal-kontroll jew pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa 15 fil-mija ta’ dawk miksuba bl-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu oriġinali tal-brejk għamla tanbur.

    1.2.2.2.   Test tas-sensittività tal-veloċità

    1.2.2.2.1.   Bl-użu tal-forza tal-pedala miksuba mill-paragrafu 1.2.2.1.2 ta’ dan l-Anness u b'temperatura tal-brejk inizjali ta’ ≤ 100 °C, agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejkijiet minn kull waħda mill-veloċitajiet li ġejjin:

     

    40 km/h sa 20 km/h,

     

    60 km/h sa 40 km/h u

     

    80 km/h sa 60 km/h (jekk vmax ≥ 90 km/h).

    1.2.2.2.2.   Ħu medja tar-riżultati għal kull grupp ta’ tliet applikazzjonijiet u pplottja l-veloċità mad-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment korrispondenti.

    1.2.2.2.3.   Id-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment irreġistrata għall-ogħla veloċitajiet għandha tkun sa 25 fil-mija ta’ dik irreġistrata għall-inqas veloċità.

    2.   Test b’dinamometru tal-inerzja

    2.1.   Tagħmir tal-ittestjar

    Għat-testijiet, dinamometru tal-inerzja għandu jitwaħħal mal-brejk tal-vettura inkwistjoni id-dinamometru għandu jkun strumentat għar-reġistrazzjoni kontinwa tal-veloċità rotazzjonali, tat-torque tal-brejk, tal-pressa fil-linja tal-brejk, tan-numru ta’ rotazzjonijiet wara l-applikazzjoni tal-brejk, tal-ħin tal-ibbrejkjar u t-temperatura tar-rotor tal-brejk.

    2.1.1.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    2.1.1.1.   Il-massa rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għal nofs is-sezzjoni tal-fus ta’ 0,55 tal-massa massima tal-vettura u r-raġġ tad-dawrien tal-ikbar tajer li jkun awtorizzat għal dak/dawk it-tip(i) ta’ vetturi.

    2.1.1.2.   Il-veloċità rotazzjonali inizjali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi mal-veloċità lineari tal-vettura kif speċifikata fil-paragrafi hawn taħt u għandha tiġi bbażata fuq il-medja tar-raġġi tad-dawrien dinamiċi tal-ikbar u l-iżgħar tajers awtorizzati għal dak/dawk it-tip(i) ta’ vetturi.

    2.1.1.3.   L-assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet jew firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur sottomessi għat-test għandhom jitwaħħlu mal-brejk u, sakemm tiġi stabbilita proċedura fissa tal-burnishing, għandhom jiġu burnished skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

    2.1.1.4.   Jekk tintuża arja għat-tibrid, il-veloċità tal-fluss tal-arja fil-brejk għandha tkun:

    vair = 0,33v

    Fejn:

    v

    =

    veloċità tat-test bil-vettura fl-inizjazzjoni tal-ibbrejkjar.

    2.1.1.5.   Iċ-ċilindru tal-attivazzjoni mwaħħal mal-brejk għandu jkun tal-iżgħar daqs li jkun awtorizzat għal dak/dawk it-tip(i) ta’ vetturi.

    2.2.   Testijiet u rekwiżiti

    2.2.1.   Testijiet derivati mir-Regolament Nru 13

    2.2.1.1.   Test tat-tip-0

    Mill-veloċità inizjali ta’ 60 km/h b'temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fil-bidu ta’ kull applikazzjoni, agħmel mill-inqas sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet f'intervalli spazjati tal-pressa tal-linja sal-pressa tal-linja li tkun garantita b'mod permanenti mis-sistema tal-ibbrejkjar tat-tip(i) ta’ vetturi (ez tnaqqis fil-pressa tal-kumpressur) għandha tinkiseb deċellerazzjoni medja żviluppata totalment tal-veloċità ta’ mill-inqas 5 m/s2.

    2.2.1.2.   Test tat-tip-0, prestazzjoni f’veloċità għolja

    Agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejk b'temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fil-bidu ta’ kull applikazzjoni minn veloċità ta’ 100 km/h fejn l-approvazzjoni tkun diretta lejn vetturi tal-kategorija N2 u 90 km/h fejn l-approvazzjoni tkun diretta lejn vetturi tal-kategoriji M3 u N3 bl-użu tal-pressa tal-linja garantita kif definit fil-paragrafu 2.2.1.1 il-valur medju tad-deċellerazzjonijiet medji żviluppati totalment miksuba tat-tliet applikazzjonijiet għandu jkun mill-inqas 4 m/s2.

    2.2.1.3.   Test tat-Tip-I

    2.2.1.3.1.   Proċedura tat-tisħin

    Agħmel 20 applikazzjoni ta’ waqfiet konsekuttivi b'v1 = 60 km/h u v2 = 30 km/h b'ħin ta’ ċiklu ta’ 60 s li jibda b'temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fl-ewwel applikazzjoni il-pressa tal-linja għandha tikkorrispondi ma’ deċellerazzjoni ta’ 3 m/s2 fl-ewwel applikazzjoni u għandha tibqa' kostanti matul l-applikazzjonijiet sussegwenti.

    2.2.1.3.2.   Prestazzjoni sħuna

    Meta tkun kompluta l-proċedura tat-tisħin, il-prestazzjoni sħuna għandha titkejjel fil-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.1.1 fuq bl-użu tal-pressa tal-linja garantita kif definit fil-paragrafu 2.2.1.1 (il-kundizzjonijiet tat-temperatura jistgħu jkunu differenti) id-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment bil-brejk imsaħħan m'għandhiex tkun inqas minn 60 fil-mija tal-valur miksub bil-brejk kiesaħ jew 4 m/s2.

    2.2.1.3.3.   Irkupru

    Ibda 120 s wara l-applikazzjoni tal-brejk tal-prestazzjoni sħuna, billi tagħmel 5 waqfiet sħaħ bil-pressa tal-linja użata fil-paragrafu 2.2.1.3.1. hawn fuq u b'intervalli ta’ mill-inqas 2 minuti mill-veloċità inizjali ta’ 60 km/h fil-bidu tal-ħames applikazzjoni, it-temperatura tal-brejk għandha tkun ta’ ≤ 100 °C u d-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment għandha tkun inqas minn 10 fil-mija ta'dik ikkalkulata mill-proporzjon tal-pressa tal-linja/deċellerazzjoni tat-test tat-Tip-0 f'60 km/h.

    2.2.1.4.   Test tat-tip-II

    2.2.1.4.1.   Proċedura tat-tisħin

    Il-brejkijiet għandhom jissaħħnu permezz ta’ torque kostanti fuq il-brejk li tikkorrispondi ma’ deċellerazzjoni ta’ 0.15 m/s2 b'veloċità kostanti ta’ 30 km/h matul perjodu ta’ 12-il minuta.

    2.2.1.4.2.   Prestazzjoni sħuna

    Meta tkun kompluta l-proċedura tat-tisħin, il-prestazzjoni sħuna għandha titkejjel fil-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.1.1 fuq bl-użu tal-pressa tal-linja garantita kif definit fil-paragrafu 2.2.1.1 (il-kundizzjonijiet tat-temperatura jistgħu jkunu differenti) id-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment bil-brejk imsaħħan għandha tkun ta’ mhux inqas minn 3,75 m/s2.

    2.2.1.5.   Test statiku għall-prestazzjoni tal-ipparkjar

    2.2.1.5.1.   Għall-medda totali ta’ applikazzjonijiet iddetermina l-agħar każ rigward il-forza tad-dħul fil-brejk, il-massa massima tal-vettura li għandha tiġi bbrejkjata b'fus wieħed, u r-raġġ tat-tajer.

    2.2.1.5.2.   Applika l-brejk bil-forza tad-dħul kif stabbilit skont il-paragrafu 2.2.1.5.1 imsemmi fuq.

    2.2.1.5.3.   Poġġi torque li jiżdied bilmod fuq ix-xaft tad-dinamometur sabiex idawwar it-tanbur jew id-diska. Kejjel it-torque li jirriżulta fuq il-brejk fil-waqt li x-xaft tad-dinamometru jibda jiċċaqlaq u kkalkula l-forza tal-ibbrejkjar tal-fus korrispondenti bl-użu tar-raġġ tat-tajer kif iddeterminat fil-paragrafu 2.2.1.5.1.

    2.2.1.5.4.   Il-forza tal-brejk imkejla skont il-paragrafu 2.2.1.5.3 diviża b'nofs il-massa tal-vettura kif stabbilita skont il-paragrafu 2.2.1.5.1 għandha tagħti mill-inqas kwozjent ta’ 0,18.

    2.2.2.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

    Tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur u l-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu oriġinali tal-brejk għamla ta’ tanbur għandu jitwettaq billi jitqabblu r-riżultati tat-test tat-Tip-0 kif deskritt fil-paragrafu 2.2.1.1.

    2.2.2.1.   It-test tat-Tip-0 kif preskritt fil-paragrafu 2.2.1.1 għandu jitwettaq b'sett wieħed tal-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu oriġinali tal-brejk għamla ta’ tanbur.

    2.2.2.2.   L-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għall-assemblaġġ tal-firrodu oriġinali tal-brejk jew il-firrodu oriġinali tal-brejk għamla ta’ tanbur jekk id-deċellerazzjonijiet medji żviluppati totalment bl-istess pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa 15 fil-mija ta’ dawk miksuba bl-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu oriġinali tal-brejk għamla ta’ tanbur.

    2.2.3.   Test tas-sensittività tal-veloċità

    2.2.3.1.   Bl-użu tal-pressa tal-linja garantita kif definit fil-paragrafu 2.2.1.1 u bit-temperatura tal-brejk inizjali ta’ ≤ 100 °C, agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejkijiet minn kull waħda minn dawn il-veloċitajiet:

     

    minn 60 km/h għal 30 km/h,

     

    minn 80 km/h għal 60 km/h, u

     

    minn 110 km/h għal 80 km/h (jekk vmax ≥ 90 km/h).

    2.2.3.2.   Ħu medja tar-riżultati għal kull grupp ta’ tliet applikazzjonijiet u pplottja l-veloċità mad-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment korrispondenti.

    2.2.3.3.   Id-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment irreġistrata għall-ogħla veloċitajiet għandha tkun sa 25 fil-mija ta’ dik irreġistrata għall-inqas veloċità.


    ANNESS 5

    REKWIŻITI GĦAL ASSEMBLAĠĠI TA’ SOSTITUZZJONI TA’ FIRRODI TAL-BREJKIJIET GĦALL-VETTURI TAL-KATEGORIJI O1 U O2

    1.   Ġenerali

    Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-Anness huwa bbażat fuq test b'dinamometru tal-inerzja alternattivament it-testijiet jistgħu jitwettqu fuq vettura tal-ittestjar jew fuq bank tal-ittestjar tat-triq rotanti bil-kundizzjoni li jinkisbu l-istess kundizzjonijiet tat-test u jitkejlu l-istess parametri bħat-test bid-dinamometru tal-inerzja.

    2.   Tagħmir tal-ittestjar

    Għat-testijiet, dinamometru tal-inerzja għandu jitwaħħal mal-brejk tal-vettura inkwistjoni id-dinamometru għandu jkun strumentat għar-reġistrazzjoni kontinwa tal-veloċità rotazzjonali, tat-torque tal-brejk, tal-pressa fil-linja tal-brejk jew il-forza tal-attwazzjoni, in-numru ta’ rotazzjonijiet wara l-applikazzjoni tal-brejk, il-ħin tal-ibbrejkjar u t-temperatura tar-rotor tal-brejk.

    2.1.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    2.1.1.   Il-massa rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għal nofs is-sezzjoni rilevanti tal-fus tal-massa massima tal-vettura u r-raġġ tad-dawrien tal-ikbar tajer li jkun awtorizzat għal dak/dawk it-tip(i) ta’ vetturi.

    2.1.2.   Il-veloċità inizjali rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi mal-veloċità lineari tal-vettura kif speċifikat fil-paragrafu 3.1 ta’ dan l-Anness u għandha tkun ibbażata fuq ir-raġġ dinamiku tad-dawrien tal-iżgħar tajer li jkun awtorizzat għal dak/dawk it-tip(i) ta’ vetturi.

    2.1.3.   Firrodi tal-brejkijiet sottomessi għat-test għandhom jitwaħħlu mal-brejk rilevanti u, sakemm tiġi stabbilita proċedura fissa tal-burnishing, għandhom jiġu burnished skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

    2.1.4.   Jekk tintuża arja għat-tibrid, il-veloċità tal-fluss tal-arja fil-brejk għandha tkun ta':

    vair = 0,33v

    Fejn:

    v

    =

    veloċità tat-test bil-vettura fl-inizjazzjoni tal-ibbrejkjar.

    2.1.5.   L-istrument tal-attwazzjoni mwaħħal mal-brejk għandu jikkorrispondi mal-installazzjoni tal-vettura.

    3.   Testijiet u rekwiżiti

    3.1.   Test tat-tip-0

    Mill-veloċità inizjali ta’ 60 km/h b'temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fil-bidu ta’ kull applikazzjoni, agħmel minimu ta’ sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet konsekuttivi f'intervalli spazjati tal-pressa tal-linja jew forza tal-applikazzjoni tal-pedala sal-pressa tal-linja massima jew sa deċellerazzjoni ta’ 6 m/s2 irrepeti l-aħħar applikazzjoni tal-brejk bl-użu ta’ veloċità inizjali ta’ 40 km/h.

    3.2.   Test tat-Tip-I

    3.2.1.   Proċedura tat-tisħin

    Il-brejk għandu jissaħħan permezz ta’ bbrejkjar kontinwu skont ir-rekwiżit tar-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.5.2 b'temperatura tal-bidu tar-rotor tal-brejk ta’ ≤ 100 °C.

    3.2.2.   Prestazzjoni sħuna

    Meta tkun kompluta l-proċedura tat-tisħin il-prestazzjoni sħuna minn veloċità inizjali ta’ 40 km/h għandha titkejjel fil-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.1 imsemmi fuq permezz tal-użu tal-istess pressa tal-linja jew forza tal-applikazzjoni (il-kundizzjonijiet tat-temperatura jistgħu jkunu differenti) id-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment bil-brejk imsaħħan m'għandhiex tkun inqas minn 60 fil-mija miksub bil-brejk kiesaħ jew 3,5 m/s2.

    3.3.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

    Tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk u l-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk għandu jsir billi jitqabblu r-riżultati tat-Test tat-tip-0 kif deskritt fil-paragrafu 3.1.

    3.3.1.   It-Test tat-tip-0 kif preskritt fil-paragrafu 3.1 għandu jitwettaq b'sett wieħed tal-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk.

    3.3.2.   L-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għal-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jekk id-deċellerazzjonijiet medji żviluppati totalment miksuba bl-istess pressa tal-linja jew forza tal-applikazzjoni fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa 15 fil-mija ta’ dawk miksuba bl-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk.


    ANNESS 6

    REKWIŻITI GĦAL ASSEMBLAĠĠI TA’ SOSTITUZZJONI TA’ FIRRODU TAL-BREJKIJIET U FIRRODI TAL-BREJKIJIET GĦAMLA TA’ TANBUR GĦALL-VETTURI TAL-KATEGORIJI O3 U O4

    1.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    It-testijiet preskritti f’dan l-Anness jistgħu jitwettqu alternattivament fuq vettura tal-ittestjar jew fuq dinamometru tal-inerzja jew fuq bank tal-ittestjar tat-triq rotanti fl-istess kundizzjonijiet imsemmija fir-Regolament 13, l-Anness 11, l-Appendiċi 2, paragrafi il-3.1 sa 3.4.

    Firrodi tal-brejkijiet sottomessi għat-test għandhom jitwaħħlu mal-brejkijiet rilevanti u, sakemm tiġi stabbilita proċedura fissa tal-burnishing, għandhom jiġu burnished skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

    2.   Testijiet u rekwiżiti

    2.1.   Konformità mar-Regolament Nru 13, l-Anness 11

    Il-brejkijiet għandhom jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 13, l-Anness 11, l-Appendiċi 2, il-paragrafu 3,5.

    2.1.1.

    Ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati f’formola skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 11, l-Appendiċi 3.

    2.1.2.

    Għandu jsir tqabbil bejn dawn ir-riżultati u dawk miksuba bl-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejkijiet jew il-firrodi oriġinali tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur fl-istess kundizzjonijiet.

    2.1.3.

    Il-prestazzjoni sħuna miksuba bl-istess torque tad-dħul tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur fit-Test tat-tip-I jew fit-Test tat-tip-III (skont liema jkun applikabbli) għandha tkun:

    (a)

    Daqs jew ogħla mill-prestazzjoni sħuna tal-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu oriġinali tal-brejk għamla ta’ tanbur, jew

    (b)

    Mill-inqas 90 fil-mija tal-prestazzjoni kiesħa tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur.

    Id-daqqa korrispondenti tal-attwatur m’għandhiex tkun ≥ 110 fil-mija tal-valur miksub bl-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu oriġinali tal-brejk għamla ta’ tanbur u m’għandhiex taqbeż il-valur sp kif definit fl-Anness 11, l-Appendiċi 2, il-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 13 fil-każ fejn l-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur ikun ġie ttestjat skont ir-rekwiżiti tat-test tat-Tip-II, ir-rekwiżiti minimi tar-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.7.2 (it-test tat-Tip-III) huma applikabbli għall-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu tal-brejk għamla ta’ tanbur.

    2.2.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa (Tip-0)

    2.2.1.

    Fil-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness u minn veloċità inizjali ta’ 60 km/h b’temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C agħmel 6 applikazzjonijiet tal-brejk f’intervalli spazjati tal-forza tal-kontroll jew tal-pressa tal-linja sa 6,5 bar jew deċellerazzjoni miksuba ta’ 6 m/s2.

    2.2.2.

    Innota u pplottja l-forza tal-kontroll jew il-pressa tal-linja u t-torque medju fuq il-brejk jew id-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment għal kull applikazzjoni.

    2.2.3.

    Qabbel ir-riżultati ma’ dawk miksuba bl-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejkijiet jew il-firrodi oriġinali tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur fl-istess kundizzjonijiet tat-test.

    2.2.4.

    L-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għall-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu oriġinali tal-brejk għamla ta’ tanbur jekk id-deċellerazzjonijiet medji żviluppati totalment bl-istess forza ta’ dħul jew pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa – 5 fil-mija u + 15 fil-mija ta’ dawk miksuba bl-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jew il-firrodu oriġinali tal-brejk għamla ta’ tanbur.


    ANNESS 7

    REKWIŻITI GĦALL-ASSEMBLAĠĠI TA’ SOSTITUZZJONI TAL-FIRRODU TAL-BREJKIJIET GĦALL-VETTURI TAL-KATEGORIJA L

    1.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    1.1.   Vettura li tirrappreżenta t-tip(i) li għalihom tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk għandha tkun mgħammra bl-assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni u strumentata għall-ittestjar tal-brejk kif meħtieġ skont ir-Regolament Nru 78.

    1.2.   Assemblaġġi tal-firrodu tal-brejk sottomessi għat-test għandhom jitwaħħlu mal-brejkijiet rilevanti u, sakemm tiġi stabbilita proċedura fissa tal-burnishing, għandhom jiġu burnished skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

    1.3.   F’każ ta’ assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet għall-vetturi b’sistema kkombinata tal-ibbrejkjar skont il-paragrafu 2.9 tar-Regolament Nru 78, il-kombinazzjoni(jiet) ta’ assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet għall-fus ta’ quddiem u ta’ wara li għalihom tkun diretta l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati.

    Il-kombinazzjoni tista’ tikkonsisti f’assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet għaż-żewġ fusijiet u/jew assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk fuq fus wieħed u assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk fuq il-fus l-ieħor.

    2.   Testijiet u rekwiżiti

    2.1.   Konformità mar-Regolament Nru 78

    2.1.1.   Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti għall-kategorija tal-vetturi inkwistjoni (L1, L2, L3, L4 jew L5) fir-Regolament Nru 78, l-Anness 3, il-paragrafu 1 ir-rekwiżiti jew testijiet applikabbli huma:

    2.1.1.1.   Test tat-Tip 0 bil-magna skonnettjata

    It-test għandu jitwettaq biss meta l-vettura tkun mgħobbija agħmel minimu ta’ sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet b’żidiet spazjati tal-forza tal-kontroll jew tal-pressa tal-linja sal-illokkjar tar-rota, jew sa deċellerazzjoni ta’ 6 m/s2 jew sal-forza tal-kontroll massima awtorizzata.

    2.1.1.2.   Test tat-Tip 0 bil-magna kkonnettjata

    Applikabbli biss għall-vetturi tal-kategoriji L3, L4 u L5

    2.1.1.3.   Test tat-Tip-0 bil-brejkijiet imxarrbin

    Mhux applikabbli għall-vetturi tal-kategorija L5 jew fil-każijiet ta’ brejkijiet għamla ta’ tanbur jew brejkijiet diska magħluqa kompletament mhux soġġetti għal dan it-test matul l-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 78.

    2.1.1.4.   Test tat-Tip-I

    Applikabbli biss għall-vetturi tal-kategoriji L3, L4 u L5

    2.1.2.   Il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha speċifikati fir-Regolament Nru 78, l-Anness 3, il-paragrafu 2 għal dik il-kategorija ta’ vetturi.

    2.2.   Ir-rekwiżiti addizzjonali

    2.2.1.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

    Għandu jsir tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk u l-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk billi jitqabblu r-riżultati tat-test tat-Tip-0 kif deskritt fil-paragrafu 2.1.1.1.

    2.2.1.1.   It-test tat-Tip-0 kif preskritt fil-paragrafu 2.1.1.1 għandu jitwettaq b’sett wieħed tal-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk.

    2.2.1.2.   L-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għal-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk jekk id-deċellerazzjonijiet medji żviluppati totalment bl-istess pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa 15 fil-mija ta’ dawk miksuba bl-assemblaġġ oriġinali tal-firrodu tal-brejk.

    2.2.2.   Test tas-sensittività tal-veloċità

    Dan it-test huwa applikabbli biss għall-vetturi tal-kategoriji L3, L4 u L5 u għandu jitwettaq bil-vettura mgħobbija fil-kundizzjonijiet tat-test tat-Tip-0 bil-magna skonnettjata. Madankollu, il-veloċitajiet tat-test huma differenti.

    2.2.2.1.   Mir-riżultati tat-test tat-Tip-0 kif deskritt fil-paragrafu 2.1.1.1 iddetermina l-forza tal-kontroll jew il-pressa tal-linja li tikkorrispondi mad-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment minima meħtieġa għal dik il-kategorija ta’ vetturi.

    2.2.2.2.   Bl-użu tal-forza tal-kontroll jew tal-pressa tal-linja determinata fil-paragrafu 2.2.1.1 u bit-temperatura tal-brejk inizjali ta’ ≤ 100 °C, agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejkijiet minn kull waħda minn dawn il-veloċitajiet:

    40 km/h, 80 km/h u 120 km/h (jekk vmax ≥ 130 km/h).

    2.2.2.3.   Ħu medja tar-riżultati għal kull grupp ta’ tliet applikazzjonijiet u pplottja l-veloċità mad-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment korrispondenti.

    2.2.2.4.   Id-deċellerazzjoni medja żviluppata totalment irreġistrata għall-ogħla veloċitajiet għandha tkun sa 15 fil-mija ta’ dik irreġistrata għall-inqas veloċità.


    ANNESS 8

    Preskrizzjonijiet tekniċi għal assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet maħsuba biex jintużaw f’sistemi tal-brejkijiet tal-ipparkjar separati li jkunu indipendenti mis-sistema tal-brejkijiet tas-servizz tal-vetturi

    1.   Konformità mar-Regolament Nru 13 jew 13-H

    Konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 13 għandha tintwera f’test bil-vettura.

    1.1.   Test bil-vettura

    Vettura li tirrappreżenta t-tip(i) li għalih(om) tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk għandha tiġi mgħammra b’assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni u strumentata għall-ittestjar tal-brejkijiet kif meħtieġ skont ir-Regolament Nru 13 jew ir-Regolament Nru 13-H, liema minnhom ikun xieraq il-vettura għandha tkun kompletament mgħobbija firrodi tal-brejkijiet sottomessi għat-test għandhom jitwaħħlu mal-brejkijiet rilevanti u m’għandhomx ikunu burnished.

    1.2.   Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar tal-vetura għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti kollha relevanti tar-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 2.3 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 2.3, liema minnhom ikun xieraq meta wieħed iqis l-approvazzjoni oriġinali tas-sistema.


    ANNESS 9

    PROĊEDURI ADDIZZJONALI SPEĊJALI GĦALL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    PARTI A

    Determinazzjoni tal-aġir tal-frizzjoni permezz ta’ ttestjar bil-magni

    1.   Introduzzjoni

    Il-Parti A tapplika għall-assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet jew għall–firrodi ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur approvati skont dan ir-Regolament.

    1.1.   Kampjuni ta’ tip ta’ assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk għandhom jiġu ttestjati fuq magna li kapaċi tiġġenera l-kundizzjonijiet tat-test u tapplika l-proċeduri tat-test deskritti f'dan l-Anness.

    1.2.   Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu evalwati biex jiġi determinat kampjun tal-aġir tal-frizzjoni.

    1.3.   L-aġir tal-frizzjoni tal-kampjuni għandu jitqabbel sabiex tiġi evalwata l-konformità mal-istandard irreġistrat għal tip ta’ assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk.

    2.   Assemblaġġi ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1, O1, O2, u L

    2.1.   Tagħmir

    2.1.1.   Il-magna għandha tkun imfassla sabiex taċċetta u topera brejk ta’ daqs sħiħ simili għal dawk imwaħħla mal-fus tal-vettura użata għall-ittestjar tal-approvazzjoni skont il-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament.

    2.1.2.   Il-veloċità rotazzjonali tad-diska jew it-tanbur għandha tkun 660 ± 10 1/min (1) mingħajr tagħbija u m'għandhiex tinżel inqas minn 600 1/min b'tagħbija massima.

    2.1.3.   Iċ-ċikli tat-test u l-applikazzjonijiet tal-brejk matul iċ-ċikli għandhom ikunu aġġustabbli u awtomatiċi.

    2.1.4.   It-torque tal-prestazzjoni jew il-pressa tal-brejk (metodu ta’ torque kostanti) u t-temperatura tal-wiċċ tal-ħidma għandhom jiġu rreġistrati.

    2.1.5.   Għandhom jittieħdu provvedimenti sabiex arja għat-tibrid tiġi diretta lejn il-brejk b'rata ta’ 600 ± 60 m3/h.

    2.2.   Proċedura tat-test

    2.2.1.   It-tħejjija tal-kampjun

    L-iskeda tal-bedding tal-manifattur għandha tiżgura minimu ta’ 80 fil-mija superfiċje ta’ kuntatt għal assemblaġġi tal-pedd mingħajr ma tinqabeż temperatura tal-wiċċ ta’ 300 °C u 70 fil-mija ta’ superfiċje ta’ kuntatt għall-assemblaġġi ewlenija tax-xu mingħajr ma tinqabeż temperatura tal-wiċċ ta’ 200 °C.

    2.2.2.   Skeda tat-test

    L-iskeda tat-test tinkludi numru ta’ ċikli ta’ bbrejkjar konsekuttivi li kull wieħed minnom jinkludi X intervalli ta’ bbrejkjar applikat għal 5 sekondi segwiti minn rilaxx tal-brejk għal 10 sekondi.

    Alternattivament jistgħu jintużaw dawn iż-żewġ metodi.

    2.2.2.1.   Skeda ta’ test bi pressa kontinwa

    2.2.2.1.1.   Assemblaġġi tal-pedd

    Il-pressa idrawlika p taħt il-pistun(i) tal-kalliper għandha tkun kostanti skont il-formula:

    Formula

    Md

    =

    150 Nm għal Ak ≤ 18,1 cm2

    Md

    =

    300 Nm għal Ak > 18,1 cm2

    Ak

    =

    erja tal-pistun(i) tal-kaliper

    rw

    =

    raġġ effettiv tad-diska

    Nru taċ-ċiklu

    Numru ta'applikazzjonijiet tal-brejkijiet X

    Temperatura inizjali tar-rotor tal-brejk

    (°C)

    Temperatura mass

    tar-rotor tal-brejk

    Tibrid sfurzat

    1

    1 × 10

    ≤ 60

    miftuħ

    le

    2-6

    5 × 10

    100

    miftuħ (350) (2)

    le

    7

    1 × 10

    100

    miftuħ

    Iva

    2.2.2.1.2.   Assemblaġġi tax-xu

    Il-pressa medja tal-kuntatt fis-superfiċje tal-ħidma tal-firrodu tal-brejk għandha tkun kostanti għal 22 ± 6 N/cm2 ikkalkulata għal brejk statiku mingħajr ma jenerġizza lilu nnifsu.

    Nru taċ-ċiklu

    Numru ta'applikazzjonijiet tal-brejkijiet X

    Temperatura inizjali tar-rotor tal-brejk

    (°C)

    Temperatura mass

    tar-rotor tal-brejk

    Tibrid sfurzat

    1

    1 × 10

    ≤ 60

    200

    Iva

    2

    1 × 10

    100

    miftuħ

    le

    3

    1 × 10

    100

    200

    Iva

    4

    1 × 10

    100

    miftuħ

    le

    2.2.2.2.   Skeda tat-test b'torque kostanti

    Dan il-metodu japplika biss għal assemblaġġi tal-pedds it-torque tal-brejk għandu jkun kostanti b'tolleranza ta’ ± 5 fil-mija u aġġustat sabiex jiggarantixxi t-temperaturi massimi tar-rotor tal-brejk mogħtija fit-tabella taħt.

    Nru taċ-ċiklu

    Numru ta’ applikazzjonijiet tal-brejk X

    Temperatura inizjali tar-rotor tal-brejk

    (°C)

    Temperatura mass

    tar-rotor tal-brejk

    Tibrid sfurzat

    1

    1 × 5

    ≤ 60

    300-350 (200-250) (3)

    le

    2-4

    3 × 5

    100

    300-350 (200-250)

    le

    5

    1 × 10

    100

    500-600 (300-350)

    le

    6-9

    4 × 5

    100

    300-350 (200-250)

    le

    10

    1 × 10

    100

    500-600 (300-350)

    le

    11-13

    3 × 5

    100

    300-350 (200-250)

    le

    14

    1 × 5

    ≤ 60

    300-350 (200-250)

    le

    2.3.   Valutazzjoni tar-riżultati tat-test

    L-aġir tal-frizzjoni jiġi determinat mit-torque tal-brejk innotata f'punti magħżula fi skeda tat-test. Meta fattur tal-brejk ikun kostanti, eż. brejk bid-diska, it-torque tal-brejk jista' jiġi tradott f'koeffiċjent tal-frizzjoni.

    2.3.1.   Assemblaġġi tal-pedd

    2.3.1.1.   Il-koeffiċjent operattiv tal-frizzjoni (μοp) huwa l-medja tal-valuri reġistrati matul iċ-ċikli tnejn sa sebgħa (metodu ta’ pressa kostanti) jew matul iċ-ċikli 2-4, 6-9 u 11-13 (metodu ta’ torque kostanti); billi l-kejl isir sekonda wara li tinbeda l-ewwel applikazzjoni tal-brejk ta’ kull ċiklu.

    2.3.1.2.   Il-koeffiċjent massimu tal-frizzjoni (μmax) huwa l-ogħla valur irreġistrat matul iċ-ċikli kollha.

    2.3.1.3.   Il-koeffiċjent minimu tal-frizzjoni (μmin) huwa l-inqas valur irreġistrat matul iċ-ċikli kollha.

    2.3.2.   Assemblaġġi tax-xu

    2.3.2.1.   It-torque medju (Mmean) huwa l-medja tal-valuri massimi u minimi tat-torque tal-brejk irreġistrat matul il-ħames applikazzjoni tal-brejk taċ-ċikli wieħed u tlieta.

    2.3.2.2.   It-torque sħun (Mhot) huwa t-torque minimu tal-brejk żviluppat matul iċ-ċikli tnejn u erbgħa jekk it-temperatura taqbeż it-300 °C matul dawn iċ-ċikli l-valur ta’ 300 °C għandu jittieħed bħala Mhot.

    2.4.   Il-kriterji ta’ aċċettazzjoni

    2.4.1.   Ma' kull applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ assemblaġġ tal-firrodu tal-brejkijiet għandhom jiġu sottomessi:

    2.4.1.1.

    Għal assemblaġġi tal-pedd, valuri għal μοp, μmin, μmax.

    2.4.1.2.

    Għal assemblaġġi tax-xu, valuri għal Mmean u Mhot.

    2.4.2.   Matul il-produzzjoni ta’ tip ta’ assemblaġġ tal-firrodu tal-brejk approvat, il-kampjuni tat-test għandhom juru konformità mal-valuri rreġistrati skont il-paragrafu 2.4.1 ta’ dan l-anness b'dawn it-tolleranzi:

    2.4.2.1.

    Għall-pedds ta’ brejkijiet diska:

     

    μop ± 15 fil-mija tal-valur irreġistrat;

     

    μmin ≥ valur irreġistrat;

     

    μmax ≤ valur irreġistrat.

    2.4.2.2.

    Għal firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur simplex:

     

    Mmean ± 20 fil-mija tal-valur irreġistrat;

     

    Mhot ≥ valur irreġistrat.

    3.   Assemblaġġi tal-firrodu tal-brejkijiet u firrodi tal-brejkijiet għamla ta’ tanbur għall-vetturi tal-kategoriji M3, N2, N3, O3, u O4

    3.1.   Tagħmir

    3.1.1.   Il-magna għandha tkun mgħammra bi brejk bid-diska tat-tip ta’ kaliper fiss b'dijametru taċ-ċilindru ta’ 60 mm u diska solida (mhux ventilata) b'dijametru ta’ 278 ± 2 mm u ħxuna ta’ 12-il mm ± 0,5 mm. Biċċa rettangolari tal-materjal tal-frizzjoni b'erja ta’ 44 cm2 ± 0,5 cm2 u ħxuna ta’ mill-inqas 6 mm għandha tiġi mehmuża mal-pjanċa ta’ wara.

    3.1.2.   Il-veloċità rotazzjonali tad-diska għandha tkun ta’ 660 ± 10 1/min mingħajr tagħbija u m'għandhiex tkun inqas minn 600 1/min b'tagħbija totali.

    3.1.3.   Il-pressa medja tal-kuntatt fis-superfiċje tal-ħidma tal-firrodu tal-brejk għandha tkun kostanti ta’ 75 N/cm2 ± 10N/cm2.

    3.1.4.   Iċ-ċikli tat-test u l-applikazzjonijiet tal-brejk matul iċ-ċikli għandhom ikunu aġġustabbli u awtomatiċi.

    3.1.5.   It-torque tal-prestazzjoni u t-temperatura tal-wiċċ tal-ħidma għandhom jiġu rreġistrati.

    3.1.6.   Għandhom jittieħdu provvedimenti sabiex tiġi diretta arja għat-tibrid lejn il-brejk b'rata ta’ 600 ± 60 m3/h.

    3.2.   Proċedura tat-test

    3.2.1.   It-tħejjija tal-kampjun

    Il-proċedura tal-bedding tal-manifattur għandha tiżgura minimu ta’ 80 fil-mija superfiċje tal-kuntatt mingħajr ma tinqabeż temperatura tal-wiċċ ta’ 200 °C.

    3.2.2.   Skeda tat-test

    Il-proċedura tat-test tinkludi numru ta’ ċikli konsekuttivi ta’ bbrejkjar li kull wieħed minnhom ikun fih numru ta’ X intervalli ta’ bbrejkjar applikati għal 5 sekondi segwiti minn 10 sekondi ta’ rilaxx tal-brejk.

    Nru taċ-ċiklu

    Numru ta'applikazzjonijiet tal-brejkijiet X

    Temperatura inizjali tar-rotor tal-brejk

    (°C)

    Tibrid sfurzat

    1

    5

    100

    Iva

    2

    5

    iżżid sa ≤ 200

    le

    3

    5

    200

    le

    4

    5

    iżżid sa ≤ 300

    le

    5

    5

    300

    le

    6

    3

    250

    Iva

    7

    3

    200

    Iva

    8

    3

    150

    Iva

    9

    10

    100

    Iva

    10

    5

    iżżid sa ≤ 300

    le

    11

    5

    300

    le

    3.3.   Valutazzjoni tar-riżultati tat-test

    L-aġir tal-frizzjoni jiġi determinat mit-torque tal-brejk osservat f'ċikli magħżula tal-iskeda tat-test it-torque tal-brejk għandu jiġi tradott f'koeffiċjent tal-frizzjoni μ.

    Il-valur μ ta’ kull applikazzjoni tal-brejk għandu jiġi determinat bħala l-valur medju ta’ 5 sekondi tal-brejk applikat.

    3.3.1.   Il-koeffiċjent operazzjonali tal-frizzjoni μοp1 huwa l-valur medju ta’ μ rreġistrat għall-applikazzjonijiet tal-brejkijiet fiċ-ċikli 1 u μοp2 huwa l-valur medju ta’ μ rreġistrat għall-applikazzjonijiet tal-brejkijiet fiċ-ċiklu 9.

    3.3.2.   Il-koeffiċjent massimu tal-frizzjoni μmax huwa l-ogħla valur ta’ μ rreġistrat f'applikazzjoni matul iċ-ċikli 1 sa 11 inklużi.

    3.3.3.   Il-koeffiċjent minimu tal-frizzjoni μmin huwa l-inqas valur ta’ μ rreġistrat f'applikazzjoni matul iċ-ċikli 1 sa 11 inklużi.

    3.4.   Il-kriterji ta’ aċċettazzjoni

    3.4.1.   Ma' kull applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew tip ta’ firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur, għandhom jiġu sottomessi valuri għal μοp1, μοp2, μmin u μmax.

    3.4.2.   Matul il-produzzjoni ta’ tip approvat ta’ assemblaġġ ta’ sostituzzjoni tal-firrodu tal-brejk jew tip ta’ firrodu ta’ sostituzzjoni tal-brejk għamla ta’ tanbur, il-kampjuni tat-test għandhom juru konformità mal-valuri rreġistrati skont il-paragrafu 3.4.1 ta’ dan l-anness fit-tolleranzi li ġejjin:

     

    μop1, μop2 ± 15 fil-mija tal-valur irreġistrat;

     

    μmin ≥ valur irreġistrat;

     

    μmax ≤ valur irreġistrat.

    PARTI B

    Konformità tal-produzzjoni għad-diski tal-brejks u l-brejkijiet għamla ta’ tanbur

    1.   Introduzzjoni

    Il-Parti B tapplika għal diski u tnabar tal-brejkijiet ta’ sostituzzjoni approvati skont dan ir-Regolament.

    2.   Rekwiżiti

    Il-konformità tal-produzzjoni għandha tintwera permezz tal-kontroll ta’ rutina u d-dokumentazzjoni ta’ mill-inqas dawn li ġejjin:

    2.1.   Kompożizzjoni kimika

    2.2.   Mikrostruttura

    Il-mikrostruttura għandha tkun karatterizzata skont ISO 945-1:2006

    (a)

    Deskrizzjoni tal-kompożizzjoni tal-matriċi;

    (b)

    Deskrizzjoni tal-forma, id-distribuzzjoni u d-daqs tal-grafit.

    2.3.   Kwalitajiet mekkaniċi

    (a)

    Is-saħħa tensili mkejla skont ISO 6892:1998;

    (b)

    L-ebusija Brinell imkejla skont ISO 6506-1:2005.

    F'kull każ il-kejl għandu jsir fuq kampjuni meħuda mid-diska jew mit-tanbur effettiv tal-brejk.

    2.4.   Karatteristiċi ġeometriċi

    Diski tal-brejk:

    (a)

    Varjazzjoni fil-ħxuna;

    (b)

    Run-out tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (c)

    Kemm hu aħrax il-wiċċ tal-frizzjoni:

    (d)

    Varjazzjoni fil-ħxuna tal-ġnub laterali (għal diski tal-brejk ivventilati).

    Tnabar tal-brejk

    (a)

    Ovalità;

    (b)

    Kemm hu aħrax il-wiċċ tal-frizzjoni.

    2.5.   Il-kriterji ta’ aċċettazzjoni

    Ma' kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ diska jew tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni, għandha tiġi sottomessa speċifikazzjoni tal-produzzjoni li tkopri:

    (a)

    Il-kompożizzjoni kimika u l-firxa permessa tagħha, jew fejn ikun xieraq, il-valur massima għal kull element;

    (b)

    Il-mikrostruttura skont il-paragrafu 2.2;

    (c)

    Il-proprjetajiet mekkaniċi skont il-paragrafu 2.3 u l-firxa permessa tagħhom, jew fejn ikun xieraq, il-valur minimu.

    Matul il-produzzjoni ta’ rutina ta’ diska jew tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni approvat, il-produzzjoni għandha turi l-konformità ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet irreġistrati.

    Fil-każ tal-karatteristiċi ġeometriċi, il-valuri preskriti fil-paragrafu 5.3.3.1.1 għad-diski tal-brejks u l-paragrafu 5.3.3.1.2 għat-tanbur tal-brejk ma għandhomx jinqabżu.

    2.6.   Dokumentazzjoni

    Id-dokumentazzjoni għandu jkun fiha l-valuri massimi u minimi permessi tal-manifattur.

    2.7.   Frekwenza tat-test

    Il-kejl preskritt f'dan l-anness għandu jsir għal kull lott tal-produzzjoni.


    (1)  Fil-każ ta’ vetturi tal-kategorji L1 u L2, tista' tintuża velocità tat-test iktar baxxa.

    (2)  Fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija L, it-temperatura għandha tkun limitata għal 350 °C jekk ikun hemm bżonn, l-għadd ta’ applikazzjonijiet kull ċiklu għandhom jitnaqqsu skont il-każ. Madankollu, f'dan il-każ, l-għadd ta’ ċikli għandu jiżdied sabiex in-numru totali ta’ applikazzjonijiet jinżamm kostanti.

    (3)  Il-valuri fil-parenteżi għall-vetturi tal-kategorija L.


    ANNESS 10

    ILLUSTRAZZJONIJIET

    1.   Tipi ta’ disinni ta’ diski tal-brejk eżempji)

    Tip ċatt

    Image

    Tip għamla ta’ ċilindru

    Image

    Tip forma ta’ borma

    Image

    Tip konikali

    Image

    Tip bi flange doppja

    Image

    B

    Dijametru tat-toqob tal-mounting bolt (jew daqs tal-kamin fil-każ ta’ toqob bil-kamin)

    D

    Dijametru estern tad-diska

    F(i)

    Dijametru intern tal-wiċċ tal-frizzjoni (inboard)

    F(o)

    Dijametru intern tal-wiċċ tal-frizzjoni (outboard)

    H

    Ħxuna tal-mounting flange

    L(k)

    Wisa’ tal-kanal tat-tibrid (tal-ventilazzjoni)

    S(new)

    Ħxuna tad-diska (nominali)

    S(min)

    Ħxuna tad-diska (ħxuna minima permessibbli għad-deterjorazzjoni bl-użu)

    T(i)

    Dijametru intern (dijametru tal-mounting spigot)

    T(k)

    “x” numru ta’ toqob tal-mounting bolt u d-dijametru tal-pitch circle

    T(t)

    Tul kumplessiv tad-diska

    2.   Tanbur tal-brejk (eżempju)

    Image

    A

    Dijametru intern tat-tanbur

    B

    Il-wisa’ tal-wiċċ tal-frizzjoni

    C

    “x” numru ta’ toqob tal-mounting bolt u d-dijametru tal-pitch circle

    D

    Dijametru tal-mounting spigot

    E

    Wisa’ ta’ barra tat-tanbur

    F

    Ħxuna tal-mounting flange

    G

    Dijametru estern tat-tanbur

    H

    Dijametru tal-casing

    I

    Dijametru tat-toqob tal-mounting bolt


    ANNESS 11

    REKWIŻITI GĦAD-DISKI TAL-BREJK TA’ SOSTITUZZJONI JEW IT-TNABAR TAL-BREJK TA’ SOSTITUZZJONI GĦAL VETTURI TAL-KATEGORIJI M U N

    1.   Deskrizzjoni ġenerali tat-test

    It-testijiet rikjesti fil-paragrafu 5.3 ta’ dan ir-Regolament għandhom ikun dettaljati kif ġej skont il-kategorija tal-vettura:

    Tabella A11/1 A

    Vetturi fil-kategoriji M1 u N1

     

    Test bil-vettura

    Test tad-dinamometru alternattiv

    Testijiet tal-prestazzjoni skont ir-Regolamenti Nri 13/13-H

    2.2.1.

    Tip 0, magna skonnettjata

    3.4.1.

    Tip 0

    2.2.2.

    Tip 0, magna kkonnettjata:

    3.4.4.

    Simulazzjoni tat-testijiet tal-brejkijiet, magna kkonnettjata

    Veloċità u tagħbija analogi għall-punt 2.2.2.

    2.2.3.

    It-Tip I

    3.4.2.

    Tip I

    2.3.

    Sistema tal-brejkijiet tal-ipparkjar (jekk ikunu applikabbli)

    Test tat-tqabbil mal-part oriġinali

    2.4.

    Ittestjar tal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi (isir test ta’ tqabbil fuq il-fusijiet individwali)

    3.5.

    Ittestjar tal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi (isir test ta’ tqabbil fuq il-brejk tar-rota individwali)

    Testijiet tal-integrità

    Ma hemmx test bil-vettura — uża t-test tad-dinamometru

    4.1.   Diski tal-brejk

    4.1.1.

    Test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk

    4.1.2.

    It-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk

    4.2.   Tnabar tal-brejk

    4.2.1.

    Test tal-għeja termali tat-tanbur tal-brejk

    4.2.2.

    It-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk

    Għal kull tip ta’ diska u tanbur, mill-inqas grupp tat-test wieħed (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 5.3.6 ta’ dan ir-Regolament) jirrikjedi li jsiru t-testijiet tat-Tip 0 u tat-Tip I fuq vettura.

    Tabella A11/1B

    Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3

     

    Test tal-vettura

    Test tad-dinamometru alternattiv

    Testijiet tal-prestazzjoni skont ir-Regolament Nru 13

    2.2.1.

    Tip 0, magna skonnettjata

    3.4.1.

    Tip 0

    2.2.3.

    It-Tip I

    3.4.2.

    Tip I

    2.2.4.

    Tip II

    3.4.3.

    Tip II

    2.3.

    Sistema tal-brejkijiet tal-ipparkjar (jekk rikjesta)

    Test tat-tqabbil mal-part oriġinali

    2.4.

    Ittestjar tal-karatteristiċi dinamiċi frizzjonali (test tat-tqabbil imwettaq fuq il-fusijiet individwali)

    3.5.

    Ittestjar tal-karatteristiċi dinamiċi frizzjonali (test tat-tqabbil imwettaq fuq il-brejkijiet tar-roti individwali)

    Testijiet tal-integrità

    M'hemmx test fuq vettura — uża t-test bid-dinamometru

    4.1.   Diski tal-brejk

    4.1.1.

    Għeja termali

    4.1.2.

    Test tat-tagħbija kbira

    4.2.   Tnabar tal-brejk

    4.2.1.

    Għeja termali

    4.2.2.

    Test tat-tagħbija kbira

    2.   Verifika tar-rekwiżiti tat-test bil-vettura

    2.1.   Il-vettura tat-test

    Vettura li hija rappreżentattiva tal-grupp tat-test magħżul (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 5.3.6 ta’ dan ir-Regolament) li għalih tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni jew rapport tal-parts għal diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għandha tiġi mgħammra b'dan id-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni kif ukoll b'tagħmir tat-test għall-ittestjar tal-brejkijiet skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 13 jew 13-H.

    Id-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għandu jitwaħħal mal-fus ikkonċernat flimkien ma’ firrodu tal-brejk li jakkumpanjah u li jkollu approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti Nru 13 jew 13-H jew 90 disponibbli mill-manifattur tal-vettura jew tal-fus.

    Sakemm ma tkunx ġiet stabbilita proċedura uniformi għal kif għandu jsir l-ibbrejkjar, it-test għandu jsir wara qbil mas-Servizz Tekniku it-testijiet kollha elenkati hawn taħt għandhom isiru fuq il-brejkijiet li jkunu ġew bedded-in.

    L-istess programm ta’ “bedding-in” għandu jintuża għad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni u għal dawk oriġinali.

    2.2.   Sistema ta’ bbrejkjar tas-servizz

    2.2.1.   Testijiet tal-brejk tat-tip 0 bil-magna skonnettjata, vettura mgħobbija

    Dan it-test għandu jsir skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 14.2 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 1.4.2.

    2.2.2.   Testijiet tal-brejk tat-Tip 0, magna kkonnettjata, vettura mhux mgħobbija u mgħobbija

    Dan it-test għandu jsir skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.4.3 (test supplementari, kif iġġib ruħha l-vettura f'ibbrejkar minn veloċità kbira) jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 1.4.3.

    2.2.3.   Testijiet tal-brejk tat-Tip I

    Dan it-test għandu jsir skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.5.1 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 1.5.1.

    Fit-tmiem tat-test tal-brejkijiet tat-Tip I, il-prestazzjoni meta l-brejkijiet ikunu jaħarqu għandha tiġi sodisfatta skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.5.3 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 1.5.2.

    2.2.4.   Testijiet tal-brejk tat-Tip II

    Dan it-test għandu jsir skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.6.

    2.3.   Sistema tal-brejkijiet tal-ipparkjar (jekk rikjesta)

    2.3.1.   Jekk is-sistema tal-brejkijiet tas-servizz u s-sistema tal-brejkijiet tal-ipparkjar jużaw wiċċ tal-frizzjoni komuni tad-diska jew it-tanbur, ma hemmx bżonn li jsir test speċifiku tas-sistema tal-ibbrejkar tal-ipparkjar il-ksib sodisfaċenti tat-test mgħobbi tat-Tip 0 għandu jitqies li ssodisfa r-rekwiżiti tas-sistema tal-brejk tal-ipparkjar.

    2.3.2.   Test statiku b'xaqliba ta’ 18 fil-mija, vettura mgħobbija

    2.3.3.   Il-vettura għandha tissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti stipulati fir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafi 2.3 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 2.3 li japplikaw għal din il-kategorija ta’ vettura.

    2.4.   Ittestjar tal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi (isir test ta’ tqabbil fuq il-fusijiet individwali)

    Għal dan it-test, il-vettura għandha titgħabba u l-applikazzjonijiet kollha tal-brejk isiru fuq triq livell bil-magna skonnettjata.

    Is-sistema tal-brejkijiet tas-servizz tal-vettura għandha tiġi pprovduta b'tagħmir li jissepara l-brejkijiet tar-roti ta’ quddiem mill-brejkijiet tar-roti ta’ wara sabiex dejjem ikunu jistgħu jitħaddmu b'mod indipendenti minn xulxin.

    Jekk tinħtieġ approvazzjoni jew rapport tal-part għal diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għall-brejkijiet tar-roti ta’ quddiem, il-brejkijiet tar-roti ta’ wara għandhom jibqgħu inoperattivi tul it-test kollu.

    Jekk tinħtieġ approvazzjoni jew rapport tal-part għal diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għall-brejkijiet tar-roti ta’ wara, il-brejkijiet tar-roti ta’ quddiem għandhom jibqgħu inoperattivi tul it-test kollu.

    2.4.1.   Test tat-tqabbil tal-prestazzjoni meta l-brejkijiet ikunu kesħin

    Bi brejkijiet kesħin, il-prestazzjoni tad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għandha titqabbel mal-ekwivalenti oriġinali billi jitqabblu r-riżultati tat-test t'hawn taħt.

    2.4.1.1.   Bl-użu tad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni, mill-inqas sitt applikazzjonijiet tal-brejk konsekuttivi b'forzi tal-kontroll jew pressjonijiet tal-brejk differenti u li jiżdiedu gradwalment bħala parti mill-proċess sal-punt li fih jillokkjaw ir-roti, jew sa deċellerazzjoni medja żviluppata bis-sħiħ ta’ 6 m/s2 (M1, M2, N1) jew 3,5 m/s2 (M3, N2, N3), jew sal-forza tal-kontroll jew pressa tal-linja massima permessa għal din il-kategorija ta’ vetturi, li fih il-veloċità inizjali għal skopijiet tal-ittestjar tad-diski u t-tnabar tal-fusijiet ta’ quddiem u ta’ wara tkun skont it-tabella ta’ hawn taħt:

    Tabella A11/2.4.1.1.

    Il-kategorija tal-vettura

    Veloċità tat-test f'km/h

    Fus ta’ quddiem

    Fus ta’ wara

    M1

    70

    45

    M2

    50

    40

    N1

    65

    50

    M3, N2, N3

    45

    45

    Qabel kull applikazzjoni tal-brejk, it-temperatura inizjali tad-diska/tat-tanbur tal-brejk għandha tkun ≤ 100 °C.

    2.4.1.2.   It-test tal-brejk deskritt fil-paragrafu 2.4.1.1 għandu jsir ukoll bid-diska/tanbur tal-brejk oriġinali.

    2.4.1.3.   Il-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi tad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni jistgħu jitqiesu simili għal dawk tad-diska/tanbur tal-brejk oriġinali, sakemm il-valuri miksuba f'rabta mad-deċellerazzjoni medja żviluppata kompletament fl-istess pressjonijiet jew forzi tal-kontroll fir-reġjun taż-2/3 ta’ fuq tal-kurva ġġenerata ma jiddevjawx b'iktar minn ± 10 fil-mija jew ± 0,4 m/s2 minn dawk tad-diska/tanbur tal-brejk oriġinali.

    3.   Test b'dinamometru tal-inerzja

    3.1.   Tagħmir tad-dinamometru

    Għal skopijiet tal-ittestjar, id-dinamometru għandu jiġi mgħammar bil-kaliper tal-brejk jew il-brejk tar-rota oriġinali tal-vettura kkonċernata id-dinamometru għandu jkun mgħammar b'tagħmir tat-torque kostanti u tagħmir għall-irrekordjar tal-veloċità rotazzjonali, il-pressjoni tal-brejk, l-għadd ta’ revoluzzjonijiet wara li jkun beda l-ibbrejkjar, it-torque tal-brejk, il-perjodu tal-ibbrejkjar u t-temperatura tad-diska/tat-tanbur tal-brejk fuq bażi kontinwa.

    3.2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    3.2.1.   Il-massa tal-inerzja tad-dinamometru tal-inerzja

    Il-massa tal-inerzja tad-dinamometru tal-inerzja għandu jiġi stabbilit viċin kemm jista' jkun, b'varjazzjoni permissibbli ta’ ±5 fil-mija, tal-valur teoretikament rikjest li jikkorrispondi ma’ dik il-parti tal-inerzja totali tal-vettura bbrejkjata mir-rota xierqa il-formula għall-iskopijiet tal-kalkolu hija kif ġej:

    I = m · rdyn 2

    Fejn:

    I

    =

    inerzja rotarja (kgm2)

    rdyn

    =

    raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajer (m);

    m

    =

    massa tat-test (parti mill-massa massima tal-vettura bbrejkjata mir-rota xierqa) kif stipulat minn dan ir-Regolament.

    3.2.1.1.   Raġġ dinamiku tad-dawrien

    Fil-kalkolu tal-massa tal-inerzja, għandu jitqies ir-raġġ dinamiku tad-dawrien (rdyn) tal-ikbar tajer awtorizzat għall-vettura (jew il-fus).

    3.2.1.2.   Massa tat-test

    Il-massa tat-test għall-kalkolu tal-massa tal-inerzja għandha tkun kif ġej:

    (a)

    Fl-ittestjar tad-diski/tnabar tal-brejk tal-fus ta’ quddiem:

    Formula

    mveh

    =

    massa permessa massima tal-vettura

    nfront

    =

    in-numru ta’ fusijiet ta’ quddiem

    (b)

    Fl-ittestjar tad-diski/tnabar tal-brejk tal-fus ta’ wara:

    Formula

    mveh

    =

    massa permessa massima tal-vettura

    nrear

    =

    in-numru ta’ fusijiet ta’ wara

    Tabella A11/3.2.1.2

    Il-kategorija tal-vettura

    Perċentwal bil-massa m li għandu jitqies

    Valuri X (fus ta’ quddiem):

    Valuri Y (fus ta’ wara):

    M1

    77

    32

    M2

    69

    44

    N1

    66

    39

    M3, N2, N3

    55

    55

    3.2.2.   Il-veloċità rotazzjonali inizjali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi mal-veloċità lineari tal-vettura fi 80 km/h (M1, N1) jew 60 km/h (M2, M3, N2, N3) abbażi tal-medja tar-raġġi tad-dawrien dinamiċi tal-ikbar u l-iżgħar tajer tad-daqsijiet awtorizzati tat-tajer.

    3.2.3.   Tibrid

    It-tibrid jista' jsir skont il-paragrafu 3.2.3.1 jew 3.2.3.2.

    3.2.3.1.   It-test għandu jsir b'rota kompleta, (rimm u tajer), immontata fuq il-parti li tiċċaqlaq tal-brejk, bħalma kieku tkun fuq il-vettura (l-agħar każ).

    Fir-rigward tat-testijiet tat-Tip I u t-Tip II, it-tibrid bl-arja f'veloċità u d-direzzjoni tal-fluss tal-arja li jissimulaw il-kundizzjonijiet ta’ vera jistgħu jintużaw fil-provi bis-sħana, fejn il-veloċità tal-arja tkun vAir = 0,33v

    Fejn:

    v

    =

    veloċità tat-test bil-vettura fl-inizjazzjoni tal-ibbrejkjar.

    Fil-każijiet l-oħra, l-arja tat-tibrid mhijiex restritta.

    It-temperatura tal-arja tat-tibrid għandha tkun it-temperatura ambjentali.

    3.2.3.2.   It-test sar mingħajr rimm.

    Fir-rigward tat-testijiet tat-Tip I u t-Tip II waqt il-provi bis-sħana mhux permess it-tibrid.

    Fil-każijiet l-oħra, l-arja tat-tibrid mhijiex restritta.

    3.2.4.   Tħejjija tal-brejk

    3.2.4.1.   Il-brejkijiet bid-diska

    Dan it-test isir b'diska ġdida b'assemblaġġi ġodda tal-firrodu tal-brejk li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13, 13-H jew 90 (fil-kundizzjoni kif immuntati fuq il-vettura, eż. bil-griż protettiv imneħħi).

    3.2.4.2.   Brejkijiet tat-tanbur

    It-test isir b'tanbur ġdid b'assemblaġġi tal-firrodu ġodda li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13, 13-H jew 90 (jekk applikabbli, il-griż protettiv imneħħi).

    Il-ħdim tal-firrodu biex jinkiseb firrodu tajjeb għall-kuntatt mat-tanbur huwa permissibbli.

    3.3.   Test tar-rendiment tad-dinamometru alternattivi

    Tabella A11/3.3.

    1a.

    Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M1,M2, N1

    Ara l-proċedura “bedding-in” (burnishing) kif deskritta fl-Anness 3, il-paragrafu 2.2.2.3.

    1b.

    Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M3, N2, N3

    Proċedura ta’ bedding-in (burnishing)

    100 (diska) jew 200 (tanbur) applikazzjoni tal-brejk

    Ti = 150 °C (diska) jew 100 °C (tanbur)

    vi = 60 km/h

    dm = 1 u 2 m/s2 alternanti

    2.

    Karatteristiċi dinamiċi tal-frizzjoni, ara l-paragrafu 3.5.1 ta’ dan l-Anness

    3.

    Test tal-brejk tat-Tip 0, ara l-paragrafu 3.4.1 ta’ dan l-Anness

    4.

    Test tal-brejk tat-Tip I, ara l-paragrafu 3.4.2 ta’ dan l-anness

    5.

    Re-burnishing:

    10 (diska) jew 20 (tanbur) applikazzjoni tal-brejk

    Ti = 150 °C (diska) jew 100 °C (tanbur)

    vi = 60 km/h,

    dm = 1 u 2 m/s2 alternanti

    6.

    Test tal-brejk tat-Tip 0, ara l-paragrafu 3.4.1 ta’ dan l-Anness

    7.

    Simulazzjoni tat-testijiet tal-brejk, magna kkonnettjata, ara l-paragrafu 3.4.4, ta’ dan l-Anness

    8.

    Re-burnishing: (bħall-punt 5)

    9.

    Karatteristiċi dinamiċi tal-frizzjoni, ara l-paragrafu 3.5.1 ta’ dan l-Anness

    10.

    Test tal-brejkijiet tat-Tip II (jekk applikabbli), ara l-paragrafu 3.4.3 ta’ dan l-Anness

    11.

    Re-burnishing: (bħall-punt 5)

    Il-passi minn 12 sa 19 mhumiex obbligatorji (jekk l-attivazzjoni ma tkunx biżżejjed)

    12.

    Test tal-brejk tat-Tip 0, ara l-paragrafu 3.4.1 ta’ dan l-Anness

    13.

    Test tal-brejk tat-Tip I, ara l-paragrafu 3.4.2 ta’ dan l-Anness

    14.

    Re-burnishing: (bħall-punt 5)

    15.

    Karatteristiċi dinamiċi tal-frizzjoni, ara l-paragrafu 3.5.1 ta’ dan l-Anness

    16.

    Simulazzjoni tat-testijiet tal-brejk, magna kkonnettjata, ara l-paragrafu 3.4.4, ta’ dan l-Anness

    17.

    Re-burnishing: (bħall-punt 5)

    18.

    Karatteristiċi dinamiċi tal-frizzjoni, ara l-paragrafu 3.5.1 ta’ dan l-Anness

    19.

    Re-burnishing: (bħall-punt 5)

    3.4.   Sistema ta’ bbrejkjar tas-servizz

    3.4.1.   Testijiet tal-brejkijiet tat-Tip 0, vettura mgħobbija

    Dan it-test għandu jsir b'mod analogu għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.4.2 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 1.4.2.

    3.4.2.   Testijiet tal-brejk tat-Tip I

    Dan it-test għandu jsir b'mod analogu għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.5.1 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 1.5.1.

    Fit-tmiem tat-test tal-brejkijiet tat-Tip I, il-prestazzjoni meta l-brejkijiet ikunu jaħarqu għandha tiġi sodisfatta skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.5.3 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 1.5.2.

    3.4.3.   Test tat-brejk tat-Tip II

    Dan it-test għandu jsir b'mod analogu għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.6.

    3.4.4.   Simulazzjoni tat-testijiet tal-brejkijiet, magna kkonnettjata

    Minflok it-test tat-Tip 0 bil-magna kkonnettjata, għall-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa aċċettabbli li jsir test biex jissimula għall-kundizzjoni tat-tagħbija (ara l-paragrafu 3.2 ta’ dan l-anness) il-kundizzjonijiet tat-test li huma preskritti għat-test tat-Tip 0 bil-magna kkonnettjata fir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 2.1.1 jew ir-Regolament Nru 13-H, l-Anness 3, il-paragrafu 2.1.1.

    3.5.   Ittestjar tal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi (isir test ta’ tqabbil fuq il-brejk tar-rota individwali)

    Bi brejkijiet kesħin, il-prestazzjoni tad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għandha titqabbel mal-ekwivalenti oriġinali billi jitqabblu r-riżultati tat-test t'hawn taħt.

    3.5.1.   Bl-użu tad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni, isiru mill-inqas sitt applikazzjonijiet konsekuttivi tal-brejk b'forzi ta’ kontroll jew pressjonijiet tal-brejk differenti li jiżdiedu gradwalment bħala parti mill-proċess sa deċellerazzzjoni medja żviluppata totalment ta’ 6 m/s2 (M1, M2, N1) jew 5 m/s2 (M3, N2, N3) il-forzi ta’ kontroll jew il-pressa tal-linja ma għandhomx jaqbżu l-forzi ta’ kontroll jew il-pressa tal-linja massimi permessi li huma garantiti b'mod permanenti mis-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura (eż tnaqqis fil-pressa tal-kumpressur). Qabel kull applikazzjoni tal-brejk, it-temperatura inizjali tad-diska/tat-tanbur tal-brejk għandha tkun ≤ 100 °C.

    3.5.2.   It-test tal-brejk deskritt fil-paragrafu 3.5.1 għandu jsir ukoll bid-diska/tanbur tal-brejk oriġinali.

    3.5.3.   Il-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi fi tmiem tal-proċedura (il-pass 9 jew 18) tad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni jistgħu jitqiesu simili għal dawk tad-diska/tanbur tal-brejk oriġinali, sakemm il-valuri miksuba f'rabta mad-deċellerazzjoni medja żviluppata kompletament fl-istess pressjonijiet operattivi jew forzi tal-kontroll fir-reġjun taż-2/3 ta’ fuq tal-kurva ġġenerata ma jiddevjawx b'iktar minn ± 8 fil-mija jew ± 0,4 m/s2 minn dawk tad-diska/tanbur tal-brejk oriġinali

    4.   Testijiet tal-integrità b'dinamometru tal-inerzja

    It-testijiet isiru il-paragrafu 4.1 (diski) jew 4.2 (tnabar).

    Test wieħed kull grupp tat-testijiet huwa meħtieġ sakemm il-part ta’ sostituzzjoni ma tiksibx l-għadd rikjest ta’ ċikli qabel il-ħsara jew falliment (ara l-paragrafu 4.1.1.1.3 jew 4.1.1.2.3 ta’ dan l-anness).

    Il-brejk għandu jiġi installat fuq id-dinamometru skont il-pożizzjoni tal-iffittjar tiegħu fuq il-vettura (il-brejkijiet immuntati b'mod riġidu jew dawk installati permezz ta’ fus stub huma eżenti).

    It-temperatura tad-diska tal-brejk/tanbur tal-brejk għandha titkejjel viċin kemm jista' jkun tal-wiċċ tal-frizzjoni il-kejl tat-temperatura għandu jiġi rreġistrat u l-metodu u l-punt tal-kejl għandhom ikunu l-istess għat-testijiet kollha.

    Jekk tintuża arja tat-tibrid matul applikazzjoni tal-brejk jew bejn l-applikazzjonijiet tal-brejk f'ċiklu ta’ bbrejkjar wieħed, il-veloċità tal-fluss tal-arja għandu jkun limitat għal vair = 0,33 v

    Fejn:

    v

    =

    veloċità tat-test bil-vettura fl-inizjazzjoni tal-ibbrejkjar.

    Fil-każijiet l-oħra, l-arja tat-tibrid mhijiex restritta.

    It-temperatura tal-arja tat-tibrid għandha tkun it-temperatura ambjentali.

    4.1.   Diski tal-brejk

    4.1.1.   Test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk

    Dan it-test isir b'diska ġdida, kaliper tal-brejk oriġinali tal-vettura kkonċernata u b'assemblaġġi ġodda tal-firrodu tal-brejk tal-vettura kkonċernata li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13, 13-H jew 90 (fil-kundizzjoni kif immuntati fuq il-vettura, eż. bil-griż protettiv imneħħi).

    Il-firrodi tal-brejk deterjorati jistgħu jiġu sostitwiti matul it-test jekk ikun hemm bżonn.

    4.1.1.1.   Vetturi fil-kategoriji M1 u N1:

    4.1.1.1.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    Il-massa tal-inerzja tad-dinanometru tal-inerzja għandha tiġi determinata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3.2.1, 3.2.1.1 u 3.2.1.2 tal-Anness 11.

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għall-veloċità tat-test lineari tal-vettura bbażata fuq il-medju tal-ikbar u l-iżgħar raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajers awtorizzat għal dik il-vettura.

    4.1.1.1.2.   Il-programm tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    Firrodi tal-brejkijiet sottomessi għat-test għandhom jiġu mgħammra lill-brejkijiet relevanti u bedded (burnished) skont il-proċedura tal-Anness 3, il-paragrafu 1.1.2:

    Tabella A11/4.1.1.1.2.

    Dispożizzjoni tat-Test

    Test tal-għeja termali

    Il-kategoriji tal-vetturi

    M1, N1

    Tip ta’ bbrejkjar

    Applikazzjonijiet sekwenzjali tal-brejkijiet

    Intervall tal-ibbrejkjar (= ttotal)

    70 s

    Numru ta’ applikazzjonijiet tal-brejk kull ċiklu

    2

    Torque tal-brejk skont deċellerazzjoni ta'

    5,0  m/s2

    Numru totali ta’ ċikli tal-brejk

    100 jew 150 (ara 4.1.1.1.3)

    Applikazzjonijiet tal-brejk

     

    minn

    vmax

    sa

    20  km/s

    Temperatura inizjali tal-ewwel applikazzjoni tal-brejk f'kull ċiklu

    ≤ 100 °C

    Fejn:

    vmax

    il-vmax li għandha tintuża għall-ittestjar tal-part ta’ sostituzzjoni hija dik li tikkorrispondi mal-vettura li għandha l-ogħla proporzjoni ta’ enerġija kinetika u massa tad-diska;

    tbra

    perjodu ta’ bbrejkjar effettiv waqt l-applikazzjoni;

    tacc

    ħin ta’ aċċellerazzjoni minimu skont il-potenza tal-aċċellerazzjoni tal-vettura rispettiva;

    trest

    il-ħin tal-mistrieħ;

    ttotal

    Intervall tal-ibbrejkjar (tbra + tacc + trest).

    4.1.1.1.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    It-test jitqies li jkun għadda jekk isiru 150 ċiklu jew iktar mingħajr ħsara jew falliment.

    Jekk isiru inqas minn 150-il ċiklu iżda iktar minn 100 ċikli mingħajr ħsara jew falliment, allura t-test għandu jiġi ripetut fuq part ta’ sostituzzjoni ġdida f'dawn iċ-ċirkostanzi ż-żewġ testijiet għandhom jikkompletaw iktar minn 100 ċiklu mingħajr ħsara jew falliment biex dik il-part tkun għaddiet mit-test.

    Jekk isiru inqas minn 100 ċikli qabel ma jkun hemm ħsara jew falliment, allura għandu jsir test fuq il-part oriġinali u r-riżultati għandhom jiġu mqabbla jekk il-punt meta ssir il-ħsara jew iseħħ il-falliment ma jkunx agħar mill-għadd ta’ ċikli tal-part oriġinali – 10 fil-mija, allura jitqies li jkun għadda t-test.

    Il-ħsara f'dan il-kuntest tfisser:

    (a)

    Xquq radjali fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jkunu itwal minn 2/3 tal-għoli radjali tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (b)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jilħqu d-dijametru intern jew estern tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (c)

    Xquq minn naħa għall-oħra ta’ kull ċirku ta’ frizzjoni;

    (d)

    Kull tip ta’ ħsara strutturali jew xquq fi kwalunkwe żona barra mill-wiċċ tal-frizzjoni.

    4.1.1.2.   Vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3:

    4.1.1.2.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    4.1.1.2.1.1.   Vetturi b'massa permissibbli massima > 7,5 t

    Permezz tal-programm tat-Test li ġej, id-diski tal-brejkijiet jiġu ttestjati bħala komponenti tas-sistema tal-ibbrejkjar. Ma jimitax il-kundizzjonijiet veri tas-sewqan iżda mifhum li huwa purament test tal-komponent il-parametri elenkati hawn taħt fit-Tabella A11/4.1.1.2.1.1 ikopru l-brejkijiet li preżentement jintużaw bħala regola fuq vetturi b'massa massima permessa ta’ > 7,5 t.

    Tabella A11/4.1.1.2.1.1.

    Dijametru estern tad-diska

    Parametru tat-test

    Parametru tat-test

    Eżempju tat-tagħmir

     

    Massa tat-test

    [kg]

    rdyn [m]

    “Daqs tal-brejk”/l-iżgħar daqs possibbli tar-rimm

    320-350

    3 100

    0,386

    17,5 ″

    351-390

    4 500

    0,445

    19,5 ″

    391-440

    5 300

    0,527

    22,5 ″

    > 440 (*)

     (*)

     (*)

    Il-massa tal-inerzja tad-dinamometru tal-inerzja għandha tiġi ddeterminata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3.2.1 tal-Anness 11 flimkien mal-parametri speċifikati fit-tabella t'hawn fuq (il-massa tat-test u rdyn).

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi mal-veloċità lineari tat-test bil-vettura bbażata fuq ir-raġġi dinamiċi tad-dawrien tat-tajer speċifikat fit-Tabella A11/4.1.1.2.1.1.

    4.1.1.2.1.2.   Vetturi b'massa permissibbli massima > 3,5 t u ≤ 7,5 t

    Fir-rigward ta’ vetturi b'massa permessa massima ta’ > 3,5 t u ≤ 7,5 t li għalihom ma japplikawx il-parametri elenkati fit-Tabella A11/4.1.1.2.1.1, il-parametri tat-test għandhom jintgħażlu b'tali mod li jkun kopert l-agħar xenarju li kien il-bażi tal-firxa tal-użu tad-diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni (il-massa massima permessa tal-vettura, id-daqs massimu tat-tagħmir tat-tajer).

    Il-massa tal-inerzja tad-dinanometru tal-inerzja għandha tiġi determinata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3.2.1, 3.2.1.1 u 3.2.1.2 tal-Anness 11.

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għall-veloċità tat-test lineari tal-vettura bbażatafuq il-medju tal-ikbar u l-iżgħar raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajers awtorizzat għal dik il-vettura.

    4.1.1.2.2.   Il-programm tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    Table A11/4.1.1.2.2.

    Proċedura “Bedding-in”

    100 applikazzjoni tal-brejk

    Veloċità inizjali: 60 km/s

    Veloċità finali: 30 km/s

    dm talterna bejn 1 m/s2 u 2 m/s2

    Temperatura inizjali: ≤ 300 °C (tibda mit-temperatura ambjentali)

    1

    ibbrejkjar ikkundizzjonat

    10 applikazzjoni tal-brejk minn 60 sa 30 km/h

    dm talterna bejn 1 m/s2 u 2 m/s2

    Temperatura inizjali: ≤ 250 °C

    2

    ibbrejkjar minn veloċità għolja

    2 applikazzjonijiet tal-brejk minn 130 sa 80 km/h

    dm 3 m/s2

    Temperatura inizjali: ≤ 100 °C

    3

    ibbrejkjar ikkundizzjonat

    Ara l-istadju tat-test 1

    4

    ibbrejkjar minn veloċità għolja

    Ara l-istadju tat-test 2

    5

    ibbrejkjar ikkundizzjonat

    Ara l-istadju tat-test 1

    6

    ibbrejkjar kontinwu (1)

    5 applikazzjonijiet tal-brejk b'veloċità kostanti ta': 85 km/s

    Torque li jiddeċellera korrispondenti għal 0,5 m/s2

    Perjodu tal-ibbrejkjar 60 s

    Temperatura inizjali: ≤ 80 °C

    7

    ibbrejkjar ikkundizzjonat

    Ara l-istadju tat-test 1

    8

    ibbrejkjar kontinwu (2)

    5 applikazzjonijiet tal-brejk b'veloċità kostanti ta': 85 km/s

    Torque li jiddeċellera korrispondenti għal 1,0 m/s2

    Perjodu tal-ibbrejkjar 40 s

    Temperatura inizjali: ≤ 80 °C

    9

    irrepeti l-istadji tat-test 1 sa 8:

    9 jew 14-il darba (liema minnhom ikun applikabbli) – ara l-paragrafu 4.1.1.2.3.

    dm

    deċellerazzjoni medja marbuta mad-distanza.

    4.1.1.2.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    It-test jitqies li jkun għadda jekk isiru 15-il ċiklu jew iktar mingħajr ħsara jew falliment.

    Jekk isiru inqas minn 15-il ċiklu iżda iktar minn 10 ċikli mingħajr ħsara jew falliment, allura t-test għandu jiġi ripetut fuq part ta’ sostituzzjoni ġdida f'dawn iċ-ċirkostanzi ż-żewġ testijiet għandhom jikkompletaw iktar minn 10 ċikli mingħajr ħsara jew falliment biex dik il-part tkun għaddiet mit-test.

    Jekk isiru inqas minn 10 ċikli qabel ma jkun hemm ħsara jew falliment, allura għandu jsir test fuq il-part oriġinali u r-riżultati għandhom jiġu mqabbla jekk il-punt meta ssir il-ħsara jew iseħħ il-falliment ma jkunx agħar mill-għadd ta’ ċikli tal-part oriġinali, allura jitqies li jkun għadda t-test.

    Il-ħsara f'dan il-kuntest tfisser:

    (a)

    Xquq radjali fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jkunu itwal minn 2/3 tal-għoli radjali taċ-ċirku tal-frizzjoni;

    (b)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jilħqu d-dijametru intern jew estern tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (c)

    Xquq minn naħa għall-oħra ta’ kull ċirku ta’ frizzjoni;

    (d)

    Kull tip ta’ ħsara strutturali jew xquq fi kwalunkwe żona barra mill-wiċċ tal-frizzjoni.

    4.1.2.   It-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk

    Dan it-test isir b'diska ġdida, kaliper tal-brejk oriġinali tal-vettura kkonċernata (vetturi kkonċernati) u b'assemblaġġi ġodda tal-firrodu tal-brejk tal-vettura kkonċernata (vetturi kkonċernati) li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13, 13-H jew 90 (fil-kundizzjoni kif immuntat fuq il-vettura, eż. bil-griż protettiv imneħħija).

    Il-firrodi tal-brejk deterjorati jistgħu jiġu sostitwiti matul it-test jekk ikun hemm bżonn.

    4.1.2.1.   Vetturi fil-kategoriji M1 u N1:

    4.1.2.1.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk)

    Ara l-paragrafu 4.1.1.1.1 t'hawn fuq.

    4.1.2.1.2.   Il-programm tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk)

    It-test għandu jsir skont it-tabella li ġejja:

    Tabella A11/4.1.2.1.2.

    Dispożizzjoni tat-Test

    Test tat-tagħbija kbira

    Il-kategoriji tal-vetturi

    M1, N1

    Tip ta’ bbrejkjar

    Applikazzjonijiet singoli tal-brejk

    Numru ta’ għafsiet tal-brejk

    70

    It-temperatura inizjali fil-bidu tal-ibbrejkjar

    ≤ 100 °C

    Torque tal-brejk skont

    10.0 m/s2 (madankollu, il-pressjoni tal-brejk p ≤ 16 000 kPa)

    Applikazzjonijiet tal-brejk

     

    minn

    vmax

    sa

    10  km/s

    Fejn:

    vmax

    il-vmax li għandha tintuża għall-ittestjar tal-part ta’ sostituzzjoni għandha tkun dik li tikkorrispondi għall-vettura li jkollha l-ogħla proporzjon ta’ enerġija kinetika mal-massa tad-diska.

    4.1.2.1.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk)

    It-test jitqies li jkun għadda jekk isiru 70 applikazzjoni tal-brejk jew iktar mingħajr ħsara jew falliment.

    Jekk isiru inqas minn 70 applikazzjoni tal-brejk qabel ma jkun hemm ħsara jew falliment, allura t-test għandu jsir fuq il-part oriġinali u r-riżultati għandhom jiġu mqabbla jekk il-punt meta ssir il-ħsara jew iseħħ il-falliment ma jkunx agħar mill-għadd ta’ ċikli tal-part oriġinali – 10 fil-mija, allura jitqies li jkun għadda t-test.

    Il-ħsara f'dan il-kuntest tfisser:

    (a)

    Xquq radjali fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jkunu itwal minn 2/3 tal-għoli radjali tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (b)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jilħqu d-dijametru intern jew estern tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (c)

    Xquq minn naħa għall-oħra ta’ kull ċirku ta’ frizzjoni;

    (d)

    Kull tip ta’ ħsara strutturali jew xquq fi kwalunkwe żona barra mill-wiċċ tal-frizzjoni.

    4.1.2.2.   Vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3:

    4.1.2.2.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk)

    Ara l-paragrafu 4.1.1.2.1 t'hawn fuq.

    4.1.2.2.2.   Il-programm tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk)

    Isiru 500 applikazzjoni tal-brejk minn veloċità ta’ 50 km/h sa 10 km/h b'torque tal-brejk ta’ 90 fil-mija tat-torque tal-brejk massimu speċifikat mill-applikant.

    Temperatura inizjali: ≤ 200 °C

    4.1.2.2.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk)

    It-test jitqies lil jkun għadda jekk id-diska tal-brejk ma jkollhiex sinjali ta’ qsim wara 500 applikazzjoni tal-brejk.

    4.2.   Tnabar tal-brejk

    4.2.1.   Test tal-għeja termali tat-tanbur tal-brejk

    It-test isir b'tanbur ġdid b'assemblaġġi tal-firrodu ġodda li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13, 13-H jew 90 (jekk applikabbli, il-griż protettiv imneħħi).

    Il-ħdim tal-firrodu biex jinkiseb firrodu tajjeb għall-kuntatt mat-tanbur huwa permissibbli.

    4.2.1.1.   Vetturi fil-kategoriji M1 u N1:

    4.2.1.1.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tal-għeja termali tal-brejk għamla ta’ tanbur)

    Il-massa tal-inerzja tad-dinanometru tal-inerzja għandha tiġi determinata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3.2.1, 3.2.1.1 u 3.2.1.2 tal-Anness 11.

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għall-veloċità tat-test lineari tal-vettura bbażatafuq il-medju tal-ikbar u l-iżgħar raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajers awtorizzat għal dik il-vettura.

    4.2.1.1.2.   Il-programm tat-test (it-test tal-għeja termali tal-brejk għamla ta’ tanbur)

    Ir-rekwiżiti tal-għeja termali għat-tnabar tal-brejk huma koperti mit-testijiet tat-tagħbija kbira tal-paragrafu 4.2.2.1.2.

    4.2.1.1.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tal-għeja termali tat-tanbur tal-brejk)

    Ara l-paragrafu 4.2.2.1.3

    4.2.1.2.   Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3

    4.2.1.2.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tal-għeja termali tal-brejk għamla ta’ tanbur)

    4.2.1.2.1.1.   Vetturi b'massa permissibbli massima > 7,5 t

    Permezz tal-programm tat-Test li ġej, it-tnabar tal-brejk jiġu ttestjati bħala komponenti tas-sistema tal-ibbrejkjar. Ma jimitax il-kundizzjonijiet veri tas-sewqan iżda mifhum li huwa purament test tal-komponent il-parametri elenkati hawn taħt fit-Tabella A11/4.2.1.2.1.1 ikopru l-brejkijiet li preżentement jintużaw bħala regola fuq vetturi b'massa massima permessa ta’ > 7,5 t.

    Tabella A11/4.2.1.2.1.1.

    Diametru intern tat-tanbur

    [mm]

    Wisa' tal-firrodu

    Dijametru tipiku tar-rimm

    < 130 mm

    130-190 mm

    > 190 mm

    Massa tat-test

    [kg]

    Raġġ tat-tajer

    [m]

    Massa tat-test

    [kg]

    Raġġ tat-tajer

    [m]

    Massa tat-test

    [kg]

    Raġġ tat-tajer

    [m]

    < 330

    2 750

    0,402

    3 200

    0,390

    5 500

    0,402

    17,5 ″

    330-390

     (**)

     (**)

    3 400

    0,480

    5 500

    0,516

    19,5 ″

    391-430

    3 400

    0,510

    4 500

    0,527

    5 500

    0,543

    22,5 ″

    > 430

     (**)

     (**)

     (**)

     (**)

     (**)

     (**)

    Il-massa tal-inerzja tad-dinamometru tal-inerzja għandha tiġi ddeterminata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3.2.1 tal-Anness 11 flimkien mal-parametri speċifikati fit-tabella t'hawn fuq (il-massa tat-test u rdyn).

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi mal-veloċità lineari tat-test bil-vettura bbażata fuq ir-raġġi dinamiċi tad-dawrien tat-tajer speċifikat fit-Tabella A11/4.2.1.2.1.1.

    4.2.1.2.1.2.   Vetturi b'massa permissibbli massima > 3,5 t u ≤ 7,5 t

    Fir-rigward ta’ vetturi b'massa permessa massima ta’ > 3,5 t u ≤ 7,5 t li għalihom ma japplikawx il-parametri elenkati fit-Tabella A11/4.1.1.2.1.1, il-parametri tat-test għandhom jintgħażlu b'tali mod li jkun kopert l-agħar xenarju li kien il-bażi tal-firxa tal-użu tat-tnabar tal-brejk ta’ sostituzzjoni (il-massa massima permessa tal-vettura, id-daqs massimu tat-tagħmir tat-tajer).

    Il-massa tal-inerzja tad-dinanometru tal-inerzja għandha tiġi determinata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3.2.1, 3.2.1.1 u 3.2.1.2 tal-Anness 11.

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għall-veloċità tat-test lineari tal-vettura bbażata fuq il-medju tal-ikbar u l-iżgħar raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajers awtorizzat għal dik il-vettura.

    4.2.1.2.2.   Il-programm tat-test (it-test tal-għeja termali tal-brejk għamla ta’ tanbur)

    Tabella A11/4.2.1.2.2.

    Dispożizzjoni tat-Test

    Test tal-għeja termali:

    Tip ta’ bbrejkjar

    Applikazzjonijiet sekwenzjali tal-brejkijiet

    Numru ta’ għafsiet tal-brejk

    250 jew 300 (liema minnhom ikun applikabbli) – ara l-paragrafu 4.2.1.2.3.

    NB: It-test jiġi interrot meta jitfaċċa xaqq min-naħa għall-oħra.

    Torque tal-brejk skont

    3,0  m/s2

    Applikazzjonijiet tal-brejk

     

    minn

    130

    sa

    80  km/s

    It-temperatura inizjali ta’ kull applikazzjoni tal-brejk

    ≤ 50 °C

    It-tibrid skont il-paragrafu 3.2.3.

    permess

    4.2.1.2.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tal-għeja termali tat-tanbur tal-brejk)

    It-test jitqies li jkun għadda jekk isiru 300 applikazzjoni tal-brejk jew iktar mingħajr ħsara jew falliment.

    Jekk isiru inqas minn 300 applikazzjoni tal-brejk iżda iktar minn 250 applikazzjoni tal-brejk mingħajr ħsara jew falliment, allura s-Servizz Tekniku għandu jirrepeti t-test fuq part ta’ sostituzzjoni ġdida f'dawn iċ-ċirkostanzi ż-żewġ testijiet għandhom jikkompletaw iktar minn 250 applikazzjoni tal-brejk mingħajr ħsara jew falliment biex dik il-part tkun għaddiet mit-test.

    Jekk isiru inqas minn 250 applikazzjoni tal-brejk qabel ma jkun hemm ħsara jew falliment, allura t-test għandu jsir fuq il-part oriġinali u r-riżultati għandhom jitqabblu — jekk il-punt meta jkun hemm ħsara jew falliment ma jkunx agħar minn dak tal-oriġinali allura t-test jitqies li għadda.

    Il-ħsara f'dan il-kuntest tfisser:

    (a)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jkunu itwal minn 2/3 tal-wisa' assjali tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (b)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jilħqu t-tarf estern assjali tat-tanbur;

    (c)

    Xquq minn naħa għall-oħra tat-tanbur;

    (d)

    Kull tip ta’ ħsara strutturali jew xquq fi kwalunkwe żona barra mill-wiċċ tal-frizzjoni.

    4.2.2.   It-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk

    It-test tat-tagħbija kbira għandu jsir fuq l-istess kampjuni tat-test wara li jsir it-test tad-dinamometru alternattiv (ara l-paragrafu 3.3 ta’ dan l-Anness).

    4.2.2.1.   Vetturi fil-kategoriji M1 u N1:

    4.2.2.1.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    Ara l-paragrafu 4.2.1.1.1 t'hawn fuq.

    4.2.2.1.2.   Il-programm tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    Tabella A11/4.2.2.1.2.

    Proċedura “Bedding-in”

    Agħmel 100 applikazzjoni ta’ waqfiet konsekuttiva bi v1 = 80 km/h u v2 = 10 km/h u temperatura inizjali ta’ ≤ 100 °C.

    Id-deċellerazzjoni tal-ewwel applikazzjoni għandha tkun kostantement 1,5 m/s2. Mit-tieni sal-aħħar applikazzjoni, il-pressjoni għandha tkun kostanti u ekwivalenti sal-medja tal-ewwel applikazzjoni.

    Il-bedding għandu jitkompla sakemm jinkiseb kuntatt minimu ta’ 80 fil-mija tal-firrodu mat-tanbur.

    Dispożizzjoni tat-Test

    It-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk

    Tip ta’ bbrejkjar

    Applikazzjonijiet singoli tal-brejk

    Numru ta’ għafsiet tal-brejk

    100

    It-temperatura inizjali fil-bidu tal-ibbrejkjar

    ≤ 100 °C

    Torque tal-brejk skont

    10,0 m/s2

    (madankollu, il-pressjoni tal-brejk p ≤ 16 000 kPa)

    Applikazzjonijiet tal-brejk

     

    minn

    vmax

    sa

    10  km/s

    vmax

    il-vmax li għandha tintuża għall-ittestjar tal-part ta’ sostituzzjoni hija dik li tikkorrispondi mal-vettura li għandha l-ogħla proporzjon ta’ enerġija kinetika u massa tad-diska.

    4.2.2.1.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    It-test jitqies li jkun għadda jekk isiru 100 applikazzjoni tal-brejk jew iktar mingħajr ħsara jew falliment.

    Jekk isiru inqas minn 100 applikazzjoni tal-brejk qabel ma jkun hemm ħsara jew falliment, allura t-test għandu jsir fuq il-part oriġinali u r-riżultati għandhom jiġu mqabbla jekk il-punt meta ssir il-ħsara jew iseħħ il-falliment ma jkunx agħar mill-għadd ta’ ċikli tal-part oriġinali – 10 fil-mija, allura jitqies li jkun għadda t-test.

    Il-ħsara f'dan il-kuntest tfisser:

    (a)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jkunu itwal minn 2/3 tal-wisa' assjali tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (b)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jilħqu t-tarf estern assjali tat-tanbur;

    (c)

    Xquq minn naħa għall-oħra tat-tanbur;

    (d)

    Kull tip ta’ ħsara strutturali jew xquq fi kwalunkwe żona barra mill-wiċċ tal-frizzjoni.

    4.2.2.2.   Vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3:

    4.2.2.2.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    Ara l-paragrafu 4.2.1.2.1 t'hawn fuq.

    4.2.2.2.2.   Il-programm tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    Tabella A11/4.2.2.2.2.

    Dispożizzjoni tat-Test

    Test tat-tagħbija kbira

    Tip ta’ bbrejkjar

    Ibbrejkjar sa inqas minn 5 km/h

    Numru totali ta’ applikazzjonijiet tal-brejk

    150

    Temperatura inizjali tat-tanbur tal-brejk f'kull applikazzjoni tal-brejk

    ≤ 100 °C

    Applikazzjonijiet tal-brejk

     

    minn

    60  km/s

    sa

    ≤ 5 km/s

    Torque tal-brejk skont

    6  m/s2

    Tibrid (ukoll devjazzjoni mill-paragrafu 3.2.3 ta’ dan l-anness)

    permess

    4.2.2.2.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    Ir-riżultat tat-test ikun pożittiv bil-kundizzjoni li t-tanbur tal-brejk ma jinqasamx.


    (*)  Il-massa tat-test u raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajer għandhom jinftiehmu bejn l-applikant u s-Servizz Tekniku.

    (**)  Il-massa tat-test u raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajer għandhom jinftiehmu bejn l-applikant u s-Servizz Tekniku.


    ANNESS 12

    REKWIŻITI GĦAD-DISKA/GĦAT-TNABAR TAL-BREJK TA’ SOSTITUZZJONI GĦALL-VETTURI TAL-KATEGORIJA O

    1.   Deskrizzjoni ġenerali tat-test

    It-testijiet rikjesti fil-paragrafu 5.3 ta’ dan ir-Regolament għandhom ikun dettaljati kif ġej skont il-kategorija tal-vettura:

    Tabella A12/1 A

    Vetturi tal-kategoriji O1, O2 u O3

    Test tar-radda

    Test tad-dinamometru alternattiv (alternattiv għat-test tal-korsa)

    2.2.1.

    Tip ta’ ttestjar 0

    3.4.1.

    Tip 0

    2.2.2.

    It-Tip I

    3.4.2.

    Tip I

    2.3.

    Sistema tal-brejkijiet tal-ipparkjar (jekk ikunu applikabbli)

    2.4.

    Ittestjar tal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi (isir test ta’ tqabbil fuq il-fusijiet individwali)

    3.5.

    Ittestjar tal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi (isir test ta’ tqabbil fuq il-fusijiet individwali)


    Tabella A12/1B

    Vetturi tal-kategorija O4

    Test tar-radda

    Test tad-dinamometru alternattiv (alternattiv għat-test tal-korsa)

    2.2.1.

    Tip 0

    3.4.1.

    Tip 0

    2.2.3.

    Tip III

    3.4.3.

    Tip III

    2.3.

    Sistema tal-brejkijiet tal-ipparkjar (jekk ikunu applikabbli)

    2.4.

    Ittestjar tal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi (isir test ta’ tqabbil fuq il-fusijiet individwali)

    3.5.

    Ittestjar tal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi (isir test ta’ tqabbil fuq il-fusijiet individwali)

    2.   Verifika tar-rekwiżiti tat-test bil-vettura

    2.1.   Il-vettura tat-test

    Vettura li hija rappreżentattiva għall-grupp tat-test magħżul (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 5.3.6 ta’ dan ir-Regolament) li għalih tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni jew rapport tal-parts għal-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għandu jiġi mgħammar ma’ dan id-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni kif ukoll għandu jkun mgħammar b’tagħmir tat-test għall-ittestjar tal-brejkijiet skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 13.

    Id-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għandu jiġi mgħammar mal-fus ikkonċernat flimkien mal-firrodu tal-brejk li jakkumpanjah u li jkollu approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti Nru 13 jew 90 disponibbli mill-manifattur tal-vettura jew tal-fus sakemm ma tkunx ġiet stabbilita proċedura uniformi għal kif għandu jsir l-ibbrejkjar, it-test għandu jsir wara qbil mas-Servizz Tekniku it-testijiet kollha elenkati hawn taħt għandhom isiru fuq il-brejkijiet li jkunu ġew bedded-in l-istess programm ta’ “bedding-in” għandu jintuża għad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni u dawk oriġinali.

    2.2.   Sistema ta’ bbrejkjar tas-servizz

    2.2.1.   Testijiet tal-brejkijiet tat-Tip 0, vettura mgħobbija

    Dan it-test għandu jsir skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.4.4.

    2.2.2.   Testijiet tal-brejk tat-Tip I

    Dan it-test għandu jsir skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.5.2.

    Fit-tmiem tat-test tal-brejkijiet tat-Tip I, il-prestazzjoni meta l-brejkijiet ikunu jaħarqu għandha tiġi sodisfatta skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.5.3.

    2.2.3.   Testijiet tal-brejk tat-Tip III

    Dan it-test għandu jsir skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.7.

    2.3.   Sistema tal-brejkijiet tal-ipparkjar (jekk ikunu applikabbli)

    2.3.1.   Jekk is-sistema tal-brejkijiet tas-servizz u s-sistema tal-brejkijiet tal-ipparkjar jużaw wiċċ tal-frizzjoni komuni tad-diska jew it-tanbur, ma hemmx bżonn li jsir test speċifiku tas-sistema tal-ibbrejkar tal-ipparkjar il-ksib sodisfaċenti tat-test mgħobbi tat-Tip 0 għandu jitqies li ssodisfa r-rekwiżiti tas-sistema tal-brejk tal-ipparkjar.

    2.3.2.   Test statiku b’xaqliba ta’ 18 fil-mija, vettura mgħobbija

    2.3.3.   Il-vettura għandha tissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti stipulati fir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafi 2.3 u 3.2 li japplikaw għal din il-kategorija ta’ vettura.

    2.4.   Ittestjar tal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi (isir test ta’ tqabbil fuq il-fusijiet individwali)

    Għal dan it-test, il-vettura għandha titgħabba u l-applikazzjonijiet kollha tal-brejk saru fuq triq ċatta.

    Is-sistema tal-brejkijiet tas-servizz tal-vettura għandha tiġi pprovduta b’tagħmir li jissepara l-brejkijiet tar-roti ta’ quddiem mill-brejkijiet tar-roti ta’ wara sabiex dejjem ikunu jistgħu jitħaddmu b’mod indipendenti minn xulxin.

    Jekk tinħtieġ approvazzjoni jew rapport tal-part għal diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għall-brejkijiet tar-roti ta’ quddiem, il-brejkijiet tar-roti ta’ wara għandhom jibqgħu inoperattivi tul it-test kollu.

    Jekk tinħtieġ approvazzjoni jew rapport tal-part għal diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għall-brejkijiet tar-roti ta’ wara, il-brejkijiet tar-roti ta’ quddiem għandhom jibqgħu inoperattivi tul it-test kollu.

    2.4.1.   Test tat-tqabbil tal-prestazzjoni meta l-brejkijiet ikunu kesħin

    Bi brejkijiet kesħin, il-prestazzjoni tad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni għandha titqabbel mal-ekwivalenti oriġinali billi jitqabblu r-riżultati tat-test t’hawn taħt.

    2.4.1.1.   Bl-użu tad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni, mill-inqas sitt applikazzjonijiet tal-brejk konsekuttivi b’forzi tal-kontroll jew pressjonijiet tal-brejk li jiżdiedu gradwalment bħala parti mill-proċess sal-punt li fih jillokkjaw ir-roti, jew sa deċellerazzjoni medja żviluppata bis-sħiħ ta’ 3,5 m/s2, jew sal-forza tal-kontroll massima permessa għal din il-kategorija tal-vettura, li fih il-veloċità inizjali għal skopijiet tal-ittestjar tkun 45 km/h:

    Qabel kull applikazzjoni tal-brejk, it-temperatura inizjali tat-tanbur tal-brejk għandha tkun ≤ 100 °C.

    2.4.1.2.   It-test tal-brejk deskritt fil-paragrafu 2.4.1.1 għandu jsir ukoll bid-diska/tanbur tal-brejk oriġinali.

    2.4.1.3.   Il-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi tad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni jistgħu jitqiesu simili għal dawk tad-diska/tanbur tal-brejk oriġinali, sakemm il-valuri miksuba f’rabta mad-deċellerazzjoni medja żviluppata kompletament fl-istess pressjonijiet jew forzi tal-kontroll fir-reġjun taż-2/3 ta’ fuq tal-kurva ġġenerata ma jiddevjawx b’iktar minn ± 10 fil-mija jew ± 0.4 m/s2 minn dawk tad-diska/tanbur tal-brejk oriġinali

    3.   Test b’dinamometru tal-inerzja

    3.1.   Tagħmir tad-dinamometru

    Għal skopijiet tal-ittestjar, id-dinamometru għandu jiġi mgħammar bil-kaliper tal-brejk jew il-brejk tar-rota oriġinali tal-vettura kkonċernata id-dinamometru għandu jkun mgħammar b’tagħmir tat-torque kostanti u tagħmir għall-irrekordjar tal-veloċità rotazzjonali, il-pressjoni tal-brejk, l-għadd ta’ revoluzzjonijiet wara li jkun beda l-ibbrejkjar, it-torque tal-brejk, il-perjodu tal-ibbrejkjar u t-temperatura tat-tanbur tal-brejk fuq bażi kontinwa.

    3.2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    3.2.1.   Il-massa tal-inerzja tad-dinamometru tal-inerzja

    Il-massa tal-inerzja tad-dinamometru tal-inerzja għandu jiġi stabbilit viċin kemm jista’ jkun, b’varjazzjoni permissibbli ta’ ±5 fil-mija, tal-valur teoretikament rikjest li jikkorrispondi ma’ dik il-parti tal-inerzja totali tal-vettura bbrejkjata mir-rota xierqa il-formula għall-iskopijiet tal-kalkolu hija kif ġej:

    I = m · rdyn 2

    Fejn:

    I

    =

    inerzja rotarja (kgm2)

    rdyn

    =

    raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajer (m);

    m

    =

    massa tat-test (parti mill-massa massima tal-vettura bbrejkjata mir-rota xierqa) kif stipulat minn dan ir-Regolament.

    3.2.1.1.   Raġġ dinamiku tad-dawrien

    Fil-kalkolu tal-massa tal-inerzja, għandu jitqies ir-raġġ dinamiku tad-dawrien (rdyn) tal-ikbar tajer awtorizzat għall-vettura (jew il-fus).

    3.2.1.2.   Massa tat-test

    Il-massa tat-test għall-kalkolu tal-massa tal-inerzja għandha tkun kif ġej:

    Formula

    mveh

    =

    massa permessa massima tal-vettura

    n

    =

    għadd ta’ fusijiet, jew l-għadd tal-fusijiet ta’ quddiem jew ta’ wara fil-każ ta’ trejler sħiħ

    3.2.2.   Il-veloċità rotazzjonali inizjali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi mal-veloċità lineari tal-vettura fi 40 jew 60 km/h (skont it-tip ta’ test) abbażi tal-medja tar-raġġi tad-dawrien dinamiku tal-ikbar u l-iżgħar tajer tad-daqsijiet awtorizzati tat-tajer.

    3.2.3.   Tibrid

    It-tibrid jista’ jsir skont il-paragrafu 3.2.3.1 jew 3.2.3.2.

    3.2.3.1.   It-test sar b’rota sħiħa skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 11, l-Appendiċi 2, il-paragrafu 3.2.2.

    Fir-rigward tat-testijiet tat-Tip I u t-Tip III, it-tibrid bl-arja f’veloċità u d-direzzjoni tal-fluss tal-arja li jissimulaw il-kundizzjonijiet ta’ vera jistgħu jintużaw fil-provi bis-sħana, fejn il-veloċità tal-arja tkun

    vAir = 0,33 v

    Fejn:

    v

    =

    veloċità tat-test bil-vettura fl-inizjazzjoni tal-ibbrejkjar.

    Fil-każijiet l-oħra, l-arja tat-tibrid mhijiex restritta.

    It-temperatura tal-arja tat-tibrid għandha tkun it-temperatura ambjentali.

    3.2.3.2.   It-test sar mingħajr rimm.

    Fir-rigward tat-testijiet tat-Tip I u t-Tip III waqt il-provi bis-sħana mhux permess it-tibrid.

    Fil-każijiet l-oħra, l-arja tat-tibrid mhijiex restritta.

    3.2.4.   Tħejjija tal-brejk

    3.2.4.1.   Il-brejkijiet bid-diska

    Dan it-test isir b’diska ġdida b’assemblaġġi ġodda tal-firrodu tal-brejk li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13 jew 90 (fil-kundizzjoni kif immuntat fuq il-vettura, eż. bil-griż protettiv imneħħija).

    3.2.4.2.   Brejkijiet tat-tanbur

    It-test isir b’tanbur ġdid b’assemblaġġi tal-firrodu ġodda li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-test skont ir-Regolament Nru 13 jew 90 (jekk applikabbli, il-griż protettiv imneħħi).

    Il-ħdim tal-firrodu biex jinkiseb firrodu tajjeb għall-kuntatt mat-tanbur huwa permissibbli.

    3.3.   Test tar-rendiment tad-dinamometru alternattivi

    Tabella A12/3.3.

    1.

    Bedding-in kiesaħ (cold burnishing)

    100 (diska) jew 200 (tanbur) applikazzjoni tal-brejk

    Ti

    =

    150 °C (diska) jew 100 °C (tanbur)

    vi

    =

    60 km/h

    dm

    =

    1 u 2 m/s2 alternanti

    2.

    Karatteristiċi dinamiċi tal-frizzjoni, ara l-paragrafu 3.5.1 ta’ dan l-Anness

    3.

    Bedding-in jaħraq (Hot burnishing)

    Agħmel 30 applikazzjoni ta’ waqfiet konsekuttivi b’v1 = 60 km/h u v2 = 30 km/h b’ħin ta’ ċiklu ta’ 60 s li jibda b’temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fl-ewwel applikazzjoni id-deċellerazzjoni tal-ewwel applikazzjoni għandha tkun kostantement 3 m/s2. Mit-tieni sal-aħħar applikazzjoni, il-pressjoni għandha tkun kostanti u ekwivalenti sal-medja tal-ewwel applikazzjoni.

    4.

    Re-burnishing:

    30 applikazzjoni tal-brejk

    Ti

    =

    150 °C (diska) jew 100 °C (tanbur)

    vi

    =

    60 km/h,

    dm

    =

    1 u 2 m/s2 alternanti

    5.

    Test tal-brejk tat-Tip 0, ara l-paragrafu 3.4.1 ta’ dan l-Anness

    6.

    It-test tal-brejk tat-Tip I (fil-każ ta’ O2/O3), ara l-paragrafu 3.4.2 ta’ dan l-Anness

    7.

    Re-burnishing: (bħall-punt 4)

    8.

    Test tal-brejk tat-Tip 0, ara l-paragrafu 3.4.1 ta’ dan l-Anness

    9.

    It-test tal-brejk tat-Tip II (fil-każ ta’ O4), ara l-paragrafu 3.4.2 ta’ dan l-Anness

    10.

    Re-burnishing: (bħall-punt 4)

    3.4.   Sistema ta’ bbrejkjar tas-servizz

    3.4.1.   Testijiet tal-brejkijiet tat-Tip 0, vettura mgħobbija

    Dan it-test għandu jsir b’mod analogu għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.4.4.

    3.4.2.   Testijiet tal-brejk tat-Tip I

    Dan it-test għandu jsir b’mod analogu għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.5.2.

    Fit-tmiem tat-test tal-brejkijiet tat-Tip I, il-prestazzjoni meta l-brejkijiet ikunu jaħarqu għandha tiġi sodisfatta skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.5.3.

    3.4.3.   Test tat-brejk tat-Tip III

    Dan it-test għandu jsir b’mod analogu għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 13, l-Anness 4, il-paragrafu 1.7.

    3.5.   Ittestjar tal-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi (isir test ta’ tqabbil fuq il-brejk tar-rota individwali)

    3.5.1.   Dan it-test għandu jsir skont ir-Regolament Nru 13, l-Anness 19, il-paragrafi 4.4.3.1 sa 4.4.3.4.

    3.5.2.   It-test tal-brejk deskritt fil-paragrafu 3.5.1 għandu jsir ukoll bid-diska/tanbur tal-brejk oriġinali.

    3.5.3.   Il-karatteristiċi frizzjonali dinamiċi fil-pass 2 tal-proċedura tad-diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni jistgħu jitqiesu simili għal dawk tad-diska/tanbur tal-brejk oriġinali, sakemm il-valuri miksuba f’rabta mad-deċellerazzjoni medja żviluppata kompletament fl-istess pressjonijiet jew forzi tal-kontroll fir-reġjun taż-2/3 ta’ fuq tal-kurva ġġenerata ma jiddevjawx b’iktar minn ± 8 fil-mija jew ± 0,4 m/s2 minn dawk tad-diska/tanbur tal-brejk oriġinali

    4.   Testijiet tal-integrità b’dinamometru tal-inerzja

    It-testijiet isiru skont il-paragrafu 4.1 (diska) jew 4.2 (tanbur).

    Test wieħed kull grupp tat-testijiet huwa meħtieġ sakemm il-part ta’ sostituzzjoni ma tiksibx l-għadd rikjest ta’ ċikli qabel il-ħsara jew falliment (ara l-paragrafu 4.1.1.1.3 jew 4.1.1.2.3 ta’ dan l-Anness).

    Il-brejk għandu jiġi installat fuq id-dinamometru skont il-pożizzjoni tal-iffittjar tiegħu fuq il-vettura (il-brejkijiet immuntati b’mod riġidu jew dawk installati permezz ta’ fus stub huma eżenti).

    It-temperatura tad-diska tal-brejk/tanbur tal-brejk għandha titkejjel viċin kemm jista’ jkun tal-wiċċ tal-frizzjoni il-kejl tat-temperatura għandu jiġi rreġistrat u l-metodu u l-punt tal-kejl għandhom ikunu l-istess għat-testijiet kollha.

    Jekk tintuża l-arja għat-tibrid waqt applikazzjoni tal-brejk jew bejn l-applikazzjonijiet tal-brejk f’ċiklu tal-ibbrejkjar wieħed, il-veloċità tal-fluss tal-arja mal-brejk għandha tkun limitata għal:

    vair = 0,33 v

    Fejn:

    v

    =

    veloċità tat-test bil-vettura fl-inizjazzjoni tal-ibbrejkjar.

    Fil-każijiet l-oħra, l-arja tat-tibrid mhijiex restritta.

    It-temperatura tal-arja tat-tibrid għandha tkun it-temperatura ambjentali.

    4.1.   Diski tal-brejk

    4.1.1.   Test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk

    Dan it-test isir b’diska ġdida b’assemblaġġi ġodda tal-firrodu tal-brejk li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13 jew 90 (fil-kundizzjoni kif immuntat fuq il-vettura, eż. bil-griż protettiv imneħħija).

    4.1.1.1.   Vetturi tal-kategoriji O1 u O2

    4.1.1.1.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    Il-massa tal-inerzja tad-dinanometru tal-inerzja għandha tiġi determinata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3.2.1, 3.2.1.1 u 3.2.1.2 tal-Anness 12.

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għall-veloċità tat-test lineari tal-vettura bbażatafuq il-medju tal-ikbar u l-iżgħar raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajers awtorizzat għal dik il-vettura.

    4.1.1.1.2.   Il-programm tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    Tabella A12/4.1.1.1.2.

    Dispożizzjoni tat-Test

    Test tal-għeja termali:

    Il-kategoriji tal-vetturi

    O1, O2

    Tip ta’ bbrejkjar

    Applikazzjonijiet sekwenzjali tal-brejkijiet

    Intervall tal-ibbrejkjar interval (= ttotal)

    70 s

    Numru ta’ applikazzjonijiet tal-brejk kull ċiklu

    2

    Torque tal-brejk skont a [m/s2]

    5,0

    Numru totali ta’ ċikli tal-brejk

    100 jew 150 (ara l-paragrafu 4.1.1.1.3)

    Applikazzjonijiet tal-brejk

     

    minn

    80 km/s

    sa

    20 km/s

    Temperatura inizjali tal-ewwel applikazzjoni tal-brejk f’kull ċiklu

    ≤ 100 °C

    vmax

    veloċità massima tad-disinn (skont il-firxa tal-użu);

    tbra

    perjodu ta’ bbrejkjar effettiv waqt l-applikazzjoni;

    tacc

    ħin ta’ aċċellerazzjoni minimu skont il-potenza tal-aċċellerazzjoni tal-vettura rispettiva;

    trest

    il-ħin tal-mistrieħ;

    ttotal

    Intervall tal-ibbrejkjar (tbra + tacc + trest).

    4.1.1.1.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    It-test jitqies li jkun għadda jekk isiru 150 ċiklu jew iktar mingħajr ħsara jew falliment.

    Jekk isiru inqas minn 150 ċiklu iżda iktar minn 100 ċiklu mingħajr ħsara jew falliment, allura t-test għandu jiġi ripetut fuq part ta’ sostituzzjoni ġdida f’dawn iċ-ċirkostanzi ż-żewġ testijiet għandhom jikkompletaw iktar minn 100 ċiklu mingħajr ħsara jew falliment biex dik il-part tkun għaddiet mit-test.

    Jekk isiru inqas minn 100 ċiklu qabel ma jkun hemm ħsara jew falliment, allura għandu jsir test fuq il-part oriġinali u r-riżultati għandhom jiġu mqabbla jekk il-punt meta ssir il-ħsara jew iseħħ il-falliment ma jkunx agħar mill-għadd ta’ ċikli tal-part oriġinali -10 fil-mija, allura jitqies li jkun għadda t-test.

    Il-ħsara f’dan il-kuntest tfisser:

    (a)

    Xquq radjali fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jkunu itwal minn 2/3 tal-għoli radjali tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (b)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jilħqu d-dijametru intern jew estern tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (c)

    Xquq minn naħa għall-oħra ta’ kull ċirku ta’ frizzjoni;

    (d)

    Kull tip ta’ ħsara strutturali jew xquq fi kwalunkwe żona barra mill-wiċċ tal-frizzjoni.

    4.1.1.2.   Vetturi tal-kategoriji O3 u O4

    4.1.1.2.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    4.1.1.2.1.1.   Vetturi b’massa permissibbli massima > 7,5 t

    Permezz tal-programm tat-Test li ġej, id-diski tal-brejkijiet jiġu ttestjati bħala komponenti tas-sistema tal-ibbrejkjar. Ma jimitax il-kundizzjonijiet veri tas-sewqan iżda mifhum li huwa purament test tal-komponent il-parametri elenkati hawn taħt fit-Tabella A12/4.1.1.2.1.1 ikopru l-brejkijiet li preżentement jintużaw bħala regola fuq vetturi b’massa massima permessa ta’ > 7,5 t.

    Table A12/4.1.1.2.1.1.

    Dijametru estern tad-diska

    Parametru tat-test

    Parametru tat-test

    Eżempju tat-tagħmir

    Massa tat-test

    [kg]

    rdyn [m]

    “Daqs tal-brejk ”/l-iżgħar daqs possibbli tar-rimm

    320-350

    3 100

    0,386

    17,5 ″

    351-390

    4 500

    0,445

    19,5 ″

    391-440

    5 300

    0,527

    22,5 ″

    > 440 (*)

     (*)

     (*)

    Il-massa tal-inerzja tad-dinamometru tal-inerzja għandha tiġi ddeterminata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3.2.1 tal-Anness 12 flimkien mal-parametri speċifikati fit-tabella t’hawn fuq (il-massa tat-test u rdyn).

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi mal-veloċità lineari tat-test bil-vettura bbażata fuq ir-raġġi dinamiċi tad-dawrien tat-tajer speċifikat fit-Tabella A12/4.1.1.2.1.1.

    4.1.1.2.1.2.   Vetturi b’massa permissibbli massima > 3,5 t u ≤ 7,5 t

    Fir-rigward ta’ vetturi b’massa permessa massima ta’ > 3,5 t u ≤ 7,5 t li għalihom ma japplikawx il-parametri elenkati fit-Tabella A12/4.1.1.2.1.1, il-parametri tat-test għandhom jintgħażlu b’tali mod li jkun kopert l-agħar xenarju li kien il-bażi tal-firxa tal-użu tad-diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni (il-massa massima permessa tal-vettura, id-daqs massimu tat-tagħmir tat-tajer).

    Il-massa tal-inerzja tad-dinanometru tal-inerzja għandha tiġi determinata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3.2.1, 3.2.1.1 u 3.2.1.2 tal-Anness 12.

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għall-veloċità tat-test lineari tal-vettura bbażata fuq il-medja tal-ikbar u l-iżgħar raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajers awtorizzati għal dik il-vettura.

    4.1.1.2.2.   Il-programm tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    Tabella A12/4.1.1.2.2.

    Proċedura “Bedding-in”

    100 applikazzjoni tal-brejk

    Veloċità inizjali: 60 km/s

    Veloċità finali: 30 km/s

    dm talterna bejn 1 m/s2 u 2 m/s2

    Temperatura inizjali: ≤ 300 °C (tibda mit-temperatura ambjentali)

    1

    ibbrejkjar ikkundizzjonat

    10 applikazzjonijiet tal-brejk minn 60 sa 30 km/h

    dm talterna bejn 1 m/s2 u 2 m/s2

    Temperatura inizjali: ≤ 250 °C

    2

    ibbrejkjar minn veloċità għolja

    2 applikazzjonijiet tal-brejk minn 130 sa 80 km/h

    dm = 3 m/s2

    Temperatura inizjali: ≤ 100 °C

    3

    ibbrejkjar ikkundizzjonat

    Ara l-istadju tat-test 1

    4

    ibbrejkjar minn veloċità għolja

    Ara l-istadju tat-test 2

    5

    ibbrejkjar ikkundizzjonat

    Ara l-istadju tat-test 1

    6

    ibbrejkjar kontinwu (1)

    5 applikazzjoni tal-brejk

    f’veloċità kostanti ta’: 85 km/s

    Torque li jiddeċellera korrispondenti għal 0,5 m/s2

    Perjodu tal-ibbrejkjar 60 s

    Temperatura inizjali: ≤ 80 °C

    7

    ibbrejkjar ikkundizzjonat

    ara l-istadju tat-test 1

    8

    ibbrejkjar kontinwu (2)

    5 applikazzjoni tal-brejk

    f’veloċità kostanti ta’: 85 km/s

    Torque li jiddeċellera korrispondenti għal 1,0 m/s2

    Perjodu tal-ibbrejkjar 40 s

    Temperatura inizjali: ≤ 80 °C

    9

    irrepeti l-istadji tat-test 1 sa 8:

    9 jew 14-il darba (liema minnhom ikun applikabbli) — ara l-paragrafu 4.1.1.2.3.

    dm deċellerazzjoni medja marbuta mad-distanza.

    4.1.1.2.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tal-għeja termali tad-diska tal-brejk)

    It-test jitqies li jkun għadda jekk isiru 15-il ċiklu jew iktar mingħajr ħsara jew falliment.

    Jekk isiru inqas minn 15-il ċiklu iżda iktar minn 10 ċikli mingħajr ħsara jew falliment, allura t-test għandu jiġi ripetut fuq part ta’ sostituzzjoni ġdida f’dawn iċ-ċirkostanzi ż-żewġ testijiet għandhom jikkompletaw iktar minn 10 ċiklu mingħajr ħsara jew falliment biex dik il-part tkun għaddiet mit-test.

    Jekk isiru inqas minn 10 ċikli qabel ma jkun hemm ħsara jew falliment, allura għandu jsir test fuq il-part oriġinali u r-riżultati għandhom jiġu mqabbla jekk il-punt meta ssir il-ħsara jew iseħħ il-falliment ma jkunx agħar mill-għadd ta’ ċikli tal-part oriġinali, allura jitqies li jkun għadda t-test.

    Il-ħsara f’dan il-kuntest tfisser:

    (a)

    Xquq radjali fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jkunu itwal minn 2/3 tal-għoli radjali tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (b)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jilħqu d-dijametru intern jew estern tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (c)

    Xquq minn naħa għall-oħra ta’ kull ċirku ta’ frizzjoni;

    (d)

    Kull tip ta’ ħsara strutturali jew xquq fi kwalunkwe żona barra mill-wiċċ tal-frizzjoni.

    4.1.2.   It-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk

    It-test tat-tagħbija kbira għandu jsir fuq l-istess kampjuni tat-test wara li jsir it-test tad-dinamometru alternattiv (ara l-paragrafu 3.3 ta’ dan l-Anness).

    4.1.2.1.   Vetturi tal-kategoriji O1 u O2

    Mhux applikabbli.

    4.1.2.2.   Vetturi tal-kategoriji O3 u O4

    4.1.2.2.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk)

    Ara l-paragrafu 4.1.1.2.1

    4.1.2.2.2.   Il-programm tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk)

    Isiru 500 applikazzjoni tal-brejk minn veloċità ta’ 50 km/h sa 10 km/h b’torque tal-brejk ta’ 90 fil-mija tat-torque tal-brejk massimu speċifikat mill-applikant.

    Temperatura inizjali: ≤ 200 °C

    4.1.2.2.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tad-diska tal-brejk)

    It-test jitqies lil jkun għadda jekk id-diska tal-brejk ma jkollhiex sinjali ta’ qsim wara 500 applikazzjoni tal-brejk.

    4.2.   Tnabar tal-brejk

    4.2.1.   Test tal-għeja termali tat-tanbur tal-brejk

    It-test isir b’tanbur ġdid b’assemblaġġi tal-firrodu ġodda li jkunu ngħataw approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13, 13-H jew 90 (jekk applikabbli, il-griż protettiv imneħħi).

    Il-ħdim tal-firrodu biex jinkiseb firrodu tajjeb għall-kuntatt mat-tanbur huwa permissibbli.

    4.2.1.1.   Vetturi tal-kategoriji O1 u O2

    4.2.1.1.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tal-għeja termali tal-brejk għamla ta’ tanbur)

    4.2.1.1.1.1.   Vetturi b’tagħbija tal-fus permissibbli massima ≤ 1 200 kg

    Mhux applikabbli.

    4.2.1.1.1.2.   Vetturi b’tagħbija tal-fus permissibbli massima > 1 200 kg

    Il-massa tal-inerzja tad-dinanometru tal-inerzja għandha tiġi determinata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3.2.1, 3.2.1.1 u 3.2.1.2 tal-Anness 12.

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għall-veloċità tat-test lineari tal-vettura bbażatafuq il-medju tal-ikbar u l-iżgħar raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajers awtorizzat għal dik il-vettura.

    4.2.1.1.2.   Il-programm tat-test (it-test tal-għeja termali tal-brejk għamla ta’ tanbur)

    Tabella A12/4.2.1.1.2.

    Dispożizzjoni tat-Test

    Test tal-għeja termali:

    Tip ta’ bbrejkjar

    Applikazzjonijiet sekwenzjali tal-brejkijiet

    Numru ta’ għafsiet tal-brejk

    250 jew 300 (liema minnhom ikun applikabbli) — ara 4.2.1.1.3.

    NB: It-test jiġi interrot meta jitfaċċa xaqq min-naħa għall-oħra.

    It-torque tal-brejk għandu jipproduċi deċellerazzjoni ta’

    3,0  m/s2

    Applikazzjonijiet tal-brejk

     

    minn

    130

    sa

    80 km/s

    It-temperatura inizjali ta’ kull applikazzjoni tal-brejk

    ≤ 50 °C

    It-tibrid skont 3.2.3

    permess

    4.2.1.1.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tal-għeja termali tal-brejk għamla ta’ tanbur)

    It-test jitqies li jkun għadda jekk isiru 450 applikazzjoni tal-brejk jew iktar mingħajr ħsara jew falliment.

    Jekk isiru inqas minn 450 applikazzjoni tal-brejk iżda iktar minn 300 applikazzjoni tal-brejk mingħajr ħsara jew falliment, allura s-Servizz Tekniku għandu jirrepeti t-test fuq part ta’ sostituzzjoni ġdida f’dawn iċ-ċirkostanzi ż-żewġ testijiet għandhom jikkompletaw iktar minn 300 applikazzjoni tal-brejk mingħajr ħsara jew falliment biex dik il-part tkun għaddiet mit-test.

    Jekk isiru inqas minn 300 applikazzjoni tal-brejk qabel ma jkun hemm ħsara jew falliment, allura t-test għandu jsir ufq il-part oriġinali u r-riżultati għandhom jitqabblu — jekk il-punt meta jkun hemm ħsara jew falliment ma jkunx agħar minn dak tal-oriġinali allura t-test jitqies li għadda.

    Il-ħsara f’dan il-kuntest tfisser:

    (a)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jkunu itwal minn 2/3 tal-wisa’ assjali tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (b)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jilħqu t-tarf estern assjali tat-tanbur;

    (c)

    Xquq minn naħa għall-oħra tat-tanbur;

    (d)

    Kull tip ta’ ħsara strutturali jew xquq fi kwalunkwe żona barra mill-wiċċ tal-frizzjoni.

    4.2.1.2.   Vetturi tal-kategoriji O3 u O4

    4.2.1.2.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tal-għeja termali tal-brejk għamla ta’ tanbur)

    4.2.1.2.1.1.   Vetturi b’massa permissibbli massima > 7,5 t

    Permezz tal-programm tat-Test li ġej, it-tnabar tal-brejk jiġu ttestjati bħala komponenti tas-sistema tal-ibbrejkjar. Ma jimitax il-kundizzjonijiet veri tas-sewqan iżda mifhum li huwa purament test tal-komponent il-parametri elenkati hawn taħt fit-Tabella A12/4.2.1.2.1.1 ikopru l-brejkijiet li preżentement jintużaw bħala regola fuq vetturi b’massa massima permessa ta’ > 7,5 t.

    Tabella A12/4.2.1.2.1.1.

    Diametru intern tat-tanbur

    [mm]

    wisa’ tal-firrodu

    Dijametru tipiku tar-rimm

    < 130 mm

    130-190 mm

    > 190 mm

    Massa tat-test

    [kg]

    Raġġ tat-tajer

    [m]

    Massa tat-test

    [kg]

    Raġġ tat-tajer

    [m]

    Massa tat-test

    [kg]

    Raġġ tat-tajer

    [m]

    < 330

    2 750

    0,402

    3 200

    0,390

    5 500

    0,402

    17,5 ″

    330-390

     (**)

     (**)

    3 400

    0,480

    5 500

    0,516

    19,5 ″

    391-430

    3 400

    0,510

    4 500

    0,527

    5 500

    0,543

    22,5 ″

    > 430

     (**)

     (**)

     (**)

     (**)

     (**)

     (**)

    Il-massa tal-inerzja tad-dinamometru tal-inerzja għandha tiġi ddeterminata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3.2.1 tal-Anness 12 flimkien mal-parametri speċifikati fit-tabella t’hawn fuq (il-massa tat-test u rdyn).

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi mal-veloċità lineari tat-test tal-vettura bbażata fuq ir-raġġi dinamiċi tad-dawrien tat-tajer speċifikat fit-Tabella A12/4.2.1.2.1.1.

    4.2.1.2.1.2.   Vetturi b’massa permissibbli massima > 3,5 t u ≤ 7,5 t

    Fir-rigward ta’ vetturi b’massa permessa massima ta’ > 3,5 t u ≤ 7,5 t li għalihom ma japplikawx il-parametri elenkati fit-Tabella A12/4.1.1.2.1.1, il-parametri tat-test għandhom jintgħażlu b’tali mod li jkun kopert l-agħar xenarju li kien il-bażi tal-firxa tal-użu tad-diska tal-brejk ta’ sostituzzjoni (il-massa massima permessa tal-vettura, id-daqs massimu tat-tagħmir tat-tajer).

    Il-massa tal-inerzja tad-dinanometru għandha tiġi determinata skont ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3.2.1, 3.2.1.1 u 3.2.1.2 tal-Anness 12.

    Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għall-veloċità tat-test lineari tal-vettura bbażatafuq il-medju tal-ikbar u l-iżgħar raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajers awtorizzat għal dik il-vettura.

    4.2.1.2.2.   Il-programm tat-test (it-test tal-għeja termali tal-brejk għamla ta’ tanbur)

    Tabella A12/4.2.1.2.2.

    Dispożizzjoni tat-Test

    Test tal-għeja termali:

    Tip ta’ bbrejkjar

    Applikazzjonijiet sekwenzjali tal-brejkijiet

    Numru ta’ għafsiet tal-brejk

    250 jew 300 (liema minnhom ikun applikabbli) — ara 4.2.1.2.3.

    NB: It-test jiġi interrot meta jitfaċċa xaqq min-naħa għall-oħra.

    It-torque tal-brejk għandu jipproduċi deċellerazzjoni ta’

    3,0  m/s2

    Applikazzjonijiet tal-brejk

     

    minn

    130

    sa

    80 km/s

    It-temperatura inizjali ta’ kull applikazzjoni tal-brejk

    ≤ 50 °C

    It-tibrid skont il-paragrafu 3.2.3.

    permess

    4.2.1.2.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tal-għeja termali tal-brejk għamla ta’ tanbur)

    It-test jitqies li jkun għadda jekk isiru 300 applikazzjoni tal-brejk jew iktar mingħajr ħsara jew falliment.

    Jekk isiru inqas minn 300 applikazzjoni tal-brejk iżda iktar minn 250 applikazzjoni tal-brejk mingħajr ħsara jew falliment, allura s-Servizz Tekniku għandu jirrepeti t-test fuq part ta’ sostituzzjoni ġdida f’dawn iċ-ċirkostanzi ż-żewġ testijiet għandhom jikkompletaw iktar minn 250 applikazzjoni tal-brejk mingħajr ħsara jew falliment biex dik il-part tkun għaddiet mit-test.

    Jekk isiru inqas minn 250 applikazzjoni tal-brejk qabel ma jkun hemm ħsara jew falliment, allura t-test għandu jsir ufq il-part oriġinali u r-riżultati għandhom jitqabblu — jekk il-punt meta jkun hemm ħsara jew falliment ma jkunx agħar minn dak tal-oriġinali allura t-test jitqies li għadda.

    Il-ħsara f’dan il-kuntest tfisser:

    (a)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jkunu itwal minn 2/3 tal-wisa’ assjali tal-wiċċ tal-frizzjoni;

    (b)

    Xquq fuq il-wiċċ tal-frizzjoni li jilħqu t-tarf estern assjali tat-tanbur;

    (c)

    Xquq minn naħa għall-oħra tat-tanbur;

    (d)

    Kull tip ta’ ħsara strutturali jew xquq fi kwalunkwe żona barra mill-wiċċ tal-frizzjoni.

    4.2.2.   It-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk

    It-test tat-tagħbija kbira għandu jsir fuq l-istess kampjuni tat-test wara li jsir it-test tad-dinamometru alternattiv (ara l-paragrafu 3.3 ta’ dan l-Anness).

    4.2.2.1.   Vetturi tal-kategoriji O1 u O2

    4.2.2.1.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    Ara l-paragrafu 4.2.1.1.1 t’hawn fuq.

    4.2.2.1.2.   Il-programm tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    Ara l-paragrafu 4.2.2.2.2 t’hawn fuq.

    4.2.2.1.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    Ara l-paragrafu 4.2.2.2.3 t’hawn fuq.

    4.2.2.2.   Vetturi tal-kategoriji O3 u O4

    4.2.2.2.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    Ara l-paragrafu 4.2.1.2.1 t’hawn fuq.

    4.2.2.2.2.   Il-programm tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    Tabella A12/4.2.2.2.2.

    Dispożizzjoni tat-Test

    Test tat-tagħbija kbira

    Tip ta’ bbrejkjar

    Ibbrejkar sal-waqfien komplet

    Numru totali ta’ applikazzjonijiet tal-brejk

    150

    Temperatura inizjali tat-tanbur tal-brejkijiet kull darba li jitħaddem il-brejk

    ≤ 100 °C

    Applikazzjonijiet tal-brejk

     

    minn

    60 km/s

    sa

    0 km/s

    It-torque tal-brejk għandu jipproduċi deċellerazzjoni ta’

    6  m/s2

    Tibrid (ukoll devjazzjoni mill-paragrafu 3.2.3)

    permess

    4.2.2.2.3.   Ir-riżultat tat-test (it-test tat-tagħbija kbira tat-tanbur tal-brejk)

    Ir-riżultat tat-test ikun pożittiv bil-kundizzjoni li t-tanbur tal-brejk ma jinqasamx.


    (*)  Il-massa tat-test u raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajer għandhom jinftiehmu bejn l-applikant u s-Servizz Tekniku.

    (**)  Il-massa tat-test u raġġ dinamiku tad-dawrien tat-tajer għandhom jinftiehmu bejn l-applikant u s-Servizz Tekniku.


    ANNESS 13

    MUDELL TAR-RAPPORT TAT-TEST GĦAL DISKA/TANBUR TAL-BREJK TA’ SOSTITUZZJONI

    Rapport tat-Test Nru … dwar l-approvazzjoni ta’ diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni skont ir-Regolament Nru 90

    1.   Deskrizzjoni teknika ġenerali ta’ diska/tanbur tal-brejk ta’ sostituzzjoni (1)

    1.1.   Applikant (isem u indirizz): …

    1.2.   Manifattur (isem u indirizz): …

    1.3.   Isem kummerċjali: …

    1.4.   Kategorija tad-diska/tanbur ta’ sostituzzjoni: Oriġinali/Identiku/Ekwivalenti/Interkambjabbli (1)

    1.5.   Tip ta’ diska/tanbur (1): …

    1.6.   Marki:

     

    Identifikazzjoni

    Fejn tinsab il-marka

    Metodu ta’ applikazzjoni tal-marki

    Isem il-manifattur jew id-ditta:

     

     

     

    Numru tal-approvazzjoni

    E2-90R02 Cxxxx/yyyy

     

     

     

    xxxx => Nru tat-Tip

    yyyy => Nru tal-Varjant

    Indikazzjoni għat-traċċabilità

     

     

     

    Ħxuna minima (diska)/dijametru massimu ta’ ġewwa (tanbur) (1)

     

     

     

    1.7.   Materjal

    1.7.1.   Grupp tal-materjal: …

    1.7.2.   Sottogrupp tal-materjal (2): …

    1.8.   Firxa tal-applikazzjoni

    B'mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

    Part

    Part ta’ sostituzzjoni

    Part oriġinali

    Varjant

    numru tal-part

    numru tal-part

    kodiċi tal-identifikazzjoni

     

     

     

     


    Vettura motorizzata (2)

    Għamla

    Tip ta’ vettura

    Isem kummerċjali

    Piż gross massimu

    Veloċità massima

    Sena tal-manifattura

     

     

     

     

     

     


    Fus għat-trejlers (2)

    Għamla

    Tip ta’ fus

    Isem kummerċjali

    Piż massimu li jiflaħ il-fus

    Firxa tar-raġġ dinamiku tat-tajer

    (l-ikbar/l-iżgħar)

     

     

     

     

     

     

     


    Brejk

    Pożizzjoni

    Kaliper (2)

    Dimensjonijiet

    Tip ta’ kostruzzjoni

    Quddiem

    Wara

     

     

     

     

     

    1.9.   Informazzjoni addizzjonali (2)

    2.   Gruppi tat-testijiet

    2.1.   Dimensjonijiet għal kull grupp tat-testijiet

    2.1.1.   Dijametri esterni (diska)/interni (tanbur) (1): …

    2.1.2.   Ħxuna (diska)/Wisa' tax-xu (tanbur) (1): …

    2.2.   L-ogħla proporzjon ta’ enerġija kinetika għal kull grupp tat-testijiet skont il-paragrafu 5.3.6 tar-Regolament Nru 90

    Formula

    2.3.   Materjal tad-diska/tanbur (1) għal kull grupp tat-testijiet: …

    3.   Dejta teknika dwar it-testijiet għal kull grupp tat-testijiet

    3.1.   Test bil-vettura

    3.1.1.   Data tal-vettura tat-test

    3.1.1.1.   Kategorija tal-vettura: …

    3.1.1.2.   Manifattur tal-vettura: …

    3.1.1.3.   Għamla tal-vettura:…

    3.1.1.4.   Tip tal-vettura u l-isem kummerċjali: …

    3.1.1.5.   In-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura: …

    3.1.1.6.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura: …

    3.1.1.7.   Il-potenza tal magna tal-vettura: …

    3.1.1.8.   Veloċità:

    Il-veloċità massima tal-vettura vmax: …

    3.1.1.9.   Tajers: …

    3.1.1.10.   Il-konfigurazzjoni/tqassim taċ-ċirkwit tal-brejkijiet: …

    3.1.1.11.   Il-mases tat-test

    Fus 1: …

    Fus 2: …

    Fus: …

    3.1.1.12.   Brejk:

    3.1.1.12.1.   Kampjun tat-test ta’ diska tal-brejk/tanbur tal-brejk (1):

    Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-part oriġinali ta’ sotituzzjoni: …

    Grupp tat-testijiet: …

    Numru tal-part: …

    Massa tal-part ta’ sostituzzjoni: …

    Id-dijametru estern tad-diska/Id-dijametru intern tat-tanbjur (1): …

    Raġġ re, effettiv: …

    Il-wisa' tal-wiċċ tal-frizzjoni: …

    Ħxuna (nominali) tad-diska/wisa' esterna tat-tanbur (1): …

    3.1.1.12.2.   Kaliper tal-brejkijiet/mekkaniżmu tat-tanbur tal-brejkijiet (1)

    Il-manifattur: …

    Tip: …

    Varjant: …

    Numru tal-part: …

    It-tip tal-kostruzzjoni: …

    Torque massimu teknikament permissibbli Cmax,e fil-lieva tal-brejk (pnewmatiċi)/Pressjoni tal-linja (pmax,e) (idrawliċi) (1): …

    Limitu tat-torque C0,e (pnewmatiċi)/Pressjoni tal-linja (idrawliċi) (1): …

    Proporzjon le/ee (pnewmatiku)/Dijametru tal-pistun (idrawliku) (1): …/…

    Torque massimu tal-brejkijiet: …

    3.1.1.12.3.   Pedd tal-brejkijet/Firrodu tal-brejkijiet (1)

    Il-manifattur: …

    Għamla: …

    Tip: …

    Numru tal-approvazzjoni (2): …

    Identifikazzjoni (eż. numru tal-part): …

    Superfiċje effettiva: …

    3.1.2.   Tagħmir tal-ittestjar

    3.1.2.1.   Deċellerazzjoni: …

    3.1.2.2.   Pressjoni: …

    3.1.2.3.   Veloċità: …

    3.1.2.4.   Temperatura tat-tanbur/diska: …

    3.1.3.   Il-korsa tat-testijiet:

    3.1.3.1.   Post: …

    3.1.3.2.   Wiċċ tal-art: …

    3.1.3.3.   Kundizzjoni (eż. xott/imxarrab): …

    3.2.   Test tad-dinamometru

    3.2.1.   Dejta tal-ittestjar

    3.2.1.1.   Kategorija tal-vettura: …

    3.2.1.2.   Raġġ dinamiku tad-dawrien

    Raġġ dinamiku tad-dawrien RIner għall-kalkolu tal-inerzja:

    fir-rigward tal-paragrafu 3.2.1 tal-Anness 11/12 …

    Raġġ dinamiku tad-dawrien Rveh fir-rigward tal-paragrafu 3.2.2 tal-Anness 11/12: …

    3.2.1.3.   Mases u inerzja

    Il-massa massima permissibbli tal-vettura: …

    Valur X (fus ta’ quddiem): …

    Valur Y (fus ta’ wara): …

    Massa tat-test m: …

    Inerzja tat-test IAdj: …

    3.2.1.4.   Tibrid …

    3.2.1.4.1.   Veloċità tal-arja tat-tibri waqt it-Tip I, it-Tip II u/jew it-Tip III (1)

    3.2.1.4.2.   Il-veloċità tal-arja tat-tibrid f'każijiet oħra:

    3.2.1.5.   Veloċità

    Veloċità massima vmax: …

    3.2.1.6.   L-apparat ta’ attwazzjoni

    Il-manifattur: …

    Għamla: …

    Tip: …

    Varjant: …

    Erja effettiva (idrawlika)/ThA — formola (pnewmatika) (1): …

    3.2.1.7.   Brejk

    3.2.1.7.1.   Kampjun tat-test ta’ diska tal-brejkijiet/tanbur tal-brejkijiet (1)

    Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-part oriġinali ta’ sotituzzjoni: …

    Grupp tat-testijiet: …

    Numru tal-part: …

    Massa tal-part ta’ sostituzzjoni: …

    Id-dijametru estern tad-diska/id-dijametru intern tat-tanbjur (1): …

    Raġġ re, effettiv: …

    Il-wisa' tal-wiċċ tal-frizzjoni: …

    Ħxuna (nominali) tad-diska/wisa' esterna tat-tanbur (1): …

    3.2.1.7.2.   Kaliper tal-brejkijiet/mekkaniżmu tat-tanbur tal-brejkijiet (1)

    Il-manifattur: …

    Tip: …

    Varjant: …

    It-tip tal-kostruzzjoni: …

    Torque massimu teknikament permissibbli Cmax,e fil-lieva tal-brejk (pnewmatiku)/Pressjoni tal-linja (pmax,e) (idrawlika) (1): …

    Limitu tat-torque C0,e (pnewmatiku)/Pressjoni tal-linja (idrawliku) (1): …

    Proporzjonil e/ee (pnewmatiku)/Dijametru tal-pistun (idrawliku) (1): …/…

    Torque massimu tal-brejkijiet: …

    Nru tal-identifikazzjoni: …

    3.2.1.7.3.   Pedd tal-brejkijet/Firrodu tal-brejkijiet (1)

    Il-manifattur: …

    Għamla: …

    Tip: …

    Numru tal-approvazzjoni (2): …

    Identifikazzjoni: …

    Wisa' be: …

    Ħxuna de: …

    Wiċċ, effettiv: …

    Metodu tat-twaħħil: …

    4.   Rekord tar-riżultati tat-testijiet

    4.1.   Kontrolli ġeometriċi: …

    Nru tat-tpinġija u livell tal-ħruġ: …

    4.2.   Kontroll tal-materjal: …

    4.3.   Kontroll tad-dispożizzjonijiet tal-ibbilanċjar: …

    4.4.   Kontroll tal-kundizzjoni tal-marki bl-użu: …

    4.5.   Test bil-vettura/Test tad-dinamometru alternattiv (1):

    4.5.1.   Prestazzjoni tal-brejkijiet

    4.5.1.1.   Prestazzjoni tal-brejkijiet tas-servizz fil-każ tal-kategoriji M, N (2)

     

    0

    mhux konness (2)

    0

    konness

    I

    Nru tal-kampjun

     

     

     

     

    l-Anness 11, paragrafu:

    2.2.1/3.4.1 (1)

    2.2.2/3.4.4 (1)

    2.2.3/3.4.2 (1)

     

    Il-veloċità tat-test

     

     

     

     

     

    Inizjali

    km/h

     

     

     

     

    Finali

    km/h

     

     

     

     

    Pressjoni tal-kompartiment tal-brejk pe

    kPa

     

     

     

     

    Għadd ta’ applikazzjonijiet

     

     

     

     

    Tul taċ-ċiklu wieħed ta’ bbrejkjar

    s

     

     

     

     

    Forza tal-brejkijiet 0,5 · Te

    daN

     

     

     

     

    Proporzjon tal-ibbrejkjar 0,5 · Te/9,81 · m

    (m = Massa tat-test)

     

     

     

     

    Strowk tal-kompartiment tal-brejk se

    mm

     

     

     

     

    Limitu tat-torque fil-lieva tal-brejk

     

     

     

     

     

    Ce

    Nm

    C0,e

    Nm

    Free running: …

    4.5.1.2.   Prestazzjoni tal-brejkijiet tas-servizz fil-każ tal-kategoriji M2, M3, N2, N3  (2)

    Tip ta’ test

    0

    II

    Nru tal-kampjun

     

     

     

    l-Anness 11, paragrafu:

    2.2.1/3.4.1 (1)

    2.2.4/3.4.3 (1)

     

    Il-veloċità tat-test

     

     

     

     

    Pressjoni tal-kompartiment tal-brejk pe

    kPa

     

     

     

    Għadd ta’ applikazzjonijiet

     

     

     

    Tul taċ-ċiklu wieħed ta’ bbrejkjar

    s

     

     

     

    Forza tal-brejkijiet 0,5 · Te

    daN

     

     

     

    Proporzjon tal-ibbrejkjar 0,5 · Te/9,81 · m

    (m = Massa tat-test)

     

     

     

    Strowk tal-kompartiment tal-brejk se

    mm

     

     

     

    Limitu tat-torque fil-lieva tal-brejk

     

     

     

     

    Ce

    Nm

    C0,e

    Nm

    Free running: …

    4.5.1.3.   Prestazzjoni tal-brejkijiet tas-servizz fil-każ tal-kategoriji O1, O2, O3  (2)

    Tip ta’ test

    0

    I

    Nru tal-kampjun

     

     

     

    l-Anness 12, paragrafu:

    2.2.1/3.4.1 (1)

    2.2.2/3.4.2 (1)

     

    Il-veloċità tat-test

     

     

     

     

    Pressjoni tal-kompartiment tal-brejk pe

    kPa

     

     

     

    Għadd ta’ applikazzjonijiet

     

     

     

    Tul taċ-ċiklu wieħed ta’ bbrejkjar

    s

     

     

     

    Forza tal-brejkijiet 0,5Te

    daN

     

     

     

    Proporzjon tal-ibbrejkjar 0,5Te/9,81 · m

    (m = Massa tat-test)

     

     

     

    Strowk tal-kompartiment tal-brejk se

    mm

     

     

     

    Limitu tat-torque fil-lieva tal-brejk

     

     

     

     

    Ce

    Nm

    C0,e

    Nm

    Free running: …

    4.5.1.4.   Prestazzjoni tal-brejkijiet tas-servizz fil-każ tal-kategoriji O4  (2)

    Tip ta’ test

    0

    III

    Nru tal-kampjun

     

     

     

    l-Anness 12, paragrafu:

    2.2.1/3.4.1 (1)

    2.2.3/3.4.3 (1)

     

    Il-veloċità tat-test

     

     

     

     

    Inizjali

    km/h

     

     

     

    Finali

    km/h

     

     

     

    Pressjoni tal-kompartiment tal-brejk pe

    kPa

     

     

     

    Għadd ta’ applikazzjonijiet

     

     

     

    Tul taċ-ċiklu wieħed ta’ bbrejkjar

    s

     

     

     

    Forza tal-brejkijiet 0,5Te

    daN

     

     

     

    Proporzjon tal-ibbrejkjar 0,5Te/9,81 · m

    (m = Massa tat-test)

     

     

     

    Strowk tal-kompartiment tal-brejk se

    mm

     

     

     

    Limitu tat-torque fil-lieva tal-brejk

     

     

     

     

    Ce

    Nm

    C0,e

    Nm

    Free running: …

    4.5.1.5.   Prestazzjoni tal-brejk tal-ipparkjar (2): …

    4.5.1.6.   Karatteristiċi tal-frizzjoni dinamika Stampa: deċelerazzjoni vs pressjoni

    4.6.   Testijiet tal-integrità:

    4.6.1.   Test tal-għeja termali:

    Kampjun Nru

    Jiċċikla mingħajr ħsara skont

    l-Anness 11: il-paragrafi 4.1.1.1.3/4.1.1.2.3/4.2.1.2.3

    l-Anness 12: il-paragrafi 4.1.1.1.3/4.1.1.2.3/4.2.1.1.3/4.2.1.2.3 (1)

     

     

     

     

    4.6.2.   Test tat-tagħbija kbira:

    Kampjun Nru

    Jiċċikla mingħajr ħsara skont

    l-Anness 11: il-paragrafi 4.1.2.1.3./4.1.2.2.3/4.2.2.1.3/4.2.2.2.3

    l-Anness 12: il-paragrafi 4.1.2.2.3/4.2.2.1.3/4.2.2.2.3 (1)

     

     

     

     

    5.   Dokumenti tat-test

    6.   Appendiċijiet

    Appendiċi …

    7.   Data tat-Test: …

    8.   Dan it-test twettaq u r-riżultati ġew irrapportati skont ir-Regolament Nru 90 kif emendat l-aħħar bis-serje 02 ta’ emendi.

    Is-Servizz Tekniku li qed iwettaq it-test

    Firma: … Data: …


    (1)  Aqta' barra dak li ma japplikax.

    (2)  Jekk applikabbli.


    Top