Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42010X1126(01)

    Ir-Regolament Nru 64 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tagħhom li jista’ jinkludi: stepni għall-użu temporanju, tajers run-flat u/jew sistema run-flat u/jew sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers

    ĠU L 310, 26.11.2010, p. 18–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/64(2)/oj

    26.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/18


    Huma biss it-testi UN/ECE oriġinali li għandhom effett ġuridiku skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fis-sit:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Ir-Regolament Nru 64 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tagħhom li jista’ jinkludi: stepni għall-użu temporanju, tajers run-flat u/jew sistema run-flat u/jew sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers

    Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

     

    serje ta’ emendi 02 – Data tad-dħul fis-seħħ: 19 ta’ Awwissu 2010

     

    Rettifika 1 għas-sensiela ta’ emendi 02 – Data tad-dħul fis-seħħ: 19 ta’ Awwissu 2010

    WERREJ

    REGOLAMENT

    1.

    Ambitu

    2.

    Definizzjonijiet

    3.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    Approvazzjoni

    5.

    Speċifikazzjonijiet u testijiet

    6.

    Tagħrif supplementari

    7.

    Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura

    8.

    Konformità tal-produzzjoni

    9.

    Penali għan-nuqqas tal-konformità tal-produzzjoni

    10.

    Produzzjoni definittivament imwaqqfa

    11.

    Ismijiet u indirizzi tad-dipartimenti tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi

    12.

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    ANNESSI

    Anness 1 –

    Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni (jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni definittivament imwaqqfa) ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir tagħha, b’konformità mar-Regolament Nru 64

    Anness 2 –

    Arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni

    Anness 3 –

    Test tal-ibbrejkjar u tad-devjazzjoni għal vetturi mgħammra b’apparat ta’ riżerva għal użu temporanju

    Anness 4 –

    Rekwiżiti għat-test għal Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat (RFWS)

    Anness 5 –

    Testijiet għal Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers TPMS

    1.   AMBITU

    Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija M1 u N1  (1) meta jkun mgħammar bi

    (a)

    unità ta’ stepni għal użu temporanju, u/jew

    (b)

    tajers run-flat u/jew sistema run-flat, u/jew

    (c)

    sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (2)

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, unitajiet ta’ stepnis sostituti fil-forma ta’ tajers run-flat jew sistema run-flat f’kundizzjoni ta’ tajer imniżżel kompletament, għandhom jitqiesu qishom unitajiet ta’ stepnis għall-użu temporanju kif definit fil-paragrafu 2.10 tar-Regolament.

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

    2.1.

    “Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-protezzjoni tagħha kontra użu mhux awtorizzat;

    2.2.

    “Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi li mhumiex differenti fir-rigward ta’ aspetti essenzjali bħalma huma:

    2.2.1.

    “Tip ta’ vettura fir-rigward tal-unità ta’ stepni għall-użu temporanju”:

    2.2.1.1.

    it-tagħbijiet massimi tal-assi tal-vettura, kif definit mill-paragrafu 2.12,

    2.2.1.2.

    il-karatteristiċi tal-unità tal-istepni għal użu temporanju,

    2.2.1.3.

    il-metodu ta’ sewqan (roti ta’ quddiem, roti ta’ wara, erba’ roti),

    2.2.1.4.

    is-sospensjoni,

    2.2.1.5.

    is-sistema tal-ibbrejkjar,

    2.2.1.6.

    id-daqs tar-rota/daqs tat-tajer;

    2.2.1.7.

    l-offset tar-rota.

    2.2.2.

    “Tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers tagħha”:

    2.2.2.1.

    l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur,

    2.2.2.2.

    karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti r-rendimenti tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers,

    2.2.2.3.

    it-tip u d-disinn tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers

    2.3.

    “Rota” tfisser rota kompluta magħmula minn rim u diska tar-rota;

    2.3.1.

    “Id-denominazzjoni tad-daqs tar-rota” tfisser denominazzjoni li tinkludi tal-inqas id-dijametru tar-rimm nominali, il-wisgħa tar-rimm nominali u l-profil tar-rimm;

    2.3.2.

    “L-offset tar-rota” tfisser id-distanza mill-wiċċ tal-appoġġ tal-buttun sal-linja taċ-ċentru tar-rimm.

    2.4.

    “Tajer” tfisser tajer pnewmatiku, li huwa kopertura flessibbli rinforzata li tkun mgħammra bi, jew flimkien mar-rota li tkun mqabbda magħha, tifforma kamra magħluqa li jkun fiha gass (normalment arja) jew gass u likwidu, kontinwu u essenzjalment torojdali, li normalment ikun maħsub li jintuża fi pressjoni iktar qawwija mill-pressjoni atmosferika. Dan jista’ jkun:

    2.4.1.

    “Tajer normali” li huwa tajer li jkun adatt għall-kundizzjonijiet ta’ użu normali kollha fit-triq;

    2.4.2.

    “Stepni għall-użu temporanju” li huwa tajer li huwa maħsub speċifikatament li jkun differenti minn tajer normali u maħsub biss għal użu temporanju taħt kundizzjonijiet ta’ sewqan ristretti;

    2.4.3.

    “Tajer run flat’ jew”“Tajer li jżomm waħdu” jiddeskrivi struttura ta’ tajer pnewmatiku mgħammar bi kwalunkwe soluzzjonijiet tekniċi (pereżempju, ġnub imsaħħa, eċċ.) li jippermettu lit-tajer pnewmatiku, imqabbad mar-rota kif suppost u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe komponent supplimentari, li jforni lill-vettura bil-funzjonijiet bażiċi ta’ tajer, tal-inqas, f’veloċità ta’ 80 km/h (50 mph) u distanza ta’ 80 km meta jopera f’modalità ta’ sewqan b’panċer;

    2.4.4.

    “Sistema run flat” jew “Sistema ta’ mobilità estiża” tiddeskrivi assemblaġġ ta’ komponenti dipendenti b’funzjonalità speċifikata, inkluż tajer, li flimkien jipprovdu rendiment speċifikat li jagħti lill-vettura l-funzjonijiet ta’ tajer bażiku, tal-inqas, b’veloċità ta’ 80 km/h (50 mph) u distanza ta’ 80 km meta tkun qed topera f’modalità ta’ sewqan b’panċer.

    2.5.

    “Modalità ta’ sewqan b’panċer” tiddeskrivi stat ta’ tajer, li essenzjalment iżomm l-integrità strutturali tiegħu, filwaqt li jopera bi pressjoni ta’ inflazzjoni bejn 0 u 70 kPa.

    2.6.

    “Funzjoni bażika ta’ tajer” tfisser il-kapaċità normali ta’ tajer minfuħ biex jiflaħ tagħbija partikolari sa veloċità partikolari u jittrażmetti s-sewqan, l-istering u l-forzi tal-ibbrejkjar sal-art li tkun miexja fuqha.

    2.7.

    “Denominazzjoni tad-daqs tat-tajer” tfisser kumbinazzjoni ta’ ċifri li jidentifikaw unikament id-daqs ġeometriku tat-tajer, li jinkludi il-wisgħa tas-sezzjoni nominali, il-proporzjon tal-aspett nominali u d-dijametru nominali. Definizzjonijiet preċiżi ta’ dawn il-fatturi jistgħu jinstabu fir-Regolament Nru 30.

    2.8.

    “Struttura ta’ tajer” tfisser il-karatteristiċi tekniċi ta’ karkassa tat-tajer. Din l-istruttura tista’ tkun djagonali jew imsallba, djagonali ċinturata, radjali jew run flat, kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament Nru 30.

    2.9.

    “Unità ta’ stepni standard” tfisser assemblaġġ ta’ rota u tajer identiċi f’termini ta’ denominazzjoni jiet ta’ daqs tar-rota u t-tajer, offset tar-rota u struttura tat-tajer għal dak mgħammar fl-istess pożizzjoni tal-assi u l-mudell jew il-verżjoni partikulari tal-vettura għal tħaddim normali. Dan jinkludi l-każ ta’ rota li tkun prodotta minn materjal differenti, pereżempju, liega tal-azzar flok tal-aluminju, li tista’ tuża disinji differenti ta’ skorfini u firrolli li jorbtu r-rota imma li minbarra dan huma identiċi għar-rota maħsuba għal tħaddim normali.

    2.10.

    “Unità ta’ stepni għal użu temporanju” tfisser assemblaġġ ta’ kwalunkwe rota u tajer li ma tidħolx fl-ambitu tat-tifsira ta’ “Unità ta’ stepni standard” fil-paragrafu 2.9. Unitajiet ta’ stepni għal użu temporanju jistgħu jkunu tat-tipi li ġejjin:

    2.10.1.

    Tip 1

    Assemblaġġ fejn it-tajer ikun stepni għal użu temporanju kif definit fil-paragrafu 2.4.2;

    2.10.2.

    Tip 2

    Assemblaġġ fejn ir-rota jkollha offset differenti minn dak tar-rota mwaħħla fl-istess pożizzjoni tal-fus għal operat normali tal-vettura;

    2.10.3.

    Tip 3

    Assemblaġġ fejn it-tajer ikun ta’ struttura differenti minn dak imwaħħal fl-istess pożizzjoni tal-fus għal operat normali tal-vettura;

    2.10.4.

    Tip 4

    Assemblaġġ fejn tajer ikun tajer normali kif definit fil-paragrafu 2.4.1 imma fejn id-denominazzjoni tad-daqs tar-rota jew tat-tajer jew it-tnejn, ivarjaw minn dawk tar-rota jew tat-tajer imwaħħla fl-istess pożizzjoni tal-fus għall-operat normali tal-vettura;

    2.10.5.

    Tip 5

    Assemblaġġ fejn unità ta’ rota u tajer kif definita fil-paragrafu 2.4.3 jew 2.4.4 ikun imwaħħal mal-vettura għal użu normali u fit-tul fit-triq, imma f’każ ta’ emerġenza jintuża f’kundizzjoni kompletament imniżżel;

    2.11.

    “Massa massima” tfisser il-valur massimu tal-vettura ddikjarat mill-manifattur li hija teknikament permissibbli (din il-massa tista’ tkun ogħla mill-“massa massima permissibbli” stipulata mill-amministrazzjoni nazzjonali);

    2.12.

    “Tagħbija massima tal-fus” tfisser il-valur massimu, kif indikat mill-manifattur, tal-forza vertikali totali bejn l-uċuħ ta’ kuntatt tat-tajers jew tracks ta’ fus wieħed u l-art u li jirriżulta mill-parti tal-massa tal-vettura appoġġjata minn dak il-fus; din it-tagħbija tista’ tkun ogħla mit-“tagħbija awtorizzata tal-fus” stipulata mill-amministrazzjoni nazzjonali. Is-somma tat-tagħbijiet tal-fus tista’ tkun ogħla mill-valur li jikkorrispondi għall-massa totali tal-vettura;

    2.13.

    “Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat” - tiddeskrivi sistema li twassal l-informazzjoni lis-sewwieq li tajer qiegħed jopera fil-modalità ta’ fejn jibqa’ għaddej minkejja panċer.

    2.14.

    “Sistema għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)” tfisser sistema mgħammra f’vettura, li tkun tista’ tikkalkula l-pressjoni tal-inflazzjoni tat-tajers jew il-varjazzjoni ta’ din il-pressjoni tal-inflazzjoni matul il-ħin u li tittrażmetti informazzjoni korrispondenti lill-utent waqt li l-vettura tkun għaddejja.

    2.15.

    “Pressjoni tal-inflazzjoni tat-tajer kiesaħ” tfisser il-pressjoni tat-tajer f’temperatura ambjentali, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe akkumulazzjoni ta’ pressjoni mill-użu tat-tajer.

    2.16.

    “Pressjoni ta’ inflazzjoni kiesħa rakkomandata (Prec)” tfisser il-pressjoni rakkomandata għal kull pożizzjoni tat-tajer mill-manifattur tal-vettura, għall-kundizzjonijiet ta’ servizz intenzjonati (eż. veloċità u tagħbija) tal-vettura kkonċernata, kif definit fil-plakard tal-vettura u/jew fil-manwal tal-proprjetarju tal-vettura.

    2.17.

    “Pressjoni operattiva waqt l-użu (Pwarm)” tfisser il-pressjoni tal-inflazzjoni għal kull pożizzjoni tat-tajer elevata mill-pressjoni kiesħa (Prec) b’effetti tat-temperatura matul l-użu tal-vettura.

    2.18.

    “Pressjoni tat-test (Ptest)” tfisser il-pressjoni reali tat-tajer(s) magħżula għal kull pożizzjoni tat-tajer wara li jitniżżel matul il-proċedura tat-test.

    2.19.

    “Tip ta’ Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers” tfisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti essenzjali bħal:

    (a)

    il-prinċipju ta’ operazzjoni;

    (b)

    kull komponent li x’aktarx li jkollu influwenza sinifikanti fuq ir-rendiment tas-sistema kif speċifikat skont il-paragrafu 5.3 ta’ dan ir-Regolament.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI

    3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir tiegħu b’:

    (a)

    unità ta’ stepni għal użu temporanju (inkluż, fejn applikabbli, sistema ta’ twissija ta’ run-flat), u/jew

    (b)

    sistema tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers

    għandha tintbagħat mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu;

    3.2.   Din għandha tkun akkumpanjata, fi triplikati, minn deskrizzjoni tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-affarijiet speċifikati fl-Anness 1 ma’ dan ir-Regolament:

    3.3.   Vettura rappreżentattiva tat-tip tal-vettura li trid tiġi approvata għandha tkun ippreżentata lill-Awtorità ta’ Approvazzjoni tat-tip jew lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

    3.4.   Id-Dipartiment Amministrattiv għandu jivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti sabiex jiġu żgurati kontrolli effettivi fuq il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

    4.   APPROVAZZJONI

    4.1.   Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 5 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ vettura għandha tingħata.

    4.1.1.   Approvazzjoni tal-vettura fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati biss ma’ unità ta’ stepni għal użu temporanju għandha tingħata jekk il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5.1 u 5.2.

    4.1.2.   Approvazzjoni tal-vettura fir-rigward unikament tad-dispożizzjonijiet relatati biss ma’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għandha tingħata jekk il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.

    4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-mument 02 li jikkorrispondi mas-serje ta’ emendi 02) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura. Madankollu, varjanti tal-firxa tal-mudell li huma f’kategoriji separati fir-rigward tal-kriterji tal-paragrafu 2.2 jistgħu jkunu koperti mill-istess approvazzjoni tat-tip, sakemm ir-riżultati tat-testijiet deskritti fil-paragrafi 5.2 u 5.3 ma jurux differenzi ewlenin.

    4.3.   Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li taqbel mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    4.4.   Għandu jkun hemm imwaħħal, f’post fejn jidher u li hu aċċessibbli malajr speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament marka ta’ approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

    4.4.1.   ċirku li jdur mal-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li tal-approvazzjoni (3);

    4.4.2.   in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit minn:

    4.4.2.1.

    l-ittra “R” fil-każ ta’ vetturi approvati skont il-paragrafu 4.1.1 biss.

    4.4.2.2.

    l-ittra “P” fil-każ ta’ vetturi approvati skont il-paragrafu 4.1.2 biss.

    4.4.2.3.

    l-ittra “RP” fil-każ ta’ vetturi approvati skont il-paragrafi 4.1.1 u 4.1.2.

    4.4.3.   sing u n-numru tal-approvazzjoni dwar id-dritt tal-markamenti preskritti fil-paragrafi 4.4.1 u 4.4.2.

    4.5.   Jekk il-vettura tkun konformi mat-tip ta’ vettura approvata, skont wieħed jew aktar Regolamenti annessi ma’ dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.4.1 m’għandux għalfejn ikun ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għar-Regolamenti kollha li ngħatat l-approvazzjoni skonthom fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f’kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

    4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

    4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

    4.8.   L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ marki tal-approvazzjoni.

    5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

    5.1.   Ġenerali

    5.1.1.   Tajers inklużi għall-użu bħala parti mill-unità ta’ stepni għal użu temporanju kif definit fil-paragrafu 2.10, għandu jkun approvat b’konformità mar-Regolament Nru 30.

    5.1.2.   Għall-vetturi li għandhom tal-inqas erba’ roti, il-kapaċità ta’ tagħbija tal-unità ta’ stepni għal użu temporanju għandha tkun tal-inqas daqs nofs l-ogħla fost it-tagħbijiet massimi tal-fus tal-vettura; jekk l-użu tiegħu jkun ristrett għal fus speċifiku msemmi fl-istruzzjonijiet fil-paragrafu 6 hawn taħt, il-kapaċità tat-tagħbija tiegħu għandha tkun tal-inqas daqs nofs it-tagħbija massima ta’ dak il-fus.

    5.1.3.   Il-veloċità tad-disinn tal-unità ta’ stepni għall-użu temporanju għandha tkun ta’ tal-inqas 120 km/h għat-tipi 1, 2 u 3.

    5.1.4.   Unità ta’ stepni għal użu temporanju għandha turi l-karatteristiċi li ġejjin:

    5.1.4.1.

    B’mod permanenti għandu jintwera simbolu ta’ twissija ta’ veloċità massima ta’ 80 km/h b’konformità mad-dijagramma ta’ hawn taħt fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti.

    Image

    Fil-każ ta’ vetturi maħsuba għall-bejgħ f’pajjiżi li jużaw unitajiet ta’ kejl imperjali, għandu jintwera b’mod permanenti simbolu ta’ twissija addizzjonali, identiku għal dak deskritt hawn fuq, ħlief li ċ-ċifra “80” għandha tinbidel b’“50” u l-kliem “km/h” jinbidel b’“mph”, fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti.

    Inkella għandu jintwera b’mod permanenti simbolu ta’ twissija uniku konformi mad-dijagramma ta’ hawn taħt fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti.

    Image

    L-ittri kapitali għandhom ikunu għoljin tal-inqas 5 mm u n-numri “80” u “50” għandhom ikunu għoljin tal-inqas 20 mm bl-elementi li jiffurmaw kull karattru tan-numru jkunu magħmulin minn linji ta’ ħxuna ta’ tal-inqas 3 mm. It-test f’ittri żgħar għandu jkollu linji ta’ tal-inqas 5 mm. It-test kollu għandu jkun magħluq ġo kaxxa u jkun fi sfond ta’ kulur kontrastanti.

    Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għat-tipi 1, 2 u 3 ta’ unitajiet ta’ stepni għal użu temporanju kif definiti fil-paragrafi 2.10.1, 2.10.2 u 2.10.3.

    5.1.4.1.1.

    B’mod permanenti għandu jintwera simbolu ta’ twissija ta’ veloċità massima ta’ 120 km/h b’konformità mad-dijagramma ta’ hawn taħt fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti.

    Image

    Fil-każ ta’ vetturi maħsuba għall-bejgħ f’pajjiżi li jużaw unitajiet ta’ kejl imperjali, għandu jintwera b’mod permanenti simbolu ta’ twissija addizzjonali, identiku għal dak deskritt hawn fuq, ħlief li ċ-ċifra “120” għandha tinbidel b’“75” u l-kliem “km/h” jinbidel b’“mph”, fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti.

    Inkella għandu jintwera b’mod permanenti simbolu ta’ twissija uniku konformi mad-dijagramma ta’ hawn taħt fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti.

    Image

    L-ittri kapitali għandhom ikunu għoljin tal-inqas 5 mm u n-numri “120” u “75” għandhom ikunu għoljin tal-inqas 20 mm bl-elementi li jiffurmaw kull karattru tan-numru jkunu magħmulin minn linji ta’ ħxuna ta’ tal-inqas 3 mm. It-test f’ittri żgħar għandu jkollu linji ta’ tal-inqas 5 mm. It-test kollu għandu jkun magħluq ġo kaxxa u jkun fi sfond ta’ kulur kontrastanti.

    Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għat-tip 4 tal-unitajiet ta’ stepni għal użu temporanju kif definit fil-paragrafu 2.10.4 li jkun fornut għall-użu fuq vettura tal-kategorija M1.

    5.1.4.2.

    Meta jitwaħħal mal-vettura għal użu temporanju l-wiċċ ta’ barra tar-rota u/jew tajer għandu juri kulur jew arranġament ta’ kuluri distint li huwa kjarament differenti mill-kulur(i) tal-unitajiet standard. Jekk ikun possibbli li tgħatti l-unità ta’ stepni għal użu temporanju b’kopertura tar-roti, il-kulur jew arranġament ta’ kuluri distint m’għandux jitgħatta minn din il-kopertura tar-roti.

    5.1.5.   Ħlief fil-każ ta’ tajers run-flat/li jżommu waħedhom jew sistema run-flat/ ta’ mobilità estiża, huwa permess li tkun fornuta unità ta’ stepni għal użu temporanju mal-vettura.

    5.1.6.   Fil-każ tal-vetturi mgħammra b’tajers run-flat/li jżommu waħedhom jew sistema run-flat/ta’ mobilità estiża, il-vettura għandha tkun mgħammra wkoll b’Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat (definita fil-paragrafu 2.13) li kapaċi joperaw f’firxa ta’ veloċità minn 40 km/h sal-veloċità massima ddisinjata għall-vettura u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.1.6.1 sal-5.1.6.6. Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ għall-pressjoni tat-tajers li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3, ma jkunx hemm bżonn li tkun mgħammra wkoll b’sistema ta’ twissija ta’ run-flat.

    5.1.6.1.

    L-indikazzjoni tat-twissija għandha tkun permezz ta’ sinjal ottiku ta’ twissija isfar.

    5.1.6.2.

    Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun attivat meta l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) (kontroll tal-bozza).

    5.1.6.3.

    Għandu jkun hemm twissija indikata lis-sewwieq bit-tħaddim tas-sinjal ta’ twissija msemmi fil-paragrafu 5.1.6.1 mhux aktar tard minn meta jinstab li tajer wieħed qiegħed fil-modalità ta’ sewqan b’panċer.

    5.1.6.4.

    Ħsara elettrika jew anomalija fis-sensuri li taffettwa s-Sistema ta’ Twissija Run-Flat, inkluża ħsara tas-sors elettriku, il-provvista jew it-trażmissjoni tal-output signal, għandha tkun indikata lis-sewwieq b’sinjal ta’ ħsara ottiku isfar tar-run flat. Jekk is-sinjal ta’ twissija deskritt fil-paragrafu 5.1.6.1 jintuża biex jindika kemm tajer baxx kif ukoll malfunzjoni tas-SMPT, għandu japplika dan li ġej: meta l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) is-sinjal ta’ twissija għandu jteptep biex jindika ħsara fis-sistema. Wara ftit żmien is-sinjal ta’ twissija għandu jibqa’ mixgħul il-ħin kollu sakemm iddum il-ħsara u sakemm l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run). Is-sekwenza tat-teptip u tal-illuminazzjoni għandha tiġi ripetuta kull darba li l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) sakemm titranġa l-ħsara.

    5.1.6.5.

    Meta s-sistema tkun qiegħda tiġi rrisettjata manwalment b’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura, id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 5.1.6.3 u 5.1.6.4 ma japplikawx.

    5.1.6.6.

    It-tħaddim tas-sinjal ta’ twissija speċifikat fil-paragrafi 5.1.6.2 sa 5.1.6.4 għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 4.

    5.1.7.   Jekk il-vettura tkun mgħammra b’unità ta’ stepni għal użu teporanju f’kundizzjoni ta’ tajer imniżżel, għandu jkun ipprovdut strument fuq il-vettura li jippermetti lit-tajer biex tintefaħ għall-pressjoni speċifikata għal użu temporanju f’mhux iktar minn 10 minuti.

    5.2.   Test tal-ibbrejkjar

    5.2.1.   Vetturi maħsubin li jkunu mgħammra b’unitajiet ta’ stepni għal użu temporanju jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

    5.3.   Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)

    5.3.1.   Rekwiżiti Ġenerali

    5.3.1.1.

    Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-paragrafu 12, kwalunkwe vettura tal-kategoriji M1 sa massa massima ta’ 3 500 kg u N1 fiż-żewġ każijiet bil-fusijiet kollha mgħammra ma’ tajers singoli u mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers li jikkonformaw mad-definizzjoni tal-paragrafu 2.14 għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ rendiment li jinsabu fil-paragrafi 5.3.1.2 sa 5.3.5.5 hawn taħt u għandha tkun ittestjata b’konformità mal-Anness 5.

    5.3.1.2.

    Kwalunkwe sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers mgħammra fuq vettura għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 10.

    5.3.1.3.

    Is-sistema għandha taħdem minn veloċità ta’ 40 km/h jew inqas, sal-veloċità massima pproġettata tal-vettura.

    5.3.2.   Detezzjoni tal-pressjoni tat-tajer għal telfien ta’ pressjoni relatata ma’ inċident (test tal-panċer)

    5.3.2.1.

    It-TPMS għandha tkun ittestjata skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 2.6.1 tal-Anness 5. Meta jkunu ttestjati skont din il-proċedura, it-TPMS għandha tillumina s-sinjal ta’ twissija deskritt fil-paragrafu 5.3.5 mhux iktar minn 10 minuti wara li l-pressjoni operattiva waqt l-użu f’waħda mit-tajers tal-vettura tkun tnaqqset b’20 fil-mija jew tkun qiegħda f’pressjoni minima ta’ 150 kPa, skont liema minnhom tkun l-ogħla.

    5.3.3.   Detezzjoni għal livell tal-pressjoni tat-tajers sinifikantement iktar baxx mill-pressjoni rakkomandata għal rendiment ottimali inkluż is-sikurezza u l-konsum tal-fjuwil (test ta’ diffużjoni)

    5.3.3.1.

    It-TPMS għandha tkun ittestjata skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 2.6.2 tal-Anness 5. Meta jkunu ttestjati skont din il-proċedura, it-TPMS għandha tixgħel is-sinjal ta’ twissija deskritt fil-paragrafu 5.3.5 f’mhux iktar minn 60 minuti ta’ ħin kumulattiv ta’ sewqan wara li l-pressjoni operattiva waqt l-użu f’waħda mit-tajers tal-vettura, sa total massimu ta’ erba’ tajers, tkun tnaqqset b’20 fil-mija.

    5.3.4.   Test għas-sejbien ta’ ħsara

    5.3.4.1.

    It-TPMS għandha tkun ittestjata skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 3 tal-Anness 5. Meta tkun ittestjata għal din il-proċedura t-TPMS għandha tillumina s-sinjal ta’ twissija deskritt fil-paragrafu 5.3.5 mhux iktar minn 10 minuti wara li sseħħ il-ħsara li taffettwa l-ġenerazzjoni jew it-trażmissjoni tas-sinjali tal-kontroll u r-reazzjoni fis-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers tal-vettura. Jekk is-sistema titwaqqaf minn influwenza esterna (eż. ħoss tal-frekwenza tar-radju), il-ħin għas-sejba tal-ħsara jista’ jiġi estiż.

    5.3.5.   Indikazzjoni ta’ twissija.

    5.3.5.1.

    L-indikazzjoni tat-twissija għandha tkun permezz ta’ sinjal ottiku ta’ twissija li jikkonforma mar-Regolament Nru 121.

    5.3.5.2.

    Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun attivat meta l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) (kontroll tal-bozza). [Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal indikaturi murija fi spazju komuni].

    5.3.5.3.

    Is-sinjal tat-twissija jrid ikun viżibbli anke fid-dawl tal-ġurnata; il-kondizzjoni sodisfaċenti tas-sinjal trid tkun verifikabbli faċilment mis-sewwieq minn fuq is-sedil tiegħu.

    5.3.5.4

    L-indikazzjoni ta’ ħsara tista’ tkun l-istess sinjal ta’ twissija bħal dak li jindika tajer baxx. Jekk is-sinjal ta’ twissija deskritt fil-paragrafu 5.3.5.1 jintuża biex jindika kemm tajer baxx kif ukoll ħsara tat-TPMS, għandu japplika dan li ġej: meta l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) is-sinjal ta’ twissija għandu jteptep biex jindika ħsara. Wara ftit żmien is-sinjal ta’ twissija għandu jibqa’ mixgħul il-ħin kollu sakemm iddum il-ħsara u sakemm l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run). Is-sekwenza tat-teptip u tal-illuminazzjoni għandha tiġi ripetuta kull darba li l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) sakemm jitranġa n-nuqqas.

    5.3.5.5.

    L-indikatur tat-twissija deskritta fil-paragrafu 5.3.5.1 jista’ jintuża bit-teptip sabiex jipprovdi l-informazzjoni dwar l-istatus ta’ rrisettjar tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers b’konformità mal-manwal ta’ sid il-vettura.

    6.   TAGĦRIF SUPPLIMENTARI

    6.1.   Jekk il-vettura tkun mgħammra b’unità ta’ stepni għal użu temporanju, il-manwal ta’ sid il-vettura għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

    6.1.1.   Stqarrija tar-riskju li jiġi min-nuqqas ta’ konformità mar-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ unità ta’ stepni għal użu temporanju inkluż, kif xieraq, stqarrija relatata mal-użu ristrett ta’ fus speċifiku.

    6.1.2.   Istruzzjoni għal sewqan bir-reqqa f’mhux iktar mill-veloċità massima permessa ta’ 80 km/h (50 mph) meta jkun twaħħal tip 1, 2 jew 3 ta’ unità ta’ stepni għal użu temporanju kif definit fil-paragrafi 2.10.1, 2.10.2 or 2.10.3, u biex tiġi installata mill-ġdid unità standard kemm jista’ jkun malajr. Għandu jkun ċar li din l-istruzzjoni tapplika wkoll għal unità ta’ stepni għal użu temporanju tat-tip 5 kif definit fil-paragrafu 2.10.5 li qed jintuża fil-modalità ta’ sewqan b’panċer.

    6.1.2.1.

    Istruzzjoni għal sewqan bir-reqqa f’mhux iktar mill-veloċità massima permessa ta’ 120 km/h (75 mph), meta jkun twaħħal unità ta’ stepni għal użu temporanju tat-tip 4 kif definit fil-paragrafu 2.10.4, u biex tiġi installata mill-ġdid unità standard kemm jista’ jkun malajr.

    6.1.3.   Stqarrija li l-operat tal-vettura ma jkunx permess li jkunu twaħħlulha iktar minn unità waħda ta’ stepni għal użu temporanju fl-istess ħin. Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għat-tipi 1, 2 u 3 ta’ unitajiet ta’ stepni għal użu temporanju kif definiti fil-paragrafi 2.10.1, 2.10.2 u 2.10.3.

    6.1.4.   Indikazzjoni ċara tal-pressjoni tal-inflazzjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura għat-tajer tal-unità ta’ stepni għal użu temporanju.

    6.1.5.   Għal vetturi mgħammra b’unità ta’ stepni għal użu temporanju maħżun mhux minfuħ, deskrizzjoni tal-proċedura biex jintefaħ it-tajer għall-pressjoni speċifikata għal użu temporanju permezz tat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 5.1.7 hawn fuq.

    6.2.   Jekk il-vettura tkun mgħammra b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers jew Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat, il-manwal ta’ sid il-vettura għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

    6.2.1.   Stqarrija li l-vettura hija mgħammra b’sistema ta’ dan it-tip (u informazzjoni dwar kif tiġi rrisettjata s-sistema, jekk is-sistema attwali tinkludi din il-karatteristika).

    6.2.2.   Stampa tas-simbolu li javżak bil-problema deskritt fil-paragrafu 5.1.6.1 jew 5.3.5.1 kif xieraq (u stampa tas-simbolu li javżak bi ħsara, jekk hemm sinjal li javżak apposta għal din il-funzjoni).

    6.2.3.   Informazzjoni addizzjonali dwar is-sinifikat ta’ meta jixgħel is-sinjal ta’ twissija tal-pressjoni baxxa tat-tajers u deskrizzjoni tal-azzjoni korrettiva li trid tittieħed jekk dan jiġri.

    6.3.   Jekk mal-vettura ma jingħatax manwal għal sidha, l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 6.1 u/jew 6.2 hawn fuq għandha tintwera f’post prominenti fil-vettura.

    7.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA

    7.1.   Kull modifika tat-tip ta’ vettura għandha tkun innotifikata lid-Dipartiment Amministrattiv li jkun ta l-approvavazzjoni tat-tip. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

    7.1.1.

    Jikkunsidra li l-modifiki magħmula x’aktarx li ma jkollhomx effetti negattivi notevoli u li fi kwalunwe każ il-vettura xorta tissodisfa r-rekwiżiti; jew

    7.1.2.

    Jitlob rapport tal-ittestjar addizzjonali mis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

    7.2.   Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet, għandha tkun innotifikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    7.3.   Id-Dipartiment Amministrattiv li joħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandu jagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li titfassal għal estensjoni bħal din.

    8.   KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI

    8.1.   Il-proċeduri ta’ Konformità tal-Produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324 – E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bir-rekwiżiti li ġejjin:

    8.2.   Id-Dipartiment Amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip fi kwalunkwe ħin jista’ jivverifika l-konformità tal-produzzjoni f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun tal-inqas darba kull sena.

    9.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    9.1.   L-approvazzjoni mogħtija fil-każ ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunux sodisfatti r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8.

    9.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha tavża b’dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI RTIRATA”.

    10.   IL-PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox jimmanifattura tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b’ittri kbar, l-annotament iffirmat u datat “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX”.

    11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI BIEX JAGĦMLU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    Il-Partijiet fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli li jagħmlu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li taw l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

    12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

    12.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi.

    12.2.   Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament fir-rigward ta’ stepnis għal użu temporanju, tajers tun flat jew sistemi run flat għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jkun approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi.

    12.3.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjoni skont is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

    12.4.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta’ vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje preċedenti matul il-perjodu ta’ 36 xahar li jsegwi d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi.

    12.5.   Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolamenti, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 02 ta’ emendi.

    12.6.   Sa mill-1 ta’ Novembru 2012, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jingħataw approvazzjoni nazzjonali jew reġjonali għal tip ta’ vettura tal-kategoriji M1 u sa massa massima ta’ 3 500 kg u N1, fiż-żewġ każijiet bil-fusijiet kollha mgħammra ma’ tajers singoli, jekk it-tip ta’ vettura ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

    12.7.   Sa mill-1 ta’ Novembru 2014, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura tal-kategoriji M1 u sa massa massima ta’ 3 500 kg u N1, fiż-żewġ każijiet bil-fusijiet kollha mgħammra ma’ tajers singoli, jekk it-tip ta’ vettura ma jissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

    12.8.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżitorji t’aktar ’il fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tagħhom tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aktar serje ta’ emendi reċenti mhumiex obbligati li jaċċettaw approvazzjonijiet li ngħataw skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.


    (1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).

    (2)  Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M1 sal-massa massima ta’ 3 500 kg u N1, fiż-żewġ każijiet li huma bil-fusijiet kollha mgħammra ma’ tajers singoli.

    (3)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Bjelorussja, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bosnja-Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vakanti), 56 għall-Montenegro, 57 (vakanti) u 58 għat-Tuneżija. Numri sussegwenti għandhom jingħataw lill-pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jaċċedu mal-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Parts li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintu żaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet dwar l-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija Abba żi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.


    ANNESS 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

    Mudell A

    (Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla mal-vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward tat-tagħmir tal-unità(jiet) ta’ stepni għal użu temporanju, ġie approvat fil-Pajjiżi Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru 64 taħt in-numru tal-approvazzjoni 022439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 64 li jinkorpora s-serje 02 ta’ emendi.

    Mudell B

    (Ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla mal-vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward tat-tagħmir ta’ sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, ġie approvat fil-Pajjiżi Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru 64 taħt in-numru tal-approvazzjoni 022439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 64 li jinkorpora s-serje 02 ta’ emendi.

    Mudell C

    (Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla mal-vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, ġie approvat fil-Pajjiżi Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru 64 (fir-rigward tat-tagħmir ta’ unità(jiet) ta’ stepni għal użu temporanju u tagħmir b’sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers) u 13-H (1) In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 64 inkluż fis-serje 02 ta’ emendi u r-Regolament Nru 13-H kienu għadhom fil-forma oriġinali tagħhom.


    (1)  In-numru tal-aħħar qed jingħata biss bħala eżempju.


    ANNESS 3

    TEST TAL-IBBREJKJAR U TAD-DEVJAZZJONI GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’UNITAJIET TA' STEPNI GĦAL UŻU TEMPORANJU

    1.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI

    1.1.

    It-traċċat tat-test għandu jkun sostanzjalment invell u jkollu wiċċ li joffri adeżjoni tajba.

    1.2.

    It-test għandu jsir meta ma jkunx hemm riħ li jaf jaffettwa r-riżultati.

    1.3.

    Il-vettura għandha titgħabba sal-massa massima kif definita fil-paragrafu 2.11. ta' dan ir-Regolament.

    1.4.

    Il-tagħbijiet tal-fusijiet li jirriżultaw mill-kundizzjoni ta' tagħbija skont il-paragrafu 1.3 ta' dan l-anness għandu jkun proporzjonali għat-tagħbijiet tal-fusijiet massimi kif definiti fil-paragrafu 2.12 ta' dan ir-Regolament.

    1.5.

    Ħlief fil-każ ta' tajer run-flat, it-tajers għandhom jintefħu għall-pressjonijiet rakkomandati mill-manifattur tal-vettura għat-tip ta' vettura u kundizzjoni ta' tagħbija. Tajer run-flat għandu jkun ittestjat f’kundizzjoni ta' mniżżel kollu.

    2.   TEST TA' BBREJKJAR U DEVJAZZJONI

    2.1.

    It-test għandu jsir b’unità ta' stepni għal użu temporanju mqabbad darba f’post rota ta' quddiem u darba f’post rota ta' wara. Madankollu, jekk l-użu tal-unità ta' stepni għal użu temporanju jkun ristrett għal fus speċifiku, it-test għandu jsir biss bl-unità ta' stepni għal użu temporanju mgħammra ma' dak il-fus.

    2.2.

    It-test għandu jsir bl-użu ta' sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz minn veloċità inizjali ta' 80 km/h bil-magna skonnessa.

    2.3.

    Ir-rendiment tal-ibbrejkjar għandu jikkorrispondi mal-proċedura tat-test mogħtija fir-Regolament Nru 13 jew 13-H għall-kategoriji tal-vetturi M1 and N1 għat-test tal-kesħa tat-Tip O bil-magna skonnessa:

    2.3.1.

    Fil-każ ta' vetturi tal-kategorija M1 approvati fir-Regolament Nru 13 mgħammra b’unitajiet ta' stepni għal użu temporanju tat-tip(i) 1, 2, 3 u 5 kif definiti fil-paragrafi 2.10.1, 2.10.2, 2.10.3 u 2.10.5 u ttestjati b’veloċità preskritta ta' 80 km/h,

    id-distanza għall-waqfien miksuba bl-użu ta' forza massima ta' 500 N applikata għall-kontroll bis-sieq, m’għandhiex taqbeż il-50,7 m u

    id-deċellerazzjoni żviluppata kollha medja (mfdd) mogħtija bil-formula li ġejja m’għandhiex tkun inqas minn 5,8 ms–2:

    Mfdd = v2 / 41,14 s

    fejn “v” hija l-veloċità inizjali fejn jibda l-ibbrejkar u “s” hija d-distanza koperta matul l-ibbrejkar bejn 0,8 v u 0,1 v.

    2.3.1.1.

    Fil-każ ta' vetturi tal-kategorija N1 approvati fir-Regolament Nru 13 mgħammra b’unitajiet ta' stepni għal użu temporanju kif definiti fil-paragrafi 2.10.1, 2.10.2, 2.10.3 u 2.10.5 u ttestjati b’veloċità preskritta ta' 80 km/h.

    id-distanza għall-waqfien miksuba bl-użu ta' forza massima ta' 700 N applikata għall-kontroll bis-sieq, m’għandhiex taqbeż il-61,2 m u

    id-deċellerazzjoni żviluppata kollha medja (mfdd) mogħtija bil-formula li ġejja m’għandhiex tkun inqas minn 5,0 ms–2:

    Mfdd = v2 / 41,14 s

    fejn v hija l-veloċità inizjali fejn jibda l-ibbrejkar u s hija d-distanza koperta matul l-ibbrejkar bejn 0,8 v u 0,1 v.

    2.3.1.2.

    Fil-każ ta' vetturi tal-kategorija M1 approvati fir-Regolament Nru 13 mgħammra b’unitajiet ta' stepni kif definit fil-paragrafu 2.10.4 u ttestjati b’veloċità preskritta ta' 120 km/h,

    id-distanza għall-waqfien miksuba bl-użu ta' forza massima ta' 500 N applikata għall-kontroll bis-sieq, m’għandhiex taqbeż il-108 m u

    id-deċellerazzjoni żviluppata kollha medja (mfdd) mogħtija bil-formula li ġejja m’għandhiex tkun inqas minn 5,8 ms–2:

    Mfdd = v2 / 41,14 s

    fejn “v” hija l-veloċità inizjali fejn jibda l-ibbrejkar u “s” hija d-distanza koperta matul l-ibbrejkar bejn 0,8 v u 0,1 v.

    2.3.1.3.

    Fil-każ ta' vetturi tal-kategorija M1 jew N1 approvati fir-Regolament Nru 13-H mgħammra b’unitajiet ta' stepni għal użu temporanju tat-tip(i) 1, 2, 3 u 5 kif definiti fil-paragrafi 2.10.1, 2.10.2, 2.10.3 u 2.10.5 u ttestjati b’veloċità preskritta ta' 80 km/h,

    id-distanza għall-waqfien miksuba bl-użu ta' forza massima ta' 650 N + 0 / – 50 N applikata għall-kontroll bis-sieq, m’għandhiex taqbeż l-46,4 m u

    id-deċellerazzjoni żviluppata kollha medja (mfdd) mogħtija bil-formula li ġejja m’għandhiex tkun inqas minn 6,43 ms–2:

    Mfdd = v2 / 41,14 s

    fejn “v” hija l-veloċità inizjali fejn jibda l-ibbrejkar u “s” hija d-distanza koperta matul l-ibbrejkar bejn 0,8 v u 0,1 v.

    2.3.1.4.

    Fil-każ ta' vetturi tal-kategorija M1 approvati fir-Regolament Nru 13-H mgħammra b’unità ta' stepni għal użu temporanju kif definit fil-paragrafu 2.10.4 u ttestjati b’veloċità preskritta ta' 120 km/h,

    id-distanza għall-waqfien miksuba bl-użu ta' forza massima ta' 650 N + 0 / – 50 N applikata għall-kontroll bis-sieq, m’għandhiex taqbeż it-98,4 m u

    id-deċellerazzjoni żviluppata kollha medja (mfdd) mogħtija bil-formula li ġejja m’għandhiex tkun inqas minn 6,43 ms–2:

    Mfdd = v2 / 41,14 s

    fejn “v” hija l-veloċità inizjali fejn jibda l-ibbrejkar u “s” hija d-distanza koperta matul l-ibbrejkar bejn 0,8 v u 0,1 v.

    2.4.

    It-testijiet għandhom isiru għal kull wieħed mill-kundizzjonijiet ta' tagħmir ta' unitajiet ta' stepni għal użu temporanju fil-paragrafu 2.1 ta' dan l-anness.

    2.5.

    Ir-rendiment preskritt tal-ibbrejkjar għandu jinkiseb mingħajr ebda llokkjar tar-roti, devjazzjoni tal-vettura mir-rotta intenzjonata tagħha, vibrazzjoni anormali, tgerrim anormali tat-tajer matul it-test jew korrezzjonijiet eċċessivi tal-istering.


    ANNESS 4

    REKWIŻITI GĦAT-TEST GĦAL SISTEMA TA’ TWISSIJA TA’ RUN-FLAT (RFWS)

    1.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

    1.1.   Temperatura ambjentali

    It-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 0 °C u 40 °C.

    1.2.   Il-wiċċ tat-triq fejn isir it-test

    Il-wiċċ tat-triq tat-test għandu jkun niexef u lixx.

    1.3.   Post tat-test

    Il-post tat-test għandu jkun post li mhux suxxettibbli għal interferenzi radjofoniċi bħal xi kamp elettriku qawwi.

    1.4.   Il-kundizzjoni tal-vettura tat-test fi stat wieqaf

    It-tajers tal-vettura għandhom jinżammu fid-dell meta l-vettura tkun ipparkjata.

    2.   METODU TAT-TEST

    2.1.   Proċeduri għall-ittestjar biex jinstab li tajer qiegħed fil-modalità ta’ sewqan b’panċer. Ir-rekwiżiti ta’ kemm il-paragrafu 2.1.1 jew 2.1.2 għandhom ikunu sodisfatti.

    2.1.1.   Test 1

    2.1.1.1.

    It-tajers iridu jintefħu sal-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura.

    2.1.1.2.

    Bil-vettura wieqfa u l-iswiċċ tal-ignixin (start) fil-pożizzjoni “Lock” jew “Off”, ixgħel l-iswiċċ tal-ignixin (start) fil-pożizzjoni “On” (“Run”) jew, jekk applikabbli, fil-pożizzjoni adatta taċ-ċavetta. Ikkonferma l-attivazzjoni tas-sinjal ta’ twissija.

    2.1.1.3.

    Itfi l-ignixin u naqqas il-pressjoni tal-inflazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mit-tajers sakemm il-pressjoni aġġustata tal-inflazzjoni tat-tajer tkun 100 kPa taħt il-pressjoni kiesħa tal-inflazzjoni rakkomandata.

    2.1.1.4.

    Fi żmien 5 minuti wara t-tnaqqis tal-pressjoni tal-inflazzjoni tat-tajer, suq il-vettura b’mod normali bejn 40 u 100 km/h.

    2.1.1.5.

    It-test ikun lest meta jew:

    (a)

    is-sistema ta’ twissija ta’ run flat kif deskritt fil-paragrafu 5.1.6 jkun ġie attivat jew,

    (b)

    ikun għadda perjodu ta’ 5 minuti, meta jkun iddeterminat skont il-paragrafu 2.3, mill-waqt li fih tkun intlaħqet il-veloċità tat-test. Jekk it-twissija ma tattivax it-test ma jkunx irnexxa.

    Il-vettura għandha titwaqqaf kompletament u jintefa’ l-ignixin.

    2.1.1.6.

    Jekk is-sinjal ta’ twissija meħtieġ fil-paragrafu 2.1.1.5 hawn fuq ikun ġie attivat, stenna 5 minuti qabel ma’ tixgħel l-ignixin; is-sinjal irid jiġi riattivat u jibqa’ attiv sakemm l-iswiċċ tal-ignixin ikun fil-pożizzjoni “on” (“run”).

    2.1.1.7.

    Irrepeti l-proċess deskritt fil-paragrafi 2.1.1.1 sa 2.1.1.6, imma b’veloċità tat-test ta’ 130 km/h jew iktar. Ir-rekwiżiti rilevanti kollha għandhom ikunu sodisfatti għaż-żewġ veloċitajiet tat-test.

    2.1.2.   Test 2

    2.1.2.1.

    It-tajers iridu jintefħu sal-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura.

    2.1.2.2.

    Bil-vettura wieqfa u l-iswiċċ tal-ignixin (start) fil-pożizzjoni “Lock” jew “Off”, ixgħel l-iswiċċ tal-ignixin (start) fil-pożizzjoni “On” (“Run”) jew, jekk applikabbli, fil-pożizzjoni adatta taċ-ċavetta. Ikkonferma l-attivazzjoni tas-sinjal ta’ twissija. Itfi l-ignixin.

    2.1.2.3.

    Ipproduċi fuq tajer wieħed telfien gradwali tal-pressjoni ta’ bejn 10 kPa/min u 20 kPa/min.

    2.1.2.4.

    Suq il-vettura fi kwalunkwe veloċità ’l fuq minn 25 km/h.

    2.1.2.5.

    Ir-rekwiżit tat-test ikun sodisfatt jekk is-sistema twassal it-twissija sal-mument li l-pressjoni tinżel għal 100 kPa.

    2.2.   Il-proċeduri tat-test biex tinstab ħsara fis-Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat

    2.2.1.   Bil-vettura fil-kundizzjoni ta’ użu normali, agħmel simulazzjoni ta’ ħsara fis-Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat. Din is-simulazzjoni tista’ ssir billi, pereżempju, jiġu skonnessi l-konnetturi għall-wajering relatati mal-provvista tal-elettriku mis-sors tal-elettriku jew il-wajering relatat mal-input/output lejn/minn il-kontroll tas-sistema ta’ twissija.

    2.2.2.   Bl-introduzzjoni ta’ simulazzjoni ta’ ħsara, suq il-vettura b’mod normali bejn 40 u 100 km/h.

    2.2.3.   It-test ikun tlesta meta jew:

    (a)

    is-sinjal ta’ ħsara fir-run-flat kif deskritt fil-paragrafu 5.1.6.4 ikun ġie attivat jew,

    (b)

    ikun għadda perjodu ta’ 5 minuti, meta jkun iddeterminat skont il-paragrafu 2.3, mill-waqt li fih tkun intlaħqet il-veloċità tat-test. Jekk it-twissija ma tattivax it-test ma jkunx irnexxa,

    Il-vettura għandha titwaqqaf kompletament u jintefa’ l-ignixin.

    2.2.4.   Jekk is-sinjal ta’ twissija meħtieġ fil-paragrafu 2.2.3 hawn fuq ikun ġie attivat, stenna 5 minuti qabel ma’ tixgħel l-ignixin; is-sinjal irid jiġi riattivat u jibqa’ attiv sakemm l-iswiċċ tal-ignixin ikun fil-pożizzjoni “on” (“run”).

    2.3.   Kalkolu tad-dewmien

    Il-ħin li jrid jgħaddi biex jiġu determinati r-rekwiżiti tal-paragrafi 2.1.1.5 u 2.2.3 għandu jkun il-ħin kollu li jkun għadda waqt li l-vettura tkun qed tinsaq fil-firxa tal-veloċità tat-test ta’ minn 40 km/h sa 100 km/h.

    Il-ħin għandu jkun ikkalkulat tul sewqan kontinwu imma mhux neċessarju li l-vettura żżomm tul it-test veloċità fi ħdan il-firxa ta’ veloċità tat-test. Meta l-veloċità tal-vettura toħroġ mill-firxa tal-veloċità tat-test, kwalunkwe ħin akkumulat tul ġrajjiet bħal dawn ma għandux jitqies bħala parti mit-total tad-dewmien tat-test.

    L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-tip għandha tissodisfa ruħha li s-sistema ta’ twissija ta’ run-flat jirreġistra l-ħin fi ħdan il-firxa tal-veloċità tat-test fuq bażi kumulattiva u ma jerġax jibda l-kalkolu tal-ħin jekk il-vettura toħroġ mill-firxa tal-veloċità tat-test.


    ANNESS 5

    TESTIJIET GĦAS-SISTEMI TA' MONITORAĠĠ TAL-PRESSJONI TAT-TAJERS (TPMS)

    1.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

    1.1.   Temperatura ambjentali

    It-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 0 °C u 40 °C.

    1.2.   Il-wiċċ tat-triq fejn isir it-test

    It-triq għandu jkollha wiċċ li jaffordja adeżjoni tajba. Il-wiċċ tat-triq għandu jkun niexef waqt it-testijiet.

    1.3.   It-testijiet għandhom isiru f’ambjent ħieles minn kull interferenza radjofonika.

    1.4.   Il-kundizzjonijiet tal-vettura

    1.4.1.   Piż waqt it-test

    Il-vettura tista’ tkun ittestjata fi kwalunkwe kundizzjoni ta' tagħbija, id-distribuzzjoni tal-massa mal-fusijiet tkun dik iddikjarata mill-manifattur tal-vettura mingħajr ma teċċedi l-ebda waħda mill-mases massimi permessibbli għal kull fus.

    Madankollu, fil-każ li ma jkun hemm l-ebda possibilità li s-sistema tiġi ssettjata jew irrisettjata, il-vettura m’għandhiex tkun mgħobbija. Jista’ jkun hemm, minbarra s-sewwieq, persuna oħra fis-sedil ta' quddiem li tkun responsabbli biex tinnota r-riżultati tat-testijiet. Il-kundizzjoni tat-tagħbija ma għandhiex tkun immodifikata tul it-test.

    1.4.2.   Il-veloċità tal-vettura

    It-TPMS tal-vettura għandha tkun ikkalibrata u ttestjata:

    (a)

    fil-firxa tal-veloċità minn 40 km/h sa 120 km/h jew il-veloċità massima pproġettata tal-vettura, jekk din tkun inqas minn 120 km/h, għat-test tal-panċer biex ikunu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.2 ta' dan ir-Regolament u

    (b)

    f’firxa ta' veloċità minn 40 km/h sa 100 km għat-test ta' diffużjoni biex ikunu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.3 ta' dan ir-Regolament u għat-test ta' ħsara biex ikunu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.4 ta' dan ir-Regolament.

    Il-firxa kollha tal-veloċità għandha tkun koperta tul it-test.

    Għall-vetturi mgħammra bil-cruise control, il-cruise control m’għandux jintuża matul it-testijiet.

    1.4.3.   Pożizzjoni tar-rimmijiet

    Ir-rimmijiet tal-vettura jistgħu jitqiegħdu fi kwalunkwe pożizzjoni tar-roti, b’konsistenza ma' kwalunkwe istruzzjonijiet jew limitazzjonijiet relatati mill-manifattur tal-vettura.

    1.4.4.   Post fejn titħalla pparkjata

    Meta l-vettura tkun ipparkjata, it-tajers tal-vettura għandhom jinżammu fid-dell. Il-post għandu jkun imħares minn kull riħ li jista’ jaffettwa r-riżultati.

    1.4.5.   Applikazzjoni tal-pedala tal-brejk

    Il-ħin tas-sewqan m’għandux jakkumula matul l-applikazzjoni tal-brejk waqt li l-vettura tkun miexja.

    1.4.6.   Tajers

    Il-vettura għandha tkun ittestjata bit-tajers installati fuq il-vettura skont ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur tal-vettura. Madankollu, l-istepni jista’ jintuża biex tiġi ttestjata ħsara fit-TPMS.

    1.5.   Il-preċiżjoni tat-tagħmir għall-kejl tal-pressjoni

    It-tagħmir għall-kejl tal-pressjoni li jrid jintuża għat-testijiet li jinsabu f’dan l-anness għandu jkun preċiż sa tal-inqas +/– 3 kPa.

    2.   PROĊEDURA TAT-TEST

    It-test għandu jsir b’veloċità tat-test fil-firxa skont il-paragrafu 1.4.2 ta' dan l-anness, tal-inqas darba għall-każ tat-test skont il-paragrafu 2.6.1 ta' dan l-anness (“test tal-panċer”), u tal-inqas darba għal kull każ tat-test skont il-paragrafu 2.6.2 ta' dan l-anness (“test ta' diffużjoni”).

    2.1.   Qabel ma jintefħu t-tajers tal-vettura, ħalli l-vettura wieqfa barra f’temperatura ambjentali bil-magna mitfija, fid-dell u mhux esposta għar-riħ jew influwenzi oħra li jistgħu jsaħħnu jew ikessħu, għal tal-inqas siegħa. Onfoħ it-tajers tal-vettura sal-pressjoni tal-inflazzjoni kiesħa rakkomandata mill-manifattur tal-vettura (Prec), b’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-manifattur tal-vettura għall-kundizzjonijiet tal-veloċità u tat-tagħbija, u l-pożizzjonijiet tat-tajer. Il-kejl tal-pressjoni għandu jsir bl-użu tal-istess tagħmir tat-testijiet.

    2.2.   Bil-vettura wieqfa u s-sistema ta' llokkjar tal-ignixin fil-pożizzjoni “Lock” jew “Off”, ixgħel is-sistema ta' llokkjar tal-ignixin fil-pożizzjoni “On” jew “Run”. Is-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għandha tagħmel kontroll tat-tħaddim tal-bozza għall-indikatur ta' pressjoni baxxa tat-tajers kif speċifikat fil-paragrafu 5.3.5.2 ta' dan ir-Regolament. [Dan ir-rekwiżit tal-aħħar ma japplikax għal indikaturi murija fi spazju komuni].

    2.3.   Jekk ikun applikabbli, issettja jew irrisettja s-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-vettura.

    2.4.   Fażi ta' tagħlim

    2.4.1.   Suq il-vettura għal tal-inqas 20 minuta fil-limiti tal-firxa tal-veloċità fil-paragrafu 1.4.2 ta' dan l-Anness, u b’veloċità medja ta' 80 km/h (+/– 10 km/h). Hija tista’ titħalla toħroġ mil-limiti tal-veloċità għal ħin kumulattiv massimu ta' 2 minuti matul il-fażi ta' tagħlim.

    2.4.2.   Għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku, fejn it-test tas-sewqan isir fuq traċċat (ċirku/ovali) b’dawrien biss lejn naħa waħda, it-test tas-sewqan fil-paragrafu 2.4.1 hawn fuq għandu jinqasam b’mod ugwali (+/– 2 minuti) fiż-żewġ direzzjonijiet.

    2.4.3.   Fi żmien 5 minuti mit-tlestija tal-fażi ta' tagħlim, kejjel il-pressjoni sħuna tat-tajer(s) li jridu jitniżżlu. Il-pressjoni sħuna għandha tittieħed bħala l-valur Pwarm. Dan il-valur se jintuża għal operazzjonijiet sussegwenti.

    2.5.   Fażi ta' tniżżil tat-tajer.

    2.5.1.   Il-proċedura għat-test tal-panċer biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.2 ta' dan ir-Regolament

    Niżżel wieħed mit-tajers tal-vettura fi żmien 5 minuti tal-kejl tal-pressjoni sħuna kif deskritta fil-paragrafu 2.4.3 hawn fuq, sakemm tkun f’Pwarm -20 fil-mija, jew fi pressjoni minima ta' 150 kPa, skont liema jkun l-ogħla, jiġifieri Ptest. Wara perjodu ta' stabbilizzazzjoni ta' bejn 2 u 5 minuti l-pressjoni Ptest għandha tkun iċċekkjata mill-ġdid u jekk ikun hemm bżonn tiġi aġġustata.

    2.5.2.   Il-proċedura għat-test tad-diffużjoni biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.3. ta' dan ir-Regolament

    Niżżel l-erba’ tajers fi żmien 5 minuti tal-kejl tal-pressjoni sħuna kif deskritta fil-paragrafu 2.4.3 hawn fuq, sakemm it-tajers imniżżla jkunu f’Pwarm – 20 fil-mija kif ukoll tniżżil ieħor ta' 7 kPa, jiġifieri Ptest. Wara perjodu ta' stabbilizzazzjoni ta' bejn 2 u 5 minuti l-pressjoni Ptest għandha tkun iċċekkjata mill-ġdid u jekk ikun hemm bżonn tiġi aġġustata.

    2.6.   Fażi ta' detezzjoni tal-pressjoni baxxa tat-tajer

    2.6.1.   Il-proċedura għat-test tal-panċer biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.2 ta' dan ir-Regolament

    2.6.1.1.

    Suq il-vettura tul kwalunkwe parti tal-korsa tat-test (mhux bilfors kontinwament). Is-somma tal-ħin ta' sewqan kumulattiv totali għandu jkun l-inqas wieħed f’10 minuti jew il-ħin meta xegħlet il-bozza li tindika pressjoni baxxa tat-tajers.

    2.6.2.   Il-proċedura għat-test tad-diffużjoni biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.3 ta' dan ir-Regolament

    2.6.2.1

    Suq il-vettura tul kwalunkwe parti tal-korsa tat-test. Wara mhux inqas minn 20 minuta u mhux iktar minn 40 minuta waqqaf kompletament il-vettura bil-magna mitfija u ċ-ċavetta tal-ignixin imneħħija għal mhux inqas minn minuta (1) jew iktar minn 3 minuti. Kompli t-test. Is-somma tal-ħin ta' sewqan kumulattiv totali għandu jkun l-inqas wieħed f’60 minuta ta' sewqan kumulattiv skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.4.2 hawn fuq jew il-waqt meta tixgħel il-bozza li tindika pressjoni baxxa tat-tajers.

    2.6.3.   Jekk il-bozza li tindika pressjoni baxxa tat-tajers ma xegħlitx, waqqaf it-test.

    2.7.   Jekk il-bozza li tindika l-pressjoni baxxa tat-tajers tkun xegħlet matul il-proċedura fil-paragrafu 2.6 hawn fuq, iddiżattiva s-sistema ta' llokkjar tal-ignixin billi tagħmilha fil-pożizzjoni “Off” jew “Lock”. Wara perjodu ta' 5 minuti, attiva mill-ġdid is-sistema ta' llokkjar tal-ignixin tal-vettura billi tagħmilha fil-pożizzjoni “On” (“Run”). Din il-bozza trid tixgħel u tibqa’ mixgħula sakemm is-sistema ta' llokkjar tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni “On” (“Run”).

    2.8.   Onfoħ it-tajers kollha tal-vettura sal-pressjoni ta' inflazzjoni kiesħa rakkomandata mill-manifattur tal-vettura. Irrisettja s-sistema skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura. Iddetermina jekk il-bozza ta' indikazzjoni ntfitx. Jekk hemm bżonn, suq il-vettura sakemm din il-bozza tintefa. Jekk din il-bozza tibqa’ ma tintefiex, waqqaf it-test.

    2.9.   Repetizzjoni tal-fażi ta' tniżżil tat-tajer

    It-test jista’ jiġi ripetut, bl-istess tagħbijiet jew b’tagħbijiet differenti, bl-użu tal-proċeduri tat-test fil-paragrafi 2.1 sa 2.2.8 hawn fuq bit-tajer(s) rilevanti tal-vettura mhux minfuħa biżżejjed, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.3.2 jew 5.3.3 ta' dan ir-Regolament skont liema jkun rilevanti.

    3.   SEJBA TA' ĦSARA FIT-TPMS

    3.1.   Stimula ħsara fitTPMS, pereżempju, billi taqla’ l-komponent tat-TPMS minn mas-sors tal-enerġija, taqla’ kull konnessjoni elettrika bejn il-komponenti tat-TPMS, jew tinstalla tajer jew rota mal-vettura li tkun inkompatibbli mat-TPMS. Meta tissimula ħsara fit-TPMS, il-konnessjonijiet elettriċi għall-bozoz li jindikaw malfunzjoni għandhom ikunu maqlugħa.

    3.2.   Suq il-vettura għal sa 10 minuti ta' ħin kumulattiv (mhux bilfors kontinwament) tul kwalunkwe parti mill-korsa tat-test.

    3.3.   Is-somma tal-ħin ta' sewqan kumulattiv totali skont il-paragrafu 3.2 għandu jkun l-inqas wieħed f’10 minuti jew il-ħin meta xegħlet il-bozza li tindika ħsara fit-TPMS.

    3.4.   Jekk l-indikatur ta' ħsara fit-TPMS ma jkunx xegħel skont il-paragrafu 5.3.4 ta' dan ir-Regolament, kif meħtieġ, waqqaf it-test.

    3.5.   Jekk l-indikatur ta' ħsara fit-TPMS ikun xegħel jew jixgħel tul il-proċedura fil-paragrafu 3.1 sa 3.3 hawn fuq, iddiżattiva s-sistema ta' llokkjar tal-ignixin billi tagħmilha fil-pożizzjoni “Off” jew “Lock”. Wara 5 minuti, attiva mill-ġdid is-sistema ta' llokkjar tal-ignixin tal-vettura billi tagħmilha fil-pożizzjoni “On” (“Run”). L-indikatur ta' ħsara fit-TPMS għandu għal darba oħra jissenjala ħsara u jibqa’ mixgħul sakemm is-sistema ta' llokkjar tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni “On” (“Run”).

    3.6.   Irritorna t-TPMS f’sitwazzjoni ta' tħaddim normali. Jekk hemm bżonn, suq il-vettura sakemm jintefa s-sinjal ta' twissija. Jekk din il-bozza ta' twissija tibqa’ ma tintefiex, waqqaf it-test.

    3.7.   It-test jista’ jkun ripetut bl-użu ta' proċeduri tat-test fil-paragrafi 3.1 sa 3.6, b’kull wieħed minn dawn it-testijiet ikun limitat għal simulazzjoni ta' ħsara waħda.


    Top