This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42010D0803
2010/803/EU: Decision taken by common accord between the Representatives of the Governments of the Member States of 10 December 2010 on the location of the seat of the European GNSS Agency
2010/803/UE: Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal- 10 ta’ Diċembru 2010 dwar il-post tas-Sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS
2010/803/UE: Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal- 10 ta’ Diċembru 2010 dwar il-post tas-Sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS
ĠU L 342, 28.12.2010, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/15 |
DEĊIŻJONI MEĦUDA BI FTEHIM KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-10 ta’ Diċembru 2010
dwar il-post tas-Sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS
(2010/803/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,
Wara li kkunsidraw l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 (1) stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea GNSS. |
(2) |
Is-sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS għandu jiġi ddeterminat, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Aġenzija Ewropea GNSS għandu jkollha s-sede tagħha fi Praga.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni ġħandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.
Il-President
V. VAN QUICKENBORNE
(1) ĠU L 276, 20.10.10, p. 11.