Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42012X0107(04)

    L-emendi tal-2010 fir-Regolament Nru 77 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li dwar l-approvazzjoni ta’ lampi tal-ipparkjar għal vetturi bil-mutur

    ĠU L 4, 7.1.2012, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/77/oj

    7.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 4/21


    It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    L-emendi tal-2010 fir-Regolament Nru 77 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li dwar l-approvazzjoni ta’ lampi tal-ipparkjar għal vetturi bil-mutur

    Emendi fir-Regolament 77 ippubblikat fil-ĠU L 130, 28.5.2010, p. 1.

    Li jinkorporaw:

    Is-suppliment 13 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – id-Data tad-dħul fis-seħħ: id-9 ta’ Diċembru 2010

    Is-suppliment 14 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – id-Data tad-dħul fis-seħħ: is-26 ta’ Ġunju 2011

    Emendi fil-Werrej

    Il-Werrej, jiġi emendat biex jaqra:

    “…

    ANNESSI

    Anness 1 –

    Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ bozza tal-ipparkjar skont ir-Regolament Nru 77

    Anness 2 –

    Eżempji tal-arranġament ta’ marki tal-approvazzjoni

    Anness 3 –

    Angoli minimi meħtieġa għad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju

    Anness 4 –

    Pożizzjonijiet fotometriċi

    Anness 5 –

    Ir-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

    Anness 6 –

    Rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur”

    Emendi fit-test ewlieni tar-Regolament

    Jiddaħħal paragrafu 6.3.3 ġdid, li jgħid:

    “6.3.3.

    Modulu ta’ sors tad-dawl għandu jkun iddisinjat b’tali mod li irrispettivament mill-użu tal-għodda jew l-għodod, ma jista jiġi skambjat mekkanikament mal-ebda sors sostitwibbli tad-dawl li jkun approvat.”

    Il-Paragrafi minn 8 sa 8.2, jiġu emendati biex jaqraw:

    “8.   PROĊEDURA TAT-TEST

    8.1.

    Il-kejl kollu, fotometriku u kolorimetriku, għandu jsir:

    8.1.1.

    Fil-każ ta’ fanal b’sors ta’ dawl li jista’ jinbidel, jekk mhux fornut permezz ta’ ger elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl b’bozza tal-filament standard bla kulur jew bil-kulur tal-kategorija stipulata għall-apparat, bil-vultaġġ neċessarju biex jiġi prodott il-fluss tad-dawl ta’ referenza meħtieġ għal dik il-kategorija ta’ bozza tal-filament.

    8.1.2.

    Fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (bozoz tal-filament u oħrajn), f’6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament.

    8.1.3.

    Fil-każ ta’ sistema li tuża ger elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl, li jkun parti mill-fanal (*) li japplika fit-terminali ta’ dħul tal-bozza l-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur jew, jekk mhux indikat, 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament.

    8.1.4.

    Fil-każ ta’ sistema li tuża ger elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li ma jkunx parti mill-fanal, il-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur għandu jiġi applikat fit-terminali tad-dħul tal-fanal.

    8.2.

    Il-laboratorju tat-test għandu jirrikjedi mill-manifattur il-ger ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl meħtieġ biex jiġu fornuti s-sors ta’ dawl u l-funzjonijiet applikabbli.

    Jiddaħħlu paragrafi minn 8.3 sa 8.4 ġodda, li jgħidu:

    “8.3.

    Il-vultaġġ li jrid jiġi applikat lill-fanal għandu jiġi nnotat fil-formola ta’ komunikazzjoni fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    8.4.

    Għandhom jiġu ddeterminati l-limiti tal-wiċċ apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ apparat li jagħti sinjal bid-dawl.”

    Il-Paragrafu 9, jiġi emendat biex jaqra:

    “9.   KULUR TAD-DAWL MITFUGĦ

    Il-kulur tad-dawl mitfugħ fil-kamp tal-grilja tad-distribuzzjoni tad-dawl definit fil-paragrafu 2 tal-Anness 4 għandu jkun aħmar, abjad jew ambra. Għall-verifika ta’ dawn il-karatterisitċi kolorimetriċi, għandha tiġi applikata l-proċedura tal-ittestjar deskritta fil-paragrafu 8 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn dan il-kamp ma għandha tidher ebda varjazzjoni mmarkata ta’ kulur.

    Madankollu, għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (bozoz tal-filament u oħrajn), il-karatteristiċi kolorimetriċi għandhom jiġu vverifikati mas-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont is-subparagrafi rilevanti tal-Paragrafu 8.1. ta’ dan ir-Regolament.”

    Il-Paragrafu 12.2, jiġi emendat biex jaqra:

    “12.2.

    Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.”

    Il-Paragrafu 12.3, jiġi emendat biex jaqra:

    “12.3.

    Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur, stabbiliti fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament.”

    L-emendi fl-Annessi

    L-Anness 1, il-Punt 9, jiġi emendat biex jaqra:

    “9.

    Deskrizzjoni konċiża:

    […]

    Kundizzjonijiet ġeometriċi ta’ installazzjoni u varjazzjonijiet li jirrelataw, jekk dawn jeżistu:

    Applikazzjoni ta’ ger elettroniku għall-kontroll tas-sors tad-dawl/kontroll ta’ intensità varjabbli:

    (a)

    li jkun parti mill-fanal: iva/le/mhux applikabbli (2)

    (b)

    li ma jkunx parti mill-fanal: iva/le/mhux applikabbli (2)

    Vultaġġ(i) tad-dħul fornuti minn apparat elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl/kontroll ta’ intensità varjabbli:

    Manifattur ta’ ger elettroniku għall-kontroll tas-sors tad-dawl/kontroll ta’ intensità varjabbli u numru tal-identifikazzjoni (meta l-ger għall-kontroll tas-sors tad-dawl ikun parti mill-fanal iżda ma jkunx inkluż fil-korp tal-fanal):”

    L-Anness 2, it-titlu, jiġi emendat biex jaqra:

    EŻEMPJI TA’ ARRANĠAMENT TA’ MARKI TAL-APPROVAZZJONI

    L-Anness 4, il-Paragrafu 3.1, jiġi emendat biex jaqra:

    “3.1.

    Għal sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (bozoz tal-filament u oħrajn):

    bis-sorsi tad-dawl preżenti fil-fanal, skont is-subparagrafu rilevanti tal-Paragrafu 8.1 ta’ dan ir-Regolament.”

    L-Anness 5 għandu jitħassar.

    L-Anness 6 (ta’ qabel), jingħata numru ġdid bħala l-Anness 5.

    L-Anness 5 (ġdid), il-Paragrafi 2.4 u 2.5, jiġi emendat biex jaqra:

    “2.4.

    Karatteristiċi fotometriċi mkejlin u rreġistrati

    Il-lampa fil-kampjun għandu jsir kejl fotometriku fuqha għall-valuri minimi fil-punti elenkati fl-Anness 4 u l-koordinati ta’ kromatiċità meħtieġa.

    2.5.

    Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità

    Il-manifattur huwa responsabbli għal …

    Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 6 (l-ewwel teħid ta’ kampjuni) tkun ta’ 0,95.”

    L-Anness 7 (ta’ qabel), jingħata numru ġdid bħala l-Anness 6.



    Top